Fix xjenzi bijoloġiċi il klassifikazzjoni hu kunċett li jirreferi għal kif il bijoloġiċi jiggruppaw jissistemaw u jikkat
Klassifikazzjoni bijoloġika

Fix-xjenzi bijoloġiċi, il-klassifikazzjoni hu kunċett li jirreferi għal kif il-bijoloġiċi jiggruppaw, jissistemaw u jikkategorizzaw id-diversi entitajiet tal-organiżmi ħajjin u tal-fossili.
Minn mindu (Linnew), ippubblika is-Systema naturae, li fiha pprova jiggruppa l-ispeċi kollha skont il-karatteristiki morfoloġiċi komuni bejniethom, sa issa, meta ġew irranġati skont it-teorija evoluzzjonista tad-dixxendenza proposta minn Charles Darwin, saru modifikazzjonijiet kontinwament tas-sistema ta' gruppament biex din tiġi dejjem iżjed perfezzjonata. Il-klassifikazzjoni xjentifika hi r-riżultat tax-xjenzi evoluttivi u ġejja fil-parti l-kbira mit- u mis-, imma hemm kontribuzzjoni wkoll mill-istudji u r-riċerki kollha li jinvestigaw il-ħlejjaq ħajjin, kemm fil-bijoloġija u kemm fix-xjenzi l-oħra.
L-istorja Tal-Klassifikazzjoni xjentifika
L-Antikità u l-Medjuevu
Is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-forom tal-ħajja l-iżjed antika introduċieha Aristotele (384 QK - 322 QK), li fl- kklassifika l-annimali. Din il-klassifika ibbażaha fuq il-mod kif l-annimali jimxu minn post għall-ieħor u l-ambjent li jgħixu fih (arja, art jew ilma).
Aristotele ppropona wkoll xi klassifikazzjonijiet iżjed profondi fix-xogħlijiet Riċerki fuq l-annimali, Il-partijiet tal-annimali u Dwar il-ġenerazzjoni tal-annimali. Aristotele ppropona sistema ta' klassifikazzjoni bbażata fuq il-ftit tagħrif li kellu dak iż-żmien li kien fih ħafna suppożizzjonijiet. L-istudji tiegħu kienu fil-parti l-kbira annotazzjoni tal-karatteristiki, xi wħud anatomiċi, xi wħud fiżjoloġiċi u xi wħud etoloġiċi.
Bix-xogħol tiegħu ir-renju tal-annimali inqasam f'żewġ gruppi, l-Enaima (= bid-demm) u Anaima (= bla demm). Fl-ewwel grupp insibu l-bniedem, il-kwadrupedi, iċ-, il-ħut u l-għasafar u fit-tieni hemm il-parti l-kbira tal- , xi u dawk li idefinixxa bħala Entema, jiġifieri ġabra ta' , , , u dud parassit. Bħala l-kriterju tal-klassifikazzjoni tal-Entema Aristotele adotta l-qsim tal-ġisem tal-annimali f'segmenti separati (mill-Grieg entomos, qasma) li magħhom kien hemm serje ta' appendiċi għall-mixi. Jekk inwarrbu d-dud, id-definizzjoni Aristotelika ta' Entema toqrob ħafna lejn il-klassi moderna ta' .
It-teoriji żooloġiċi ta' Aristotele damu ħajjin għal xi elfejn sena, l-aktar minħabba l-fatt li l-Aristoteliżmu ġie aċċettat bħala xjenza mill-Knisja Kattolika bis-saħħa ta' , Santu Wistin u .
Fost id-dixxipli ta' Aristotele kien hemm (373 QK - 288 QK) li fl-istudji tiegħu "Riċerki dwar il-Pjanti" u "Kawżi tal-Pjanti", kien l-ewwel li ddefinixxa d-differenza u d-distinzjoni bejn annimali u veġetali.
Anki matul il-perjodu ta' Ruma antika, ma naqsux l-approċċi naturalistiċi, imma dawn kienu kważi kollha karatterizzati minn reproduzzjoni kontinwa tal-istess testi Aristoteliċi. Però insibu xi ftit tentattivi ta' innovazzjoni fil-kotba tan-Naturalis historia ta' (23-79 WK) għalkemm dawn l-innovazzjonijiet iħarsu wkoll lejn annimali fantastiċi, pjanti mirakulużi u eżempji oħra mill-leġġendi u l-mitoloġija. Il-kitba ta' Plinju kellha tkun il-bażi tat-twelid ta' dawk li jissejħu "bestjarji medjoevali" li, matul il-Medjuevu kollu ħalltu r-riċerka sistematika mat-tradizzjoni ħrafija popolari.
Minkejja l-influss mill-mitiku, fost il-kitba medjevali insibu x-xogħlijiet ta' (570-636), li studja n-natura f'għadd ta' kotba li jagħmlu l-enċiklopedija tiegħu "Dwar l-oriġni u l-etimoloġija tal-ħlejjaq". B'mod partikolari ir-renju tal-annimali hu maqsum fi tliet gruppi ewlenin klassifikati fi tmien kategoriji (bhejjem u bhejjem tat-tagħbija, annimali salvaġġi, ħut, annimali żgħar, annimali żgħar bil-ġwienaħ, sriep, għasafar, dud). It-takson tad-dud propost minn Isidoru jinkludi fir-realtà anki il-brimb, il-millipiedi, is-sangisugi u speċi differenti ta' .
Ix-xogħlijiet ta' Isidoru fis-seklu 13 influwenzaw il-filosfu Dumnikan (1193-1280). L-istudji tassonomiċi u żooloġiċi tiegħu – influwenzati mit-teoriji Aristoteliċi – fl-1270 inġabru fl-enċiklopedija "De animalibus". Għalkemm din kienet innovattiva ferm, ma ġibditx l-attenzjoni li stħaqqilha. Albertu l-Kbir qasam l-annimali skont kif jimxu, jiġifieri l-annimali bis-saqajn (il-bniedem, kwadrupedi), l-annimali li jtiru (għasafar, friefet il-lejl), l-annimali li jgħumu (ħut, mammiferi tal-baħar, arzell) u annimali li jitkaxkru (sriep, kukudrilli, gremxul). L-aħħar ktieb tax-xogħol tiegħu hu dedikat lill-"annimali żgħar ħafna" u "mingħajr demm", li fih iqiegħed l-Entema Aristoteliċi imma anki ż-żrinġijiet, il-bebbux u l-iskorpjuni. L-investigazzjoni żooloġika ta' Albertu l-Kbir fiha forma primittiva ta' metodu xjentifiku, fis-sens li l-klassifikazzjoni sistematika għandha magħha l-verifika minn xi sorsi u anki l-osservazzjoni personali ta' xi fenomeni, bħall-imġiba tal-brimb u n-nemel, l-anatomija tax- u l-istudju tal- tal-.
