Sofonisba Anguissola miktuba wkoll bħala Anguisciola c Palermo kienet pittriċi Taljana tar Rinaxximent Kienet waħda mill
Sofonisba Anguissola

Sofonisba Anguissola (miktuba wkoll bħala Anguisciola; , c. – Palermo, ) kienet pittriċi Taljana tar-Rinaxximent. Kienet waħda mill-ftit artisti nisa magħrufa ta' dak iż-żmien, grupp li fih insibu 'l oħtha Lucia Anguissola, u 'l Marietta Robusti, Lavinia Fontana, u Diana Scultori Ghisi.
Il-familja Anguissola
Sofonisba Anguissola twieldet , fil-Lombardija madwar l-1532, il-kbira fost seba' wlied, li sitta minnhom kienu bniet. Missierha, Amilcare Anguissola, kien membru tan-nobbiltà minuri ta' Ġenova. Omm Sofonisba, Bianca Ponzone, kienet ġejja minn familja għanja ta' razza nobbli.
Għal erba' ġenerazzjonijiet, il-familja Anguissola kellhom rabta qawwija mal-istorja Kartaġiniża u għalhekk l-ewwel tifla tagħhom semmewha għal figura traġika Kartaġiniża .
Amilcare Anguissola is-sitt uliedu bniet (Sofonisba, Elena, Lucia, Europa, Minerva and Anna Maria) ħajjarhom irawmu u jipperfezzjonaw it-talenti tagħhom. Erbgħa minnhom (Elena, Lucia, Europa and Anna Maria) saru pittriċi, imma Sofonisba kienet ħafna ìżjed tas-sengħa u magħrufa. Elena daħlet soru (Sofonisba pinġiet ritratt tagħha) u għalhekk kellha tħalli l-pittura. Anna Maria u Europa t-tnejn waqfu jpinġu meta żżewġu, waqt li Lucia Anguissola, l-aħjar pittriċi minn ħut Sofonisba mietet żgħira. Oħta l-oħra Minerva, saret kittieba u studjuża tal-. Asdrubale, ħu Sofonisba, studja l-mużika u l-Latin imma ma studjax il-pittura.
Missierha, bniedem aristokratiku, żgura li Sofonisba u ħuta l-bniet jirċievu edukazzjoni kompluta li inkludiet il-belle arti. Anguissola kellha erbatax-il sena meta missierha bagħatha ma' oħta Elena tistudja ma' , pittur irrispettat ta' ritratti u opri reliġjużi tal-iskola tal-Lombardija, li bħalha kien minn Cremona. Meta Campi mar joqgħod belt oħra kompliet tistudja mal-pittur (magħruf bħala "Il Sojaro"). L-apprentistat ta' Sofonisba ma' pitturi lokali waqqaf preċedent għan-nisa li jiġi aċċettati bħala studenti tal-arti .
Ix-xogħol bikri l-iżjed importanti ta' Sofonisba hu Bernardino Campi jpinġi 'l Sofonisba Anguissola (c 1550 Pinacoteca Nazionale, Sjena). Ir-ritratt doppju juri l-għalliem tagħha waqt li jpinġi ritratt tagħha.
Id-dati m'humiex ċerti, Anguissola x'aktarx kompliet l-istudji tagħha taħt Gatti għal xi tliet snin (1551-1553).
Fl-1554, fl-età ta' erbgħa u għoxrin sena, Sofonisba marret Ruma, fejn għaddiet il-ħin kollu tagħha tpinġi kull xorta ta' xeni u nies. Waqt li kienet hemm iltaqgħet ma' bl-għajnuna ta' pittur ieħor li kien jaf sewwa ix-xogħol tagħha. Li tiltaqa' ma' Michelangelo kien unur kbir għal Sofonisba minn barra li kellha x-xorti li titħarreġ b'mod informali minn dan l-artista kbir.
Meta talabha tpinġilu tifel jibki, Sofonisba pinġiet 'Tifel migdum minn granċ' u bagħtet id-disinn lil Michelangelo, li minnufih għaraf it-talent tagħha (dan l-iskizz kellu jibqa' jiġi diskuss u kkupjat għal ħamsin sena wara mill-artisti u n-nobbiltà).
Michelangelo wara ta 'l Anguissola xi skizzi tiegħu biex tpinġihom fl-istil tagħha u offrielha parir fuq li kienet għamlet. Għal mill-inqas sentejn Sofonisba kompliet dan l-istudju informali, immexxija minn Michelangelo.
