Il Knejjes Imħaffrin fil Blat ta Lalibela huma ħdax il knisja monolitika li jinsabu fil Punent tal Artijiet Għoljin Etjo
Knejjes Imħaffrin fil Blat ta' Lalibela

Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela huma ħdax-il knisja monolitika li jinsabu fil-Punent tal-Artijiet Għoljin Etjopjani qrib ir-raħal ta' Lalibela, li ngħatat dan l-isem f'ġieħ ir-Re tad-dinastija Zagwe tal-aħħar tas-seklu 12 u l-bidu tas-seklu 13. Dan ir-re kkummissjona l-proġett enormi tal-kostruzzjoni ta' 11-il knisja mħaffra fil-blat sabiex joħloq mill-ġdid il-belt sagra ta' Ġerusalemm fir-renju tiegħu stess. Is-sit għadu jintuża mill-Knisja Kristjana Ortodossa Etjopjana sal-lum, u għadha post importanti ta' pellegrinaġġ għall-fidili Ortodossi Etjopjani. B'kollox il-11-il knisja mħaffra fil-blat inbnew f'24 sena.
Storja
Skont it-tradizzjoni lokali, Lalibela (magħrufa tradizzjonalment bħala Roha), ġiet stabbilita minn familja Agew imsejħa Zagwa jew Zagwe fl-1137 W.K. Jingħad li l-knejjes inbnew matul ir-renju tad-dinastija Zagwe, taħt it-tmexxija tar-Re Gebre Meskel Lalibela (li rrenja għall-ħabta tal-1181-1221 W.K.), għalkemm iktar probabbli li evolvew fl-għamla attwali tagħhom matul diversi fażijiet ta' kostruzzjoni u ta' alterazzjoni ta' strutturi preċedenti.
Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978.
Sit arkeoloġiku
F'altitudni ta' madwar 2,480 metru (8,140 pied), is-sit arkeoloġiku jikkonsisti f'ħames knejjes fit-Tramuntana tax-xmara Ġordan tal-belt, ħames knejjes fin-Nofsinhar tax-xmara, u waħda f'sit indipendenti. Il-knejjes f'kull wieħed miż-żewġ raggruppamenti huma kkollegati permezz ta' sistema ta' mini u ta' trunċieri. Biete Giorgis jew il-Knisja ta' San Ġorġ, il-ħdax-il knisja, hija kkollegata mal-oħrajn permezz ta' trunċieri. Il-knejjes fil-Grupp tat-Tramuntana huma Biete Medhane Alem, Biete Maryam, Biete Golgotha Mikael, Biete Meskel u Biete Denagel. Il-knejjes fil-Grupp tan-Nofsinhar huma Biete Amanuel, Biete Qeddus Mercoreus, Biete Abba Libanos, Biete Lehem u Biete Gabriel-Rufael.
Arkitettura
Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela nbnew permezz ta' proċessi ta' tħaffir bit-tneħħija tal-materjal. Mill-11-il knejjes, 4 knejjes huma monolitiċi u 7 knejjes jikkondividu ħajt mal-muntanja li minnhom tħaffru. Il-knejjes kollha huma uniċi, u b'hekk s-sit għandu diversità arkitettoniku li toħroġ fid-dieher mill-bassoriljievi ta' figuri umani f'Bet Golgotha, u mill-pitturi kkuluriti ta' disinni ġeometriċi u xeni Bibbliċi f'Bet Mariam.
Il-forom u t-trunċieri jiddividu l-għamliet strutturali l-kbar mis-sezzjonijiet iżgħar fid-diversi knejjes.
Huwa maħsub li l-kostruzzjoni tal-knejjes seħħet fi tliet fażijiet.
Il-knejjes kollha huma frott proċess bl-użu ta' għodod bażiċi, bħal imrietel u skarpelli, għat-tħaffir ta' trunċieri madwar l-istrutturi monolitiċi u semimonolitiċi, kif ukoll għat-tħaffir ta' sistema ta' mini li kienu jikkollegaw iż-żewġ gruppi separati ta' knejjes ma' xulxin mill-bażalt vulkaniku. Il-"kostruzzjoni" saret minn fuq għal isfel.
Importanza u funzjoni reliġjuża
Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela għandhom importanza reliġjuża importanti għall-Kristjani Ortodossi Etjopjani. Flimkien jiffurmaw sit ta' pellegrinaġġ b'valur spiritwali u simboliku partikolari, b'konfigurazzjoni li tirrappreżenta l-belt imqaddsa ta' Ġerusalemm. Is-sit għadu jintuża għall-qima u għat-talb ta' kuljum, għaċ-ċelebrazzjoni ta' festi reliġjużi bħat-Timkat u Genna, bħala residenza għall-kleru, u bħala post ta' ġabra għal bosta fidili u mexxejja reliġjużi kull sena.
