Marietta Robusti 1560 1590 kienet pittriċi Venezjana tar Kienet waħda mill ftit artisti nisa magħrufa ta dak iż żmien gr
Marietta Robusti

Marietta Robusti (1560? – 1590) kienet pittriċi Venezjana tar-. Kienet waħda mill-ftit artisti nisa magħrufa ta' dak iż-żmien, grupp li fih insibu 'l Sofonisba Anguissola, Lucia Anguissola, Lavinia Fontana, u Diana Scultori Ghisi.
Bijografija
L-uniku sors primarju magħruf li jagħti xi dettalji fuq il-ħajja ta' Marietta Robusti hu l-ktieb ta' Carlo Ridolfi, Il-ħajja ta' Tintoretto, ippublikat għall-ewwel darba fl-1642, għalkemm kienet diġà msemmija daqsxejn fix-xogħol ta' Raffaelo Borghini Il Riposo della Pitura e della Scultura tal-1584. Dawn iż-żewġ sorsi ma jaqblux fuq is-sena ta' twelidha: skont Borghini, twieldet fl-1555, waqt li Carlo Ridolfi jgħid li twieldet fl-1560.
Marietta twieldet u għexet Venezja, l-ikbar mill-ulied tal-pittur , li mingħandu wirtet il-laqam la Tintoretta (li tfisser tinturiera ċkejkna minħabba missier Jocopo li kien tintore jew tinturier). Għalhekk hi magħrufa bl-ismijiet Marietta Robusti, Marietta Tintoretto, jew la Tintoretta.
Billi d-drawwiet ta' dak iż-żmien kienu jeħtieġu li l-mara tibqa' dejjem ġo darha u ma jkollhiex x'taqsam mal-bejgħ u l-produzzjoni tal-arti fil-publiku, Marietta u l-kontemporanji tagħha nisa ma setgħux jidħlu fid-dinja tal-arti ħlief permezz ta' missirijiethom u ħuthom.
Marietta tħarġet bħala artista fl-ambjent kollaborattiv tal-ħanut tax-xogħol ta' missierha, fejn x'aktarx kienet tgħin fil-pitturi tiegħu billi tpinġi l-isfondi u tlesti l-kontorn tal-figuri skont ma' kien jinqasam ix-xogħol is-soltu fil-ħwienet tal-pittura ta' dak iż-zmien. Sa fejn nafu aħna, mix-xhieda li għandna, Marietta qatt ma kellha ordnijiet għal xogħol reliġjuż importanti bħal titulari tal-artali u tiżjin ieħor għal knejjes, u li kienet primarjament ritrattista.
Carlo Ridolfi iddeskriva fit-tul ir-relazzjoni intima li kellha ma' missierha Jacopo. Meta kienet tifla mhux biss kienet tkun miegħu fil-ħanut tax-xogħol, imma kienet tilbes ta' tifel biex tmur kullimkien miegħu. L- u r-re it-tnejn urew interess biex jimpjegawha bħala pittriċi tal-qorti, imma missierha ċaħad din l-istedina f'isimha għax ma felaħx iħalliha titilqu. Fl-1578 irranġalha biex tiżżewweġ ġojjellier Venezjan, Mario Augusta, biex jiżgura li tibqa' qribu. Jacopo ħa ħsieb li Marietta titgħallem tkanta u ddoqq il-klaviċimbalu, il-klavikordu u l-ljutu.
Mietet fl-1590 ma nafux biex, u ndifnet f'Santa Maria dell’Orto, Venezja.
Attribuzzjoni u Valutazzjoni
L-unika pittura li żgurament nistgħu nattribwuha lil Marietta Robusti hi l-Awtoritratt tagħha (c. 1580; , Firenze). Dan ir-ritratt juri l-Marietta quddiem klaviċimbalu, iżomm test mużikali li ġie identifikat bħala l-madrigal ta' , "Madonna per voi ardo". Hemm minn hu tal-fehma li dan it-test, li jiftaħ bil-kliem "Sinjura tiegħi, ninħaraq bl-imħabba għalik u int ma temminix", jissuġġerixxi li l-pittura nħolqot għal raġel, aktarx żewġ Marietta Robusti.