Il-kbir storiku tal-arti Giorgio Vasari kiteb hekk dwar Sofonisba: Anguissola wriet applikazzjoni ikbar u iżjed grazzja minn kull mara oħra ta' żmienna fl-isforzi tagħha fit-tpinġija, hekk irnexxiet mhux biss li tpinġi, tiżbogħ u tpitter min-natura, u tikkopja b'mod eċċellenti minn oħrajn, imma li waħida toħloq pitturi rari u verament sbieħ.
L-esperjenzi ta' pittriċi
Minkejja li Sofonisba gawdiet ħafna iżjed inkuraġġament u appoġġ minn nisa ordinarji ta' żmienha, madankollu l-klassi soċjali tagħha xorta ma ppermettilitiex li taħrab il-kostrizzjoniet tas-sess tagħha. Mingħajr il-possibbiltà li tistudja l-anatomija jew tpinġi mill-ħajja (ma kienx aċcettabbli li mara tara nies għarwenin), ma setgħetx tieħu f'idejha il-kompożizzjonijiet komplessi b'ħafna figuri meħtieġa għal pitturi reliġjużi jew storiċi fuq skala kbira. Minflok fittxet l-possibbiltà ta' stil ġdid għar-ritratti, fejn is-suġġetti jippożaw b'manjieri informali. Hi nfisha u l-membri tal-familja tagħha kienu s-suġġetti li pinġiet l-iżjed sikwit, kif naraw fl-Awtoritratt (1554, Kunsthistoriches Museum, Vjenna), Il-logħba tal-iskakki (1555, Mużew Narowe, Poznan), li juri 'l tliet ħuta bniet Lucia, Minerva u Europa, u Ritratt ta' Amilcare, Minerva u Asdrubale Anguissola (c. 1557-1558, Nivaagaards Malerisambling, Niva, Danemarka).
Fil-Qorti Spanjola
Meta kienet diġà magħrufa sewwa, Anguissola marret Milan xi żmien matul l-1558, fejn pinġiet id-Duka ta' Alba li hu mbagħad irrakkomandaha lir-re Spanjol, . Is-sena ta' wara, Sofonisba ġiet mistiedna tagħmel parti mill-Qorti Spanjola, u dan ġab bidla importanti fil-karriera tagħha.
Sofonisba Anguissola kellha madwar 27 sena meta ħalliet l-Italja biex tidħol fil-Qorti Spanjola. Fix-xitwa tal-1559-1560 waslet Madrid biex isservi bħala pittriċi tal-qorti u dama għar-reġina l-ġdida, , it-tielet mara ta' , li kienet pittriċi tar-ritratti dilettanta hi stess. Sofonisba kienet impjegata l-iktar biex tgħallem lir-reġina, xogħol li għamlet b'suċċess konsiderevoli, skont kortiġjan Franċiz li kiteb hekk lil , omm Eliżabetta:
Tal-għaġeb kemm, wara li tgħallmet ftit minn waħda mid-dami Taljani tagħha li taha r-re, ġiet il-quddiem fil-pittura.
Sofonisba malajr kisbet il-qima u l-fiduċja tar-Reġina żagħżuha u għaddiet is-snin ta' wara tpinġi ħafna ritratti uffiċjali għall-qorti, fosthom ta' Juana, oħt Filippu II u ta' ibnu, .
Dan ix-xogħol kien ħafna iżjed eżiġenti mir-ritratti informali li Anguissola kienet ibbażat il-fama tagħha fuqhom, billi biex tpinġi d-disinji intrikati tad-drapijiet fini u l-ġojjellerija elaborata meħtieġa fir-ritratti ta' persunaġġi rjali, kien jiħdilha ammont tal-biżgħa ta' żmien u enerġija. Madankollu minkejja l-isfida, ir-ritratti li pinġiet Sofonisba ta' Eliżabetta ta' Valois (u iktar tard, ta' , ir-raba' mara ta' Filippu II) huma vibranti u mimlijin ħajja.
Waqt li kienet fis-servizz ta' Eliżabetta ta' Valois, Anguissola kienet taħdem fil-qrib ma' . Tant fil-qrib infatti, li l-pittura famuża tar-re Filippu II fl-età tan-nofs kien għal żmien twil attribwit lil Coello jew Pantoja. Kien biss dan l-aħħar li Anguissola intgħarfet bħala l-ħallieqa ta' din il-pittura.