Konservazzjoni
Diversi proġetti reċenti ta' konservazzjoni u ta' restawr ġew implimentati fis-sit, iżda saru b'bosta difetti. F'proġett b'finanzjament mill-Ambaxxata Amerikana għar-restawr ta' Bet Gabriel Rafael u sussegwentement ta' Bet Golgotha Mikael, kien hemm diżgwidi bejn id-diversi partijiet involuti fil-proġett rigward il-fehim tal-ambitu kollu tiegħu. Kien hemm nuqqas ta' komunikazzjoni adegwata u ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni rigward il-pjanijiet tal-proġett bejn l-Awtorità għar-Riċerka u għall-Konservazzjoni tal-Wirt Kulturali (ARCCH), il-kumitat lokali u l-knisja.
Permezz tal-finanzjament mill-Unjoni Ewropea, ittellgħu erba' tined fl-2008 biex jgħattu ħames knejjes imħaffrin fil-blat, bħala tentattiv ta' protezzjoni temporanja tal-istrutturi sakemm tinstab soluzzjoni iktar fit-tul. Madankollu, it-tined baqgħu fis-sit għal ferm iktar milli kien ippjanat inizjalment, u b'konsegwenza ta' dan issa huma ta' theddida għall-binjiet ta' taħthom, peress li jaf iċedu minn mument għall-ieħor. Id-Direttur tal-ARCCH indika li t-tined jeħtieġ li jitneħħew, iżda sa issa ma hemmx pjanijiet definittivi fis-seħħ sabiex jitneħħew u x'se jsir wara.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".
Komponenti
Ritratt | Isem uffiċjali | Isem bil-Malti | Post | Noti |
---|---|---|---|---|
Biete Giorgis (ቤተ ጊዮርጊስ) | Knisja ta' San Ġorġ | 12°01′54″N 39°02′28″E / 12.03174°N 39.04113°E Sit indipendenti | B'għamla ta' salib. | |
Biete Denagel (ቤተ ደናግል) | Knisja tal-Verġni | Grupp tat-Tramuntana | ||
Biete Golgotha Mikael (ቤተ ጎልጎታ ሚካኤል) | Knisja ta' Golgotha Mikael | Grupp tat-Tramuntana | B'repliki tal-qabar ta' Kristu u ta' Adam, u l-maxtura tan-Natività. | |
Biete Maryam (ቤተ ማርያም) | Knisja ta' Santa Marija | 12°02′01″N 39°02′36″E / 12.03371°N 39.04333°E Grupp tat-Tramuntana | B'saqaf impitter b'diversi xeni Bibbliċi. | |
Biete Medhane Alem (ቤተ መድሃኒ አለም) | Knisja tas-Salvatur tad-Dinja | 12°02′01″N 39°02′37″E / 12.0337°N 39.0437°E Grupp tat-Tramuntana | Tospita s-Salib ta' Lalibela. Huwa maħsub li din hija l-ikbar knisja monolitika fid-dinja. | |
Biete Meskel (ቤተ መስቀል) | Knisja tas-Salib | 12°02′02″N 39°02′36″E / 12.033941°N 39.0434°E Grupp tat-Tramuntana | ||
Biete Abba Libanos (ቤተ አባ ሊባኖስ) | Knisja tas-Superjur tal-Patrijiet Libanos | 12°01′53″N 39°02′43″E / 12.03141°N 39.04518°E Grupp tan-Nofsinhar | ||
Biete Amanuel (ቤተ አማኑኤል) | Knisja ta' Emmanuel | 12°01′55″N 39°02′44″E / 12.03182°N 39.04556°E Grupp tan-Nofsinhar | ||
Biete Gabriel-Rufael (ቤተ ገብሬል ሩፋኤል) | Knisja ta' Gabrijel Raffajel | 12°01′52″N 39°02′41″E / 12.03120°N 39.04464°E Grupp tan-Nofsinhar | ||
Biete Lehem (ቤተ ልሄም) | Knisja tal-Ħobż Imqaddes | 12°01′54″N 39°02′40″E / 12.03169°N 39.04451°E Grupp tan-Nofsinhar | ||
Biete Qeddus Mercoreus (ቤተ ማርቆርዮስ) | Knisja ta' San Mercoreos | 12°01′54″N 39°02′44″E / 12.03157°N 39.04548°E Grupp tan-Nofsinhar |
Referenzi
- ^ Williams, Frances M. (2016). Understanding Ethiopia : geology and scenery. Cham. ISBN 9783319021805.
