Maurits Cornelis Escher twieled fis 17 ta Ġunju 1898 miet fis 27 ta Marzu 1972 is soltu magħruf bħala M C Escher IPA ɛsj
Maurits Cornelis Escher

Maurits Cornelis Escher (twieled fis-17 ta' Ġunju 1898 – miet fis-27 ta' Marzu 1972), is-soltu magħruf bħala M.C. Escher (IPA 'ɛsjər), kien Netherlandiż. Magħruf għall-inċiżjonijiet fl-injam, il- u l- tiegħu sikwit ispirati mill-matematika. Dawn jirrappreżentaw kostruzzjonijet impossibbli, esplorazzjonijiet tal-infinità, arkitettura u tessellaturi.
Maurits Cornelis Escher | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Maurits Cornelis Escher |
Twelid | , 17 Ġunju 1898, 1898 |
Nazzjonalità | |
Residenza | Ruma |
Grupp etniku | |
L-ewwel lingwa | |
Mewt | (en) , 27 Marzu 1972 |
Post tad-dfin | |
Familja | |
Missier | |
Omm | |
Konjuga/i | (12 Ġunju 1924 - |
Aħwa | uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | De Teekenschool voor de Kunstnijverheid (en) |
Lingwi | Taljan |
Għalliema | (mul) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | fotografu intaljatur |
Post tax-xogħol | Ruma (en) Żvizzera Brussell (en) Netherlands |
Xogħlijiet importanti | |
Premjijiet | List |
Influwenzat minn | matematika Leonardo da Vinci Albrecht Dürer (en) |
Sħubija | (en) |
Moviment | |
Moviment artistiku | (en) (en) natura mejta |
Bijografija
Maurits Cornelis, jew "Mauk" kif kien imlaqqam, twieled , il-Pajjiżi l-Baxxi. Kien l-iżgħar tifel ta' inġinier idrawliku George Arnold Escher u t-tieni mara tiegħu, Sara Gleichman. Kien tifel marradi, u meta kellu seba’ snin beda jmur skola speċjali u weħel l-eżami tat-tieni sena. Fl-1903, il-familja marret togħqod fejn kien jitgħallem is-sengħa ta' mastrudaxxa u jdoqq il-pjanu sakemm kellu tlettax-il sena.
Mill-1903 sal-1918 kien jattendi l-iskola primarja u sekondarja. Minkejja li bbrilla fid-disinn, il-marki tiegħu fis-suġġetti l-oħra kienu s-soltu baxxi. Fl-1919, Escher daħal fl-iSkola tal-Arkitettura u Arti Dekorattiva ta' Haarlem. Għal xi żmien studja l-arkitettura, imma weħel f'xi suġġetti (daqsxejn minħabba infezzjoni persistenti fil-ġilda) u qaleb għall-Arti Dekorattiva. Hawn studja taħt Samuel Jessurun de Mesquita, li baqa' ħabib miegħu għal ħafna snin. Fl-1922 Escher ħalla l-iskola, wara li kien kiseb esperjenza fid-disinn u s-sengħa tal-inċiżjoni fl-injam.
Fl-1922, li kienet sena importanti f'ħajtu, Escher ivvjaġġa mal-Italja (Firenze, San Gimignano, , Siena) u ma' Spanja (Madrid, Toledo, ). Il-kampanja Taljana u l-Alhambra, kastell Moresk tas-seklu erbatax f’Granada, Spanja, impressjonawh ħafna. Sal-1935, Escher, flimkien ma' sħabu, artisti, oħra, kien jitlaq kull Rebbiegħa għal vjaġġ ta' xahrejn fl-muntanji ta' Abruzzi, l-Campania, Sqallija, Corsica u Malta minn fejn kien jiġbor l-impressjonijiet u jagħmel disinji. L-Italja ltaqa’ ma' Jetta Umiker, u żżewiġha fl-1924. Il-koppja żagħżugħa marret togħqod Ruma u baqgħu hemm sal-1935, meta ma setgħux jissaportu iżjed il-klima politika taħt Mussolini. Binhom, Giorgio Arnaldo Escher, imsemmi għal missieru twieled Ruma. Il-familja imbagħad marru joqgħodu , l-iŻvizzera fejn qagħdu sentejn.
Escher, li kienu jogħġbuh ħafna l-veduti Taljani li kienu għalih ta' inspirazzjoni qawwija, ma kien xejn kuntent l-iŻvizzera, u għalhekk fl-1937, il-familja reġgħu ġarru u marru jogħqodu Ukkel, belt żgħira qrib Brussell, il-Belġju. It-Tieni Gwerra Dinjija ġegħlithom jerġgħu iġorru għal , il-Pajjiżi l-Baxxi, fejn Escher baqa jgħix sal-1970. Il-parti l-kbira tad-disinji l-iżjed magħrufin ta' Escher ġejjin minn dan iż-żmien. It-temp, x'aktarx imsaħħab, kiesaħ u bix-xita tal-Olanda ħallih jiffoka b'intensità kbira fuq ix-xogħlijiet tiegħu u kien biss matul l-1962, meta għamel xi operazzjonijiet, li ma ħoloqx xbihat ġodda.
Fl-1970, Escher mar jogħqod fid-dar Rosa-Spier, Laren, dar għall-artisti anzjani fejn kellu studju. Miet hemmhekk fis-27 ta' Marzu 1972, fl-età ta' 73 sena.