Ħajja privata
Fl-1570, Anguissola kellha 38 u kienet għadha ma żżewġitx. Wara l-mewt ta' , Filippu II beda jieħu ħsieb iżjed il-futur ta' Sofonisba u rranġalha biex tiżżewweġ. Madwar l-1571, iżżewġet lil Don Francisco de Moncada, bin il-prinċep ta' Paterno, viċire ta' Sqallija. It-tieġ kien iċcelebrat b'pompa kbira, u rċiviet dota minn għand ir-re ta' Spanja. Wara t-tieġ il-koppja vvjaġġaw biex iżuru l-familja tagħha, kif ukoll l-artijiet ta' żewġha fl-Italja imma fl-aħħar marru lura lejn Spanja. Wara 18-il sena fil-qorti Spanjola, Sofonisba u żewġha fl-aħħar telqu minn Spanja bil-permess tar-re matul l-1578. Marru Palermo fejn żewġ Sofonisba miet fl-1579.
Fl-età ta' 47 sena, hija u sejra d-dar f'Cremona, Sofonisba iltagħet ma' Orazio Lomellino, li kien iżgħar minnha sewwa, il-kaptan tal-vapur li kienet qiegħda tivvjaġġa fuqu. Iżżewġu ftit wara f'Jannar tal-1580, fil-belt ta' Pisa.
Orazio għaraf it-talent tagħha u appoġġaha fix-xogħol artistiku tagħha u kellhom żwieġ twil u hieni. Marru joqgħod , fejn il-familja ta' żewġha kienu jgħixu f'dar kbira. Lil Anguissola tawha kwartier fid-dar għaliha li kien fih studju u kellha ħafna ħin għall-pittura.
Tard fil-ħajja
Bil-fortuna ta' Orazio flimkien mal-pensjoni ġeneruża li rċeviet minn Filippu II, Sofonisba kellha ħajja komda u setgħet tpinġi bla xkiel. Issa li kienet saret famuża, kienu jiġu ħafna kollegi jżuruha biex jiddiskutu l-arti magħha. Bosta minn dawn kienu pitturi żagħżagħ li xtaqu jitgħallmu u jimitaw l-istil karatteristiku ta' Anguissola.
Tard f'ħajjitha, Anguissola ma pinġietx ritratti biss imma wkoll pitturi reliġjużi, kif kienet tagħmel f'żogħżitha, (sfortunatament, ħafna mill-pitturi reliġjużi tagħha ntilfu). Kienet ir-ritrattista prinċipali ta' Ġenova sakemm marret toqgħod Palermo fl-aħħar ta' ħajjitha. Pinġiet l-aħħar awtoritratt fl-1620.
Fl-1623, lil Anguissola żarha il-pittur Fjamming , li kien pinġiha bosta drabi kmieni fis-1600ijiet, u fl-album li kien iżomm kellu skizzi minn kull darba li żarha. Anton Van Dyck innota li għalkemm għajnejn Sofonisba kienu iddgħajfu, moħħha kien għadu tajjeb. Għadhom jeżistu estratti tal-pariri li tagħtu fuq il-pittura waqt din iż-żjara li matulha Van Dyck pinġiha għal darba oħra; dan kien l-aħħar ritratt ta' Sofonisba. Is-sena ta' wara marret toqgħod Sqallija.
Kontra li sostnew xi bijografi, qatt ma għamit għal kollox, imma forsi kellha l-. Meta l-vista tagħha marret lura, Sofonisba saret patruna għanja tal-arti. Mietet ta' 93 sena, f'Palermo fl-1625. Matul ħajjitha kollha kienet dejjem irrispettata u kellha fama internazzjonali.
Seba' snin wara, fl-għeluq il-mitt sena tagħha kieku baqgħet ħajja, żewġha qiegħed iskrizzjoni fuq qabarha li parti minnha kienet tgħid hekk:
Lil Sofonisba, marti ... li hi mniżżla fost in-nisa illustri tad-dinja, eċċezzjonali fit-tpinġija tar-ritratti tal-bnedmin ... Orazio Lomellino, fin-niket tat-telf tal-maħbuba kbira tiegħu, fl-1632, iddedika dan l-omaġġ żgħir lil din il-mara tant kbira.
Stil
L-influwenza ta' Campi, li r-reputazzjoni tiegħu kienet ibbażata fuq ir-ritratti, tidher ċara fix-xogħol bikri ta' Sofonisba, bħal fl-Awtoritratt (Firenze, ). Xogħlha hu assoċjat mat-tradizzjoni modana ta' Cremona, influwenzata ħafna mill-arti ta' Parma u Mantova, li anki fix-xogħlijiet reliġjużi hi permeata b'delikatezza u grazzja kbira. Minn Gatti tidher li assorbiet elementi li jfakkru f'Correggio, u bdiet moda li saret iżjed aċċentwata fil-pittura ta' Cremona tal-aħħar tas-seklu 16. Din id-direzzjoni ġdida narawha f' Lucia, Minerva u Europa Anguissola jilgħabu l-iskakki (1555; Poznan, Muż. N.) fejn l-arti tar-ritratti titħallat f'xena kważi-ġeneru, karatteristika tal-mudelli minn Brescia.