- ^ Lindahl, Bernhard (2005). "Local History of Ethiopia" (PDF). Nordic Africa Institute.
- ^ Windmuller-Luna, Authors: Kristen. "The Rock-hewn Churches of Lalibela | Essay | The Metropolitan Museum of Art | Heilbrunn Timeline of Art History". The Met’s Heilbrunn Timeline of Art History (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-15.
- ^ Fauvelle-Aymar, François-Xavier; Bruxelles, Laurent; Mensan, Romain; Bosc-Tiessé, Claire; Derat, Marie-Laure; Fritsch, Emmanuel (2010). "Rock-cut stratigraphy: sequencing the Lalibela churches". Antiquity. 84 (326): 1135–1150.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Rock-Hewn Churches, Lalibela". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-15.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "UNESCO World Heritage Centre - Document - UNESCO/ICOMOS Mission Report; Rock-Hewn Churches, Lalibela (Ethiopia); 7-12 March 2007". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-15.
- ^ Sani, Federico; Moratti, Giovanna; Coli, Massimo; Laureano, Pietro; Rovero, Luisa; Tonietti, Ugo; Coli, Niccolò (2012). "Integrated geological-architectural pilot study of the Biet Gabriel-Rufael rock hewn church in Lalibela, northern Ethiopia". Italian Journal of Geosciences. 131 (2): 171–186.
- ^ Bosc-Tiessé, Claire; Fauvelle, François-Xavier; Bruxelles, Laurent; Derat, Marie-Laure; Gleize, Yves; Mensan, Romain (2014). "The Lalibela Rock Hewn Site and its Landscape (Ethiopia): An Archaeological Analysis". Journal of African Archaeology. 12 (2): 141–164.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "UNESCO World Heritage Centre - Document - A Management Plan for the Rock-hewn Churches of Lalibela World Heritage Site, Ethiopia (2015)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-15.
- ^ Woldeyes, Yirga Gelaw (2018). "Preliminary Report: Conservation Concerns for the Lalibela Rock Hewn Churches" (PDF). Curtin University. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2024-01-15. Miġbur 2024-01-15.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "UNESCO World Heritage Centre - Document - Report of the UNESCO/ICOMOS/ICCROM Advisory mission to Rock-Hewn Churches, Lalibela (Ethiopia), 20-25 May 2018". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-15.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Knejjes Imħaffrin fil Blat ta' Lalibela, X'inhi Knejjes Imħaffrin fil Blat ta' Lalibela? Xi tfisser Knejjes Imħaffrin fil Blat ta' Lalibela?
Il Knejjes Imħaffrin fil Blat ta Lalibela huma ħdax il knisja monolitika li jinsabu fil Punent tal Artijiet Għoljin Etjopjani qrib ir raħal ta Lalibela li ngħatat dan l isem f ġieħ ir Re tad dinastija Zagwe tal aħħar tas seklu 12 u l bidu tas seklu 13 Dan ir re kkummissjona l proġett enormi tal kostruzzjoni ta 11 il knisja mħaffra fil blat sabiex joħloq mill ġdid il belt sagra ta Ġerusalemm fir renju tiegħu stess Is sit għadu jintuza mill Knisja Kristjana Ortodossa Etjopjana sal lum u għadha post importanti ta pellegrinaġġ għall fidili Ortodossi Etjopjani B kollox il 11 il knisja mħaffra fil blat inbnew f 24 sena Il Knisja ta San Ġorġ StorjaSkont it tradizzjoni lokali Lalibela magħrufa tradizzjonalment bħala Roha ġiet stabbilita minn familja Agew imsejħa Zagwa jew Zagwe fl 1137 W K Jingħad li l knejjes inbnew matul ir renju tad dinastija Zagwe taħt it tmexxija tar Re Gebre Meskel Lalibela li rrenja għall ħabta tal 1181 1221 W K għalkemm iktar probabbli li evolvew fl għamla attwali tagħhom matul diversi fazijiet ta kostruzzjoni u ta alterazzjoni ta strutturi preċedenti Il Knejjes Imħaffrin fil Blat ta Lalibela tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1978 