Natura mejta hi xogħol tal arti li jirrappreżenta oġġetti inanimi ġeneralment oġġetti ta kuljum li jistgħu ikunu natural
Natura mejta

Natura mejta hi xogħol tal-arti li jirrappreżenta oġġetti inanimi, ġeneralment oġġetti ta' kuljum li jistgħu ikunu naturali (ikel, fjuri, xtieli, ġebel, jew arzell) jew magħmulin mill-bniedem (għodda tal-kċina, fajjenza, kotba, vażuni, ġojjelli, muniti, pipi, etc) fi spazju artifiċjali. Il-pittura tan-natura mejta, li bdiet fl-antikità u saret popolari l-iżjed fil-punent, tagħti lill-artista iżjed libertà fit-tqegħid tal-elementi tad-disinn f'kompożizzjoni mill-pittura ta' suġġetti oħra, bħall-veduti u r-ritratti. Fin-natura mejta, l-iżjed qabel l-1700, sikwit kien ikun simboliżmu reliġjuż u allegoriku assoċjat mall-oġġetti rappreżentati. F'xi każi n-natura mejta toħroġ mil-limiti bidimensjonali permezz ta' mezzi tekniċi tridimensjonali li jħalltu oġġetti misjubin, fotografiji, grafika ġenerata mill-kompjuters kif ukoll ħoss u vidjo.
It-terminu natura mejta deher għall-ewwel darba fit-Taljan bħala "natura morta" fl-aħħar tas-seklu 17. uża cose naturali (oġġetti naturali) biex jirreferi għad-disinji ta' . Wara fil- lejn l-1650, deher it-terminu stilleven għal xbihat ta' frott, fjuri u ħut jew xbihat ta' ikel imħejji, li wara ġie addottat mill-Ġermaniżi (Stilleben) u mill-Ingliżi (still-life). Dan nistgħu nittraduċuh bħala "ħajja sikta jew wieqfa". Fi Spanja l-espressjoni użata għan-naturi mejtin hi bodegones. , fis-Salons, kien isemmi "naturi inanimi".
, speċjalista tan-natura mejta, ippropona d-definizzjoni li ġejja għan-natura mejta :
"Natura mejta tassew, titwieled fil-waqt meta l-pittur jieħu d-deċiżjoni fundamentali li jagħżel bħala suġġett grupp ta' oġġetti u li jorganizzah f'entità plastika. Jekk jagħtihom xi forma ta' allużjonijiet spiritwali skont iż-żmien u l-ambjent li jaħdem fih, dan ma jbiddel xejn mill-intenzjoni tiegħu bħala artista: jiġifieri li jġiegħlna nħossu l-emozzjoni poetika quddiem is-sbuħija li jkun lemaħ f'dawn l-oġgetti u t-tqegħid tagħhom." | ||
— Charles Sterling, 1952 |
Storja
Antenati antiki
Il-ġewwieni tal-oqbra Eġizzjani antiki kienu sikwit ikunu mżejnin bil-pitturi tan-natura mejta. L-Eġizzjani kienu jaħsbu li l-oġġetti tal-ikel u ħwejjeġ oħra rrappreżentati hemmhekk, isiru ta' veru fil-ħajja l-oħra u l-mejjet ikun jista' jagħmel użu minnhom. Fil-pitturi Rumani fuq il-ħajt f', u l- instabu wkoll naturi mejtin simili, imma dawn kienu iżjed bħala tiżjin u kellhom prospettiva iktar realistika. Fosthom insibu l-mottiv li tant sar familjari ta' skutella tal-ħġieġ mimlija frott. Il-mużajċi dekorattivi, msejħa “emblema”, li nstabu fid-djar tar-Rumani għonja, kienu juru l-varjetà ta' ikel li kienu jgawdu l-klassijiet għolja u kienu jservu ukoll ta' għeliem ta' ospitalità u bħala ċelebrazzjoni tal-istaġuni u l-ħajja. Skont Charles Sterling, in-natura mejta tal-Antikità kellha għan ieħor barra s-sempliċi pjaċir tal-mimika: "hu ċar li n-naturi mejtin Ellenistiċi u Rumani li jirrappreżentaw platti lesti għall-ikel għandhom fihom sottotest epikurew" .
Fis-seklu 16, l-ikel u l-fjuri jerġgħu jidhru bħala simboli tal-istaġuni u l-ħames sensi. Mill-epoka Rumana bdiet ukoll it-tradizzjoni tal-użu ta' kranju bħala simbolu tal-mortalità u l-fdalijiet ta' din id-dinja, sikwit akkompanjat mill-frażi Omnia mors aequat (Il-mewt tagħmel lil kulħadd indaqs.). Matul l-aħħar 400 sena tal-istorja tal-arti dawn ix-xbihat ta' kienu spiss is-suġġett ta' xogħlijiet tal-pittura. Dan bdewh il-pitturi Olandiżi madwar l-1600.
L-apprezzament popolari tar-realiżmu fin-natura mejta kien diġà msemmi fil-leġġenda antika Griega fuq , li tgħid li dawn darba kkompetew biex joħolqu l-iżjed xbieha li tidher ta' veru, l-ewwel deskrizzjoni fl-istorja ta' "" jew "qerq il-għajn" fil-pittura. Kif kiteb fi żmien ir-Rumani, l-artisti Griegi minn sekli qabel kienu ħafna iżjed avvanzati fl-arti tar-ritratti u n-natura mejta. Semma lil Peiraikos, "li s-sengħa tiegħu ftit jaqbżuha… Pinġa ħwienet tal-barbiera u skrapan, ħmir, ħaxix u ħwejjeġ bħalhom, u għalhekk sar magħruf bħala l-'pittur tal-oġġetti vulgari'; imma dawn ix-xogħlijiet kienu pjaċevoli, u kienu jinbigħu b'prezzijiet ogħla mill-aqwa pitturi tal-artisti l-oħra".
Il-
Mal-firxa tal-eġemonija Kattolika fil-Medju Evu, ir-rappreżentazzjoni tal-oġġetti bħala l-uniku suġġett ta' pittura għebet. F'dik l-epoka, skont Michel u Fabrice Faré
...l-ispirtu realista safa fix-xejn għall-gwadann ta' lingwaġġ simboliku miftiehem mal-Kristjaneżmu kollu. L-oġġeti, li huma sottomessi għas-suġġett tal-kompożizzjoni, jgħinu fl-iżvilupp tat-tema reliġjuża; għandhom importanza primordjali fit-tifsira ta' ċerti xeni bibliċi; juru l-post u d-data tagħhom u jikkaratterizzaw il-persunaġġi. |
Dawn l-oġġetti m'għadhomx hemm iżjed għall-eżistenza tagħhom fiha nfisha, imma għal dak li jissombolizzaw, u din waħda mir-raġunijiet prinċipali li minħabba fiha ħafna speċjalisti jaqblu biex jgħidu li m'hemmx naturi mejtin matul dan il-perjodu tal-istorja. Irridu nistennew it-teoloġiji ta' San , u ta' San , ir-ritorn tal-filosofija aristotelika kif ukoll it-teoriji ta' u biex naraw il- jirrikonċilja ruħu mas-sensazzjonijiet u l-esperjenza tan-natura.
Mill-1300, nibdew bix-xogħol ta' Giotto u d-dixxipli tiegħu, il-pittura tan-natura mejta reġgħet ħadet spinta bl-inklużjoni ta' niċeċ fuq il-ħajt fl-isfond ta' pitturi reliġjużi billi dawn in-niċeċ kien ikun hemm fihom oġġetti ta' kuljum, . Dan it-tip ta' rappreżentazzjoni kien meqjus ta' ftit importanza sar-Rinaxximent, u kien jidher biss bħala parti minn kwadri ta' ġeneru ieħor, bħall-pittura reliġjuża u ritratti, u l-oġġetti dejjem kien ikollhom tifsira reliġjuża jew allegorika. Dan kien veru partikularment fix-xogħol tal-artisti tal-Ewropa ta' Fuq, li l-interess li kellhom fis-simboliżmu u r-realiżmu ddettaljat ħafna, wassalhom biex jagħtu attenzjoni kbira lill-messaġġ ġenerali tal-pittura. Pitturi bħal sikwit kienu jużaw xi elementi ta' natura mejta bħala parti mill-programm ikonografiku tagħhom.
L-iżvilupp fit-teknika tal-pittura biż-żejt li għamlu u artisti oħra tal-Ewropa ta' Fuq ippermetta r-rappreżentazzjoni ta' oġġetti ta' kuljum fi stil iper-realistiku, peress li ż-żebgħa taż-żejt iddum ma tinxef, titħallat tajjeb u tista' tinħadem f'ħafna saffi fuq xulxin.
Ir-ritratt li pinġa ta' żewġ għarajjes iżuru ħanut tad-deheb hu eżempju tipiku ta' natura mejta tranżizzjonali li jirrappreżenta kontenut kemm reliġjuż kif ukoll sekulari. Għalkemm għandu messaġġ prinċipalment allegoriku, il-figuri tal-koppja huma realistiċi u l-oġġetti li fih (flus, vażuni etc) huma mpinġijin bir-reqqa ħafna imma sid il-ħanut hu infatti rappreżentazzjoni ta' Sant'Eliġju u l-oġġetti huma mgħobbijin simboliżmu. Hemm tip simili ta' pittura li f'ritratt tal-familja jikkombina l-figuri tan-nies ma' mejda mimlija sewwa bl-ikel bil-għan li jissimbolizza d-devozzjoni tal-familja u l-ħajr tagħha lejn Alla għall-ġid li pprovdilha. Xi dan iż-żmien bdew jidhru naturi mejtin bla figuri (imma mhux mingħajr tifsir allegoriku) impinġijin fuq barra tal-kontraporti li jagħlqu l-pitturi devozzjonali privati. Sar pass ieħor lejn il-natura mejta awtonima meta madwar l-1475 bdew ipinġu fjuri simboliċi fuq wara tar-ritratti sekulari.
Il-Rinaxximent
Fost l-ewwel li nqatgħu mis-sinjifikat reliġjuż insibu lil Leonardo da Vinci, li pinġa akwerelli ta' frott (madwar l-1495) bħala parti mill-eżaminazzjonu bla heda tan-natura, u lil Albrecht Dürer li pinġa disinji preċiżi ta' xtieli u annimali.