FL-aħħar tal-Medjuevu allura kien hemm bidu ta' zforz fil-klassifikazzjoni tal-ħlejjaq ħajjin imma dak iż-żmien iż-żooloġija kienet titqis bħala xjenza qrib it-teoloġija u nħolqot sensiela twila ta' riċerka li ppruvat issib korrispondenza bejn l-annimali u s-simboli divini li kienu jaħsbu li għandhom. Kellna nistennew sal-perjodu rinaxximentali biex l-istudji jitbiegħdu minn dawn il-kunċetti u tibda xi tentattiva biex jiġu introdotti kriterji marbutin iżjed mal-osservazzjoni tan-natura.
Ir-Rinaxximent
Matul ir-Rinaxximent, minħabba l-għatx kbir għat-tagħlim li kien hemm u minħabba l-progress fil-qasam tat-tipografija, l-għarfien seta' jinfirex sewwa. Fost l-aqwa xogħlijiet ta' dak iż-żmien insibu l-"Historia animalium" ta' (1516-1565) li kienet ippubblikata bejn l-1551 u l-1587 u nkuraġġiet id-diversi korrispondenti Ewropej li jqiegħdu fis-sod l-għarfien żooloġiku u jwarrbu l-annimali mitoloġiċi.
Fl-Historia animalium insibu klassifikazzjoni eżatta tal-eżempji tal-annimali magħrufin dak iż-żmien, irranġati f'ordni alfabetiku skont l-isem bil-Latin. Għal kull annimal Gesner jagħti l-isem bil-lingwi l-iżjed komuni l-oħra, antiki u moderni, l-imġiba tagħhom, il-firxa ġeografika, l-użu tagħhom bħala ikel u fil-mediċina, il-leġġendi dwarhom u s-simboli assoċjati magħhom. (1522 - 1605) ta espożizzjoni innovattiva mqabbla ma' ta' qabel; kiteb 13-il volum dedikati għall-istorja naturali, li minnhom l-iżjed famuż hu id-"" li hu speċifikament dwar l-insetti, għalkemm jagħti kontenut iżjed wiesa' mill-Entema Aristotelika (fil-klassifikazzjoni tal-insetti Aldrovandi daħħal ukoll iż-żiemel tal-baħar u varji invertebrati filoġenetikament 'il bogħod mill-insetti); Aldrovandi l-ewwel qasam l-insetti skont l-ambjent li jgħixu fih (insetti tal-ilma u insetti tal-art) u, wara kklassifika l-gruppi li rriżultaw skont għandhomx saqajn jew le; il-grupp ta' dawk bis-saqajn reġa' qasmu fi tliet gruppi skont il-morfoloġija tal-ġwienaħ. Għalkemm din il-klassifikazzjoni tal-insetti mhijiex sodifaċenti għal kollox imqabbla ma dak li nafu l-ġurnat tal-lum, kien proprju bis-saħħa ta' Ulisse Aldrovandi li fl-, l-istudjuż (1553 - 1604), għamel is-suddiviżjoni fundamentali tal-Insecta f'insetti bla ġwienaħ u bil-ġwienaħ f'"atteri" u "alati" li nżammet sakemm saru it-takson moderni ta' e . Però anki Moufet, żamm il-kunċett iżjed ġenerali Aristoteliku ta' insetti li – fil-każ tiegħu – inkluda wkoll il-katarina-għolli-denbek, il-baqq tal-baħar u xi dud tal-baħar.
Għalkemm l-insetti kienu jirrappreżentaw materjal utli għall-ewwel kompilaturi, ix-xtieli ma twarrbux fil-ġenb. Infatti (1627 - 1705), naturalista Ingliż, ippubblika xogħol importanti dwar il-pjanti u l-annimali. L-approċċ li għażel għall-klassifikazzjoni tax-xtieli, fl-"", kien pass importanti lejn it-tassonomija moderna. Ray warrab is-sistema ta' diviżjoni dikotomika, li biha li-ispeċi ġew klassifikati skont prekonċetti jew tipi oħra ta' sistemi, u kklassifika il-ħxejjex abbażi tax-xebħ u d-differenzi li ħarġu mill-osservazzjonijiet tiegħu.
In ġenerali bejn l-aħħar tas-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17 bdew studji eżatti dwar l-organiżmi ħajjin li, l-ewwwel kienu diretti fuq l-ispeċi l-iżjed familjari u magħrufin u mbagħad infirxu bilmod biex spiċċaw biex jipproduċu bażi suffiċjenti ta' għarfien anatomiku utli għall-klassifikazzjoni. Kien hemm titjib wieħed wara l-ieħor bis-saħħa tar-riċerka tat-tobba anatomisti bħal (1537 - 1619), (1580 - 1656), (1578 - 1657) u (1649 - 1708).
L-invenzjoni tal- kienet ta' importanza fundamentali għall-istudji sistematiċi. Dan l-istrument – li fil-bidu kien ikkabbar biss xi ftit drabi – kien il-muftieħ li ttrasforma l-istudjużi minn sempliċi kompilaturi passivi għal osservaturi metodoloġiċi li setgħu jivverifikaw is-sorsi tagħhom u li jagħmlu skoperti ġodda.