Sit arkeoloġikuMappa tal Knejjes Imħaffrin fil Blat ta Lalibela F altitudni ta madwar 2 480 metru 8 140 pied is sit arkeoloġiku jikkonsisti f ħames knejjes fit Tramuntana tax xmara Ġordan tal belt ħames knejjes fin Nofsinhar tax xmara u waħda f sit indipendenti Il knejjes f kull wieħed miz zewġ raggruppamenti huma kkollegati permezz ta sistema ta mini u ta trunċieri Biete Giorgis jew il Knisja ta San Ġorġ il ħdax il knisja hija kkollegata mal oħrajn permezz ta trunċieri Il knejjes fil Grupp tat Tramuntana huma Biete Medhane Alem Biete Maryam Biete Golgotha Mikael Biete Meskel u Biete Denagel Il knejjes fil Grupp tan Nofsinhar huma Biete Amanuel Biete Qeddus Mercoreus Biete Abba Libanos Biete Lehem u Biete Gabriel Rufael ArkitetturaIl Knejjes Imħaffrin fil Blat ta Lalibela nbnew permezz ta proċessi ta tħaffir bit tneħħija tal materjal Mill 11 il knejjes 4 knejjes huma monolitiċi u 7 knejjes jikkondividu ħajt mal muntanja li minnhom tħaffru Il knejjes kollha huma uniċi u b hekk s sit għandu diversita arkitettoniku li toħroġ fid dieher mill bassoriljievi ta figuri umani f Bet Golgotha u mill pitturi kkuluriti ta disinni ġeometriċi u xeni Bibbliċi f Bet Mariam Il forom u t trunċieri jiddividu l għamliet strutturali l kbar mis sezzjonijiet izgħar fid diversi knejjes Huwa maħsub li l kostruzzjoni tal knejjes seħħet fi tliet fazijiet Il knejjes kollha huma frott proċess bl uzu ta għodod baziċi bħal imrietel u skarpelli għat tħaffir ta trunċieri madwar l istrutturi monolitiċi u semimonolitiċi kif ukoll għat tħaffir ta sistema ta mini li kienu jikkollegaw iz zewġ gruppi separati ta knejjes ma xulxin mill bazalt vulkaniku Il kostruzzjoni saret minn fuq għal isfel Importanza u funzjoni reliġjuzaIl Knejjes Imħaffrin fil Blat ta Lalibela għandhom importanza reliġjuza importanti għall Kristjani Ortodossi Etjopjani Flimkien jiffurmaw sit ta pellegrinaġġ b valur spiritwali u simboliku partikolari b konfigurazzjoni li tirrapprezenta l belt imqaddsa ta Ġerusalemm Is sit għadu jintuza għall qima u għat talb ta kuljum għaċ ċelebrazzjoni ta festi reliġjuzi bħat Timkat u Genna bħala residenza għall kleru u bħala post ta ġabra għal bosta fidili u mexxejja reliġjuzi kull sena KonservazzjoniDiversi proġetti reċenti ta konservazzjoni u ta restawr ġew implimentati fis sit izda saru b bosta difetti F proġett b finanzjament mill Ambaxxata Amerikana għar restawr ta Bet Gabriel Rafael u sussegwentement ta Bet Golgotha Mikael kien hemm dizgwidi bejn id diversi partijiet involuti fil proġett rigward il fehim tal ambitu kollu tiegħu Kien hemm nuqqas ta komunikazzjoni adegwata u ta kondivizjoni tal informazzjoni rigward il pjanijiet tal proġett bejn l Awtorita għar Riċerka u għall Konservazzjoni tal Wirt Kulturali ARCCH il kumitat lokali u l knisja Permezz tal finanzjament mill Unjoni Ewropea ittellgħu erba tined fl 2008 biex jgħattu ħames knejjes imħaffrin fil blat bħala tentattiv ta protezzjoni temporanja tal istrutturi sakemm tinstab soluzzjoni iktar fit tul Madankollu it tined baqgħu fis sit għal ferm iktar milli kien ippjanat inizjalment u b konsegwenza ta dan issa huma ta theddida għall binjiet ta taħthom peress li jaf iċedu minn mument għall ieħor Id Direttur tal ARCCH indika li t tined jeħtieġ li jitneħħew izda sa issa ma hemmx pjanijiet definittivi fis seħħ sabiex jitneħħew u x se jsir wara Sit ta Wirt DinjiIl Knejjes Imħaffrin fil Blat ta Lalibela ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1978 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet KomponentiRitratt Isem uffiċjali Isem bil Malti Post Noti Biete Giorgis ቤተ ጊዮርጊስ Knisja ta