Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Fede Galizia Milan 1578 Milan 1630 kienet pittriċi Taljana tar Rinaxximent li kienet tpitter ritratti u stampi reliġjużi

Fede Galizia

  • Paġna Ewlenija
  • Fede Galizia
Fede Galizia
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Fede Galizia (Milan, 1578 – Milan, 1630) kienet pittriċi Taljana tar-Rinaxximent, li kienet tpitter ritratti u stampi reliġjużi, u kienet pijuniera tal-ġeneru tan-natura mejta.

Fede Galizia
Ħajja
Twelid Milanu , 1578
Nazzjonalità
Grupp etniku
Mewt Milan, 1630
Kawża tal-mewt  ()
Familja
Missier
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni
Post tax-xogħol Milan
Torino
Xogħlijiet importanti (en)
Moviment Rinaxximent
Moviment artistiku

Bijografija

Fede Galizia, iżjed magħrufa bħala Galizia, twieldet Milan fl-1578. Missierha, , li kien pittur tal-minjaturi kien ġie Milan minn . Fede (li isimha jfisser "fidi") tgħallmet tpinġi mingħandu. Meta kellha tnax-il sena kienet diġà tajba biżżejjed bħala artista biex tissemma minn , pittur u teoriku tal-arti, ħabib ta' missierha, li kiteb, "(Din it-tifla) tiddedika ruħha għall-imitazzjoni tal-aħjar tal-arti tagħna".

Fede kienet stabbilita kmieni bħala ritrattista u kellha ħafna ordnijiet għar-ritratti. Forsi kienet l-influwenza ta' missierha li ħajjar lil Fede tieħu ħsieb ħafna d-dettalji fir-ritratti tagħha. Minħabba kif kienet toħroġ il-ġojjelli u l-ilbies saret rikjesta ħafna bħala ritrattista. Kellha sikwit ukoll ordnijiet għal suġġetti reliġjużi u sekulari. Bosta mill-pitturi tagħha bbażati fuq l-istorja ta' Ġuditta u Oloferne, suġġett popolari fl-arti ta' dak iż-żmien għadhom jeżistu f'kollezzjonijiet privati. Forsi l-ewwel waħda kienet Ġuditta bir-ras ta' Oloferne li pinġiet fl-1596 u li issa qiegħda Sarasota Florida fir-Ringling Museum of Art. Pinġiet ukoll xi minjaturi u titulari għal xi kunventi.

L-istil tagħha tar-ritratti, li juża approċċ realistiku qawwi, ġej mit-tradizzjoni naturalistika tar-Rinaxximent fl-Italja. Is-sengħa artistika ta' Fede fid-disinn u l-pittura jidhru ċari fir-Ritratt ta' Paolo Morigia, Ġiżwita studjuż, li kien wieħed mill-ewwel li taha appoġġ. Morigia, li kien ukoll kittieb u storiku, kien jogħġbu ħafna x-xogħol ta' Fede u f’dan ir-ritratt, li għamlet fl-1596, pinġietu jikteb poeżija fuq il-pittura li kienet qiegħda tpinġi. Kisbet bosta ordnijiet pubbliċi għal titulari fil-knejjes ta' Milan; fost dawn kien hemm Noli me tangere (1616; Milan, San Stiefnu) li pinġiet għall-artal tal-knisja ta' Santa Marija Maddalena.

Barra l-pittura tar-ritratti, Fede kienet tinteressa ruħha ħafna fil-pittura tan-natura mejta, ġeneru li fih kienet pijuniera u li għalih hi l-iżjed magħrufa. Jgħidu li għamlet ħafna żmien tfittex xi ħaġa fl-Italja u fil-Greċja. Jidher li sabet xi ħaġa inkredibbli għax tagħbija ta' żewġ tunnellati ntbagħtet lejn id-dar tagħha tas-sajf fi Spanja. Minkejja li ftit sorsi kontemporanji jsemmu l-pitturi tan-natura mejta ta' Fede, dawn jagħmlu l-parti l-kbira tax-xogħlijiet tagħha li baqa'. Tlieta u sittin pittura ġew assenjati lilha, u 44 minnhom huma fil-forma ta' natura mejta. Waħda mill-pitturi tan-natura mejta, impittra fl-1602 u ffirmata, hi x'aktarx l-ewwel natura mejta minn artista Taljana u dan jixhed kemm ikkontribwiet għal dan l-istil ġdid tal-pittura.