L-importanza tal-mikroskopju fil-bidu inħasset l-iżjed fl-istudji anatomiċi li f'dan il-perjodu kienu meqjusa bħala l-elementi sisien għad-deduzzjoni ta' klassifikazzjonijiet ġodda. Fost l-ewwel mikroskopisti ta' min isemmi il-Bolonjiż (1628 - 1694), meqjus minn ħafna bħala l-fundatur tal-anatomija mikroskopika tal-annimali u l-ħxejjex. L-istudji tiegħu kienu famużi daqs dawk ta' (1637 - 1680), tabib Olandiż sperimentatur u osservatur, mogħni wkoll b'ħila kbira fit-tpinġija.
It-tnejn taw attenzjoni partikolari għall-iżvillup tal-insetti, il-metamorfożi tagħhom (li Swammerdam iddefinìxxa bħala bidla morfoloġika progressiva u mhux f'daqqa kif kienu jemmnu sa dak iż-żmien) u d-definizzjoni tal-apparati interni komplikati. Ta' min isemmi b'mod partikolari l-i"Storja ġenerali tal-insetti" ta' Swammerdam, ippubblikata fl-1669 li fiha l-istudjuż ta klassifikazzjoni tal-insetti ibbażata fuq l-istadju ta' metamorfożi (mhux kompluta, parzjali u kompluta li jfakkruna fid-definizzonijiet iżjed moderni ta' ametabolija, emimetabolija u olometabolija).
It-Tassonomija Linneana
Sentejn war l-mewt ta' John Ray, fl-Iżvezja twieled Karl von Linne (ismu latinizzat bħala Carolus Linnaeus) (1707 - 1778). Ix-xogħol kbir tiegħu, is-, ippubblikat fl-1735, żvillupah permezz ta' 13-il edizzjoni matul ħajtu. Linneaeus hu magħruf l-iżjed għall-introduzzjoni ta' metodu li daż-żmien jintuża fil-klassifikazzjoni moderna; infatti ħalaq is-sistematika fil-forma attwali.
Linnaeus adotta il-kunċett ta' Ray għal speċi, imma l-kunċett għamlu realtà prattika billi identifika kull speċi b'binomju Latin, jiġifieri bl-għaqda ta' żewġ ismijiet: l-isem tal-ġeneru, komuni għal sensiela ta' speċi; u l-isem speċifiku, li jikkaratterizza u jiddistingwi l-varji speċi ta' dak il-ġeneru. Din il-konvenzjoni saret tissejjaħ in- u l-isem iffurmat miż-żewġ ismijiet jissejjaħ l-, jew isem sistematiku, ta' speċi. Meta speċi terġa' tinqasam, pereżempju f'iżjed sottospeċi jew varjetajiet, imbagħad tissejjaħ . Fil-kitba korretta ta' isem xjentifiku l-isem ġeneriku jieħu ittra kapitali waqt li l-epitet jinkiteb b'ittra żgħira (barra meta jkun il-ġenittiv ta' xi isem proprju) u jingħataw dejjem id-dettalji dwar l-awtur u l-pubblikazzjoni tal-isem.
Sa Linnaeus speċi kienet tiġi identifikata minn sensiela twila ta' kliem, aġġettivi, attributi u ismijiet komuni, b'mod li l-ebda isem ma kien fiss u aċċettat universalment. Is-sistema Linneana min-naħa l-oħra kellha l-vantaġġ li setgħet tidentifika faċilment u b'mod inekwivokabbli kwalunkwe speċi ta' annimali u ħxejjex. Fil-verità kienu diġà jezistu fl-imgħoddi xi traċċi tas-sistema binomjali, bħal f', , u ; imma Linnaeus kien l-ewwel li applikaha b'mod sistematiku waqt li barra minn hekk iddefinixxa sensiela ta' kategoriji tassonomiċi li bihom l-ispeċi setgħu jinġabru f'gruppi superjuri għall-ġeneri bħala waħdiet. Linnaeus fir-realtà beda juża din is-sistema fil-ktieb tal-1753 u fir-reviżjoni tal-1758 tas- Systema Naturae.
Bis-sistema Linneana kull organiżmu jitqiegħed permezz ta' skala ġerarkika, f'sensiela ta' gruppi tassonomiċi, imsejħin taksa (takson fis-singular). Is-suddiviżjonijiet prinċipali, mill-iktar ġeneriku għaal-iktar speċifiku, huma: renju, phylum (imsejjaħ ukoll tip għall-annimali u diviżjoi għax-xtieli), klassi, ordni, familja, ġeneru u speċi (ta' min jinnota li Linnaeus kien juża minflok it-taksa ta' klassi, ordni, ġeneru, speċi u varjetà). Is-sistematika moderna tipprevedi l-eżistenza ta' kategoriji intermedji identifikati biż-żieda ta' prefissi partikolari, bħal:
- Klassi
- Sotto-klassi
- Infra-klassi
- Ordni
- Super-ordni
- Sott-ordni
- Infra-ordni
- eċċ.
Barra minn hekk, speċi sikwit tinqasam f'sottospeċi jew f'kategoriji oħra intraspeċifiċ (varjetà, sottovarjetà, , etc.). Gruppi oħra kultant jistgħu jkunu miżjuda ma' dawk diġà fil-lista, bħal pereżempju id- dominju, li tqiegħed 'l fuq il-livell tar-renju; it-tribù, bejn il-familja u l-ġeneru; u s-sezzjoni u s-serje, bejn il-ġeneru u l-ispeċi.
Fis-Systema Naturae Linnaeus kiteb ukoll dwar il- u qasamhom f'ħaġar, metalli, minerali u fossili. Min-naħa l-oħra il-qsim li għamel Linnaeus tad-dinja veġetali f'24 klassi kellha iżjed fortuna. Din kienet ibbażata fuq l-osservazzjonijiet fuq l- (numru, dimensjonijiet u mod ta' inserzjoni) u fuq il-. Din is-sistema – imsejħa "sistema sesswali" proprju għaliex hi bbażata fuq l-organi riproduttivi tal-pjanti – qalgħet fama u approvazzjoni kbira barra fir-reġjun Franċiż, fejn l-istudjużi tal-Jardin du Roi tall-Académie des Sciences kienu żviluppaw sistematika botanika ibbażata mhux fuq element wieħed biss ta' paragun imma, bil-kontra, fuq għadd kbir ta' karatteristiki komuni fost id-diversi eżemplari; din tissejjaħ b'kuntrast mal-proposta Linneana, sistematika naturali. Is-sistema ta' Linnaeus sejħulha wkoll "artifiċjali", fis-sens li tiġbor fl-istess takson xtieli li mid-dehra m'għandhomx karatteristiki komuni. Il-polemika bejn l-artifiċjalisti u naturalisti baqgħet sejra matul is-seklu 18 – sal-bidu tas-seklu 18 – teżi u opposizzjoni li kellhom rwol tal-qofol fit-tiswir u d-definizzjoni tax-xjenzi naturalistiċi.