Il-parti l-kbira tax-xogħol bikri ta' Anguissola jikkonsisti f'awtoritratti (l-għadd ta' awtoritratti juri l-fatt li minħabba l-fama tagħha dawn kienu sikwit mitluba) u ritratti tal-familja tagħha. Barra minn hekk, ma kellhiex bżonn li dejjem toqgħod fuq il-pittura għall-għajxien tagħha. L-awtoritratti u r-ritratti tal-familja huma meqjusa minn ħafna nies bħala l-isbaħ xogħlijiet tagħha.
Xi 50 pittura huma magħrufa bħala żgur minn idejn Sofonisba. Ix-xogħlijiet tagħha nistgħu narawhom fil-galleriji tal-arti f', Budapest, Madrid (), Napli, , u Firenze ().
Sinjifikat storiku
Il-ħidma ta' Sofonisba Anguissola kellha influwenza li damet fuq il-ġenerazzjonijet ta' artistiti ta' wara. Ir-ritratt li pinġiet tar-Reġina Eliżabetta ta' Valois biż- (il-pil ta' marta b'ras u saqajn tad-deheb imżejjen bil-ġojjelli) kien ir-ritratt l-iżjed ikkupjat fi Spanja. Fost dawk li kkupjawh kien hemm bosta mill-aħjar artisti ta' dak iż-żmien, bħal .
Sofonisba hi importanti wkoll għall-istoriċi tal-arti feministi. Minkejja li qatt ma kien hemm perjodu fl-istorja tal-punent li matulu in-nisa ma dehru xejn fl-arti viżwali, is-suċċess kbir ta' Anguissola fetaħ il-bieb biex għadd ikbar ta' nisa jsegwu karriera ta' artisti. Fost is-suċċessuri famużi tal-eżempju tagħha insibu 'l Lavinia Fontana, , Fede Galizia u Artemisia Gentileschi.
Sophonisba darba qalet, "Il-ħajja mimlija sorpriżi, jien nipprova naqbad dawn il-mumenti prezzjużi b'għajneja miftuħin beraq."
Referenzi
- ^ Greer Germaine, The Obstacle Race: The Fortunes of Women Painters and Their Work (It-tellieqa bl-ostakli: X'ġara mill-pittriċi u xogħlhom), Farrar, New York, 1978
- ^ Glenn Sharlee Mullins, Sofonisba Anguissola: History's Forgotten Prodigy, (Sofonisba Anguissola: Il-prodiġja minsija mill-istorja), Women's Studies, Vol 18, Ħarġa 2/3, p. 296, 1990
- ^ Campbell, Lorne, Renaissance Portraits, European Portrait-Painting in the 14th, 15th and 16th Centuries, (Ritratti tar-Rinaxximent, Il-Pittura Ewropea tar-Ritratti fis-sekli 14, 15 u 16) p. 151, 1990, Yale, ISBN 0-300-04675-8
- ^ Museo del Prado, Catálogo de las pinturas, (Mużew tal-Prado, Katalgu tal-Pitturi), 1996, p.7 , Ministerio de Educación y Cultura, Madrid, ISBN 84-87317-53-7
Bibljografija
- Ilya Sandra Perlingieri, Sofonisba Anguissola, Rizzoli International, 1992 ISBN 0-8478-1544-7
- Chadwick, Whitney, Women, Art, and Society, (In-nisa, l-arti u-soċjetà), Thames and Hudson, Londra, 1990 ISBN 0-500-20354-7
- Harris, Anne Sutherland and Linda Nochlin, Women Artists: 1550-1950, (Artisti nisa: 1550-1950), Los Angeles County Museum of Art, Knopf, New York, 1976 ISBN 0-394-41169-2
- Sylvia Ferino-Pagden, Maria Kusche, Sofonisba Anguissola: A Renaissance Woman, (Sofonisba Anguissola: Mara tar-Rinaxximent), National Museum of Women in the Arts, 1995 ISBN 0-940979-31-4
- Pizzagalli, Daniela La signora della pittura : vita di Sofonisba Anguissola, gentildonna e artista nel Rinascimento, Milan 2003 ISBN 88-17-99509-6
- Sofonisba Anguissola e le sue sorelle, (Sofonisba Anguissola u ż-żewġ ħuta), katalgu tal-wirja ta' M. Gregori, Ruma 1994.
- Orietta Pinessi, Sofonisba Anguissola, Edizzjoni SELENE 2008.