Jacopo de’ Barbari għamel pass ieħor 'il quddiem bil-pittura Natura Mejta b'perniċi, ingwanti tal-ħadid, u vleġeġ tal-balestra (1504). Din fiha kontenut reliġjuż mill-inqas u hi fost it- iffirmati u ddatati l-iżjed bikrija.
Is-seklu 16 ra splużjoni ta' interess fid-dinja naturali u ra anki l-ħolqien ta' enċiklopediji botaniċi lussużi jiddokumentaw l-iskoperti tad-Dinja l-Ġdida u l-Asja. L-illustrazzjoni xjentifika u l-klassifikazzjoni tal-kampjuni ukoll kellhom spinta. L-oġġetti naturali bdew jiġu apprezzati bħala oġġetti ta' studju individwali mingħajr assoċjazzjonijiet reliġjużi jew mitoloġiċi. Ix-xjenza tal-fitoterapija, li kienet estensjoni prattika ta' dan l-għarfien ġdid, bdiet ukoll f'dan iż-żmien. Barra minn hekk patruni għonja bdew jagħmlu kollezzjoniet ta' kampjuni ta' annimali u minerali bil-ħolqien ta' "gabinetti ta' kurżitajiet". Dawn il-kampjuni servew ta' mudelli għall-pitturi li kellhom għatx kbir għar-realiżmu u n-novità. L-arzell, l-insetti, il-frott eżotiku u l-fjuri kollha bdew jinġabru u jinbigħu, u xtieli ġodda bħat-tulipani (importati fl-Ewropa mit-Turkija), ġew iċċelebrati fil-pittura tan-natura mejta. L-isplużjoni ortikulturali infirxet mal-Ewropa kollha u l-artisti pprofitaw ruħhom minn dan u pproduċew eluf ta' pitturi ta' natura mejta. Xi pajjiżi u qrati kellhom interess speċjali f'suġgetti partikulari, pereżempju, il- ta' Firenze kellhom interess partikulari fir-rappreżentazzjoni tal-frott taċ-ċitru. Din il-firxa kbira tal-kampjuni naturali u l-interess li kien qiegħed jikber fir-rappreżentazzjoni tan-natura mal-Ewropa kollha, wasslu għall-ħolqien tal-pittura moderna tan-natura mejta f'dawn il-pajjiżi.
Sat-tieni nofs tas-seklu 16, kienet evolvit natura mejta awtonoma. Bilmod, il-kontenut reliġjuż naqas fid-daqs u fl-importanza tal-post f'dawn il-pitturi, però l-lezzjonijiet morali baqgħu hemm b'mod impliċitu. Fost l-eżempji ta' dan insibu Il-ħanut tal-laħam ta' Joachim Beuckelaer (1568), li fih r-rappreżentazzjoni realistika tal-laħam nej fl-ewwel pjan waqt li x-xena fl-isfond twiddeb fuq il-periklu tas-sokor u ż-żina. Meta fl-1583 ittratta l-istess suġġett neħħa l-messaġġi morali, kif għamlu ħafna pitturi oħra tan-natura mejta "tal-kċina u s-suq" ta' dan il-perjodu.
Is-Seklu 17
Minkejja li n-natura mejta Taljana bdiet tiżdied fil-popolarità, storikament baqgħet inqas meqjusa mill-pitturi tal-"grande maniera" ta' suġġetti reliġjużi u mitiċi. Ħafna akkademiċi prominenti ta' kmieni fis-seklu 17, bħal , kienu tal-fehma li l-pittura tan-natura mejta m'għandhiex "gravitas" biżżejjed biex jistħoqqilha titqis bħala kbira. Min-naħa l-oħra l-artisti Taljani tan-natura mejta li rnexxew kisbu appoġġ qawwi fi żmienhom. Barra minn hekk, l-artisti nisa, allavolja kien hemm ftit biss minnhom, għażlu jew kienu ristretti li jpinġu suġġetti bħan-natura mejta, Giovanna Garzoni, , u Fede Galizia pereżempju.
Ħafna artisti prominenti f'ġeneri oħra, ipproduċew ukoll xi pittturi tan-natura mejta. B’mod partikulari, Caravaggio applika t-teknika naturalista influwenzjali tiegħu għan-natura mejta. Il-Qoffa bil-Frott (c. 1595-1600) li kienet waħda mill-ewwel eżempji ta' natura mejta pura, hi mpinġija preċiżament u fil-livell tal-għajnejn. Minkejja li m'għandhiex simboliżmu fil-beraħ, din il-pittura kienet fil-propjetà tal-Kardinal Borromeo u jista' jkun li kienet apprezzata kemm għal raġunijiet reliġjużi kif ukoll estetiċi. ukoll pinġa pittura, Bukkett kbir Milaniż (1606), għall-kardinal u sostna li kienet 'fatta tutti del natturel' (magħmula kollha min-natura) u talab iżjed flus għall-isforz żejjed. Dawn kienu tnejn fost il-ħafna pitturi tan-natura mejta fil-kollezzjoni tal-kardinal li kien fiha wkoll ġabra kbira ta' kurżitajiet.
Fost in-naturi mejtin Taljani l-oħra insibu il-Koka ta' , xena ta' kċina fil-maniera Olandiża, li fiha ritratt ddettaljat ta' koka u t-tajr li qiegħda tħejji għall-ikel. Bl-istess mod, waħda mill-pitturi tan-natura mejta rari ta' Rembrandt, Tifla Żgħira bil-Paguni Mejta tgħaqqad ritratt femminili simpatiku ma' xbihat tat-tjur.
Kien fil-klima artistika ġdida tal-Pajjiżi l-Baxxi tas-seklu 17 li n-natura mejta (bl-isem stilleven) saret forma ta' pittura tassew indipendenti. Waqt li l-artisti ma tantx kien baqagħlhom opportunità li jpinġu pittura reliġjuża li kienu jiddependu fuqha sa dak iż-żmien — xbihat reliġjużi saru pprojbiti mill-Knisja Protestanta Riformata Olandiża — it-tradizzjoni tal-Ewropa ta' Fuq tar-realiżmu ddettaljat u simboli moħbijin kienet tintgħoġob mill-klassi medja Olandiża li kienu qegħdin jieħdu post il-knisja u l-istat bħala patruni ewlenin tal-arti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Barra minn hekk l-Olandiżi kienu mġennin fuq l-ortikultura, l-iżjed fuq it-tulipani. Dawn iż-żewġ modi kif kienu jħarsu lejn il-fjuri — bħala oġġetti estetiċi u simboli reliġjużi — ingħaqdu biex joħolqu domanda qawwija ħafna għal dan it-tip ta' natura mejta. Il-pittura tan-natura mejta, bħax-xogħlijiet l-oħrajn tal-arti Olandiżi ġeneralment kienu jinbigħu jew fis-suq jew minn bejjiegħa jew mill-artisti stess mill-ħwienet tax-xogħol tagħhom u rari kienu ordnati; allura l-artisti kienu jistgħu jagħżlu s-suġġetti u d-disinn. Dan it-tip ta' pittura ta' natura mejta tant kien popolari li fl-1740 Gerard de Lairesse kiteb ir-regoli tat-teknika tal-pittura tal-fjuri Olandiża fit-trattat tiegħu Groot Schilderboeck li fih ta varjetà kbira ta' pariri fuq il-kuluri, tqegħid tal-oġġetti, xogħol tal-pinzell, tħejjija tal-kampjuni, armonija, kompożizzjoni u prospettiva, etc.
Is-simboliżmu tal-fjuri kien ilu jevolvi mil-bidu tal-Kristjaneżmu. Il-fjuri l-iżjed komuni kollha kellhom tifsira simbolika: il-warda (Il-Madonna, Venere, l-imħabba, il-prekarjetà); il-ġilju (Il-Madonna, il-verġinità, is-safa tal-moħħ, il-ġustizzja); it-tulipan (il-pompa, in-nobbiltà); il-warda tax-xemx (il-fedeltà, l-imħabba divina, id-devozzjoni); il-vjola (il-modestà, ir-riżerva, l-umiltà); l-akwileġja (il-melankolija); il-peprina (il-qawwa, l-irqad, il-mewt). Fost l-insetti, il-farfett kien jirrappreżenta il-bidla u l-irxoxt waqt li l-mazzarell kien jissimbolizza l-prekarjetà u n-nemla il-bżulija u l-kura tal-uċuh tar-raba.
L-artisti Olandiżi fl-istess ħin irxoxtaw it-tradizzjoni tan-natura mejta antika Griega tat- jew qerq il-għajn, partikularment l-imitazzjoni tan-natura jew mimesis, li sejħulha bedriegertje ("qerq żgħir"). Barra dawn it-tipi ta' natura mejta, l-artisti Olandiżi identifikaw u żviluppaw separatament pitturi tal-kċina u s-suq, tal-kolazzjon u l-pranzu, tal-vanitas u ta' ġabriet allegoriċi.
F'dan il-perjodu kienu popolari ħafna l-pitturi tal-vanitas, li kien ikun hemm fihom ġabriet ta' frott u fjuri, kotba, statwetti, vażuni, muniti, ġojjelli, pitturi, strumenti mużikali u xjentifiċi, fida u kristalli fini flimkien ma' tifkiriet simboliċi tal-qosor tal-ħajja. Magħhom kienu jqegħdu xi kranju, impulletta jew arloġġ tal-but, xemgħa tixgħel jew ktieb bil-paġni jinqalbu biex iservi ta' messaġġ morali fuq kemm jgħaddu malajr il-pjaċiri tas-sensi. Sikwit ftit mill-frott u l-fjuri stess kienu juruhom ħa jibdew jitħassru jew jitbielu biex jenfasizzaw l-istess punt.