Ir-reazzjoni għall-proposti avvanzati għar-renju tal-annimali (kwadrupedi, għasafar, ħut, insetti, dud u għall-ewwel darba anfibi, b'total ta' sitt klassijiet) min-naħa l-oħra qajmet tip ieħor ta' polemiki, fuq kollox dwar il-pożizzjoni li Linnaeus ta l-ġeneru Homo, li klassifikah fost il-kwadrupedi antropomorfi flimkien max- u l-. Id-dibattiti kienu essenzjalment ta' natura filosofika-teoloġika aktar milli żooloġika jew sistematika, imma xorta ġiegħlu 'l Linnaeus imexxi l-bniedem, fl-għaxar edizzjoni tas-Systema Naturae, u qiegħdu fil-quċċata tal-klassi ġdida tal- fejn tah l-isem ta' Homo sapiens għall-ewwel darba.
Interessanti li l-1 ta' Jannar 1758, il-jum tal-pubblikazzjoni tal-għaxar edizzjoni tas-Systema Naturae u tal-Aranei svecici ta' (student ta' Linneaeus, 1709 - 1765), sar meqjus mill-Kodiċi Internazzjoni tan-Nomenklatura Żooloġika bħala l-bidu tan-nomenklatura (żooloġika) moderna. Għalhekk l-ebda isem xjentifiku ppubblikat qabel l-1758 ma jista' jgħamel parti min-nomenklatura żooloġika.
Żviluppi moderni
L-approċċ ġenerali li Linnaeus għażel biex jikklassifika l-ispeċi u ħafna mir-raggruppamenti tassonomiċi tiegħu baqgħu, għal kważi żewġ sekli, standard fil-bijoloġija. Illum il-ġurnata hu ġeneralment aċċettat li l-klassifikazzjoni għandha tirrifletti, permezz tal-prinċipju Darwinjan ta' dixxendenza komuni, il-, jiġifieri l-istorja evoluttiva tal-varji taksa, b'mod li kull waħda minnhom tinkludi sezzjoni waħda mis-. Grupp kostitwit hekk jiġi definit bħala takson monofiletiku.
Mil-1960, din it-tendenza, li tirrifletti l-ħsieb tas-, li topponi l-klassifikazzjoni tradizzjonali u teskludi xi raggruppamenti tat-tassonomija Linnjana, ġiet iżjed u iżjed 'l quddiem. Hemm kodiċi ta' nomenklatura ġdid, imsejjaħ li qiegħed jiġi viluppat bħalissa, imma ħafna mir-regoli tiegħu ma jaqblux ma' kodiċi ta' nomenklatura diġà stabbiliti (kemm għax-xtieli u kemm għall-annimali) u għadu mhux żgur jekk dawn il-kodiċi jistgħux jikkoeżistu fil-futur.
Eżempji
Il-klassifikazzjoni adottate s-soltu għad-deskrizzjoni ta' tliet speċi: id-dubbiena tal-frotta (Drosophila melanogaster) li tintuża spiss fil-laboratorji tal-ċenetika, Il-bniedem (Homo sapiens sapiens) u il-Magnolia virginiana.
Id-Dubbiena tal-frott ()
Dominju | |
Renju | Animalia |
Phylum | |
Klassi | |
Ordni | |
Familja | |
Ġeneru | |
Speċi |
Il-Bniedem ()
Dominju | |
Renju | Animalia |
Phylum | Chordata |
Subphylum | |
Klassi | Mammalia |
Sottoklassi | Eutheria |
Ordni | |
Sottordni | |
Superfamilja | |
Familja | |
Ġeneru | |
Speċi |
Dominju | |
Renju | |
Diviżjoni | |
Klassie | |
Ordni | |
Familja | |
Ġeneru | |
Speċi |
Is-suffissi tal-gruppi
It-taksa 'l fuq mill-ġeneru spiss jingħataw isem li ġej minn isem ta' xi ġeneru fihom biż-żieda ta' suffissi. Is-suffissi użati fil-formazzjoni ta' dawn l-ismijiet jiddependi mir-renju, u, f'xi ftit każi, anki mill-phylum u mill-klassi, b'dan il-mod:
Takson | ||||
---|---|---|---|---|
Diviżjoni/Phylum | -phyta | -phyta | -mycota | |
Sottodiviżjoni/Subphylum | -phytina | -phytina | -mycotina | |
Klassi | -opsida | -phyceae | -mycetes | |
Sottoklassi | -idae | -phycidae | -mycetidae | |
Ordni | -ales | -ales | -ales | |
Sottordni | -ineae | -ineae | -ineae | |
Superfamilja | -acea | -acea | -acea | -oidea |
Familja | -aceae | -aceae | -aceae | -idae |
Sottofamilja | -oideae | -oideae | -oideae | -inae |
Tribù | -eae | -eae | -eae | -ini |
Sottotribù | -inae | -inae | -inae | -ina |
Noti
- ^ Is-Sistematika molekolari li hi ibbażata fuq l-analiżi tal-ADN, issuġġeriet ħafna reviżjonijiet imma minħabba l-inkongruwenzi li spiss joħorġu minnha għadna ma nistgħux norbtu fuq dawn ir-riżultati, fis-sens li l-ADN jagħti biss il-ġenotip u mhux is-sett fenotipiku magħmul mill-ħlejjaq ħajjin
Biblijografija
- (IT) Storia della biologia, Pascal Duris u Gabriel Gohau. Giulio Einaudi Edituri, Torin (1999) ISBN 88-06-15171-1
- (IT) Linneo, L'equilibrio della natura Feltrinelli, Milano 1982
- (FR) Pierre Pellegrin; La Classification des animaux chez Aristote. Staut de la biologie et unité de l'aristotélisme, Les Belles Lettres, Paris 1982
- (FR) Pierre Louis, La Classification des végétaux dans le corpus aristotelicien, f' "Documents pour l'histoire du vocabulaire scientifique", VIII (1986), pp 1–8
- (FR) Wilfrid Blunt, Linné. Le prince des botanistes, Belin, Paris 1986
- (EN) Frans. A. Stafleu, Linnaeus and the Linneans. The Spreading of Their Ideas in Sistematic Botany, 1753-1789, Utrecht 1971
- (EN) Sten Lindroth, The Two Faces of Linnaeus, in Tore Frängsmyr, Linnaeus. The Man and His Work, University of California Press, Berkley 1983, pp. 1–62
- (EN) Studies in Linnaean Method and Nomenclature, Marbuger Schriften zur Medizingeschichte, vol. VIII, Lang, Frankfurt am Main 1983
- (EN) Richard V. Melville, Towards Stability in the Names of Animals. A History of the International Commission on Zoological Nomenclature 1895-1995, The international Trust for Zoological Nomenclature, London 1995
Paġni korrelati
- Takson
- Klad
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Klassifikazzjoni bijoloġika |
- (EN) Phylocode
- (EN) Introduzzjoni għall-prinċipji tat-tassonomija
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Klassifikazzjoni bijoloġika, X'inhi Klassifikazzjoni bijoloġika? Xi tfisser Klassifikazzjoni bijoloġika?