- Sofonisba Anguissola Moncada Lomellini [fi:] "Carlo Dolci e il Cristo Ecce Homo", (Carlo Dolci u l-Kristu Ecce Homo) ta' Alberto Macchi, prefazju ta' Maurizio Marini, Colosseo Editore, Ruma 2006.
- Slatkin, Wendy, Women Artists in History From Antiquity to the Present, (Artisti nisa fl-istorja mill-qedem għal llum). Ir-raba' edizzjoni (New Jersey: Prentice Hall, 2001)
Ħoloq esterni
- Sofonisba Anguissola u l-"Miracolo di Natura"
- Gallerija fuq l-internet b'29 pittura
- Sofonisba Anguissola fl-Artcyclopedia
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Sofonisba Anguissola, X'inhi Sofonisba Anguissola? Xi tfisser Sofonisba Anguissola?
Sofonisba Anguissola miktuba wkoll bħala Anguisciola c Palermo kienet pittriċi Taljana tar Rinaxximent Kienet waħda mill ftit artisti nisa magħrufa ta dak iz zmien grupp li fih insibu l oħtha Lucia Anguissola u l Marietta Robusti Lavinia Fontana u Diana Scultori Ghisi Awtoritratt 1556 Muzew Lancut il PolonjaIl familja AnguissolaRitratt tal familja Minerva Amilcare u Asdrubale Anguissola 1557 Sofonisba Anguissola twieldet fil Lombardija madwar l 1532 il kbira fost seba wlied li sitta minnhom kienu bniet Missierha Amilcare Anguissola kien membru tan nobbilta minuri ta Ġenova Omm Sofonisba Bianca Ponzone kienet ġejja minn familja għanja ta razza nobbli Għal erba ġenerazzjonijiet il familja Anguissola kellhom rabta qawwija mal istorja Kartaġiniza u għalhekk l ewwel tifla tagħhom semmewha għal figura traġika Kartaġiniza Amilcare Anguissola is sitt uliedu bniet Sofonisba Elena Lucia Europa Minerva and Anna Maria ħajjarhom irawmu u jipperfezzjonaw it talenti tagħhom Erbgħa minnhom Elena Lucia Europa and Anna Maria saru pittriċi imma Sofonisba kienet ħafna izjed tas sengħa u magħrufa Elena daħlet soru Sofonisba pinġiet ritratt tagħha u għalhekk kellha tħalli l pittura Anna Maria u Europa t tnejn waqfu jpinġu meta zzewġu waqt li Lucia Anguissola l aħjar pittriċi minn ħut Sofonisba mietet zgħira Oħta l oħra Minerva saret kittieba u studjuza tal Asdrubale ħu Sofonisba studja l muzika u l Latin imma ma studjax il pittura Missierha bniedem aristokratiku zgura li Sofonisba u ħuta l bniet jirċievu edukazzjoni kompluta li inkludiet il belle arti Anguissola kellha erbatax il sena meta missierha bagħatha ma oħta Elena tistudja ma pittur irrispettat ta ritratti u opri reliġjuzi tal iskola tal Lombardija li bħalha kien minn Cremona Meta Campi mar joqgħod belt oħra kompliet tistudja mal pittur magħruf bħala Il Sojaro L apprentistat ta Sofonisba ma pitturi lokali waqqaf preċedent għan nisa li jiġi aċċettati bħala studenti tal arti Ix xogħol bikri l izjed importanti ta Sofonisba hu Bernardino Campi jpinġi l Sofonisba Anguissola c 1550 Pinacoteca Nazionale Sjena Ir ritratt doppju juri l għalliem tagħha waqt li jpinġi ritratt tagħha Id dati m humiex ċerti Anguissola x aktarx kompliet l istudji tagħha taħt Gatti għal xi tliet snin 1551 1553 Lucia Minerva u Europa Anguissola jilgħabu l iskakki 1555 Muzew Navrodwe Poznan il Polonja Fl 1554 fl eta ta erbgħa u għoxrin sena Sofonisba marret Ruma fejn għaddiet il ħin kollu tagħha tpinġi kull xorta ta xeni u nies Waqt li kienet hemm iltaqgħet ma bl għajnuna ta pittur ieħor li kien jaf sewwa ix xogħol tagħha Li tiltaqa ma Michelangelo kien unur kbir għal Sofonisba minn barra li kellha x xorti li titħarreġ b mod informali minn dan l artista kbir Meta talabha tpinġilu tifel jibki Sofonisba pinġiet Tifel migdum minn granċ u bagħtet id disinn lil Michelangelo li minnufih għaraf it talent tagħha dan l iskizz