Kien hemm tip ieħor ta' natura mejta, magħruf bħala "pittura tal-kolazzjon", li jirrappreżenta fl-istess waqt ġabra ta' ikel tajjeb li l-klassi għolja kienu jgawdu u twiddiba reliġjuża li wieħed għandu jevita l-ikel u x-xorb żejjed. L-Olandiżi għamlu innovazzjoni oħra: madwar l-1650 Samuel van Hoogstraten pinġa waħda mill-ewwel pitturi "tal-ixtillieri", pitturi tan-natura mejta f'għamla ta' li juru oġġetti marbutin, imsammrin jew imwaħħlin b'xi mod ma' tavla mal-ħajt. Dan it-tip ta' natura mejta kien popolari ħafna fl-iStati Uniti fis-seklu 19. Varjazzjoni oħra ta' natura mejta f'għamla ta' kienet turi oġgetti li kellhom x'jaqsmu ma' xi sengħa jew professjoni, bħall-pittura ta' Cornelis Norbertus Gysbrecht Kavallett tal-pittura mal-frott, li fiha juri l-għodda kollha tas-sengħa tal-pittur. Fl-ewwel nofs tas-seklu 17 kienu popolari wkoll il-pitturi ta' ġabra kbira ta' oġġetti f’forma allegorika, pereżempju "il-ħames sensi", "l-erba' kontinenti" jew "l-erba' staġuni" li juru alla mara jew figura allegorika mdawra b'oġġetti xierqa, naturali jew magħmulin mill-bniedem. Il-popolarità tal-pitturi tal-vanitas u dawn il-forom oħra ta' natura mejta, malajr infirxu mill-Olanda għall- u l-Ġermanja, u wkoll lejn Spanja u Franza.
In-natura mejta Ġermaniża segwiet fil-qrib il-mudelli Olandiżi. Il-pittur Ġermaniż kien pijunier fin-natura mejta pura mingħajr figuri u ħoloq innovazzjoni fil-kompożizzjoni billi qiegħed oġġetti ddettaljati f'gabinetti, armarji u vetrini u pproduċa dehriet minn bosta angoli fl-istess kwadru.
Il-pitturi tan-natura mejta ġo Spanja, imsejħin ukoll , kienu awsteri. Kienu differenti min-natura mejta Olandiża, li sikwit kien ikun fiha pranzijiet għonja mdawrin b'oġġetti tad-drap u l-ħġieġ imżejnin u lussużi. Il-kaċċa fil-pittura Spanjola hi sikwit annimali mejtin għadhom jistennew li jitnittfu jew jitqaxxru. Il-frott u l-ħaxix għadhom nejjin. L-isfond li jew hu deżolat jew magħmul minn blokki ġeometriċi lixxi tal-injam sikwit joħloq atmosfera surrealista. Waqt li n-natura mejta Olandiża u Spanjola t-tnejn sikwit kellhom għan morali ingastat fihom, l-awsterità, li xi wħud isibuha tixbaħ id-deżolazzjoni ta' xi witjiet għoljin Spanjoli, tidher qisha tiċħad il-pjaċiri tas-sensi, il-ġid u l-lussu tan-natura mejta Olandiża. Fl-Italja u Spanja, il-pitturi tassew tal-vanitas kienu rari u kien hemm ħafna inqas speċjalisti tan-natura mejta. Fl-Ewropa ta' Isfel kienu jużaw iżjed in-naturaliżmu delikat ta' Caravaggio u jenfasizzaw inqas l-iper-realiżmu tal-Ewropej ta' Fuq. Ġo Franza, il-pitturi tan-natura mejta (nature morte) li kienu influwenzati mill-iskejjel ta' Fuq u ta' Isfel, isselfu kemm mill-pitturi tal-vanitas tal-Pajjiżi l-Baxxi u kemm mill-kompożizzjonijiet awsteri ta' Spanja.
Is-Seklu 18
Sa meta wasal is-seklu 18, f'ħafna każi, is-sinjifikati moħbijin reliġjużi u allegoriċi fil-pittura tan-natura mejta kienu ġew abbandunati u n-naturi mejtin tal-mejda tal-kċina kienu evolvew f'rappreżentazzjonijiet ippjanati ta' kuluri u forom varjati, juru ikel ta' kuljum. L-aristokrazija Franċiża qabdu l-artisti jpinġulhom pitturi ta' suġġetti ta' natura mejta abbundanti u estravaganti bħalli kienu jżejnu l-mejda tal-pranzu tagħħom, fl-istess ħin mingħajr il-messaġġ moralistiku tal-vanitas tal-predeċessuri tagħhom Olandiżi. L-imħabba li kellu r- għall-ingann wassal biex fi Franza jiżdied l-apprezzament għal-pittura ta' (Franċiż: "qerq il-għajn"). Il-pitturi ta' natura mejta ta' jużaw varjetà ta' metodi, minn realiżmu ta' stil Olandiż sa armoniji iżjed ħelwin.
Fl-iStati Uniti fi żmien ir-rivoluzzjoni, l-artisti Amerikani li kienu mħarrġa barra l-pajjiż applikaw l-istili Ewropej għal-pittura tar-ritratti u n-natura mejta. beda familja ta' pitturi Amerikani famużi u bħala mexxej importanti fil-komunità artistika Amerikana, waqqaf ukoll soċjetà għat-tħarriġ tal-artisti kif ukoll mużew ta' kurżitajiet naturali. Ibnu, Raphaelle Peale, kien wieħed mill-grupp ta' artisti bikrija tan-natura mejta, li kien hemm fih ukoll John F. Francis, Charles Bird King u John Johnston. Sat-tieni nofs tas-seklu 19, Martin Johnson Heade kien introduċa l-verżjoni Amerikana tal-pittura tal-bijotopu jew ħabitat li fiha l-għasafar u l-fjuri kienu mqegħdin f'ambjent ta' barra simulat. Il-pitturi Amerikani tat-, maħluqin minn John Haberle, William Michael Harnett, u John Frederick Peto iffjorixxew ukoll. Peto kien jispeċjalizza f'pitturi "tal-ixtillieri" nostalġiċi waqt li Harnett laħaq l-ogħla livell ta' iper-realiżmu fiċ-ċelebrazzjonijiet pittoriċi tal-ħajja Amerikana permezz ta' oġġetti ta' kuljum.
Is-Seklu 19
Bill-qawmien tal-Akkademji Ewropej, l-iktar l- li kellha influwenza qawwija fuq l-arti akkademika, in-natura mejta bdiet tonqos fil-popolarità. L-akkademji kienu jgħallmu d-dotrina tal-"Ġerarkija tal-ġeneri" (jew il-"Ġerarkija tas-suġġett ittrattat"), li kienet tgħid li l-mertu artistiku ta' pittura kien imsejjes qabel kollox fuq is-suġġett tagħha. Fis-sistema akkademika, l-ogħla forma ta' pittura tikkonsisti f'xbihat ta' sinjifikat storiku, Bibbliku jew mitoloġiku u n-natura mejta kienet artistikament meqjusa fil-livell l-iżjed baxx. Minflokk li użaw in-natura mejta biex jigglorifikaw in-natura, xi artisti, bħal u , għażlu l-veduta għal dan l-għan.
Meta n-Neo-Klassiċiżmu beda jmur lura fis-snin qabel l-1840, ir-rivoluzzjonijiet artistiċi tar-Realiżmu u Romantiċiżmu iffokaw fuq il-pittura tal-ġeneru u r-ritratti. Però, ħafna mill-aqwa artisti ta' dak il-perjodu kellhom natura mejta fost ix-xogħlijiet tagħhom. Il-pitturi tan-natura mejta ta' Francisco Goya, , u jittrażmettu emozzjoni qawwija, u huma iżjed interessati fl-atmosfera milli fl-eżattezza . Minkejja li mxew fuq il-mudelli tan-natura mejta iżjed bikrija ta' , il-pitturi tan-natura mejta ta' kellhom tonalità qawwija u jidher ċar li mexjin lejn l-Impressjoniżmu. Henri Fantin-Latour, li uża teknika iżjed tradizzjonali, kien famuż għall-pitturi skwiżiti tiegħu tal-fjuri u qala x'jgħix mill-ordnijiet għall-pittura tan-natura mejta.
Però, it-teknika u l-armonija tal-kuluri ma ttrijunfawx fuq is-suġġett tal-pittura qabel li l-ġerarkija akkademika fl-Ewropa għebet għal kollox u bdew l- u l-. Meta seħh dan, in-natura mejta saret imfittxa bil-ħerqa mill-artisti. Fin-naturi mejtin bikrija tiegħu, juri l-influwenza ta' Fantin-Latour, imma kien wieħed minn ta' l-ewwel li abbandunaw it-tradizzjoni tal-isfond skur. ukoll abbandunaha fin-Natura Mejta bi Mrewħa u Bukkett Fjuri (1871), billi taha 'l din il-pittura sfond oranġjo jgħajjat. Fin-natura mejta Impressjonista, il-kontenut allegoriku u mitoloġiku nieqes għal kollox, kif ukoll ix-xogħol iddettaljat tal-pinzell. Minflok, l-impressjonisti iffokaw fuq l-esperimentazzjoni b'daqqiet wiesa' tal-pinżell, valuri tonali, u fejn kienu jpoġġu l-kuluri. L-Impressjonisti u l-Post-Impressjonisti kienu ispirati mill-iskema tal-kuluri tan-natura imma dawn reinterpretaw in-natura bl-armoniji tal-kulur tagħhom, li xi drabi sfaw ta' artifiċjalità li taħsdek. Kif iddikjara Gauguin, "Il-kuluri għandhom it-tifsira tagħhom". Fl-istess ħin użaw varjazzjonijet fil-prospettiva bħal angoli għoljin kif nistgħu naraw fi Frott muri fuq Ċentru ta' , pittura li xi nies kienu jiddieħqu biha fi żmienha u sejħula "frott kif jarah l-għasfur".
Il-pitturi tal-"Ward tax-Xemx" ta' Vincent van Gogh huma fost il-pitturi tan-natura mejta tas-seklu 19 l-iżjed magħrufin. Van Gogh permezz ta' tonalitajiet fl-isfar u l-okra u rappreżentazzjoni x'aktarx fiċ-ċatt għamel kontribuzzjoni li ma tinsesiex fl-istorja tan-natura mejta. Il-pittura tiegħu Natura Mejta ma' Tavla tad-Disinn (1889) hi awtoritratt f'għamla ta' natura mejta, li fiha Van Gogh wera ħafna oġġetti mill-ħajja personali tiegħu, fosthom il-pipa tiegħu, ikel sempliċi (basal), ktieb edifikanti, u ittra mingħand ħuh, mifruxin fuq il-mejda tiegħu, mingħajr ma hemm xbieha tiegħu. Pinġa wkoll il-verżjoni tiegħu tal-pittura tal-vanitas, Natura Mejta b'Bibbja miftuħa, Xemgħa u Ktieb (1885).