Fost l-attribuzzjoniet hemm ukoll: Raġel Xiħ u Tifel (c. 1585; , Vjenna); Ritratt ta' Ottavio Strada (c. 1567-68; , Amsterdam); u żewġ pitturi żgħar tal-Madonna bil-Bambin (id-dati mhux magħrufin, , Ohio). Jaħsbu li r-Ritratt ta' Żewġt Irġiel (, Dresden), iffirmat "MR", hu l-uniku xogħol iffirmat ta' Marietta Robusti li baqa'.
Xogħlijiet
- Awtoritratt (1580, Uffizi, Firenze)
- Ritratt ta' mara (Uffizi, Firenze)
- Sinjura Venezjana (Mużew tal-Prado, Madrid)
- Sinjura Venezjana (Mużew tal-Prado, Madrid)
- Sinjura Venezjana Awtorittrat? (Mużew tal-Prado, Madrid)
- Sant'Anjeże (1578-79, Santa Maria dell'Orto, Venezja), xogħol iffirmat minn Jacopo Tintoretto, però bl-indħil ċar ta' id oħra, x'aktarx bintu Marietta.
- Ritratt ta' Ottavio Strada (1567-68, Stedelijkmuseum, Amsterdam)
- Ritratt ta' Żewġt Irġiel (Gemaldegälerie, Dresden), iffirmata ‹MR›
- Ritratt ta' mara bħala Flora (Gemaldegälerie, Wiesbaden), dubjuż
- Raġel Xiħ u Tifel (1585, Kunsthistorisches Museum, Vjenna)
Referenzi
- ^ Eric Newton, Tintoretto. (Londra: Longmans, Green and Co., 1952), 62.
- ^ Ibid.
- ^ Carlo Ridolfi, Il-ħajja ta' Tintoretto traduzzjoni għall-Ingliż ta' Catherine u Robert Enggass (University Park, PA: Pennsylvania State University Press, 1984), 99
- ^ H.T. Niceley, A Door Ajar: The Professional Position of Women Artists (Bieb imbexxaq: Il-pożizzjoni professjonali tal-artisti nisa), Art Education 45, nru. 2 (Marzu, 1992): 6-13
- ^ Newton, Tintoretto, 66
- ^ a b Grove Art Online, s.v. Marietta Robusti [1]
- ^ Katherine A. McIver, Lavinia Fontana's 'Self-Portrait Making Music' , (L-awtoritratt ta' Lavinia Fontana qiegħda ddoqq), Women's Art Journal 19, nru. 1 (Rebbiegħa-Sajf 1998): 3-8
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Marietta Robusti |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Marietta Robusti, X'inhi Marietta Robusti? Xi tfisser Marietta Robusti?
Marietta Robusti 1560 1590 kienet pittriċi Venezjana tar Kienet waħda mill ftit artisti nisa magħrufa ta dak iz zmien grupp li fih insibu l Sofonisba Anguissola Lucia Anguissola Lavinia Fontana u Diana Scultori Ghisi Marietta Robusti kultant imsejħa la Tintoretta minn publikazzjoni Franċiza tal 1745BijografijaL uniku sors primarju magħruf li jagħti xi dettalji fuq il ħajja ta Marietta Robusti hu l ktieb ta Carlo Ridolfi Il ħajja ta Tintoretto ippublikat għall ewwel darba fl 1642 għalkemm kienet diġa msemmija daqsxejn fix xogħol ta Raffaelo Borghini Il Riposo della Pitura e della Scultura tal 1584 Dawn iz zewġ sorsi ma jaqblux fuq is sena ta twelidha skont Borghini twieldet fl 1555 waqt li Carlo Ridolfi jgħid li twieldet fl 1560 Marietta twieldet u għexet Venezja l ikbar mill ulied tal pittur li mingħandu wirtet il laqam la Tintoretta li tfisser tinturiera ċkejkna minħabba missier Jocopo li kien tintore jew tinturier Għalhekk hi magħrufa bl ismijiet Marietta Robusti Marietta Tintoretto jew la Tintoretta Billi d drawwiet ta dak iz zmien kienu jeħtieġu li l mara tibqa dejjem ġo darha u ma jkollhiex x taqsam mal bejgħ u l produzzjoni tal arti fil publiku Marietta u l kontemporanji tagħha nisa ma setgħux jidħlu fid dinja tal arti ħlief permezz ta missirijiethom u ħuthom Marietta tħarġet bħala artista fl ambjent kollaborattiv tal ħanut tax xogħol ta missierha