San Ġorġ 12 01 54 N 39 02 28 E 12 03174 N 39 04113 E 12 03174 39 04113 Sit indipendenti B għamla ta salib Biete Denagel ቤተ ደናግል Knisja tal Verġni Grupp tat Tramuntana Biete Golgotha Mikael ቤተ ጎልጎታ ሚካኤል Knisja ta Golgotha Mikael Grupp tat Tramuntana B repliki tal qabar ta Kristu u ta Adam u l maxtura tan Nativita Biete Maryam ቤተ ማርያም Knisja ta Santa Marija 12 02 01 N 39 02 36 E 12 03371 N 39 04333 E 12 03371 39 04333 Grupp tat Tramuntana B saqaf impitter b diversi xeni Bibbliċi Biete Medhane Alem ቤተ መድሃኒ አለም Knisja tas Salvatur tad Dinja 12 02 01 N 39 02 37 E 12 0337 N 39 0437 E 12 0337 39 0437 Grupp tat Tramuntana Tospita s Salib ta Lalibela Huwa maħsub li din hija l ikbar knisja monolitika fid dinja Biete Meskel ቤተ መስቀል Knisja tas Salib 12 02 02 N 39 02 36 E 12 033941 N 39 0434 E 12 033941 39 0434 Grupp tat Tramuntana Biete Abba Libanos ቤተ አባ ሊባኖስ Knisja tas Superjur tal Patrijiet Libanos 12 01 53 N 39 02 43 E 12 03141 N 39 04518 E 12 03141 39 04518 Grupp tan Nofsinhar Biete Amanuel ቤተ አማኑኤል Knisja ta Emmanuel 12 01 55 N 39 02 44 E 12 03182 N 39 04556 E 12 03182 39 04556 Grupp tan Nofsinhar Biete Gabriel Rufael ቤተ ገብሬል ሩፋኤል Knisja ta Gabrijel Raffajel 12 01 52 N 39 02 41 E 12 03120 N 39 04464 E 12 03120 39 04464 Grupp tan Nofsinhar Biete Lehem ቤተ ልሄም Knisja tal Ħobz Imqaddes 12 01 54 N 39 02 40 E 12 03169 N 39 04451 E 12 03169 39 04451 Grupp tan Nofsinhar Biete Qeddus Mercoreus ቤተ ማርቆርዮስ Knisja ta San Mercoreos 12 01 54 N 39 02 44 E 12 03157 N 39 04548 E 12 03157 39 04548 Grupp tan NofsinharReferenzi Williams Frances M 2016 Understanding Ethiopia geology and scenery Cham ISBN 9783319021805 Lindahl Bernhard 2005 Local History of Ethiopia PDF Nordic Africa Institute Windmuller Luna Authors Kristen The Rock hewn Churches of Lalibela Essay The Metropolitan Museum of Art Heilbrunn Timeline of Art History The Met s Heilbrunn Timeline of Art History bl Ingliz Miġbur 2024 01 15 Fauvelle Aymar Francois Xavier Bruxelles Laurent Mensan Romain Bosc Tiesse Claire Derat Marie Laure Fritsch Emmanuel 2010 Rock cut stratigraphy sequencing the Lalibela churches Antiquity 84 326 1135 1150 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Rock Hewn Churches Lalibela UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 15 Centre UNESCO World Heritage UNESCO World Heritage Centre Document UNESCO ICOMOS Mission Report Rock Hewn Churches Lalibela Ethiopia 7 12 March 2007 UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 15 Sani Federico Moratti Giovanna Coli Massimo Laureano Pietro Rovero Luisa Tonietti Ugo Coli Niccolo 2012 Integrated geological architectural pilot study of the Biet Gabriel Rufael rock hewn church in Lalibela northern Ethiopia Italian Journal of Geosciences 131 2 171 186 Bosc Tiesse Claire Fauvelle Francois Xavier Bruxelles Laurent Derat Marie Laure Gleize Yves Mensan Romain 2014 The Lalibela Rock Hewn Site and its Landscape Ethiopia An Archaeological Analysis Journal of African Archaeology 12 2 141 164 Centre UNESCO World Heritage UNESCO World Heritage Centre Document A Management Plan for the Rock hewn Churches of Lalibela World Heritage Site Ethiopia 2015 UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 15 Woldeyes Yirga Gelaw 2018 Preliminary Report Conservation Concerns for the Lalibela Rock Hewn Churches PDF Curtin University Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2024 01 15 Miġbur 2024 01 15 Centre UNESCO World Heritage UNESCO World Heritage Centre Document Report of the UNESCO ICOMOS ICCROM Advisory mission to Rock Hewn Churches Lalibela Ethiopia 20 25 May 2018 UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 15