Fede qatt ma żżewġet, kellha ħajja kuntenta u rnexxiet ħafna fil-karriera artistika tagħha. Fl-1630 mietet bil-pesta f'Milan.

Stil

Fede Galizia pinġiet ritratti, minjaturi u titulari għall-knejjes, imma l-parti l-iżjed importanti tax-xogħol tagħha, li tatha fama xierqa fl-istorja tal-arti, hija n-natura mejta. Però l-pitturi tagħha ma kinux apprezzati daqs kemm jixirqilhom sa tard fis-seklu 20, meta fl-1963 u l-1989 saru studji li taw attenzjoni speċjali lix-xogħol tagħha. Dawn salvawha milli tintesa għalkollox.

Fede Galizia kellha stil li ġej mill- Lombard tal-aħħar tas-seklu 16, li kellu ċ-ċentru tiegħu f'Mantova, imma kien magħruf internazzjonalment, speċjalment fi Franza. Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma fost l-ewwel eżempji ta' dan il-ġeneru ġdid li fih in-nisa, parzjalment għaliex kienu esklużi minn forom oħra ta' pittura, spikkaw.

Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma ddettaljati ferm ħafna u differenti sewwa mix-xogħlijiet ta' missierha, tuża iżjed dettalji u kuluri jlelxu. Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet tagħha juru qoffa jew skutella mimlija frott tal-istess tip, bħal ħawħ jew lanġas, bi ftit frott xi minn daqqiet maqsum u mferrex ħdejn l-iskutella.

F'ħafna mill-pitturi tan-natura mejta li pinġiet, qegħdet fjuri friski jew frott ieħor fuq il-mejda biex tipprovdi l-kuntrast u l-iskala. Fix-xogħol ta' Fede jidhru influwenzi ta' pitturi bħall-Qoffa bil-Frott ta' Caravaggio. Imma xaqilbet lejn l-istil iżjed kontrollat tal-perjodu tal-, u ma waslitx għall-kompożizzjonijiet u forom lussużi li kienu jużaw ħafna mill-kontemporanji tagħha li kienu qegħdin jaħdmu f'dan il-ġeneru; minflok ippreferiet li tuża stil sempliċi bħal dak li jidher fil-pitturi tan-natura mejta ta' ftit aktar tard.

Il-pitturi ta' Fede huma mimlija dettalji, perfettament ibbilanċjati u għat-trattament tad-dwal, dellijiet u tessituri ma kien iħabbatha ħadd magħha f'dik l-epoka. Kellha ħila partikularment kbira fil-ħolqien ta' spazji li jistiednu fil-pitturi tagħha, kompożizzjonijiet ekwilibrati u mhux iffullati. Qisek tista' tmiss il-frott, taqbadhom u toħroġhom mill-pittura mingħajr ma tiddisturba l-bqija tax-xogħol. Kontra ta' qabilhom li kienu artifiċjużi, l-arranġamenti tagħhom huma grazzjużi, naturali u poetiċi.

It-trattament estetiku tan-natura mejta ta' Fede Galizia ma jerġax jidher qabel nofs is-seklu 16 u d-direzzjoni moderna li ħa dan il-ġeneru kienet iffurmata prinċipalment mix-xogħlijiet tagħha. Ħafna mill-pitturi tan-natura mejta li naraw illum huma influwenzati mill-ideat oriġinali tagħha. Ma nafux kemm hemm pitturi ta' Fede; ħafna pitturi li jistgħu jkunu tagħha ġew attribwiti lill-ekwivalenti maskili tagħha , li ħa ħafna mill-ispirazzjoni tiegħu mingħandha. Setgħet ispirat lill-Bergamiż u lill-pittriċi Barokka tan-natura mejta, Giovanna Garzoni.

Noti u referenzi

  1. ^ Gian Paolo Lomazzo, Idea del tempio della pittura, Milan 1590, p. 163, "dandosi all'imitation de i più eccellenti dell'arte nostra."

Biblijografija

  • Ilya Sandra Perlingieri, Sofonisba Anguissola,, Rizzoli International, 1992 ISBN 978-0-8478-1544-9 fuq Questia
  • Chadwick, Whitney, Women, Art, and Society, (In-Nisa, l-Arti u s-Soċjetà), Thames and Hudson, Londra, 1990 ISBN 978-0-500-20354-5
  • Harris, Anne Sutherland u Linda Nochlin, Women Artists: 1550-1950, (Artisti nisa: 1550-1950), Los Angeles County Museum of Art, Knopf, New York, 1976 ISBN 978-0-394-41169-9

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Ġun, 2025 / 23:52

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Fede Galizia, X'inhi Fede Galizia? Xi tfisser Fede Galizia?