Is-Seklu 20
L-ewwel erbgħin sena tas-seklu 20 kien perjodu eċċezzjonali ta' ferment u rivoluzzjoni artistika. Malajr żviluppaw ħafna movimenti avant-garde, wieħed jibda qabel l-ieħor jispiċċa, kollha mexjin lejn l-astrazzjoni mhux figurattiva totali. In-natura mejta, bħall-arti rappreżentazzjonali l-oħrajn, komplew jevolvu u jaddattaw sa nofs is-seklu meta l-astrazzjoni totali, bħall-pittura bil-qtar ta' , eliminat il-kontenut li jintgħaraf kollu.
Is-seklu beda b'bosta tendenzi jiddominaw l-arti. Fl-1901, pinġa Natura Mejta bil-Ward tax-Xemx, f'ġieħ ħabibu van Gogh li kien miet ħdax-il sena qabel. Il-grupp magħruf bħala n-, fosthom u , ħadu t-teoriji armoniċi ta' Gauguin u żiedu xi elementi ispirati mill-inċiżjonijiet fl-injam Ġappuniżi fil-pitturi tan-natura tagħhom. Il-pittur Franċiż ukoll pinġa natura mejta importanti f'dan il-perjodu, l-iżjed tal-fjuri.
irriduċa r-rappreżentazzjoni tal-oġgetti tan-natura mejta iżjed u iżjed sa ma ġabhom żoni mmarkati b'linji ħoxnin mimlijin b'kuluri jgħajtu. Issimplifika wkoll il-prospettiva u introduċa sfondi ta' bosta kuluri. F'xi wħud mill-pitturi tiegħu tan-natura mejta, bħall-Pittura mejta bil-Brinġiel, il-mejda bl-oġġetti kważi tintilef fost id-disinji kuluriti l-oħra li jimlew il-bqija tal-kamra. Xi esponenti tal-, bħal u , esploraw iżjed il-kulur pur u l-astrazzjoni fin-natura mejta tagħhom.
fin-natura mejta tiegħu sab mezz ideali biex jesplora l-organiżżazzjoni ġeometrika spazjali u biex ibiegħed il-pittura mill-għan illustrattiv jew mimetiku għal wieħed li juri indipendentament l-elementi ta' kulur, forma u linja, pass kbir lejn l-arti astratta. L-esperimenti ta' Cézanne iwasslu direttament lejn l-iżvilupp tan-natura mejta ta' kmieni fis-seklu.
Fl-stess ħin li adattaw it-tibdil u t-tidwir tal-pjani u l-assi li kien juża Cézanne, il-Kubisti rażżnu l-iskema qawwija tal-kuluri tal-Fauves u minnflok iffokaw fuq id-dekostruzzjoni tal-oġġetti fi pjani u forom purament ġeometriċi. Bejn l-1910 u l-1920, xi artisti Kubisti bħal , , u pinġew ħafna kompożizzjonijiet ta' natura mejta, sikwit jinkludu strumenti mużikali, u ħolqu wkoll l-ewwel xogħlijiet tal-collage tal-Kubiżmu Sintetiku, bħall-pittura ovali ta' Picasso Natura Mejta b'ħadma tat-tiben (1912). F'dawn ix-xogħlijiet, l-oġġetti tan-natura mejta huma mrikbin fuq xulxin u mħabblin flimkien tant li bilkemm baqagħlhom forom bidimensjonali li jingħarfu, tilfu it-tessitura individwa, u tħalltu mal-isfond — għanijiet kontra dawk tan-natura mejta tradizzjonali. fin-natura mejta tiegħu introduċa l-użu ta' spazju abjad wiesa' u forom ġeometriċi kuluriti, immarkati ċari u jirkbu fuq xulxin biex jipproduċi effett iktar mekkaniku. u membri oħra tal-moviment abbandunaw ir-riduzzjoni tal-ispazju għall-pjan li kienu jużaw il-Kubisti u marru f'direzzjoni radikalment differenti biex ħolqu skulturi tan-natura mejta tridimensjonali “tal-lest”. Il- u s-Surrealisti bħala parti mill-mezz biex iroddu lura xi tifsir simboliku lin-natura mejta qegħdu oġġetti tan-natura mejta li jingħarfu fil-veduti tal-ħolm tagħhom. Fil-pitturi tan-natura mejta ta' , l-oġġetti jidhru bla piż u jittajru fi spazju bidimensjonali ssuġġerit ħafif, anki l-muntanji huma mpinġijin b'linji sempliċi. li kien il-pittur ewlieni tan-natura mejta fl-Italja f'dan iż-żmien, esplora varjetà kbira ta' metodi kif ipinġi fliexken ordinarji u għodda tal-kċina. L-artista Olandiż M. C. Escher, magħruf l-iżjed għall-grafiċi tiegħu dettaljati imma fl-istess ħin ambigwi, pinġa Natura Mejta u Triq (1937), verżjoni aġġornata tan-natura mejta Olandiża tradizzjonali tal-mejda.
Meta l-artisti Amerikani tas-seklu 20 saru jafu bil- Ewropew, bdew jinterpretaw is-suġġetti tan-natura mejta b'taħlita ta' realiżmu Amerikan u astrazzjoni ġejja mill-Kubisti. Il-pitturi ta' , , u , u l-fotografiji ta' huma tipiċi tax-xogħlijiet Amerikani tan-natura mejta ta' dak il-perjodu. Il-pitturi tal-fjuri ta' O’Keeffe impinġijin mill-qrib ħafna juru, fl-istess ħin l-istruttura fiżika u l-messaġġ emottiv tal-petali u l-weraq, b'mod li bħalu ma kienx sar qabel.
Fil-Messiku, mis-snin 1930, Frida Kahlo u artisti oħra ħolqu stil ta' Surrealiżmu għalihom, u fil-pitturi tagħhom tan-natura mejta daħħlu l-ikel u s-simboli tal-pajjiż .
Mis-snin 1930, l-Espressjoniżmu Astratt beda jirreduċi n-natura mejta għall-rappreżentazzjoni ta' forma u kulur biss, tant li sas-snin 1950, l-astrazzjoni totali kienet tiddomina d-dinja tal-arti. Però, il- fis-snin 1960 u 1970 dawret lura din it-tendenza u ħolqot għamla ġdida ta' natura mejta. Ħafna mill-Pop Art (bħal Campbell's Soup Cans ta' ) hi bbażata fuq in-natura mejta, imma spiss is-suġġett tassew hu x-xbieha kkommodifikata tal-prodott kummerċjali rrappreżentat, aktar mill-oġġett tan-natura mejta fiżiku nnifsu. fin-Natura Mejta bl-iSkutella tal-Ħut (1972) jikkombina l-kuluri puri ta' Matisse mal-ikonografija pop ta' Warhol. fil-Mejda tal-Ikel (1964) ma jurix ikla ta' familja waħda imma katina ta' montaġġ ta' ikel Amerikan standardizzat. Il-moviment Neo-dada mar lura lejn ir-rappreżentazzjonijiet tridimensjonali ta' oġġetti tal-ħajja ta' kuljum ta' Duchamp u ħoloq il-verżjoni tiegħu tan-natura mejta, bħal pereżempju fix-xogħlijiet ta' , Statwa tal-Bronż Miżbugħa (1960) u Dar tal-Iblah (1962).
L-avvanz tal- fis-snin 1970 riafferma r-rappreżentazzjoni illużjonistika, waqt li fl-istess ħin żamm ftit mill-messaġġ tal-Pop tal-fużjoni tal-oġġett, ix-xbieha u l-prodott kummerċjali. Il-pitturi ta' u huma tipiċi f'dan ir-rigward.
Is-Seklu 21
Fl-aħħar tletin sena tas-seklu 20, u kmieni fis-seklu 21 in-natura mejta ħarġet barra l-konfini tal-gwarniċ. Speċjalment fir-riħ tal-, u l-iżvilupp fl-arti ġġenerata bil-kompjuter u l-arti digitali, il-karattru u d-definizzjoni tan-natura mejta nbidlu u xi artisti issa jużaw metodi tekniċi mħallta biex jinkorporaw ġon-natura mejta oġġetti misjuba, fotografija, vidjo, u ħoss, u anki jifirxuhom mill-art sas-saqaf u jimlew kamra sħiħa f'gallerija tal-arti. Il-grafiċi ġġenerati mill-kompjuter estendew il-metodi tekniċi li jistgħu jużaw l-artisti tan-natura mejta. Bl-użu tal-kamera tal-vidjo, l-artisti tan-natura mejta jistgħu anki jinkorporaw l-ispettatur fix-xogħol tagħhom.
Referenzi
- ^ Fost affarijiet oħra, Charles Sterling kien speċjalista kbir tal-primittivi Franċiżi.
- ^ Sybille Ebert-Schifferer, Still Life: A History, (In-Natura Mejta: L-istorja), Harry N. Abrams, New York, 1998, p. 19, ISBN 0-8109-4190-2
- ^ Charles Sterling, La Nature Morte, de l'Antiquité au XXe siècle, (In-Natura Mejta, mill-Antikità għas-seklu 20), Macula, Pariġi, 1985
- ^ Ebert-Schifferer, p.22
- ^ Ebert-Schifferer, p.137
- ^ Ebert-Schifferer, p. 16
- ^ a b Ebert-Schifferer, p. 15
- ^ Michel u Fabrice Faré, Vie silencieuse de la nature morte, (Ħajja siekta tan-natura mejta), f' La nature morte de Jan Bruegel de Velours (1568-1625) à Chaïm Soutine (1893-1943), (In-natura mejta minn Jan Bruegel de Velours (1568-1625) sa Chaïm Soutine (1893-1943)), Katalgu tal-wirja f'Bordeaux, ed. Galerie des Beaux-Arts. 1978. p7.
- ^ Ebert-Schifferer, p.25
- ^ Ebert-Schifferer, p. 27
- ^ Ebert-Schifferer, p. 26
- ^ Ebert-Schifferer, p. 41
- ^ Ebert-Schifferer, p. 31
- ^ Ebert-Schifferer, p. 39, 53
- ^ Ebert-Schifferer, p. 34
- ^ Ebert-Schifferer, pp. 54-56
- ^ Ebert-Schifferer, p. 64
- ^ Ebert-Schifferer, p. 75
- ^ Ebert-Schifferer, p.38
- ^ Ebert-Schifferer, p. 45
- ^ Ebert-Schifferer, p. 47
- ^ La natura morta in Italia (In-Natura Mejta fl-Italja), editjat minn Francesco Porzio u dirett minn Federico Zeri. The Burlington Magazine (1991) Vol. 133 (1055) p. 124-125.