kellu jibqa jiġi diskuss u kkupjat għal ħamsin sena wara mill artisti u n nobbilta Michelangelo wara ta l Anguissola xi skizzi tiegħu biex tpinġihom fl istil tagħha u offrielha parir fuq li kienet għamlet Għal mill inqas sentejn Sofonisba kompliet dan l istudju informali immexxija minn Michelangelo Il kbir storiku tal arti Giorgio Vasari kiteb hekk dwar Sofonisba Anguissola wriet applikazzjoni ikbar u izjed grazzja minn kull mara oħra ta zmienna fl isforzi tagħha fit tpinġija hekk irnexxiet mhux biss li tpinġi tizbogħ u tpitter min natura u tikkopja b mod eċċellenti minn oħrajn imma li waħida toħloq pitturi rari u verament sbieħ L esperjenzi ta pittriċiBernardino Campi jpinġi l Sofonisba Anguissola c tard fl 1550ijiet Minkejja li Sofonisba gawdiet ħafna izjed inkuraġġament u appoġġ minn nisa ordinarji ta zmienha madankollu l klassi soċjali tagħha xorta ma ppermettilitiex li taħrab il kostrizzjoniet tas sess tagħha Mingħajr il possibbilta li tistudja l anatomija jew tpinġi mill ħajja ma kienx aċcettabbli li mara tara nies għarwenin ma setgħetx tieħu f idejha il kompozizzjonijiet komplessi b ħafna figuri meħtieġa għal pitturi reliġjuzi jew storiċi fuq skala kbira Minflok fittxet l possibbilta ta stil ġdid għar ritratti fejn is suġġetti jippozaw b manjieri informali Hi nfisha u l membri tal familja tagħha kienu s suġġetti li pinġiet l izjed sikwit kif naraw fl Awtoritratt 1554 Kunsthistoriches Museum Vjenna Il logħba tal iskakki 1555 Muzew Narowe Poznan li juri l tliet ħuta bniet Lucia Minerva u Europa u Ritratt ta Amilcare Minerva u Asdrubale Anguissola c 1557 1558 Nivaagaards Malerisambling Niva Danemarka Fil Qorti SpanjolaMeta kienet diġa magħrufa sewwa Anguissola marret Milan xi zmien matul l 1558 fejn pinġiet id Duka ta Alba li hu mbagħad irrakkomandaha lir re Spanjol Is sena ta wara Sofonisba ġiet mistiedna tagħmel parti mill Qorti Spanjola u dan ġab bidla importanti fil karriera tagħha Ritratt tar b zibellino Ritratt fil Prado ta Filippu II li kien maħsub li tpinġa minn imma issa rikonoxxut bħala x xogħol ta Anguissola Sofonisba Anguissola kellha madwar 27 sena meta ħalliet l Italja biex tidħol fil Qorti Spanjola Fix xitwa tal 1559 1560 waslet Madrid biex isservi bħala pittriċi tal qorti u dama għar reġina l ġdida it tielet mara ta li kienet pittriċi tar ritratti dilettanta hi stess Sofonisba kienet impjegata l iktar biex tgħallem lir reġina xogħol li għamlet b suċċess konsiderevoli skont kortiġjan Franċiz li kiteb hekk lil omm Elizabetta Tal għaġeb kemm wara li tgħallmet ftit minn waħda mid dami Taljani tagħha li taha r re ġiet il quddiem fil pittura Sofonisba malajr kisbet il qima u l fiduċja tar Reġina zagħzuha u għaddiet is snin ta wara tpinġi ħafna ritratti uffiċjali għall qorti fosthom ta Juana oħt Filippu II u ta ibnu Dan ix xogħol kien ħafna izjed eziġenti mir ritratti informali li Anguissola kienet ibbazat il fama tagħha fuqhom billi biex tpinġi d disinji intrikati tad drapijiet fini u l ġojjellerija elaborata meħtieġa fir ritratti ta persunaġġi rjali kien jiħdilha ammont tal bizgħa ta zmien u enerġija Madankollu minkejja l isfida ir ritratti li pinġiet Sofonisba ta Elizabetta ta Valois u iktar tard ta ir raba mara ta Filippu II huma vibranti u mimlijin ħajja Waqt li kienet fis servizz ta Elizabetta ta Valois Anguissola kienet taħdem fil qrib ma Tant fil qrib infatti li l pittura famuza tar re Filippu II fl eta tan nofs kien għal zmien twil attribwit lil Coello jew Pantoja Kien biss dan l aħħar li Anguissola intgħarfet bħala l ħallieqa ta din il