Fede Galizia Milan 1578 Milan 1630 kienet pittriċi Taljana tar Rinaxximent li kienet tpitter ritratti u stampi reliġjuzi u kienet pijuniera tal ġeneru tan natura mejta Fede GaliziaĦajjaTwelid Milanu 1578NazzjonalitaGrupp etnikuMewt Milan 1630Kawza tal mewt FamiljaMissierOkkupazzjoniOkkupazzjoniPost tax xogħol Milan TorinoXogħlijiet importanti en Moviment RinaxximentMoviment artistikuBijografijaĠuditta bir ras ta Oloferne 1596 Il figura ta Ġuditta hi x aktarx awtoritratt Fede Galizia izjed magħrufa bħala Galizia twieldet Milan fl 1578 Missierha li kien pittur tal minjaturi kien ġie Milan minn Fede li isimha jfisser fidi tgħallmet tpinġi mingħandu Meta kellha tnax il sena kienet diġa tajba bizzejjed bħala artista biex tissemma minn pittur u teoriku tal arti ħabib ta missierha li kiteb Din it tifla tiddedika ruħha għall imitazzjoni tal aħjar tal arti tagħna Fede kienet stabbilita kmieni bħala ritrattista u kellha ħafna ordnijiet għar ritratti Forsi kienet l influwenza ta missierha li ħajjar lil Fede tieħu ħsieb ħafna d dettalji fir ritratti tagħha Minħabba kif kienet toħroġ il ġojjelli u l ilbies saret rikjesta ħafna bħala ritrattista Kellha sikwit ukoll ordnijiet għal suġġetti reliġjuzi u sekulari Bosta mill pitturi tagħha bbazati fuq l istorja ta Ġuditta u Oloferne suġġett popolari fl arti ta dak iz zmien għadhom jezistu f kollezzjonijiet privati Forsi l ewwel waħda kienet Ġuditta bir ras ta Oloferne li pinġiet fl 1596 u li issa qiegħda Sarasota Florida fir Ringling Museum of Art Pinġiet ukoll xi minjaturi u titulari għal xi kunventi L istil tagħha tar ritratti li juza approċċ realistiku qawwi ġej mit tradizzjoni naturalistika tar Rinaxximent fl Italja Is sengħa artistika ta Fede fid disinn u l pittura jidhru ċari fir Ritratt ta Paolo Morigia Ġizwita studjuz li kien wieħed mill ewwel li taha appoġġ Morigia li kien ukoll kittieb u storiku kien jogħġbu ħafna x xogħol ta Fede u f dan ir ritratt li għamlet fl 1596 pinġietu jikteb poezija fuq il pittura li kienet qiegħda tpinġi Kisbet bosta ordnijiet pubbliċi għal titulari fil knejjes ta Milan fost dawn kien hemm Noli me tangere 1616 Milan San Stiefnu li pinġiet għall artal tal knisja ta Santa Marija Maddalena Barra l pittura tar ritratti Fede kienet tinteressa ruħha ħafna fil pittura tan natura mejta ġeneru li fih kienet pijuniera u li għalih hi l izjed magħrufa Jgħidu li għamlet ħafna zmien tfittex xi ħaġa fl Italja u fil Greċja Jidher li sabet xi ħaġa inkredibbli għax tagħbija ta zewġ tunnellati ntbagħtet lejn id dar tagħha tas sajf fi Spanja Minkejja li ftit sorsi kontemporanji jsemmu l pitturi tan natura mejta ta Fede dawn jagħmlu l parti l kbira tax xogħlijiet tagħha li baqa Tlieta u sittin pittura ġew assenjati lilha u 44 minnhom huma fil forma ta natura mejta Waħda mill pitturi tan natura mejta impittra fl 1602 u ffirmata hi x aktarx l ewwel natura mejta minn artista Taljana u dan jixhed kemm ikkontribwiet għal dan l istil ġdid tal pittura Fede qatt ma zzewġet kellha ħajja kuntenta u rnexxiet ħafna fil karriera artistika tagħha Fl 1630 mietet bil pesta f Milan StilĦawħ f qoffa tal fajjenza 1578 1630 Fede Galizia pinġiet ritratti minjaturi u titulari għall knejjes imma l parti l izjed importanti tax xogħol tagħha li tatha fama xierqa fl istorja tal arti hija n natura