Fix xjenzi bijoloġiċi il klassifikazzjoni hu kunċett li jirreferi għal kif il bijoloġiċi jiggruppaw jissistemaw u jikkategorizzaw id diversi entitajiet tal organizmi ħajjin u tal fossili Il livelli varji tas sistema ta klassifikazzjoni xjentifika Il ġerarkija tal ikbar tmien tal klassifikazzjoni xjentifika Minn mindu Linnew ippubblika is Systema naturae li fiha pprova jiggruppa l ispeċi kollha skont il karatteristiki morfoloġiċi komuni bejniethom sa issa meta ġew irranġati skont it teorija evoluzzjonista tad dixxendenza proposta minn Charles Darwin saru modifikazzjonijiet kontinwament tas sistema ta gruppament biex din tiġi dejjem izjed perfezzjonata Il klassifikazzjoni xjentifika hi r rizultat tax xjenzi evoluttivi u ġejja fil parti l kbira mit u mis imma hemm kontribuzzjoni wkoll mill istudji u r riċerki kollha li jinvestigaw il ħlejjaq ħajjin kemm fil bijoloġija u kemm fix xjenzi l oħra L istorja Tal Klassifikazzjoni xjentifikaL Antikita u l Medjuevu Bust ta Aristotele Ruma Is sistema tal klassifikazzjoni tal forom tal ħajja l izjed antika introduċieha Aristotele 384 QK 322 QK li fl kklassifika l annimali Din il klassifika ibbazaha fuq il mod kif l annimali jimxu minn post għall ieħor u l ambjent li jgħixu fih arja art jew ilma Aristotele ppropona wkoll xi klassifikazzjonijiet izjed profondi fix xogħlijiet Riċerki fuq l annimali Il partijiet tal annimali u Dwar il ġenerazzjoni tal annimali Aristotele ppropona sistema ta klassifikazzjoni bbazata fuq il ftit tagħrif li kellu dak iz zmien li kien fih ħafna suppozizzjonijiet L istudji tiegħu kienu fil parti l kbira annotazzjoni tal karatteristiki xi wħud anatomiċi xi wħud fizjoloġiċi u xi wħud etoloġiċi Bix xogħol tiegħu ir renju tal annimali inqasam f zewġ gruppi l Enaima bid demm u Anaima bla demm Fl ewwel grupp insibu l bniedem il kwadrupedi iċ il ħut u l għasafar u fit tieni hemm il parti l kbira tal xi u dawk li idefinixxa bħala Entema jiġifieri ġabra ta u dud parassit Bħala l kriterju tal klassifikazzjoni tal Entema Aristotele adotta l qsim tal ġisem tal annimali f segmenti separati mill Grieg entomos qasma li magħhom kien hemm serje ta appendiċi għall mixi Jekk inwarrbu d dud id definizzjoni Aristotelika ta Entema toqrob ħafna lejn il klassi moderna ta It teoriji zooloġiċi ta Aristotele damu ħajjin għal xi elfejn sena l aktar minħabba l fatt li l Aristotelizmu ġie aċċettat bħala xjenza mill Knisja Kattolika bis saħħa ta Santu Wistin u Fost id dixxipli ta Aristotele kien hemm 373 QK 288 QK li fl istudji tiegħu Riċerki dwar il Pjanti u Kawzi tal Pjanti kien l ewwel li ddefinixxa d differenza u d distinzjoni bejn annimali u veġetali Anki matul il perjodu ta Ruma antika ma naqsux l approċċi naturalistiċi imma dawn kienu kwazi kollha karatterizzati minn reproduzzjoni kontinwa tal istess testi Aristoteliċi Pero insibu xi ftit tentattivi ta innovazzjoni fil kotba tan Naturalis historia ta 23 79 WK għalkemm dawn l innovazzjonijiet iħarsu wkoll lejn annimali fantastiċi pjanti mirakuluzi u ezempji oħra mill leġġendi u l mitoloġija Il kitba ta Plinju kellha tkun il bazi tat twelid ta dawk li jissejħu bestjarji medjoevali li matul il Medjuevu kollu ħalltu r riċerka sistematika mat tradizzjoni ħrafija popolari Isidoru ta Sivilja Arċisqof ta Sivilja Minkejja l influss mill mitiku fost il kitba medjevali insibu x xogħlijiet ta 570 636 li studja n natura f għadd ta kotba li jagħmlu l enċiklopedija tiegħu Dwar l oriġni u l etimoloġija tal ħlejjaq B mod partikolari ir renju tal annimali hu maqsum fi tliet gruppi ewlenin klassifikati fi tmien kategoriji bhejjem u bhejjem tat tagħbija annimali salvaġġi ħut annimali zgħar annimali zgħar bil ġwienaħ sriep għasafar dud It takson tad dud propost minn Isidoru jinkludi fir realta anki il brimb il millipiedi is sangisugi u speċi differenti ta Ix xogħlijiet ta Isidoru fis seklu 13 influwenzaw il filosfu Dumnikan 1193 1280 L istudji tassonomiċi u zooloġiċi tiegħu influwenzati mit teoriji Aristoteliċi fl 1270 inġabru fl enċiklopedija De animalibus Għalkemm din kienet innovattiva ferm ma ġibditx l attenzjoni li stħaqqilha Albertu l Kbir qasam l annimali skont kif jimxu jiġifieri l annimali bis saqajn il bniedem kwadrupedi l annimali li jtiru għasafar friefet il lejl l annimali li jgħumu ħut mammiferi tal baħar arzell u annimali li jitkaxkru sriep kukudrilli gremxul L aħħar ktieb tax xogħol tiegħu hu dedikat lill annimali zgħar ħafna u mingħajr demm li fih iqiegħed l Entema Aristoteliċi imma anki z zrinġijiet il bebbux u l iskorpjuni L investigazzjoni zooloġika ta Albertu l Kbir fiha forma primittiva ta metodu xjentifiku fis sens li l klassifikazzjoni sistematika għandha magħha l verifika minn xi sorsi u anki l osservazzjoni personali ta xi fenomeni bħall imġiba tal brimb u n nemel l anatomija tax u l istudju tal tal FL aħħar tal Medjuevu allura kien hemm bidu ta zforz fil klassifikazzjoni tal ħlejjaq ħajjin imma dak iz zmien iz zooloġija kienet titqis bħala xjenza qrib it teoloġija u nħolqot sensiela twila ta riċerka li ppruvat issib korrispondenza bejn l annimali u s simboli divini li kienu jaħsbu li għandhom Kellna nistennew sal perjodu rinaxximentali biex l istudji jitbiegħdu minn dawn il kunċetti u tibda xi tentattiva biex jiġu introdotti kriterji marbutin izjed mal osservazzjoni tan natura Ir Rinaxximent Matul ir Rinaxximent minħabba l għatx kbir għat tagħlim li kien hemm u minħabba l progress fil qasam tat tipografija l għarfien seta jinfirex sewwa Fost l aqwa xogħlijiet ta dak iz zmien insibu l Historia animalium ta 1516 1565 li kienet ippubblikata bejn l 1551 u l 1587 u nkuraġġiet id diversi korrispondenti Ewropej li jqiegħdu fis sod l għarfien zooloġiku u jwarrbu l annimali mitoloġiċi Fl Historia animalium insibu klassifikazzjoni ezatta tal ezempji tal annimali magħrufin dak iz zmien irranġati f ordni alfabetiku skont l isem bil Latin Għal kull annimal Gesner jagħti l isem bil lingwi l izjed komuni l oħra antiki u moderni l imġiba tagħhom il firxa ġeografika l uzu tagħhom bħala ikel u fil mediċina il leġġendi dwarhom u s simboli assoċjati magħhom 1522 1605 ta espozizzjoni innovattiva mqabbla ma ta qabel kiteb 13 il volum dedikati għall istorja naturali li minnhom l izjed famuz hu id li hu speċifikament dwar l insetti għalkemm jagħti kontenut izjed wiesa mill Entema Aristotelika fil klassifikazzjoni tal insetti Aldrovandi daħħal ukoll iz ziemel tal baħar u varji invertebrati filoġenetikament il bogħod mill insetti Aldrovandi l ewwel qasam l insetti skont l ambjent li jgħixu fih insetti tal ilma u insetti tal art u wara kklassifika l gruppi li rrizultaw skont għandhomx saqajn jew le il grupp ta dawk bis saqajn reġa qasmu fi tliet gruppi skont il morfoloġija tal ġwienaħ Għalkemm din il klassifikazzjoni tal insetti mhijiex sodifaċenti għal kollox imqabbla ma dak li nafu l ġurnat tal lum kien proprju bis saħħa ta Ulisse Aldrovandi li fl l istudjuz 1553 1604 għamel is suddivizjoni fundamentali tal Insecta f insetti bla ġwienaħ u bil ġwienaħ f atteri u alati li nzammet sakemm saru it takson moderni ta e Pero anki Moufet zamm il kunċett izjed ġenerali Aristoteliku ta insetti li fil kaz tiegħu inkluda wkoll il katarina għolli denbek il baqq tal baħar u xi dud tal baħar Għalkemm l insetti kienu jirrapprezentaw materjal utli għall ewwel kompilaturi ix xtieli ma twarrbux fil ġenb Infatti 1627 1705 naturalista Ingliz ippubblika xogħol importanti dwar il pjanti u l annimali L approċċ li għazel għall klassifikazzjoni tax xtieli fl kien pass importanti lejn it tassonomija moderna Ray warrab is sistema ta divizjoni dikotomika li biha li ispeċi ġew klassifikati skont prekonċetti jew tipi oħra ta sistemi u kklassifika il ħxejjex abbazi tax xebħ u d differenzi li ħarġu mill osservazzjonijiet tiegħu In ġenerali bejn l aħħar tas seklu 16 u l bidu tas seklu 17 bdew studji ezatti dwar l organizmi ħajjin li l ewwwel kienu diretti fuq l ispeċi l izjed familjari u magħrufin u mbagħad infirxu bilmod biex spiċċaw biex jipproduċu bazi suffiċjenti ta għarfien anatomiku utli għall klassifikazzjoni Kien hemm titjib wieħed wara l ieħor bis saħħa tar riċerka tat tobba anatomisti bħal 1537 1619 1580 1656 1578 1657 u 1649 1708 Marcello Malpighi L invenzjoni tal kienet ta importanza fundamentali għall istudji sistematiċi Dan l istrument li fil bidu kien ikkabbar biss xi ftit drabi kien il muftieħ li ttrasforma l istudjuzi minn sempliċi kompilaturi passivi għal osservaturi metodoloġiċi li setgħu jivverifikaw is sorsi tagħhom u li jagħmlu skoperti ġodda L importanza tal mikroskopju fil bidu inħasset l izjed fl istudji anatomiċi li f dan il perjodu kienu meqjusa bħala l elementi sisien għad deduzzjoni ta klassifikazzjonijiet ġodda Fost l ewwel mikroskopisti ta min isemmi il Bolonjiz 1628 1694 meqjus minn ħafna bħala l fundatur tal anatomija mikroskopika tal annimali u l ħxejjex L istudji tiegħu kienu famuzi daqs dawk ta 1637 1680 tabib Olandiz sperimentatur u osservatur mogħni wkoll b ħila kbira fit tpinġija It tnejn taw attenzjoni partikolari għall izvillup tal insetti il metamorfozi tagħhom li Swammerdam iddefinixxa bħala bidla morfoloġika progressiva u mhux f daqqa kif kienu jemmnu sa dak iz zmien u d definizzjoni tal apparati interni komplikati Ta min isemmi b mod partikolari l i Storja ġenerali tal insetti ta Swammerdam ippubblikata fl 1669 li fiha l istudjuz ta klassifikazzjoni tal insetti ibbazata fuq l istadju ta metamorfozi mhux kompluta parzjali u kompluta li jfakkruna fid definizzonijiet izjed moderni ta ametabolija emimetabolija u olometabolija It Tassonomija Linneana Sentejn war l mewt ta John Ray fl Izvezja twieled Karl von Linne ismu latinizzat bħala Carolus Linnaeus 1707 1778 Ix xogħol kbir tiegħu is ippubblikat fl 1735 zvillupah permezz ta 13 il edizzjoni matul ħajtu Linneaeus hu magħruf l izjed għall introduzzjoni ta metodu li daz zmien jintuza fil klassifikazzjoni moderna infatti ħalaq is sistematika fil forma attwali Linnaeus adotta il kunċett ta Ray għal speċi imma l kunċett għamlu realta prattika billi identifika kull speċi b binomju Latin jiġifieri bl għaqda ta zewġ ismijiet l isem tal ġeneru komuni għal sensiela ta speċi u l isem speċifiku li jikkaratterizza u jiddistingwi l varji speċi ta dak il ġeneru Din il konvenzjoni saret tissejjaħ in u l isem iffurmat miz zewġ ismijiet jissejjaħ l jew isem sistematiku ta speċi Meta speċi terġa tinqasam perezempju f izjed sottospeċi jew varjetajiet imbagħad tissejjaħ Fil kitba korretta ta isem xjentifiku l isem ġeneriku jieħu ittra kapitali waqt li l epitet jinkiteb b ittra zgħira barra meta jkun il ġenittiv ta xi isem proprju u jingħataw dejjem id dettalji dwar l awtur u l pubblikazzjoni tal isem Sa Linnaeus speċi kienet tiġi identifikata minn sensiela twila ta kliem aġġettivi attributi u ismijiet komuni b mod li l ebda isem ma kien fiss u aċċettat universalment Is sistema Linneana min naħa l oħra kellha l vantaġġ li setgħet tidentifika faċilment u b mod inekwivokabbli kwalunkwe speċi ta annimali u ħxejjex Fil verita kienu diġa jezistu fl imgħoddi xi traċċi tas sistema binomjali bħal f u imma Linnaeus kien l ewwel li applikaha b mod sistematiku waqt li barra minn hekk iddefinixxa sensiela ta kategoriji tassonomiċi li bihom l ispeċi setgħu jinġabru f gruppi superjuri għall ġeneri bħala waħdiet Linnaeus fir realta beda juza din is sistema fil ktieb tal 1753 u fir revizjoni tal 1758 tas Systema Naturae Bis sistema Linneana kull organizmu jitqiegħed permezz ta skala ġerarkika f sensiela ta gruppi tassonomiċi imsejħin taksa takson fis singular Is suddivizjonijiet prinċipali mill iktar ġeneriku għaal iktar speċifiku huma renju phylum imsejjaħ ukoll tip għall annimali u divizjoi għax xtieli klassi ordni familja ġeneru u speċi ta min jinnota li Linnaeus kien juza minflok it taksa ta klassi ordni ġeneru speċi u varjeta Is sistematika moderna tipprevedi l ezistenza ta kategoriji intermedji identifikati biz zieda ta prefissi partikolari bħal Klassi Sotto klassi Infra klassi Ordni Super ordni Sott ordni Infra ordni eċċ Barra minn hekk speċi sikwit tinqasam f sottospeċi jew f kategoriji oħra intraspeċifiċ varjeta sottovarjeta etc Gruppi oħra kultant jistgħu jkunu mizjuda ma dawk diġa fil lista bħal perezempju id dominju li tqiegħed l fuq il livell tar renju it tribu bejn il familja u l ġeneru u s sezzjoni u s serje bejn il ġeneru u l ispeċi Paġna mis is sitt edizjoni 1748 dwar il grupp Quadrupedia fosthom l Homo Fis Systema Naturae Linnaeus kiteb ukoll dwar il u qasamhom f ħaġar metalli minerali u fossili Min naħa l oħra il qsim li għamel Linnaeus tad dinja veġetali f 24 klassi kellha izjed fortuna Din kienet ibbazata fuq l osservazzjonijiet fuq l numru dimensjonijiet u mod ta inserzjoni u fuq il Din is sistema imsejħa sistema sesswali proprju għaliex hi bbazata fuq l organi riproduttivi tal pjanti qalgħet fama u approvazzjoni kbira barra fir reġjun Franċiz fejn l istudjuzi tal Jardin du Roi tall Academie des Sciences kienu zviluppaw sistematika botanika ibbazata mhux fuq element wieħed biss ta paragun imma bil kontra fuq għadd kbir ta karatteristiki komuni fost id diversi ezemplari din tissejjaħ b kuntrast mal proposta Linneana sistematika naturali Is sistema ta Linnaeus sejħulha wkoll artifiċjali fis sens li tiġbor fl istess takson xtieli li mid dehra m għandhomx karatteristiki komuni Il polemika bejn l artifiċjalisti u naturalisti baqgħet sejra matul is seklu 18 sal bidu tas seklu 18 tezi u opposizzjoni li kellhom rwol tal qofol fit tiswir u d definizzjoni tax xjenzi naturalistiċi Ir reazzjoni għall proposti avvanzati għar renju tal annimali kwadrupedi għasafar ħut insetti dud u għall ewwel darba anfibi b