pittura Ħajja privataAwtoritratt 1554 Fl 1570 Anguissola kellha 38 u kienet għadha ma zzewġitx Wara l mewt ta Filippu II beda jieħu ħsieb izjed il futur ta Sofonisba u rranġalha biex tizzewweġ Madwar l 1571 izzewġet lil Don Francisco de Moncada bin il prinċep ta Paterno viċire ta Sqallija It tieġ kien iċcelebrat b pompa kbira u rċiviet dota minn għand ir re ta Spanja Wara t tieġ il koppja vvjaġġaw biex izuru l familja tagħha kif ukoll l artijiet ta zewġha fl Italja imma fl aħħar marru lura lejn Spanja Wara 18 il sena fil qorti Spanjola Sofonisba u zewġha fl aħħar telqu minn Spanja bil permess tar re matul l 1578 Marru Palermo fejn zewġ Sofonisba miet fl 1579 Fl eta ta 47 sena hija u sejra d dar f Cremona Sofonisba iltagħet ma Orazio Lomellino li kien izgħar minnha sewwa il kaptan tal vapur li kienet qiegħda tivvjaġġa fuqu Izzewġu ftit wara f Jannar tal 1580 fil belt ta Pisa Orazio għaraf it talent tagħha u appoġġaha fix xogħol artistiku tagħha u kellhom zwieġ twil u hieni Marru joqgħod fejn il familja ta zewġha kienu jgħixu f dar kbira Lil Anguissola tawha kwartier fid dar għaliha li kien fih studju u kellha ħafna ħin għall pittura Tard fil ħajjaBil fortuna ta Orazio flimkien mal pensjoni ġeneruza li rċeviet minn Filippu II Sofonisba kellha ħajja komda u setgħet tpinġi bla xkiel Issa li kienet saret famuza kienu jiġu ħafna kollegi jzuruha biex jiddiskutu l arti magħha Bosta minn dawn kienu pitturi zagħzagħ li xtaqu jitgħallmu u jimitaw l istil karatteristiku ta Anguissola Tard f ħajjitha Anguissola ma pinġietx ritratti biss imma wkoll pitturi reliġjuzi kif kienet tagħmel f zogħzitha sfortunatament ħafna mill pitturi reliġjuzi tagħha ntilfu Kienet ir ritrattista prinċipali ta Ġenova sakemm marret toqgħod Palermo fl aħħar ta ħajjitha Pinġiet l aħħar awtoritratt fl 1620 Fl 1623 lil Anguissola zarha il pittur Fjamming li kien pinġiha bosta drabi kmieni fis 1600ijiet u fl album li kien izomm kellu skizzi minn kull darba li zarha Anton Van Dyck innota li għalkemm għajnejn Sofonisba kienu iddgħajfu moħħha kien għadu tajjeb Għadhom jezistu estratti tal pariri li tagħtu fuq il pittura waqt din iz zjara li matulha Van Dyck pinġiha għal darba oħra dan kien l aħħar ritratt ta Sofonisba Is sena ta wara marret toqgħod Sqallija Kontra li sostnew xi bijografi qatt ma għamit għal kollox imma forsi kellha l Meta l vista tagħha marret lura Sofonisba saret patruna għanja tal arti Mietet ta 93 sena f Palermo fl 1625 Matul ħajjitha kollha kienet dejjem irrispettata u kellha fama internazzjonali Seba snin wara fl għeluq il mitt sena tagħha kieku baqgħet ħajja zewġha qiegħed iskrizzjoni fuq qabarha li parti minnha kienet tgħid hekk Lil Sofonisba marti li hi mnizzla fost in nisa illustri tad dinja eċċezzjonali fit tpinġija tar ritratti tal bnedmin Orazio Lomellino fin niket tat telf tal maħbuba kbira tiegħu fl 1632 iddedika dan l omaġġ zgħir lil din il mara tant kbira StilSofonisba Anguissola Awtoritratt 1610 L influwenza ta Campi li r reputazzjoni tiegħu kienet ibbazata fuq ir ritratti tidher ċara fix xogħol bikri ta Sofonisba bħal fl Awtoritratt Firenze Xogħlha hu assoċjat mat tradizzjoni modana ta Cremona influwenzata ħafna mill arti ta Parma u Mantova li anki fix xogħlijiet reliġjuzi hi permeata b delikatezza u grazzja kbira Minn Gatti tidher li assorbiet elementi li jfakkru f Correggio u bdiet moda li saret izjed aċċentwata fil pittura ta Cremona tal aħħar tas seklu 16 Din id direzzjoni ġdida narawha f Lucia Minerva u Europa Anguissola jilgħabu l iskakki 1555 Poznan Muz N fejn l