- ^ Ebert-Schifferer, p. 82
- ^ Ebert-Schifferer, p. 84
- ^ Stefano Zuffi, Ed., Baroque Painting, (Pittura Barokka) Barron’s Educational Series, Hauppauge, New York, 1999, p. 96, ISBN 0-7641-5214-9
- ^ Zuffi, p. 175
- ^ Paul Taylor, Dutch Flower Painting 1600-1720, (Pittura Olandiża tal-fjuri), Yale University Press, New Haven, 1995, p. 77, ISBN 0-300-05390-8
- ^ Taylor, p. 129
- ^ Taylor, p. 197
- ^ Taylor, pp. 56-76
- ^ Ebert-Schifferer, p.16
- ^ Ebert-Schifferer, p. 93
- ^ Ebert-Schifferer, p. 90
- ^ Ebert-Schifferer, p. 164
- ^ Ebert-Schifferer, p. 170
- ^ Ebert-Schifferer, pp. 180-181
- ^ Zuffi, p. 260
- ^ Ebert-Schifferer, p. 71
- ^ Ebert-Schifferer, p. 173
- ^ Ebert-Schifferer, p. 229
- ^ Zuffi, p. 288, 298
- ^ Ebert-Schifferer, p. 260
- ^ Ebert-Schifferer, p. 267
- ^ Ebert-Schifferer, p. 272
- ^ Ebert-Schifferer, p. 287
- ^ Ebert-Schifferer, p. 299
- ^ a b Ebert-Schifferer, p. 318
- ^ Ebert-Schifferer, p. 310
- ^ Ebert-Schifferer, p. 321
- ^ Ebert-Schifferer, pp. 323-4
- ^ Stefano Zuffi, Ed., Modern Painting (Il-Pittura Moderna), Barron’s Educational Series, Hauppauge, New York, 1998, p. 273, ISBN 0-7641-5119-3
- ^ a b Ebert-Schifferer, p. 311
- ^ Ebert-Schifferer, p. 338
- ^ David Piper, The Illustrated Library of Art, (Il-Bibljoteka Illustrata tal-Arti), Portland House, New York, 1986, p. 643, ISBN 0-517-62336-6
- ^ David Piper, p. 635
- ^ Piper, p. 639
- ^ Ebert-Schifferer, p. 387
- ^ Ebert-Schifferer, pp. 382-3
- ^ Ebert-Schifferer, p. 384-6
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Natura mejta |
- El bodegón y el desnudo
- Natura morta in Treccani.it.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Natura mejta, X'inhi Natura mejta? Xi tfisser Natura mejta?
Natura mejta hi xogħol tal arti li jirrapprezenta oġġetti inanimi ġeneralment oġġetti ta kuljum li jistgħu ikunu naturali ikel fjuri xtieli ġebel jew arzell jew magħmulin mill bniedem għodda tal kċina fajjenza kotba vazuni ġojjelli muniti pipi etc fi spazju artifiċjali Il pittura tan natura mejta li bdiet fl antikita u saret popolari l izjed fil punent tagħti lill artista izjed liberta fit tqegħid tal elementi tad disinn f kompozizzjoni mill pittura ta suġġetti oħra bħall veduti u r ritratti Fin natura mejta l izjed qabel l 1700 sikwit kien ikun simbolizmu reliġjuz u allegoriku assoċjat mall oġġetti rapprezentati F xi kazi n natura mejta toħroġ mil limiti bidimensjonali permezz ta mezzi tekniċi tridimensjonali li jħalltu oġġetti misjubin fotografiji grafika ġenerata mill kompjuters kif ukoll ħoss u vidjo 1636 It terminu natura mejta deher għall ewwel darba fit Taljan bħala natura morta fl aħħar tas seklu 17 uza cose naturali oġġetti naturali biex jirreferi għad disinji ta Wara fil lejn l 1650 deher it terminu stilleven għal xbihat ta frott fjuri u ħut jew xbihat ta ikel imħejji li wara ġie addottat mill Ġermanizi Stilleben u mill Inglizi still life Dan nistgħu nittraduċuh bħala ħajja sikta jew wieqfa Fi Spanja l espressjoni uzata għan naturi mejtin hi bodegones fis Salons kien isemmi naturi inanimi speċjalista tan natura mejta ippropona d definizzjoni li ġejja għan natura mejta Natura mejta tassew titwieled fil waqt meta l pittur jieħu d deċizjoni fundamentali li jagħzel bħala suġġett grupp ta oġġetti u li jorganizzah f entita plastika Jekk jagħtihom xi forma ta alluzjonijiet spiritwali skont iz zmien u l ambjent li jaħdem fih dan ma jbiddel xejn mill intenzjoni tiegħu bħala artista jiġifieri li jġiegħlna nħossu l emozzjoni poetika quddiem is sbuħija li jkun lemaħ f dawn l oġgetti u t tqegħid tagħhom Charles Sterling 1952StorjaAntenati antiki Skutella transparenti bil frott u ġarar Pittura Rumana fuq il ħajt f madwar 70 AD Il ġewwieni tal oqbra Eġizzjani antiki kienu sikwit ikunu mzejnin bil pitturi tan natura mejta L Eġizzjani kienu jaħsbu li l oġġetti tal ikel u ħwejjeġ oħra rrapprezentati hemmhekk isiru ta veru fil ħajja l oħra u l mejjet ikun jista jagħmel uzu minnhom Fil pitturi Rumani fuq il ħajt f u l instabu wkoll naturi mejtin simili imma dawn kienu izjed bħala tizjin u kellhom prospettiva iktar realistika Fosthom insibu l mottiv li tant sar familjari ta skutella tal ħġieġ mimlija frott Il muzajċi dekorattivi msejħa emblema li nstabu fid djar tar Rumani għonja kienu juru l varjeta ta ikel li kienu jgawdu l klassijiet għolja u kienu jservu ukoll ta għeliem ta ospitalita u bħala ċelebrazzjoni tal istaġuni u l ħajja Skont Charles Sterling in natura mejta tal Antikita kellha għan ieħor barra s sempliċi pjaċir tal mimika hu ċar li n naturi mejtin Ellenistiċi u Rumani li jirrapprezentaw platti lesti għall ikel għandhom fihom sottotest epikurew Fis seklu 16 l ikel u l fjuri jerġgħu jidhru bħala simboli tal istaġuni u l ħames sensi Mill epoka Rumana bdiet ukoll it tradizzjoni tal uzu ta kranju bħala simbolu tal mortalita u l fdalijiet ta din id dinja sikwit akkompanjat mill frazi Omnia mors aequat Il mewt tagħmel lil kulħadd indaqs Matul l aħħar 400 sena tal istorja tal arti dawn ix xbihat ta kienu spiss is suġġett ta xogħlijiet tal pittura Dan bdewh il pitturi Olandizi madwar l 1600 L apprezzament popolari tar realizmu fin natura mejta kien diġa msemmi fil leġġenda antika Griega fuq li tgħid li dawn darba kkompetew biex joħolqu l izjed xbieha li tidher ta veru l ewwel deskrizzjoni fl istorja ta jew qerq il għajn fil pittura Kif kiteb fi zmien ir Rumani l artisti Griegi minn sekli qabel kienu ħafna izjed avvanzati fl arti tar ritratti u n natura mejta Semma lil Peiraikos li s sengħa tiegħu ftit jaqbzuha Pinġa ħwienet tal barbiera u skrapan ħmir ħaxix u ħwejjeġ bħalhom u għalhekk sar magħruf bħala l pittur tal oġġetti vulgari imma dawn ix xogħlijiet kienu pjaċevoli u kienu jinbigħu b prezzijiet ogħla mill aqwa pitturi tal artisti l oħra Il Mal firxa tal eġemonija Kattolika fil Medju Evu ir rapprezentazzjoni tal oġġetti bħala l uniku suġġett ta pittura għebet F dik l epoka skont Michel u Fabrice Fare l ispirtu realista safa fix xejn għall gwadann ta lingwaġġ simboliku miftiehem mal Kristjanezmu kollu L oġġeti li huma sottomessi għas suġġett tal kompozizzjoni jgħinu fl izvilupp tat tema reliġjuza għandhom importanza primordjali fit tifsira ta ċerti xeni bibliċi juru l post u d data tagħhom u jikkaratterizzaw il persunaġġi Dawn l oġġetti m għadhomx hemm izjed għall ezistenza tagħhom fiha nfisha imma għal dak li jissombolizzaw u din waħda mir raġunijiet prinċipali li minħabba fiha ħafna speċjalisti jaqblu biex jgħidu li m hemmx naturi mejtin matul dan il perjodu tal istorja Irridu nistennew it teoloġiji ta San u ta San ir ritorn tal filosofija aristotelika kif ukoll it teoriji ta u biex naraw il jirrikonċilja ruħu mas sensazzjonijiet u l esperjenza tan natura Sant Eliġju fil ħanut tad deheb 1449 Mill 1300 nibdew bix xogħol ta Giotto u d dixxipli tiegħu il pittura tan natura mejta reġgħet ħadet spinta bl inkluzjoni ta niċeċ fuq il ħajt fl isfond ta pitturi reliġjuzi billi dawn in niċeċ kien ikun hemm fihom oġġetti ta kuljum Dan it tip ta rapprezentazzjoni kien meqjus ta ftit importanza sar Rinaxximent u kien jidher biss bħala parti minn kwadri ta ġeneru ieħor bħall pittura reliġjuza u ritratti u l oġġetti dejjem kien ikollhom tifsira reliġjuza jew allegorika Dan kien veru partikularment fix xogħol tal artisti tal Ewropa ta Fuq li l interess li kellhom fis simbolizmu u r realizmu ddettaljat ħafna wassalhom biex jagħtu attenzjoni kbira lill messaġġ ġenerali tal pittura Pitturi bħal sikwit kienu juzaw xi elementi ta natura mejta bħala parti mill programm ikonografiku tagħhom L izvilupp fit teknika tal pittura biz zejt li għamlu u artisti oħra tal Ewropa ta Fuq ippermetta r rapprezentazzjoni ta oġġetti ta kuljum fi stil iper realistiku peress li z zebgħa taz zejt iddum ma tinxef titħallat tajjeb u tista tinħadem f ħafna saffi fuq xulxin Ir ritratt li pinġa ta zewġ għarajjes izuru ħanut tad deheb hu ezempju tipiku ta natura mejta tranzizzjonali li jirrapprezenta kontenut kemm reliġjuz kif ukoll sekulari Għalkemm għandu messaġġ prinċipalment allegoriku il figuri tal koppja huma realistiċi u l oġġetti li fih flus vazuni etc huma mpinġijin bir reqqa