total ta sitt klassijiet min naħa l oħra qajmet tip ieħor ta polemiki fuq kollox dwar il pozizzjoni li Linnaeus ta l ġeneru Homo li klassifikah fost il kwadrupedi antropomorfi flimkien max u l Id dibattiti kienu essenzjalment ta natura filosofika teoloġika aktar milli zooloġika jew sistematika imma xorta ġiegħlu l Linnaeus imexxi l bniedem fl għaxar edizzjoni tas Systema Naturae u qiegħdu fil quċċata tal klassi ġdida tal fejn tah l isem ta Homo sapiens għall ewwel darba Interessanti li l 1 ta Jannar 1758 il jum tal pubblikazzjoni tal għaxar edizzjoni tas Systema Naturae u tal Aranei svecici ta student ta Linneaeus 1709 1765 sar meqjus mill Kodiċi Internazzjoni tan Nomenklatura Zooloġika bħala l bidu tan nomenklatura zooloġika moderna Għalhekk l ebda isem xjentifiku ppubblikat qabel l 1758 ma jista jgħamel parti min nomenklatura zooloġika Zviluppi moderni L approċċ ġenerali li Linnaeus għazel biex jikklassifika l ispeċi u ħafna mir raggruppamenti tassonomiċi tiegħu baqgħu għal kwazi zewġ sekli standard fil bijoloġija Illum il ġurnata hu ġeneralment aċċettat li l klassifikazzjoni għandha tirrifletti permezz tal prinċipju Darwinjan ta dixxendenza komuni il jiġifieri l istorja evoluttiva tal varji taksa b mod li kull waħda minnhom tinkludi sezzjoni waħda mis Grupp kostitwit hekk jiġi definit bħala takson monofiletiku Mil 1960 din it tendenza li tirrifletti l ħsieb tas li topponi l klassifikazzjoni tradizzjonali u teskludi xi raggruppamenti tat tassonomija Linnjana ġiet izjed u izjed l quddiem Hemm kodiċi ta nomenklatura ġdid imsejjaħ li qiegħed jiġi viluppat bħalissa imma ħafna mir regoli tiegħu ma jaqblux ma kodiċi ta nomenklatura diġa stabbiliti kemm għax xtieli u kemm għall annimali u għadu mhux zgur jekk dawn il kodiċi jistgħux jikkoezistu fil futur EzempjiIl klassifikazzjoni adottate s soltu għad deskrizzjoni ta tliet speċi id dubbiena tal frotta Drosophila melanogaster li tintuza spiss fil laboratorji tal ċenetika Il bniedem Homo sapiens sapiens u il Magnolia virginiana Id Dubbiena tal frott Dominju Renju Animalia Phylum Klassi Ordni Familja Ġeneru Speċi Il Bniedem Dominju Renju Animalia Phylum Chordata Subphylum Klassi Mammalia Sottoklassi Eutheria Ordni Sottordni Superfamilja Familja Ġeneru Speċi Dominju Renju Divizjoni Klassie Ordni Familja Ġeneru SpeċiIs suffissi tal gruppiIt taksa l fuq mill ġeneru spiss jingħataw isem li ġej minn isem ta xi ġeneru fihom biz zieda ta suffissi Is suffissi uzati fil formazzjoni ta dawn l ismijiet jiddependi mir renju u f xi ftit kazi anki mill phylum u mill klassi b dan il mod Takson Divizjoni Phylum phyta phyta mycota Sottodivizjoni Subphylum phytina phytina mycotina Klassi opsida phyceae mycetes Sottoklassi idae phycidae mycetidae Ordni ales ales ales Sottordni ineae ineae ineae Superfamilja acea acea acea oidea Familja aceae aceae aceae idae Sottofamilja oideae oideae oideae inae Tribu eae eae eae ini Sottotribu inae inae inae inaNoti Is Sistematika molekolari li hi ibbazata fuq l analizi tal ADN issuġġeriet ħafna revizjonijiet imma minħabba l inkongruwenzi li spiss joħorġu minnha għadna ma nistgħux norbtu fuq dawn ir rizultati fis sens li l ADN jagħti biss il ġenotip u mhux is sett fenotipiku magħmul mill ħlejjaq ħajjinBiblijografija IT Storia della biologia Pascal Duris u Gabriel Gohau Giulio Einaudi Edituri Torin 1999 ISBN 88 06 15171 1 IT Linneo L equilibrio della natura Feltrinelli Milano 1982 FR Pierre Pellegrin La Classification des animaux chez Aristote Staut de la biologie et unite de l aristotelisme Les Belles Lettres Paris 1982 FR Pierre Louis La Classification des vegetaux dans le corpus aristotelicien f Documents pour l histoire du vocabulaire scientifique VIII 1986 pp 1 8 FR Wilfrid Blunt Linne Le prince des botanistes Belin Paris 1986 EN Frans A Stafleu Linnaeus and the Linneans The Spreading of Their Ideas in Sistematic Botany 1753 1789 Utrecht 1971 EN Sten Lindroth The Two Faces of Linnaeus in Tore Frangsmyr Linnaeus The Man and His Work University of California Press Berkley 1983 pp 1 62 EN Studies in Linnaean Method and Nomenclature Marbuger Schriften zur Medizingeschichte vol VIII Lang Frankfurt am Main 1983 EN Richard V Melville Towards Stability in the Names of Animals A History of the International Commission on Zoological Nomenclature 1895 1995 The international Trust for Zoological Nomenclature London 1995Paġni korrelatiTakson KladĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Klassifikazzjoni bijoloġika EN Phylocode EN Introduzzjoni għall prinċipji tat tassonomija