arti tar ritratti titħallat f xena kwazi ġeneru karatteristika tal mudelli minn Brescia Il parti l kbira tax xogħol bikri ta Anguissola jikkonsisti f awtoritratti l għadd ta awtoritratti juri l fatt li minħabba l fama tagħha dawn kienu sikwit mitluba u ritratti tal familja tagħha Barra minn hekk ma kellhiex bzonn li dejjem toqgħod fuq il pittura għall għajxien tagħha L awtoritratti u r ritratti tal familja huma meqjusa minn ħafna nies bħala l isbaħ xogħlijiet tagħha Xi 50 pittura huma magħrufa bħala zgur minn idejn Sofonisba Ix xogħlijiet tagħha nistgħu narawhom fil galleriji tal arti f Budapest Madrid Napli u Firenze Sinjifikat storikuIl ħidma ta Sofonisba Anguissola kellha influwenza li damet fuq il ġenerazzjonijet ta artistiti ta wara Ir ritratt li pinġiet tar Reġina Elizabetta ta Valois biz il pil ta marta b ras u saqajn tad deheb imzejjen bil ġojjelli kien ir ritratt l izjed ikkupjat fi Spanja Fost dawk li kkupjawh kien hemm bosta mill aħjar artisti ta dak iz zmien bħal Sofonisba hi importanti wkoll għall istoriċi tal arti feministi Minkejja li qatt ma kien hemm perjodu fl istorja tal punent li matulu in nisa ma dehru xejn fl arti vizwali is suċċess kbir ta Anguissola fetaħ il bieb biex għadd ikbar ta nisa jsegwu karriera ta artisti Fost is suċċessuri famuzi tal ezempju tagħha insibu l Lavinia Fontana Fede Galizia u Artemisia Gentileschi Sophonisba darba qalet Il ħajja mimlija sorprizi jien nipprova naqbad dawn il mumenti prezzjuzi b għajneja miftuħin beraq Referenzi Greer Germaine The Obstacle Race The Fortunes of Women Painters and Their Work It tellieqa bl ostakli X ġara mill pittriċi u xogħlhom Farrar New York 1978 Glenn Sharlee Mullins Sofonisba Anguissola History s Forgotten Prodigy Sofonisba Anguissola Il prodiġja minsija mill istorja Women s Studies Vol 18 Ħarġa 2 3 p 296 1990 Campbell Lorne Renaissance Portraits European Portrait Painting in the 14th 15th and 16th Centuries Ritratti tar Rinaxximent Il Pittura Ewropea tar Ritratti fis sekli 14 15 u 16 p 151 1990 Yale ISBN 0 300 04675 8 Museo del Prado Catalogo de las pinturas Muzew tal Prado Katalgu tal Pitturi 1996 p 7 Ministerio de Educacion y Cultura Madrid ISBN 84 87317 53 7BibljografijaIlya Sandra Perlingieri Sofonisba Anguissola Rizzoli International 1992 ISBN 0 8478 1544 7 Chadwick Whitney Women Art and Society In nisa l arti u soċjeta Thames and Hudson Londra 1990 ISBN 0 500 20354 7 Harris Anne Sutherland and Linda Nochlin Women Artists 1550 1950 Artisti nisa 1550 1950 Los Angeles County Museum of Art Knopf New York 1976 ISBN 0 394 41169 2 Sylvia Ferino Pagden Maria Kusche Sofonisba Anguissola A Renaissance Woman Sofonisba Anguissola Mara tar Rinaxximent National Museum of Women in the Arts 1995 ISBN 0 940979 31 4 Pizzagalli Daniela La signora della pittura vita di Sofonisba Anguissola gentildonna e artista nel Rinascimento Milan 2003 ISBN 88 17 99509 6 Sofonisba Anguissola e le sue sorelle Sofonisba Anguissola u z zewġ ħuta katalgu tal wirja ta M Gregori Ruma 1994 Orietta Pinessi Sofonisba Anguissola Edizzjoni SELENE 2008 Sofonisba Anguissola Moncada Lomellini fi Carlo Dolci e il Cristo Ecce Homo Carlo Dolci u l Kristu Ecce Homo ta Alberto Macchi prefazju ta Maurizio Marini Colosseo Editore Ruma 2006 Slatkin Wendy Women Artists in History From Antiquity to the Present Artisti nisa fl istorja mill qedem għal llum Ir raba edizzjoni New Jersey Prentice Hall 2001 Ħoloq esterniSofonisba Anguissola u l Miracolo di Natura Gallerija fuq l internet b 29 pittura Sofonisba Anguissola fl Artcyclopedia