Xogħlijiet
L-ewwel stampa ta' Escher ta' realtà impossibbli kienet Natura mejta u triq, 1937. L-espressjoni artistika tiegħu ma ħalaqhiex direttament minn osservazzjonijiet u vjaġġi f'pajjiżi oħra imma minn xbihat ġejjin minn moħħu. Fost l-eżempji l-oħra magħrufin sewwa tax-xogħol tiegħu insibu Idejn ipinġu, xogħol li fih naraw żewġ idejn, waħda tpinġi lill-oħra; Sema u ilma, li fih jilgħab bid-dawl u d-dell biex jisfuma l-isfond tal-ilma wara l-ħut f'xbihat ta' għasafar bl-isfond tas-sema; u Telgħin u niżlin, fejn ringieli ta' nies jitilgħu u jinżlu taraġ f'ħolqa infinita, fuq bini li mhux possibbli li jimbena imma possibbli li jitpinġa permezz ta' stramberiji fil-perċezzjoni u l-prospettiva.
Ħadem primarjament fil-vejikli tal-litografija u l-inċiżjoni fl-injam, għalkemm il-ftit mezzitinti li wettaq huma meqjusa bħala kapolavuri ta' din it-teknika. Fl-arti grafika tiegħu juri relazzjonijiet matematiċi bejn forom, figuri u spazju. Barra minn hekk, esplora figuri mħabblin flimkien bl-użu tal-iswed u abjad biex jenfasizzaw d-dimensjonijiet differenti. Integrati fl-istampi tiegħu insibu riflessi fil-mera ta' koni, sferi, kubi, ċrieki u spirali.
Barra d-disinji tal-veduti u n-natura fl-ewwel snin tiegħu, pinġa wkoll insetti, li dehru sikwit fil-ħidma tiegħu ta' aktar tard. L-ewwel xogħol artistiku, li tlesta fl-1922, dehru tmient irjus umani maqsuma fi pjani differenti. Wara, madwar 1924, tilef l-interess fil-"qsim regolari" tal-pjani, u dar għat-tpinġija tal-veduti fl-Italja b'prospettivi irregolari li m’humiex possibbli fil-forma naturali.
Għalkemm Escher ma kellux taħriġ matematiku — il-komprensjoni tiegħu tal-matematika kienet fil-parti kbira viżiva u intuwittiva— il-ħidma ta' Escher kellha komponent matematiku qawwi, u aktar minn ftit mid-dinjiet li pinġa huma mibnija madwar oġġetti impossibbli bħall- u t-. Ħafna mix-xogħlijiet ta' Escher użaw kisjiet bil-madum ripetuti imsejħin tessellaturi. Ix-xogħol artistiku ta' Escher jintogħġob partikularment mill-mathematiċi u xjenzati, li japprezzaw l-użu ta' poliedri u tagħwiġ ġeometriku. Per eżempju, fil-Gravità, fkieren multi-lwien jittawlu minn wara dodekaedru stellat.
L-influwenza matematika fil-ħidma tiegħu bdiet tidher madwar 1936, meta kien jivvjaġġa fil-Mediterran mal-Adria Shipping Company. Beda partikularment jinteressa ruħu fl-ordni u s-. Escher iddeskriva l-vjaġġ tiegħu mal-Mediterran bħala "l-ogħna għajn ta' ispirazzjoni li qatt sfruttajt."
Wara l-vjaġġ tiegħu 'l-Alhambra, Escher ipprova jagħmel xogħol isbaħ minn tal-Għarab bl-użu ta' gradilji ġeometriċi bħala l-bażi għad-disinji tiegħu, li mbagħad firex fuqhom disinji oħra, l-iżjed annimali bħal għasafar u ljuni.
L-ewwel studju tiegħu tal-matematika, li wara wassal biex jinkorporaha fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu, beda bl-artiklu akkademiku ta' fuq il- fil-pjan li bagħtlu ħuh Berend. Dan l-artiklu spirah biex jitgħallem il-kunċett tas-17-il (il-gruppi tas-simmetrija fil-pjan). Bl-użu ta' dan il-kunċett matematiku, Escher ħoloq tessellaturi perjodiċi b' 43 disinn kulurit b'tipi differenti ta' simmetrija. Minn dan il-punt żviluppa metodu matematiku għall-espressjoni tas-simmetrija fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Mill-1937, ħoloq bosta bl-użu tal-kunċett tas-17-il grupp tas-simmetrija fil-pjan.
Fl-1941, Escher kiteb l-ewwel artiklu tiegħu, li issa hu rikonoxxut pubblikament, imsejjaħ "Diviżjoni Regolari tal-Pjan permezz ta' Poligoni Kongruwenti Asimmetriċi", fejn spjega l-approċċ matematiku tiegħu għall-ħolqien ta' xogħol artistiku. L-intenzjoni tiegħu meta kitbu dan kienet li jkun ta' għajnuna għalih stess fl-integrazzjoni tal-matematika fl-arti. B'dan l-artiklu Escher għamel kontibut fir-riċerka matematika ta' żmienu. Fih, hu studja diviżjoni bbażata fuq il-kulur, u żviluppa sistema ta' klassifikazzjoni ta' kombinazzjonijiet ta' forom, kuluri u proprjetajiet simmetriċi. Permezz tal-istudju ta' dawn is-simmetriji, esplora qasam li aktar tard il-mathematiċi laqqmu "kristallografija".
Madwar 1956, Escher esplora l-kunċett tar-rappreżentazzjoni tal-infinità fil-pjan bidimensjonali. Xi diskussjonijiet mal-matematiku Kanadiż HSM Coxeter ispiraw lil Escher b'interess fit-tessellaturi iperboliċi, li huma kisjiet regolari tal-pjan iperboliku bil-madum. Ix-xogħlijiet ta' Escher Limitu taċ-ċirku I-IV juru dan il-kunċett. Fl-1995, Coxeter ivverifika li Escher kiseb perfezzjoni matematika fl-inċiżjonijiet tiegħu f'artikl li ppubblika. Coxeter kiteb, "Escher ġabha assolutament eżatta sal-aħhar millimetru."