ħafna imma sid il ħanut hu infatti rapprezentazzjoni ta Sant Eliġju u l oġġetti huma mgħobbijin simbolizmu Hemm tip simili ta pittura li f ritratt tal familja jikkombina l figuri tan nies ma mejda mimlija sewwa bl ikel bil għan li jissimbolizza d devozzjoni tal familja u l ħajr tagħha lejn Alla għall ġid li pprovdilha Xi dan iz zmien bdew jidhru naturi mejtin bla figuri imma mhux mingħajr tifsir allegoriku impinġijin fuq barra tal kontraporti li jagħlqu l pitturi devozzjonali privati Sar pass ieħor lejn il natura mejta awtonima meta madwar l 1475 bdew ipinġu fjuri simboliċi fuq wara tar ritratti sekulari Il Rinaxximent Fost l ewwel li nqatgħu mis sinjifikat reliġjuz insibu lil Leonardo da Vinci li pinġa akwerelli ta frott madwar l 1495 bħala parti mill ezaminazzjonu bla heda tan natura u lil Albrecht Durer li pinġa disinji preċizi ta xtieli u annimali Jacopo de Barbari għamel pass ieħor il quddiem bil pittura Natura Mejta b perniċi ingwanti tal ħadid u vleġeġ tal balestra 1504 Din fiha kontenut reliġjuz mill inqas u hi fost it iffirmati u ddatati l izjed bikrija Annibale Carracci Ħanut tal Laħam 1583 Is seklu 16 ra spluzjoni ta interess fid dinja naturali u ra anki l ħolqien ta enċiklopediji botaniċi lussuzi jiddokumentaw l iskoperti tad Dinja l Ġdida u l Asja L illustrazzjoni xjentifika u l klassifikazzjoni tal kampjuni ukoll kellhom spinta L oġġetti naturali bdew jiġu apprezzati bħala oġġetti ta studju individwali mingħajr assoċjazzjonijiet reliġjuzi jew mitoloġiċi Ix xjenza tal fitoterapija li kienet estensjoni prattika ta dan l għarfien ġdid bdiet ukoll f dan iz zmien Barra minn hekk patruni għonja bdew jagħmlu kollezzjoniet ta kampjuni ta annimali u minerali bil ħolqien ta gabinetti ta kurzitajiet Dawn il kampjuni servew ta mudelli għall pitturi li kellhom għatx kbir għar realizmu u n novita L arzell l insetti il frott ezotiku u l fjuri kollha bdew jinġabru u jinbigħu u xtieli ġodda bħat tulipani importati fl Ewropa mit Turkija ġew iċċelebrati fil pittura tan natura mejta L ispluzjoni ortikulturali infirxet mal Ewropa kollha u l artisti pprofitaw ruħhom minn dan u pproduċew eluf ta pitturi ta natura mejta Xi pajjizi u qrati kellhom interess speċjali f suġgetti partikulari perezempju il ta Firenze kellhom interess partikulari fir rapprezentazzjoni tal frott taċ ċitru Din il firxa kbira tal kampjuni naturali u l interess li kien qiegħed jikber fir rapprezentazzjoni tan natura mal Ewropa kollha wasslu għall ħolqien tal pittura moderna tan natura mejta f dawn il pajjizi Sat tieni nofs tas seklu 16 kienet evolvit natura mejta awtonoma Bilmod il kontenut reliġjuz naqas fid daqs u fl importanza tal post f dawn il pitturi pero l lezzjonijiet morali baqgħu hemm b mod impliċitu Fost l ezempji ta dan insibu Il ħanut tal laħam ta Joachim Beuckelaer 1568 li fih r rapprezentazzjoni realistika tal laħam nej fl ewwel pjan waqt li x xena fl isfond twiddeb fuq il periklu tas sokor u z zina Meta fl 1583 ittratta l istess suġġett neħħa l messaġġi morali kif għamlu ħafna pitturi oħra tan natura mejta tal kċina u s suq ta dan il perjodu Is Seklu 17 Bankett natura mejta c 1660 Minkejja li n natura mejta Taljana bdiet tizdied fil popolarita storikament baqgħet inqas meqjusa mill pitturi tal grande maniera ta suġġetti reliġjuzi u mitiċi Ħafna akkademiċi prominenti ta kmieni fis seklu 17 bħal kienu tal fehma li l pittura tan natura mejta m għandhiex gravitas bizzejjed biex jistħoqqilha titqis bħala kbira Min naħa l oħra l artisti Taljani tan natura mejta li rnexxew kisbu appoġġ qawwi fi zmienhom Barra minn hekk l artisti nisa allavolja kien hemm ftit biss minnhom għazlu jew kienu ristretti li jpinġu suġġetti bħan natura mejta Giovanna Garzoni u Fede Galizia perezempju Ħafna artisti prominenti f ġeneri oħra ipproduċew ukoll xi pittturi tan natura mejta B mod partikulari Caravaggio applika t teknika naturalista influwenzjali tiegħu għan natura mejta Il Qoffa bil Frott c 1595 1600 li kienet waħda mill ewwel ezempji ta natura mejta pura hi mpinġija preċizament u fil livell tal għajnejn Minkejja li m għandhiex simbolizmu fil beraħ din il pittura kienet fil propjeta tal Kardinal Borromeo u jista jkun li kienet apprezzata kemm għal raġunijiet reliġjuzi kif ukoll estetiċi ukoll pinġa pittura Bukkett kbir Milaniz 1606 għall kardinal u sostna li kienet fatta tutti del natturel magħmula kollha min natura u talab izjed flus għall isforz zejjed Dawn kienu tnejn fost il ħafna pitturi tan natura mejta fil kollezzjoni tal kardinal li kien fiha wkoll ġabra kbira ta kurzitajiet Fost in naturi mejtin Taljani l oħra insibu il Koka ta xena ta kċina fil maniera Olandiza li fiha ritratt ddettaljat ta koka u t tajr li qiegħda tħejji għall ikel Bl istess mod waħda mill pitturi tan natura mejta rari ta Rembrandt Tifla Zgħira bil Paguni Mejta tgħaqqad ritratt femminili simpatiku ma xbihat tat tjur Kien fil klima artistika ġdida tal Pajjizi l Baxxi tas seklu 17 li n natura mejta bl isem stilleven saret forma ta pittura tassew indipendenti Waqt li l artisti ma tantx kien baqagħlhom opportunita li jpinġu pittura reliġjuza li kienu jiddependu fuqha sa dak iz zmien xbihat reliġjuzi saru pprojbiti mill Knisja Protestanta Riformata Olandiza it tradizzjoni tal Ewropa ta Fuq tar realizmu ddettaljat u simboli moħbijin kienet tintgħoġob mill klassi medja Olandiza li kienu qegħdin jieħdu post il knisja u l istat bħala patruni ewlenin tal arti fil Pajjizi l Baxxi Barra minn hekk l Olandizi kienu mġennin fuq l ortikultura l izjed fuq it tulipani Dawn iz zewġ modi kif kienu jħarsu lejn il fjuri bħala oġġetti estetiċi u simboli reliġjuzi ingħaqdu biex joħolqu domanda qawwija ħafna għal dan it tip ta natura mejta Il pittura tan natura mejta bħax xogħlijiet l oħrajn tal arti Olandizi ġeneralment kienu jinbigħu jew fis suq jew minn bejjiegħa jew mill artisti stess mill ħwienet tax xogħol tagħhom u rari kienu ordnati allura l artisti kienu jistgħu jagħzlu s suġġetti u d disinn Dan it tip ta pittura ta natura mejta tant kien popolari li fl 1740 Gerard de Lairesse kiteb ir regoli tat teknika tal pittura tal fjuri Olandiza fit trattat tiegħu Groot Schilderboeck li fih ta varjeta kbira ta pariri fuq il kuluri tqegħid tal oġġetti xogħol tal pinzell tħejjija tal kampjuni armonija kompozizzjoni u prospettiva etc Is simbolizmu tal fjuri kien ilu jevolvi mil bidu tal Kristjanezmu Il fjuri l izjed komuni kollha kellhom tifsira simbolika il warda Il Madonna Venere l imħabba il prekarjeta il ġilju Il Madonna il verġinita is safa tal moħħ il ġustizzja it tulipan il pompa in nobbilta il warda tax xemx il fedelta l imħabba divina id devozzjoni il vjola il modesta ir rizerva l umilta l akwileġja il melankolija il peprina il qawwa l irqad il mewt Fost l insetti il farfett kien jirrapprezenta il bidla u l irxoxt waqt li l mazzarell kien jissimbolizza l prekarjeta u n nemla il bzulija u l kura tal uċuh tar raba L artisti Olandizi fl istess ħin irxoxtaw it tradizzjoni tan natura mejta antika Griega tat jew qerq il għajn partikularment l imitazzjoni tan natura jew mimesis li sejħulha bedriegertje qerq zgħir Barra dawn it tipi ta natura mejta l artisti Olandizi identifikaw u zviluppaw separatament pitturi tal kċina u s suq tal kolazzjon u l pranzu tal vanitas u ta ġabriet allegoriċi Sfarġla kaboċċa bettieħa u ħjara 1602 F dan il perjodu kienu popolari ħafna l pitturi tal vanitas li kien ikun hemm fihom ġabriet ta frott u fjuri kotba statwetti vazuni muniti ġojjelli pitturi strumenti muzikali u xjentifiċi fida u kristalli fini flimkien ma tifkiriet simboliċi tal qosor tal ħajja Magħhom kienu jqegħdu xi kranju impulletta jew arloġġ tal but xemgħa tixgħel jew ktieb bil paġni jinqalbu biex iservi ta messaġġ morali fuq kemm jgħaddu malajr il pjaċiri tas sensi Sikwit ftit mill frott u l fjuri stess kienu juruhom ħa jibdew jitħassru jew jitbielu biex jenfasizzaw l istess punt Kien hemm tip ieħor ta natura mejta magħruf bħala pittura tal kolazzjon li jirrapprezenta fl istess waqt ġabra ta ikel tajjeb li l klassi għolja kienu jgawdu u twiddiba reliġjuza li wieħed għandu jevita l ikel u x xorb zejjed L Olandizi għamlu innovazzjoni oħra madwar l 1650 Samuel van Hoogstraten pinġa waħda mill ewwel pitturi tal ixtillieri pitturi tan natura mejta f għamla ta li juru oġġetti marbutin imsammrin jew imwaħħlin b xi mod ma tavla mal ħajt Dan it tip ta natura mejta kien popolari ħafna fl iStati Uniti fis seklu 19 Varjazzjoni oħra ta natura mejta f għamla ta kienet turi oġgetti li kellhom x jaqsmu ma xi sengħa jew professjoni bħall pittura ta Cornelis Norbertus Gysbrecht Kavallett tal pittura mal frott li fiha juri l għodda kollha tas sengħa tal pittur Fl ewwel nofs tas seklu 17 kienu popolari wkoll il pitturi ta ġabra kbira ta oġġetti f forma allegorika perezempju il ħames sensi l erba kontinenti jew l erba staġuni li juru alla mara jew figura allegorika mdawra b oġġetti xierqa naturali jew magħmulin mill bniedem Il popolarita tal pitturi tal vanitas u dawn il forom oħra ta natura mejta malajr infirxu mill Olanda għall u l Ġermanja u wkoll lejn Spanja u Franza In natura mejta Ġermaniza segwiet fil qrib il mudelli Olandizi Il pittur Ġermaniz kien pijunier fin natura mejta pura mingħajr figuri u ħoloq innovazzjoni fil kompozizzjoni billi qiegħed oġġetti ddettaljati f gabinetti armarji u vetrini u pproduċa dehriet minn bosta angoli fl istess kwadru Il pitturi tan natura mejta ġo Spanja imsejħin ukoll kienu awsteri Kienu differenti min natura mejta Olandiza li sikwit kien ikun fiha pranzijiet għonja mdawrin b oġġetti tad drap u l ħġieġ imzejnin u lussuzi Il kaċċa fil pittura Spanjola hi sikwit annimali mejtin għadhom jistennew li jitnittfu jew jitqaxxru Il frott u l ħaxix għadhom nejjin L isfond li jew hu dezolat jew magħmul minn blokki ġeometriċi lixxi tal injam sikwit joħloq atmosfera surrealista Waqt li n natura mejta Olandiza u Spanjola t tnejn sikwit kellhom għan morali ingastat fihom l awsterita li xi wħud isibuha tixbaħ id dezolazzjoni ta xi witjiet għoljin Spanjoli tidher qisha tiċħad il pjaċiri tas sensi il ġid u l lussu tan natura mejta Olandiza Fl Italja u Spanja il pitturi tassew tal vanitas kienu rari u kien hemm ħafna inqas speċjalisti tan natura mejta Fl Ewropa ta Isfel kienu juzaw izjed in naturalizmu delikat ta Caravaggio u jenfasizzaw inqas l iper realizmu tal Ewropej ta Fuq Ġo Franza il pitturi tan natura mejta nature morte li kienu influwenzati mill iskejjel ta Fuq u ta Isfel isselfu kemm mill pitturi tal vanitas tal Pajjizi l Baxxi u kemm mill kompozizzjonijiet awsteri ta Spanja Is Seklu 18 Ir Rajja 1728 Sa meta wasal is seklu 18 f ħafna kazi is sinjifikati moħbijin reliġjuzi u allegoriċi fil pittura tan natura mejta kienu ġew abbandunati u n naturi mejtin tal mejda tal kċina kienu evolvew f rapprezentazzjonijiet ippjanati ta kuluri u forom varjati juru ikel ta kuljum L aristokrazija Franċiza qabdu l artisti jpinġulhom pitturi ta suġġetti ta natura mejta abbundanti u estravaganti bħalli kienu jzejnu l mejda tal pranzu tagħħom fl istess ħin mingħajr il messaġġ moralistiku tal vanitas tal predeċessuri tagħhom Olandizi L imħabba li kellu r għall ingann wassal biex fi Franza jizdied l apprezzament għal pittura ta Franċiz qerq il għajn Il pitturi ta natura mejta ta juzaw varjeta ta metodi minn realizmu ta stil Olandiz sa armoniji izjed ħelwin Fl iStati Uniti fi zmien ir rivoluzzjoni l artisti Amerikani li kienu mħarrġa barra l pajjiz applikaw l istili Ewropej għal pittura tar ritratti u n natura mejta beda familja ta pitturi Amerikani famuzi u bħala mexxej importanti fil komunita artistika Amerikana waqqaf ukoll soċjeta għat tħarriġ tal artisti kif ukoll muzew ta kurzitajiet naturali Ibnu Raphaelle Peale kien wieħed mill grupp ta artisti bikrija tan natura mejta li kien hemm fih ukoll John F Francis Charles Bird King u John Johnston Sat tieni nofs tas seklu 19 Martin Johnson Heade kien introduċa l verzjoni Amerikana tal pittura tal bijotopu jew ħabitat li fiha l għasafar u l fjuri kienu mqegħdin f ambjent ta barra simulat Il pitturi Amerikani tat maħluqin minn John Haberle William Michael Harnett u John Frederick Peto iffjorixxew ukoll Peto kien jispeċjalizza f pitturi tal ixtillieri nostalġiċi waqt li Harnett laħaq l ogħla livell ta iper realizmu fiċ ċelebrazzjonijiet pittoriċi tal ħajja Amerikana permezz ta oġġetti ta kuljum Is Seklu 19 Edouard Manet Qronfol u klematide ġo vazun tal kristal 1883 Bill qawmien tal Akkademji Ewropej l iktar l li kellha influwenza qawwija fuq l arti akkademika in natura mejta bdiet tonqos fil popolarita L akkademji kienu jgħallmu d dotrina tal Ġerarkija tal ġeneri jew il Ġerarkija tas suġġett ittrattat li kienet tgħid li l mertu artistiku ta pittura kien imsejjes qabel kollox fuq is suġġett tagħha Fis sistema akkademika l ogħla forma ta pittura tikkonsisti f xbihat ta sinjifikat storiku Bibbliku jew mitoloġiku u n natura mejta kienet artistikament meqjusa fil livell l izjed baxx Minflokk li uzaw in natura mejta biex jigglorifikaw in natura xi artisti bħal u għazlu l veduta għal dan l għan Meta n Neo Klassiċizmu beda jmur lura fis snin qabel l 1840 ir rivoluzzjonijiet artistiċi tar Realizmu u Romantiċizmu iffokaw fuq il pittura tal ġeneru u r ritratti Pero ħafna mill aqwa artisti ta dak il perjodu kellhom natura mejta fost ix xogħlijiet tagħhom Il pitturi tan natura mejta ta Francisco Goya u jittrazmettu emozzjoni qawwija u huma izjed interessati fl atmosfera milli fl ezattezza Minkejja li mxew fuq il mudelli tan natura mejta izjed bikrija ta il pitturi tan natura mejta ta kellhom tonalita qawwija u jidher ċar li mexjin lejn l Impressjonizmu Henri Fantin Latour li uza teknika izjed tradizzjonali kien famuz għall pitturi skwiziti tiegħu tal fjuri u qala x jgħix mill ordnijiet għall pittura tan natura mejta Vincent van Gogh Ward tax Xemx 1888 Pero it teknika u l armonija tal kuluri ma ttrijunfawx fuq is suġġett tal pittura qabel li l ġerarkija akkademika fl Ewropa għebet għal kollox u bdew l u l Meta seħh dan in natura mejta saret imfittxa bil ħerqa mill artisti Fin naturi mejtin bikrija tiegħu juri l influwenza ta Fantin Latour imma kien wieħed minn ta l ewwel li abbandunaw it tradizzjoni tal isfond skur ukoll abbandunaha fin Natura Mejta bi Mrewħa u Bukkett Fjuri 1871 billi taha l din il pittura sfond oranġjo jgħajjat Fin natura mejta Impressjonista il kontenut allegoriku u mitoloġiku nieqes għal kollox kif ukoll ix xogħol iddettaljat tal pinzell Minflok l impressjonisti iffokaw fuq l esperimentazzjoni b daqqiet wiesa tal pinzell valuri tonali u fejn kienu jpoġġu l kuluri L Impressjonisti u l Post Impressjonisti kienu ispirati mill iskema tal kuluri tan natura imma dawn reinterpretaw in natura bl armoniji tal kulur tagħhom li xi drabi sfaw ta artifiċjalita li taħsdek Kif iddikjara Gauguin Il kuluri għandhom it tifsira tagħhom Fl istess ħin uzaw varjazzjonijet fil prospettiva bħal angoli għoljin kif nistgħu naraw fi Frott muri fuq Ċentru ta pittura li xi nies kienu jiddieħqu biha fi zmienha u sejħula frott kif jarah l għasfur Il pitturi tal Ward tax Xemx ta Vincent van Gogh huma fost il pitturi tan natura mejta tas seklu 19 l izjed magħrufin Van Gogh permezz ta tonalitajiet fl isfar u l okra u rapprezentazzjoni x aktarx fiċ ċatt għamel kontribuzzjoni li ma tinsesiex fl istorja tan natura mejta Il pittura tiegħu Natura Mejta ma Tavla tad Disinn 1889 hi awtoritratt f għamla ta natura mejta li fiha Van Gogh wera ħafna oġġetti mill ħajja personali tiegħu fosthom il pipa tiegħu ikel sempliċi basal ktieb edifikanti u ittra mingħand ħuh mifruxin fuq il mejda tiegħu mingħajr ma hemm xbieha tiegħu Pinġa wkoll il verzjoni tiegħu tal pittura tal vanitas Natura Mejta b Bibbja miftuħa Xemgħa u Ktieb 1885 Is Seklu 20 Violin and Candlestick 1910 L ewwel erbgħin sena tas seklu 20 kien perjodu eċċezzjonali ta ferment u rivoluzzjoni artistika Malajr zviluppaw ħafna movimenti avant garde wieħed jibda qabel l ieħor jispiċċa kollha mexjin lejn l astrazzjoni mhux figurattiva totali In natura mejta bħall arti rapprezentazzjonali l oħrajn komplew jevolvu u jaddattaw sa nofs is seklu meta l astrazzjoni totali bħall pittura bil qtar ta eliminat il kontenut li jintgħaraf kollu Is seklu beda b bosta tendenzi jiddominaw l arti Fl 1901 pinġa Natura Mejta bil Ward tax Xemx f ġieħ ħabibu van Gogh li kien miet ħdax il sena qabel Il grupp magħruf bħala n fosthom u ħadu t teoriji armoniċi ta Gauguin u ziedu xi elementi ispirati mill inċizjonijiet fl injam Ġappunizi fil pitturi tan natura tagħhom Il pittur Franċiz ukoll pinġa natura mejta importanti f dan il perjodu l izjed tal fjuri irriduċa r rapprezentazzjoni tal oġgetti tan natura mejta izjed u izjed sa ma ġabhom zoni mmarkati b linji ħoxnin mimlijin b kuluri jgħajtu Issimplifika wkoll il prospettiva u introduċa sfondi ta bosta kuluri F xi wħud mill pitturi tiegħu tan natura mejta bħall Pittura mejta bil Brinġiel il mejda bl oġġetti kwazi tintilef fost id disinji kuluriti l oħra li jimlew il bqija tal kamra Xi esponenti tal bħal u esploraw izjed il kulur pur u l astrazzjoni fin natura mejta tagħhom Fernand Leger Natura Mejta bil Magg tal Birra 1921 fin natura mejta tiegħu sab mezz ideali biex jesplora l organizzazzjoni ġeometrika spazjali u biex ibiegħed il pittura mill għan illustrattiv jew mimetiku għal wieħed li juri indipendentament l elementi ta kulur forma u linja pass kbir lejn l arti astratta L esperimenti ta Cezanne iwasslu direttament lejn l izvilupp tan natura mejta ta kmieni fis seklu Fl stess ħin li adattaw it tibdil u t tidwir tal pjani u l assi li kien juza Cezanne il Kubisti razznu l iskema qawwija tal kuluri tal Fauves u minnflok iffokaw fuq id dekostruzzjoni tal oġġetti fi pjani u forom purament ġeometriċi Bejn l 1910 u l 1920 xi artisti Kubisti bħal u pinġew ħafna kompozizzjonijiet ta natura mejta sikwit jinkludu strumenti muzikali u ħolqu wkoll l ewwel xogħlijiet tal collage tal Kubizmu Sintetiku bħall pittura ovali ta Picasso Natura Mejta b ħadma tat tiben 1912 F dawn ix xogħlijiet l oġġetti tan natura mejta huma mrikbin fuq xulxin u mħabblin flimkien tant li bilkemm baqagħlhom forom bidimensjonali li jingħarfu tilfu it tessitura individwa u tħalltu mal isfond għanijiet kontra dawk tan natura mejta tradizzjonali fin natura mejta tiegħu introduċa l uzu ta spazju abjad wiesa u forom ġeometriċi kuluriti immarkati ċari u jirkbu fuq xulxin biex jipproduċi effett iktar mekkaniku u membri oħra tal moviment abbandunaw ir riduzzjoni tal ispazju għall pjan li kienu juzaw il Kubisti u marru f direzzjoni radikalment differenti biex ħolqu skulturi tan natura mejta tridimensjonali tal lest Il u s Surrealisti bħala parti mill mezz biex iroddu lura xi tifsir simboliku lin natura mejta qegħdu oġġetti tan natura mejta li jingħarfu fil veduti tal ħolm tagħhom Fil pitturi tan natura mejta ta l oġġetti jidhru bla piz u jittajru fi spazju bidimensjonali ssuġġerit ħafif anki l muntanji huma mpinġijin b linji sempliċi li kien il pittur ewlieni tan natura mejta fl Italja f dan iz zmien esplora varjeta kbira ta metodi kif ipinġi fliexken ordinarji u għodda tal kċina L artista Olandiz M C Escher magħruf l izjed għall grafiċi tiegħu dettaljati imma fl istess ħin ambigwi pinġa Natura Mejta u Triq 1937 verzjoni aġġornata tan natura mejta Olandiza tradizzjonali tal mejda Meta l artisti Amerikani tas seklu 20 saru jafu bil Ewropew bdew jinterpretaw is suġġetti tan natura mejta b taħlita ta realizmu Amerikan u astrazzjoni ġejja mill Kubisti Il pitturi ta u u l fotografiji ta huma tipiċi tax xogħlijiet Amerikani tan natura mejta ta dak il perjodu Il pitturi tal fjuri ta O Keeffe impinġijin mill qrib ħafna juru fl istess ħin l istruttura fizika u l messaġġ emottiv tal petali u l weraq b mod li bħalu ma kienx sar qabel Fil Messiku mis snin 1930 Frida Kahlo u artisti oħra ħolqu stil ta Surrealizmu għalihom u fil pitturi tagħhom tan natura mejta daħħlu l ikel u s simboli tal pajjiz Mis snin 1930 l Espressjonizmu Astratt beda jirreduċi n natura mejta għall rapprezentazzjoni ta forma u kulur biss tant li sas snin 1950 l astrazzjoni totali kienet tiddomina d dinja tal arti Pero il fis snin 1960 u 1970 dawret lura din it tendenza u ħolqot għamla ġdida ta natura mejta Ħafna mill Pop Art bħal Campbell s Soup Cans ta hi bbazata fuq in natura mejta imma spiss is suġġett tassew hu x xbieha kkommodifikata tal prodott kummerċjali rrapprezentat aktar mill oġġett tan natura mejta fiziku nnifsu fin Natura Mejta bl iSkutella tal Ħut 1972 jikkombina l kuluri puri ta Matisse mal ikonografija pop ta Warhol fil Mejda tal Ikel 1964 ma jurix ikla ta familja waħda imma katina ta montaġġ ta ikel Amerikan standardizzat Il moviment Neo dada mar lura lejn ir rapprezentazzjonijiet tridimensjonali ta oġġetti tal ħajja ta kuljum ta Duchamp u ħoloq il verzjoni tiegħu tan natura mejta bħal perezempju fix xogħlijiet ta Statwa tal Bronz Mizbugħa 1960 u Dar tal Iblah 1962 L avvanz tal fis snin 1970 riafferma r rapprezentazzjoni illuzjonistika waqt li fl istess ħin zamm ftit mill messaġġ tal Pop tal fuzjoni tal oġġett ix xbieha u l prodott kummerċjali Il pitturi ta u huma tipiċi f dan ir rigward Is Seklu 21 Fl aħħar tletin sena tas seklu 20 u kmieni fis seklu 21 in natura mejta ħarġet barra l konfini tal gwarniċ Speċjalment fir riħ tal u l izvilupp fl arti ġġenerata bil kompjuter u l arti digitali il karattru u d definizzjoni tan natura mejta nbidlu u xi artisti issa juzaw metodi tekniċi mħallta biex jinkorporaw ġon natura mejta oġġetti misjuba fotografija vidjo u ħoss u anki jifirxuhom mill art sas saqaf u jimlew kamra sħiħa f gallerija tal arti Il grafiċi ġġenerati mill kompjuter estendew il metodi tekniċi li jistgħu juzaw l artisti tan natura mejta Bl uzu tal kamera tal vidjo l artisti tan natura mejta jistgħu anki jinkorporaw l ispettatur fix xogħol tagħhom Referenzi Fost affarijiet oħra Charles Sterling kien speċjalista kbir tal primittivi Franċizi Sybille Ebert Schifferer Still Life A History In Natura Mejta L istorja Harry N Abrams New York 1998 p 19 ISBN 0 8109 4190 2 Charles Sterling La Nature Morte de l Antiquite au XXe siecle In Natura Mejta mill Antikita għas seklu 20 Macula Pariġi 1985 Ebert Schifferer p 22 Ebert Schifferer p 137 Ebert Schifferer p 16 a b Ebert Schifferer p 15 Michel u Fabrice Fare Vie silencieuse de la nature morte Ħajja siekta tan natura mejta f La nature morte de Jan Bruegel de Velours 1568 1625 a Chaim Soutine 1893 1943 In natura mejta minn Jan Bruegel de Velours 1568 1625 sa Chaim Soutine 1893 1943 Katalgu tal wirja f Bordeaux ed Galerie des Beaux Arts 1978 p7 Ebert Schifferer p 25 Ebert Schifferer p 27 Ebert Schifferer p 26 Ebert Schifferer p 41 Ebert Schifferer p 31 Ebert Schifferer p 39 53 Ebert Schifferer p 34 Ebert Schifferer pp 54 56 Ebert Schifferer p 64 Ebert Schifferer p 75 Ebert Schifferer p 38 Ebert Schifferer p 45 Ebert Schifferer p 47 La natura morta in Italia In Natura Mejta fl Italja editjat minn Francesco Porzio u dirett minn Federico Zeri The Burlington Magazine 1991 Vol 133 1055 p 124 125 Ebert Schifferer p 82 Ebert Schifferer p 84 Stefano Zuffi Ed Baroque Painting Pittura Barokka Barron s Educational Series Hauppauge New York 1999 p 96 ISBN 0 7641 5214 9 Zuffi p 175 Paul Taylor Dutch Flower Painting 1600 1720 Pittura Olandiza tal fjuri Yale University Press New Haven 1995 p 77 ISBN 0 300 05390 8 Taylor p 129 Taylor p 197 Taylor pp 56 76 Ebert Schifferer p 16 Ebert Schifferer p 93 Ebert Schifferer p 90 Ebert Schifferer p 164 Ebert Schifferer p 170 Ebert Schifferer pp 180 181 Zuffi p 260 Ebert Schifferer p 71 Ebert Schifferer p 173 Ebert Schifferer p 229 Zuffi p 288 298 Ebert Schifferer p 260 Ebert Schifferer p 267 Ebert Schifferer p 272 Ebert Schifferer p 287 Ebert Schifferer p 299 a b Ebert Schifferer p 318 Ebert Schifferer p 310 Ebert Schifferer p 321 Ebert Schifferer pp 323 4 Stefano Zuffi Ed Modern Painting Il Pittura Moderna Barron s Educational Series Hauppauge New York 1998 p 273 ISBN 0 7641 5119 3 a b Ebert Schifferer p 311 Ebert Schifferer p 338 David Piper The Illustrated Library of Art Il Bibljoteka Illustrata tal Arti Portland House New York 1986 p 643 ISBN 0 517 62336 6 David Piper p 635 Piper p 639 Ebert Schifferer p 387 Ebert Schifferer pp 382 3 Ebert Schifferer p 384 6Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Natura mejta El bodegon y el desnudo Natura morta in Treccani it