fejn x aktarx kienet tgħin fil pitturi tiegħu billi tpinġi l isfondi u tlesti l kontorn tal figuri skont ma kien jinqasam ix xogħol is soltu fil ħwienet tal pittura ta dak iz zmien Sa fejn nafu aħna mix xhieda li għandna Marietta qatt ma kellha ordnijiet għal xogħol reliġjuz importanti bħal titulari tal artali u tizjin ieħor għal knejjes u li kienet primarjament ritrattista Carlo Ridolfi iddeskriva fit tul ir relazzjoni intima li kellha ma missierha Jacopo Meta kienet tifla mhux biss kienet tkun miegħu fil ħanut tax xogħol imma kienet tilbes ta tifel biex tmur kullimkien miegħu L u r re it tnejn urew interess biex jimpjegawha bħala pittriċi tal qorti imma missierha ċaħad din l istedina f isimha għax ma felaħx iħalliha titilqu Fl 1578 irranġalha biex tizzewweġ ġojjellier Venezjan Mario Augusta biex jizgura li tibqa qribu Jacopo ħa ħsieb li Marietta titgħallem tkanta u ddoqq il klaviċimbalu il klavikordu u l ljutu Mietet fl 1590 ma nafux biex u ndifnet f Santa Maria dell Orto Venezja Attribuzzjoni u ValutazzjoniForsi Awtoritrat Sinjura Venezjana L unika pittura li zgurament nistgħu nattribwuha lil Marietta Robusti hi l Awtoritratt tagħha c 1580 Firenze Dan ir ritratt juri l Marietta quddiem klaviċimbalu izomm test muzikali li ġie identifikat bħala l madrigal ta Madonna per voi ardo Hemm minn hu tal fehma li dan it test li jiftaħ bil kliem Sinjura tiegħi ninħaraq bl imħabba għalik u int ma temminix jissuġġerixxi li l pittura nħolqot għal raġel aktarx zewġ Marietta Robusti Fost l attribuzzjoniet hemm ukoll Raġel Xiħ u Tifel c 1585 Vjenna Ritratt ta Ottavio Strada c 1567 68 Amsterdam u zewġ pitturi zgħar tal Madonna bil Bambin id dati mhux magħrufin Ohio Jaħsbu li r Ritratt ta Zewġt Irġiel Dresden iffirmat MR hu l uniku xogħol iffirmat ta Marietta Robusti li baqa XogħlijietAwtoritratt 1580 Uffizi Firenze Ritratt ta mara Uffizi Firenze Sinjura Venezjana Muzew tal Prado Madrid Sinjura Venezjana Muzew tal Prado Madrid Sinjura Venezjana Awtorittrat Muzew tal Prado Madrid Sant Anjeze 1578 79 Santa Maria dell Orto Venezja xogħol iffirmat minn Jacopo Tintoretto pero bl indħil ċar ta id oħra x aktarx bintu Marietta Ritratt ta Ottavio Strada 1567 68 Stedelijkmuseum Amsterdam Ritratt ta Zewġt Irġiel Gemaldegalerie Dresden iffirmata MR Ritratt ta mara bħala Flora Gemaldegalerie Wiesbaden dubjuz Raġel Xiħ u Tifel 1585 Kunsthistorisches Museum Vjenna ReferenziRitratt ta Ottavio Strada Eric Newton Tintoretto Londra Longmans Green and Co 1952 62 Ibid Carlo Ridolfi Il ħajja ta Tintoretto traduzzjoni għall Ingliz ta Catherine u Robert Enggass University Park PA Pennsylvania State University Press 1984 99 H T Niceley A Door Ajar The Professional Position of Women Artists Bieb imbexxaq Il pozizzjoni professjonali tal artisti nisa Art Education 45 nru 2 Marzu 1992 6 13 Newton Tintoretto 66 a b Grove Art Online s v Marietta Robusti 1 Katherine A McIver Lavinia Fontana s Self Portrait Making Music L awtoritratt ta Lavinia Fontana qiegħda ddoqq Women s Art Journal 19 nru 1 Rebbiegħa Sajf 1998 3 8Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Marietta Robusti 2 Marietta Robusti fl Artcyclopedia 3 Bijografija de Marietta Robusti f Artnet 4 Awtoriratt fuq Scholars Resource 5 Ritratt ta Ottavio Strada f Web Gallery of Art