Ix-xogħlijiet tiegħu għamluh famuż: fl-1955 inħatar Kavalier tal-Ordni ta' Orange-Nassau. Min dak iż-żmien 'l hemm kellu regolarment kummissjonijiet ta' disinn minn dinjitarji minn madwar id-dinja. Fl-1985 l-Asterojde, "4444 Escher", issemmiet għalih.
Fl-1958, ippubblika artiklu imsejjaħ Diviżjoni Regolari tal-Pjan, li fih iddeskriva l-akkumulazzjoni sistematika ta' disinji matematiċi fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Huwa saħaq li "l-matematiċi fetħu l-bieb li jwassal għal qasam vast."
Fuq kollox, kienet l-imħabba li kellu minn kmieni għall-veduti Rumani u Taljani u għan-natura li nteressatu fil-kunċett tad-diviżjoni regolari ta' pjan, li applika f'aktar minn 150 xogħol bil-kulur. Fost il-prinċipji oħra matematiċi li nsibu xhieda tagħhom fix-xogħlijiet tiegħu hemm is-sovrapożizzjoni ta' pjan iperboliku fuq pjan bidimensjonali fiss, u l-inkorporazzjoni ta' oġġetti tridimensjonali bħal sferi, kolonni u kubi fis-xogħlijiet tiegħu. Per eżempju, f'stampa imsejħa "ir-Rettili," ikkombina xbihat bi- u tridimensjonali. F'wieħed mill-artikli tiegħu, Escher enfatizza l-importanza tad-dimensjonalità u ddeskriva lilu nnifsu bħala "mxabba" bil-forom ċatti: "Jien nagħmilhom jaqbżu 'l barra mill-pjan."
Escher studja wkoll il-kunċetti matematiċi tat-. Mill-matematiku Brittaniku Roger Penrose tgħallem kunċetti oħra fil-matematika. Minn dan l-għarfien ħoloq "Il-kaskata"' u Telgħin u Niżlin, li nsibu fihom prospettivi irregolari simili għall-kunċett tal-istrixxa ta' Möbius.
Fl-1937 Escher stampa Metamorfożi I, li kienet il-bidu ta' sensiela ta' disinji li jirrakontaw storja permezz tal-istampi. Dawn ix-xogħlijiet urew fl-aqwa tagħha il-ħila ta' Escher biex jinkorpora l-matematika fl-arti. F'Metamorfożi I, ittrasforma poligoni konvessi f'disinn regolari fil-pjan biex jifformaw għamla ta' bniedem. Dan l-effett jisimbolizza l-bidla fl-interess tiegħu mill-veduti u n-natura għall-diviżjoni regolari tal-pjan.
Wieħed mill-aktar xogħlijiet notevoli tiegħu huwa l-opra Metamorfożi III, li hija wiesgħa biżżejjed biex tgħatti l-ħitan ta' kamra, u mbagħad terġa' lura fuq innifsha.
Wara l-1953, Escher kien mistieden jagħti taħdidiet minn ħafna organizzazzjonijiet. Sensiela ta' taħdidiet ippjanati fl- fl-1962 tħassret minħabba xi marda, imma x-xbihat u test għall-lectures, miktuba sħaħ minn Escher, aktar tard kienu ippubblikati bħala parti mill-ktieb Escher fuq Escher . F'Lulju 1969, lesta l-aħħar xogħol tiegħu qabel ma miet, inċiżjoni fl-injam imsejħa Sriep. Din turi inċiżjonijiet ta' disinji li jispiċċaw ftit ftit lejn l-infinità kemm fiċ-ċentru u kemm fit-tarf ta' ċirku. Erba' sriep jaqsmu ċ-ċirku u d-disinji fih, b'irjushom jittawwlu minnu.
Il-legat ta' Escher
Il-pussess tal-proprjetà intellettwali ta' Escher u tax-xogħlijiet artistiċi uniċi tiegħu ġew mifrudin minn xulxin.
Fl-1969, il-konsulent kummerċjali ta' Escher, il-mejjet Jan W. Vermeulen, awtur ta' bijografija bl-Olandiż tal-artista, waqqaf l-MC Escher Stichting (Fundazzjoni MC Escher), u ttrasfera għal din l-entità kważi x-xogħol kollu ta' Escher kif ukoll mijiet ta' stampi oriġinali tiegħu. Dawn ix-xogħlijiet ġew mislufa mill-Fundazzjoni lill-Mużew tal-Ħaag. Mal-mewt ta' Escher, it-tliet subien tiegħu xoljew il-Fundazzjoni, u issieħbu f'kumpanija biex jieħdu x-xogħlijiet artistiċi f’idejhom. Fl-1980, bigħu din l-impriża lil negozjant tal-arti Amerikan u lill-Mużew tal-Ħaag. Il-Mużew kiseb id-dokumentazzjoni kollha u inqas min-nofs tax-xogħlijiet artistiċi.
Il-copyrights baqgħu fill-pussess tat-tliet ulied - li aktar tard begħuhom lil Cordon Art, kumpanija Olandiża. Il-kontroll tal-copyrights wara kien ittrasferit lil MC Escher Company BV Baarn, tal-Olanda, li tilliċenzja l-użu tal-copyrights fuq l-arti kollha ta' Escher u fuq testi mitkellma u miktuba, u tikkontrolla wkoll it-trademarks. Ir-reġistrazzjoni tat-trademark "MC Escher" fl-Istati Uniti kienet opposta, imma l-kumpanija Olandiża rebħet fil-qrati fuq il-bażi li artista jew il-werrieta tiegħu għandhu d-dritt li jagħmel trademark ta' ismu.
Entità oħra, il-Fundazzjoni M.C. Escher ta' Baarn, tippromwovi x-xogħol ta' Escher billi torganizza wirjiet, tippubblika kotba u tipproduċi films dwar il-ħajja u x-xogħol tiegħu.
Il-kollezzjonijiet istituzzjonali ewlenin tax-xogħlijiet oriġinali ta' MC Escher huma l-Mużew Escher, mużew sussidjaru tal-Haags Gemeentemuseum fil-Ħaag; il-Gallerija Nazzjonali tal-Arti (Washington, DC); il-Gallerija Nazzjonali tal-Kanada (Ottawa); il-Mużew ta' Iżrael (Ġerusalemm) u l-Bibljoteka Pubblika ta' Boston.
Lista tax-xogħlijiet
|
|
|
Bibljografija
- M.C. Escher, The Graphic Work of M.C. Escher, Ballantine, 1971. Jinkludi l-kummentarju ta' Escher stess.
- Locher, J.L. The Magic of M. C. Escher. Harry N. Abrams, Inc. ISBN 0-8109-6720-0, 2000.
- Ernst, Bruno; Escher, M.C. The Magic Mirror of M.C. Escher (Taschen Series) 1995. TASCHEN America Llc. ISBN 1-886155-00-3 L-arti ta' Escher b'kummentarju minn Ernst fuq il-ħajja u l-arti ta' Escher, jinkludi bosta paġni fuq kif uża l-poliedri.
- J. L. Locher (editur) M.C. Escher: His Life and Complete Graphic Work, , Amsterdam 1981.
- Douglas R. Hofstadter. Gödel, Escher, Bach. Girlanda eterna brillanti. Adelphi, 1984.
- Michele Emmer. Il-faxxinu enigmatiku ta' Escher. CUEN, 1984.
- Doris Schattschneider. Viżjonijiet tas-Simmetrija. Zanichelli, 1992.
Referenzi
- ^ "Semmejnih Maurits Cornelis għaz-ziju maħbub ta' S [Sara] , Van Hall, u konna nsejħulu 'Mauk' fil-qosor ....", Djarju ta' missier Escher iċċitat f’ M. C. Escher: His Life and Complete Graphic Work, Abradale Press, 1981, p. 9.
- ^ a b Barbara E, PhD. Bryden. Sundial: Theoretical Relationships Between Psychological Type, Talent, And Disease, Gainesville, Fla: Center for Applications of Psychological Type. ISBN 0-935652-46-9.
- ^ Escher pinġa veduta tal-Isla, Malta, li użaha aktar tard f'inċiżjoni oħra, "Gallerija tal-istampi", fl-1956. F' "Il-kaskata” tal-1961 fir-rokna ta' isfel tal-lemin, tidher mara tonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt li tidher li hi meħuda minn xi impressjoni ta' Malta
- ^ Jissejjaħ ukoll l-Aja
Ħoloq esterni
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Maurits Cornelis Escher |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Maurits Cornelis Escher |
- (EN, NL) M.C. Escher — Sit uffiċjali
- (EN) World of Escher — Sit kummerċjali, gallerija, forum ta' diskussjoni u kompetizzjonijiet ta' tessellaturi.
- (EN) Il-Matematika u l-Arti ta' M.C. Escher
- (EN) Websajt iddedikata għal tagħrif fuq Escher u x-xogħlijiet tiegħu
- Gallerija ta' xogħlijiet ta' Escher bi xbihat ta' riżoluzzjoni għolja
- (EN) Escher u l-effett Droste – Applikazzjoni tal-matematika għall-Gallerija tal-istampi ta' Escher
- (EN) Il-problema ta' Escherizzazzjoni u r-riżoluzzjoni tiegħu
- (EN) Kull ma laqtgħu kellu jpinġih
- (EN) Escher fil-verità – mudelli veri ta' disinji "impossibbli" ta' Escher.
- (EN) NGA - M.C. Escher: Ħajja u Ħidma
- (FR) Le monde étrange de M.C. Escher
- (EN) Escher fuq ArtCyclopedia
- (FR) Analiżi tal-litografija Telgħin u Niżlin
- (NL, EN) Mużew Escher, Den Haag
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Maurits Cornelis Escher, X'inhi Maurits Cornelis Escher? Xi tfisser Maurits Cornelis Escher?
Maurits Cornelis Escher twieled fis 17 ta Ġunju 1898 miet fis 27 ta Marzu 1972 is soltu magħruf bħala M C Escher IPA ɛsjer kien Netherlandiz Magħruf għall inċizjonijiet fl injam il u l tiegħu sikwit ispirati mill matematika Dawn jirrapprezentaw kostruzzjonijet impossibbli esplorazzjonijiet tal infinita arkitettura u tessellaturi Maurits Cornelis EscherĦajjaIsem propju Maurits Cornelis EscherTwelid 17 Ġunju 1898 1898NazzjonalitaResidenza RumaGrupp etnikuL ewwel lingwaMewt en 27 Marzu 1972Post tad dfinFamiljaMissierOmmKonjuga i 12 Ġunju 1924 Aħwa uri en EdukazzjoniAlma mater De Teekenschool voor de Kunstnijverheid en Lingwi TaljanGħalliema mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni fotografu intaljaturPost tax xogħol Ruma en Zvizzera Brussell en NetherlandsXogħlijiet importantiPremjijiet ListInfluwenzat minn matematika Leonardo da Vinci Albrecht Durer en Sħubija en MovimentMoviment artistiku en en natura mejtaBijografijaMaurits Cornelis jew Mauk kif kien imlaqqam twieled il Pajjizi l Baxxi Kien l izgħar tifel ta inġinier idrawliku George Arnold Escher u t tieni mara tiegħu Sara Gleichman Kien tifel marradi u meta kellu seba snin beda jmur skola speċjali u weħel l ezami tat tieni sena Fl 1903 il familja marret togħqod fejn kien jitgħallem is sengħa ta mastrudaxxa u jdoqq il pjanu sakemm kellu tlettax il sena Mill 1903 sal 1918 kien jattendi l iskola primarja u sekondarja Minkejja li bbrilla fid disinn il marki tiegħu fis suġġetti l oħra kienu s soltu baxxi Fl 1919 Escher daħal fl iSkola tal Arkitettura u Arti Dekorattiva ta Haarlem Għal xi zmien studja l arkitettura imma weħel f xi suġġetti daqsxejn minħabba infezzjoni persistenti fil ġilda u qaleb għall Arti Dekorattiva Hawn studja taħt Samuel Jessurun de Mesquita li baqa ħabib miegħu għal ħafna snin Fl 1922 Escher ħalla l iskola wara li kien kiseb esperjenza fid disinn u s sengħa tal inċizjoni fl injam Fl 1922 li kienet sena importanti f ħajtu Escher ivvjaġġa mal Italja Firenze San Gimignano Siena u ma Spanja Madrid Toledo Il kampanja Taljana u l Alhambra kastell Moresk tas seklu erbatax f Granada Spanja impressjonawh ħafna Sal 1935 Escher flimkien ma sħabu artisti oħra kien jitlaq kull Rebbiegħa għal vjaġġ ta xahrejn fl muntanji ta Abruzzi l Campania Sqallija Corsica u Malta minn fejn kien jiġbor l impressjonijiet u jagħmel disinji L Italja ltaqa ma Jetta Umiker u zzewiġha fl 1924 Il koppja zagħzugħa marret togħqod Ruma u baqgħu hemm sal 1935 meta ma setgħux jissaportu izjed il klima politika taħt Mussolini Binhom Giorgio Arnaldo Escher imsemmi għal missieru twieled Ruma Il familja imbagħad marru joqgħodu l iZvizzera fejn qagħdu sentejn Escher li kienu jogħġbuh ħafna l veduti Taljani li kienu għalih ta inspirazzjoni qawwija ma kien xejn kuntent l iZvizzera u għalhekk fl 1937 il familja reġgħu ġarru u marru jogħqodu Ukkel belt zgħira qrib Brussell il Belġju It Tieni Gwerra Dinjija ġegħlithom jerġgħu iġorru għal il Pajjizi l Baxxi fejn Escher baqa jgħix sal 1970 Il parti l kbira tad disinji l izjed magħrufin ta Escher ġejjin minn dan iz zmien It temp x aktarx imsaħħab kiesaħ u bix xita tal Olanda ħallih jiffoka b intensita kbira fuq ix xogħlijiet tiegħu u kien biss matul l 1962 meta għamel xi operazzjonijiet li ma ħoloqx xbihat ġodda Fl 1970 Escher mar jogħqod fid dar Rosa Spier Laren dar għall artisti anzjani fejn kellu studju Miet hemmhekk fis 27 ta Marzu 1972 fl eta ta 73 sena XogħlijietIdejn ipinġu 1948 L ewwel stampa ta Escher ta realta impossibbli kienet Natura mejta u triq 1937 L espressjoni artistika tiegħu ma ħalaqhiex direttament minn osservazzjonijiet u vjaġġi f pajjizi oħra imma minn xbihat ġejjin minn moħħu Fost l ezempji l oħra magħrufin sewwa tax xogħol tiegħu insibu Idejn ipinġu xogħol li fih naraw zewġ idejn waħda tpinġi lill oħra Sema u ilma li fih jilgħab bid dawl u d dell biex jisfuma l isfond tal ilma wara l ħut f xbihat ta għasafar bl isfond tas sema u Telgħin u nizlin fejn ringieli ta nies jitilgħu u jinzlu taraġ f ħolqa infinita fuq bini li mhux possibbli li jimbena imma possibbli li jitpinġa permezz ta stramberiji fil perċezzjoni u l prospettiva Ħadem primarjament fil vejikli tal litografija u l inċizjoni fl injam għalkemm il ftit mezzitinti li wettaq huma meqjusa bħala kapolavuri ta din it teknika Fl arti grafika tiegħu juri relazzjonijiet matematiċi bejn forom figuri u spazju Barra minn hekk esplora figuri mħabblin flimkien bl uzu tal iswed u abjad biex jenfasizzaw d dimensjonijiet differenti Integrati fl istampi tiegħu insibu riflessi fil mera ta koni sferi kubi ċrieki u spirali Barra d disinji tal veduti u n natura fl ewwel snin tiegħu pinġa wkoll insetti li dehru sikwit fil ħidma tiegħu ta aktar tard L ewwel xogħol artistiku li tlesta fl 1922 dehru tmient irjus umani maqsuma fi pjani differenti Wara madwar 1924 tilef l interess fil qsim regolari tal pjani u dar għat tpinġija tal veduti fl Italja b prospettivi irregolari li m humiex possibbli fil forma naturali Relattivita 1953 Għalkemm Escher ma kellux taħriġ matematiku il komprensjoni tiegħu tal matematika kienet fil parti kbira viziva u intuwittiva il ħidma ta Escher kellha komponent matematiku qawwi u aktar minn ftit mid dinjiet li pinġa huma mibnija madwar oġġetti impossibbli bħall u t Ħafna mix xogħlijiet ta Escher uzaw kisjiet bil madum ripetuti imsejħin tessellaturi Ix xogħol artistiku ta Escher jintogħġob partikularment mill mathematiċi u xjenzati li japprezzaw l uzu ta poliedri u tagħwiġ ġeometriku Per ezempju fil Gravita fkieren multi lwien jittawlu minn wara dodekaedru stellat L influwenza matematika fil ħidma tiegħu bdiet tidher madwar 1936 meta kien jivvjaġġa fil Mediterran mal Adria Shipping Company Beda partikularment jinteressa ruħu fl ordni u s Escher iddeskriva l vjaġġ tiegħu mal Mediterran bħala l ogħna għajn ta ispirazzjoni li qatt sfruttajt Wara l vjaġġ tiegħu l Alhambra Escher ipprova jagħmel xogħol isbaħ minn tal Għarab bl uzu ta gradilji ġeometriċi bħala l bazi għad disinji tiegħu li mbagħad firex fuqhom disinji oħra l izjed annimali bħal għasafar u ljuni L ewwel studju tiegħu tal matematika li wara wassal biex jinkorporaha fix xogħlijiet artistiċi tiegħu beda bl artiklu akkademiku ta fuq il fil pjan li bagħtlu ħuh Berend Dan l artiklu spirah biex jitgħallem il kunċett tas 17 il il gruppi tas simmetrija fil pjan Bl uzu ta dan il kunċett matematiku Escher ħoloq tessellaturi perjodiċi b 43 disinn kulurit b tipi differenti ta simmetrija Minn dan il punt zviluppa metodu matematiku għall espressjoni tas simmetrija fix xogħlijiet artistiċi tiegħu Mill 1937 ħoloq bosta bl uzu tal kunċett tas 17 il grupp tas simmetrija fil pjan Limitu taċ ċirku III 1959 Fl 1941 Escher kiteb l ewwel artiklu tiegħu li issa hu rikonoxxut pubblikament imsejjaħ Divizjoni Regolari tal Pjan permezz ta Poligoni Kongruwenti Asimmetriċi fejn spjega l approċċ matematiku tiegħu għall ħolqien ta xogħol artistiku L intenzjoni tiegħu meta kitbu dan kienet li jkun ta għajnuna għalih stess fl integrazzjoni tal matematika fl arti B dan l artiklu Escher għamel kontibut fir riċerka matematika ta zmienu Fih hu studja divizjoni bbazata fuq il kulur u zviluppa sistema ta klassifikazzjoni ta kombinazzjonijiet ta forom kuluri u proprjetajiet simmetriċi Permezz tal istudju ta dawn is simmetriji esplora qasam li aktar tard il mathematiċi laqqmu kristallografija Madwar 1956 Escher esplora l kunċett tar rapprezentazzjoni tal infinita fil pjan bidimensjonali Xi diskussjonijiet mal matematiku Kanadiz HSM Coxeter ispiraw lil Escher b interess fit tessellaturi iperboliċi li huma kisjiet regolari tal pjan iperboliku bil madum Ix xogħlijiet ta Escher Limitu taċ ċirku I IV juru dan il kunċett Fl 1995 Coxeter ivverifika li Escher kiseb perfezzjoni matematika fl inċizjonijiet tiegħu f artikl li ppubblika Coxeter kiteb Escher ġabha assolutament ezatta sal aħhar millimetru Ix xogħlijiet tiegħu għamluh famuz fl 1955 inħatar Kavalier tal Ordni ta Orange Nassau Min dak iz zmien l hemm kellu regolarment kummissjonijiet ta disinn minn dinjitarji minn madwar id dinja Fl 1985 l Asterojde 4444 Escher issemmiet għalih Fl 1958 ippubblika artiklu imsejjaħ Divizjoni Regolari tal Pjan li fih iddeskriva l akkumulazzjoni sistematika ta disinji matematiċi fix xogħlijiet artistiċi tiegħu Huwa saħaq li l matematiċi fetħu l bieb li jwassal għal qasam vast Il kaskata 1961 Fuq kollox kienet l imħabba li kellu minn kmieni għall veduti Rumani u Taljani u għan natura li nteressatu fil kunċett tad divizjoni regolari ta pjan li applika f aktar minn 150 xogħol bil kulur Fost il prinċipji oħra matematiċi li nsibu xhieda tagħhom fix xogħlijiet tiegħu hemm is sovrapozizzjoni ta pjan iperboliku fuq pjan bidimensjonali fiss u l inkorporazzjoni ta oġġetti tridimensjonali bħal sferi kolonni u kubi fis xogħlijiet tiegħu Per ezempju f stampa imsejħa ir Rettili ikkombina xbihat bi u tridimensjonali F wieħed mill artikli tiegħu Escher enfatizza l importanza tad dimensjonalita u ddeskriva lilu nnifsu bħala mxabba bil forom ċatti Jien nagħmilhom jaqbzu l barra mill pjan Escher studja wkoll il kunċetti matematiċi tat Mill matematiku Brittaniku Roger Penrose tgħallem kunċetti oħra fil matematika Minn dan l għarfien ħoloq Il kaskata u Telgħin u Nizlin li nsibu fihom prospettivi irregolari simili għall kunċett tal istrixxa ta Mobius Fl 1937 Escher stampa Metamorfozi I li kienet il bidu ta sensiela ta disinji li jirrakontaw storja permezz tal istampi Dawn ix xogħlijiet urew fl aqwa tagħha il ħila ta Escher biex jinkorpora l matematika fl arti F Metamorfozi I ittrasforma poligoni konvessi f disinn regolari fil pjan biex jifformaw għamla ta bniedem Dan l effett jisimbolizza l bidla fl interess tiegħu mill veduti u n natura għall divizjoni regolari tal pjan Wieħed mill aktar xogħlijiet notevoli tiegħu huwa l opra Metamorfozi III li hija wiesgħa bizzejjed biex tgħatti l ħitan ta kamra u mbagħad terġa lura fuq innifsha Wara l 1953 Escher kien mistieden jagħti taħdidiet minn ħafna organizzazzjonijiet Sensiela ta taħdidiet ippjanati fl fl 1962 tħassret minħabba xi marda imma x xbihat u test għall lectures miktuba sħaħ minn Escher aktar tard kienu ippubblikati bħala parti mill ktieb Escher fuq Escher F Lulju 1969 lesta l aħħar xogħol tiegħu qabel ma miet inċizjoni fl injam imsejħa Sriep Din turi inċizjonijiet ta disinji li jispiċċaw ftit ftit lejn l infinita kemm fiċ ċentru u kemm fit tarf ta ċirku Erba sriep jaqsmu ċ ċirku u d disinji fih b irjushom jittawwlu minnu Il legat ta EscherIl Muzew ta Escher fil Il pussess tal proprjeta intellettwali ta Escher u tax xogħlijiet artistiċi uniċi tiegħu ġew mifrudin minn xulxin Fl 1969 il konsulent kummerċjali ta Escher il mejjet Jan W Vermeulen awtur ta bijografija bl Olandiz tal artista waqqaf l MC Escher Stichting Fundazzjoni MC Escher u ttrasfera għal din l entita kwazi x xogħol kollu ta Escher kif ukoll mijiet ta stampi oriġinali tiegħu Dawn ix xogħlijiet ġew mislufa mill Fundazzjoni lill Muzew tal Ħaag Mal mewt ta Escher it tliet subien tiegħu xoljew il Fundazzjoni u issieħbu f kumpanija biex jieħdu x xogħlijiet artistiċi f idejhom Fl 1980 bigħu din l impriza lil negozjant tal arti Amerikan u lill Muzew tal Ħaag Il Muzew kiseb id dokumentazzjoni kollha u inqas min nofs tax xogħlijiet artistiċi Il copyrights baqgħu fill pussess tat tliet ulied li aktar tard begħuhom lil Cordon Art kumpanija Olandiza Il kontroll tal copyrights wara kien ittrasferit lil MC Escher Company BV Baarn tal Olanda li tilliċenzja l uzu tal copyrights fuq l arti kollha ta Escher u fuq testi mitkellma u miktuba u tikkontrolla wkoll it trademarks Ir reġistrazzjoni tat trademark MC Escher fl Istati Uniti kienet opposta imma l kumpanija Olandiza rebħet fil qrati fuq il bazi li artista jew il werrieta tiegħu għandhu d dritt li jagħmel trademark ta ismu Entita oħra il Fundazzjoni M C Escher ta Baarn tippromwovi x xogħol ta Escher billi torganizza wirjiet tippubblika kotba u tipproduċi films dwar il ħajja u x xogħol tiegħu Il kollezzjonijiet istituzzjonali ewlenin tax xogħlijiet oriġinali ta MC Escher huma l Muzew Escher muzew sussidjaru tal Haags Gemeentemuseum fil Ħaag il Gallerija Nazzjonali tal Arti Washington DC il Gallerija Nazzjonali tal Kanada Ottawa il Muzew ta Izrael Ġerusalemm u l Bibljoteka Pubblika ta Boston Lista tax xogħlijiet1920 Siġar linka 1920 Knisja ta San Bavo Haarlem linka 1921 Il fantazma inċizjoni fl injam 1921 Il mogħza espjatorja inċizjoni fl injam 1921 L isfera inċizjoni fl injam 1921 Sabiħ inċizjoni fl injam 1921 Flor de Pascua Fjura tal Għid inċizjoni fl injam illustrazzjonijiet fi ktieb 1922 Tmien irjus inċizjoni fl injam 1922 Siena inċizjoni fl injam 1922 San Francesco inċizjoni fl injam 1923 San Gimignano inċizjoni fl injam 1923 Veduta Taljana linka u gwazz abjad 1923 Dniefel f baħar fosforixxenti inċizjoni fl injam 1923 Siġra tal palm lapes u linka 1923 Awtoritratt inċizjoni fl injam 1925 Mara bil fjura inċizjoni fl injam 1925 Vitorchiano inċizjoni fl injam 1925 Iċ ċawlun iswed inċizjoni fl injam 1925 It tieni jum tal Ħolqien inċizjoni fl injam 1926 Il ħames jum tal Ħolqien inċizjoni fl injam 1926 Is sitt jum tal Ħolqien inċizjoni fl injam 1926 jew 1927 Studju fid divizjoni regolari tal pjan b annimali fantastiċi lapis u akkwarell 1927 Purċissjoni fil kripta inċizjoni fl injam 1928 Kastell fl arja inċizjoni fl injam 1928 Torri ta Babel inċizjoni fl injam 1928 Corte Corsica linka 1928 Sartene linka 1928 Soveria Corsica linka 1928 Bonifacio Corsica inċizjoni fl injam 1929 Veduta ta Goriano Sicoli litografija 1929 Il kattedral taħt l ilma inċizjoni fl injam 1929 Awtoritratt litografija 1930 Castrovalva litografija 1930 Triq f Scanno Abruzzi litografija 1930 Il Pont litografija 1930 Palizzi Calabria inċizjoni fl injam 1930 Pentedattilo Calabria litografija 1930 Atrani Kosta ta Amalfi litografija 1930 Ravello u l Kosta ta Amalfi litografija 1930 Sqaq imsaqqaf f Atrani Kosta ta Amalfi inċizjoni fl injam 1931 Saħħara inċizjoni fl injam 1933 Baħar fosforixxenti litografija 1933 Logħob tan nar litografija 1934 Natura mejta bil mera litografija 1934 Natura mejta bi sfera tirrifletti litografija 1935 L Isla Malta inċizjoni fl injam bi tliet kuluri 1935 Id bi sfera tirrifletti litografija 1935 Ritratt ta G A Escher litografija 1935 L Infern litografija ikkupjata minn pittura ta 1936 Divizjoni Regolari tal pjan sensiela ta disinji li kompla sa l 1960 1937 Natura mejta u triq L ewwel realta impossibbli tiegħu inċizjoni fl injam 1937 Metamorfozi I inċizjoni fl injam 1938 Lejl u mewt inċizjoni fl injam 1938 Ċiklu litografija 1938 Sema u ilma I inċizjoni fl injam 1938 Sema u ilma II inċizjoni fl injam 1939 1940 Metamorfozi II inċizjoni fl injam bi tliet kuluri 1942 Verbum litografija 1943 Rettili litografija 1943 Nemla litografija 1944 Laqgħa litografija 1945 Gallarija litografija 1945 Kolonni doriċi inċizjoni fl injam bi tliet kuluri 1945 Tliet sferi I inċizjoni fl injam 1946 Għajn mezzotint 1946 Mera maġika litografija 1946 Tliet sferi II litografija 1946 Dinja oħra mezzatinta 1947 Dinja oħra II inċizjoni fl injam 1947 Dinja oħra inċizjoni fl injam 1947 Fuq u isfel litografija 1947 Kristalla mezzatinta 1948 Idejn ipinġu litografija 1948 Qatra nida mezzatinta 1948 Xemx u Qamar 1948 Stilel inċizjoni fl injam 1949 Planetojde doppja inċizjoni fl injam 1950 Ordni u kaos litografija 1950 Wiċċ Superfiċju immewweġ inċizjoni fuq il linolju b zewġ kuluri 1951 Kutrumbajsa litografija 1951 Dar tat taraġ I litografija 1951 Dar tat taraġ II litografija 1952 Għadira inċizjoni fl injam 1952 Dragun inċizjoni fl injam 1952 Gravita litografija u akkwarell 1952 Divizjoni spazjali kubika litografija 1953 Relattivita litografija 1954 Planetojde tetraedrika inċizjoni fl injam b zewġ kuluri 1955 Konvess u konkav litografija 1955 Tliet dinjiet litografija 1956 Gallerija tal istampi litografija 1957 Kubu b zigarelli magiċi litografija 1957 Muzajk II litografija 1958 Belveder litografija 1958 Spirali sferiċi inċizjoni fl injam b erba kuluri 1960 Telgħin u nizlin litografija 1961 Strixxa ta Mobius I inċizjoni fl injam b erba kuluri 1961 Il kaskata litografija 1963 Strixxa ta Mobius II Nemel ħomor inċizjoni fl injam bi tliet kuluri 1966 Għoqod inċizjoni fl injam bi tliet kuluri 1967 68 Metamorfozi III inċizjoni fl injam 1968 Metamorfozi pittura fuq il ħajt 1969 Sriep inċizjoni fl injam bi tliet kuluriBibljografijaM C Escher The Graphic Work of M C Escher Ballantine 1971 Jinkludi l kummentarju ta Escher stess Locher J L The Magic of M C Escher Harry N Abrams Inc ISBN 0 8109 6720 0 2000 Ernst Bruno Escher M C The Magic Mirror of M C Escher Taschen Series 1995 TASCHEN America Llc ISBN 1 886155 00 3 L arti ta Escher b kummentarju minn Ernst fuq il ħajja u l arti ta Escher jinkludi bosta paġni fuq kif uza l poliedri J L Locher editur M C Escher His Life and Complete Graphic Work Amsterdam 1981 Douglas R Hofstadter Godel Escher Bach Girlanda eterna brillanti Adelphi 1984 Michele Emmer Il faxxinu enigmatiku ta Escher CUEN 1984 Doris Schattschneider Vizjonijiet tas Simmetrija Zanichelli 1992 Referenzi Semmejnih Maurits Cornelis għaz ziju maħbub ta S Sara Van Hall u konna nsejħulu Mauk fil qosor Djarju ta missier Escher iċċitat f M C Escher His Life and Complete Graphic Work Abradale Press 1981 p 9 a b Barbara E PhD Bryden Sundial Theoretical Relationships Between Psychological Type Talent And Disease Gainesville Fla Center for Applications of Psychological Type ISBN 0 935652 46 9 Escher pinġa veduta tal Isla Malta li uzaha aktar tard f inċizjoni oħra Gallerija tal istampi fl 1956 F Il kaskata tal 1961 fir rokna ta isfel tal lemin tidher mara tonxor il ħwejjeġ fuq il bejt li tidher li hi meħuda minn xi impressjoni ta Malta Jissejjaħ ukoll l AjaĦoloq esterniFil Wikikwota hemm kollezzjoni ta kwotazzjonijiet li għandhom x jaqsmu ma Maurits Cornelis Escher Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Maurits Cornelis Escher EN NL M C Escher Sit uffiċjali EN World of Escher Sit kummerċjali gallerija forum ta diskussjoni u kompetizzjonijiet ta tessellaturi EN Il Matematika u l Arti ta M C Escher EN Websajt iddedikata għal tagħrif fuq Escher u x xogħlijiet tiegħu Gallerija ta xogħlijiet ta Escher bi xbihat ta rizoluzzjoni għolja EN Escher u l effett Droste Applikazzjoni tal matematika għall Gallerija tal istampi ta Escher EN Il problema ta Escherizzazzjoni u r rizoluzzjoni tiegħu EN Kull ma laqtgħu kellu jpinġih EN Escher fil verita mudelli veri ta disinji impossibbli ta Escher EN NGA M C Escher Ħajja u Ħidma FR Le monde etrange de M C Escher EN Escher fuq ArtCyclopedia FR Analizi tal litografija Telgħin u Nizlin NL EN Muzew Escher Den Haag