mejta Pero l pitturi tagħha ma kinux apprezzati daqs kemm jixirqilhom sa tard fis seklu 20 meta fl 1963 u l 1989 saru studji li taw attenzjoni speċjali lix xogħol tagħha Dawn salvawha milli tintesa għalkollox Fede Galizia kellha stil li ġej mill Lombard tal aħħar tas seklu 16 li kellu ċ ċentru tiegħu f Mantova imma kien magħruf internazzjonalment speċjalment fi Franza Il pitturi tan natura mejta ta Fede huma fost l ewwel ezempji ta dan il ġeneru ġdid li fih in nisa parzjalment għaliex kienu eskluzi minn forom oħra ta pittura spikkaw Il pitturi tan natura mejta ta Fede huma ddettaljati ferm ħafna u differenti sewwa mix xogħlijiet ta missierha tuza izjed dettalji u kuluri jlelxu Il parti l kbira tax xogħlijiet tagħha juru qoffa jew skutella mimlija frott tal istess tip bħal ħawħ jew lanġas bi ftit frott xi minn daqqiet maqsum u mferrex ħdejn l iskutella F ħafna mill pitturi tan natura mejta li pinġiet qegħdet fjuri friski jew frott ieħor fuq il mejda biex tipprovdi l kuntrast u l iskala Fix xogħol ta Fede jidhru influwenzi ta pitturi bħall Qoffa bil Frott ta Caravaggio Imma xaqilbet lejn l istil izjed kontrollat tal perjodu tal u ma waslitx għall kompozizzjonijiet u forom lussuzi li kienu juzaw ħafna mill kontemporanji tagħha li kienu qegħdin jaħdmu f dan il ġeneru minflok ippreferiet li tuza stil sempliċi bħal dak li jidher fil pitturi tan natura mejta ta ftit aktar tard Il pitturi ta Fede huma mimlija dettalji perfettament ibbilanċjati u għat trattament tad dwal dellijiet u tessituri ma kien iħabbatha ħadd magħha f dik l epoka Kellha ħila partikularment kbira fil ħolqien ta spazji li jistiednu fil pitturi tagħha kompozizzjonijiet ekwilibrati u mhux iffullati Qisek tista tmiss il frott taqbadhom u toħroġhom mill pittura mingħajr ma tiddisturba l bqija tax xogħol Kontra ta qabilhom li kienu artifiċjuzi l arranġamenti tagħhom huma grazzjuzi naturali u poetiċi It trattament estetiku tan natura mejta ta Fede Galizia ma jerġax jidher qabel nofs is seklu 16 u d direzzjoni moderna li ħa dan il ġeneru kienet iffurmata prinċipalment mix xogħlijiet tagħha Ħafna mill pitturi tan natura mejta li naraw illum huma influwenzati mill ideat oriġinali tagħha Ma nafux kemm hemm pitturi ta Fede ħafna pitturi li jistgħu jkunu tagħha ġew attribwiti lill ekwivalenti maskili tagħha li ħa ħafna mill ispirazzjoni tiegħu mingħandha Setgħet ispirat lill Bergamiz u lill pittriċi Barokka tan natura mejta Giovanna Garzoni Noti u referenzi Gian Paolo Lomazzo Idea del tempio della pittura Milan 1590 p 163 dandosi all imitation de i piu eccellenti dell arte nostra BiblijografijaIlya Sandra Perlingieri Sofonisba Anguissola Rizzoli International 1992 ISBN 978 0 8478 1544 9 fuq Questia Chadwick Whitney Women Art and Society In Nisa l Arti u s Soċjeta Thames and Hudson Londra 1990 ISBN 978 0 500 20354 5 Harris Anne Sutherland u Linda Nochlin Women Artists 1550 1950 Artisti nisa 1550 1950 Los Angeles County Museum of Art Knopf New York 1976 ISBN 978 0 394 41169 9

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Lingwi Romaniċi

  • Ġunju 07, 2025

    Lingwi Rumanzi

  • Ġunju 08, 2025

    Lingwi Indo-Ewropej

  • Ġunju 07, 2025

    Lingwa Ġermaniża

  • Ġunju 06, 2025

    Lingwa uffiċjali

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq