Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Artemisia Gentileschi Ruma Napli kienet Taljana tal Barokk bikri illum meqjusa bħala l aqwa fost il pitturi tal ġenerazz

Artemisia Gentileschi

  • Paġna Ewlenija
  • Artemisia Gentileschi
Artemisia Gentileschi
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Artemisia Gentileschi (Ruma, – Napli, ) kienet Taljana tal-Barokk bikri, illum meqjusa bħala l-aqwa fost il-pitturi tal-ġenerazzjoni influwenzata minn Caravaggio. Fi żmien meta n-nisa ma tantx kienu aċcettati fil-komunità artistika, kienet l-ewwel pittriċi li saret membru tal- ta' Firenze.

Artemisia Gentileschi
pittur tal-familji nobbli

Ħajja
Twelid Ruma, 8 Lulju 1593
Nazzjonalità
Grupp etniku
Mewt Napli, 1653
Post tad-dfin (en)
Familja
Missier
Omm
Konjuga/i (en)
Aħwa
uri
  • (en)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema (en)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni
Post tax-xogħol Firenze
Genova
Ruma
Venezja
Napli
Xogħlijiet importanti (en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
Sħubija (en)
Moviment (en)
Moviment artistiku


Kienet l-ewwel artista mara li pinġiet pitturi storiċi u reliġjużi, fi żmien meta n-nisa ma kinux meqjusa kapaċi biżżejjed għal dawn is-suġġetti erojċi.

Bijografija

Bidu Ruman

Artemisia Gentileschi twieldet Ruma fit-8 ta' Lulju, 1593, l-ewwel mill-ulied tal-pittur Toskan . Artemisia bdiet titgħallem il-pittura fil-ħanut tax-xogħol ta' missierha, fejn uriet ħafna iżjed talent minn ħutha s-subien, li kienu jaħdmu magħha. Hemm tgħallmet id-disinn, it-taħlit taż-żebgħa u l-pittura. Billi l-istil ta' missierha kien ispirat minn Caravaggio matul dak il-perjodu, l-istil tagħha kien influenzat sewwa minnu wkoll. Imma hi affrontat is-suġġett b'mod differenti minn dak ta' missierha, billi l-pitturi tagħha huma ħafna iżjed naturalisti minn ta' Orazio li huma idealizzati.

L-ewwel xogħol ta' Artemisia żagħżugħa, metal kellha 17-il sena, (allavolja ħafna nies dak iż-żmien issusspettaw li kien għenha missierha) kien Susanna e i Vecchioni (Susanna u x-Xjuħ) (1610, Kollezzjoni Schönborn, Pommersfelden). Il-pittura turi li Artemisia assimilat ir-realiżmu ta' Caravaggio mingħajr ma ttrraskurat il-lingwa tal-iskola ta' Bolonja (li fost l-ikbar pitturi tagħha kien hemm ). Din hi waħda mill-ftit pitturi ta' Susanna li juri ż-żewġ irġiel jippjannaw il-molestja sesswali tagħhom. X'aktarx Artemisia kienet ġarbet xi molestja u pinġiet 'l Susanna bħala riflessjoni.

Fl-1612, minkejja li minn kmieni uriet talent kbir, Artemisia ma tħallietx tidħol fl-akkademji professjonali tal-arti li kienu għall-irġiel biss. Dak iż-żmien, missierha kien qiegħed jaħdem ma' fid-dekorazzjoni tas-soqfa tal-Casino della Rose fil Palazz Pallavicini Rospigliosi f'Ruma, u Orazio rranġa mal-pittur biex jgħallem 'il bintu fil-privat. Waqt li kienet titgħallem miegħu, Tassi stupra 'l Artemisia. Orazio tella' 'l Tassi l-qorti meta sar jaf Tassi ma setax "isewwi" l-ħsara bi żwieġ riparatorju. Il-problema kienet l-pittur kien diġà miżżewweġ (u fl-istess ħin kellu relazzjoni ma' oħt il-mara, li dak iż-żmien kienet meqjusa inċestuża). L-atti tal-proċess (li spiċca biex ikkundanna 'l Tassi għal sena ħabs biss) kellhom influwenza kbira fuq il-letteratura fit-tieni nofs tas-seklu 20 dwar Artemisia Gentileschi. Ta' minn jenfasizza l-fatt li Artemisia aċċettat li ttenni l-akkużi tagħha taħt it-torturi, li kienu jikkonsistu f'li jagħsrulha s-swaba l-kbar permezz ta' strument li kien jintuża spiss dak iż-żmien. Mill-qari tal-proċess nindunaw li l-kunċett ta' stuprum fis-seklu 17 kienu jifhmuh bħala deflorazzjoni ta' mara verġni jew relazzjoni sesswali bil-wegħda taż-żwieġ li ma nżammitx.

Il-pittura Giuditta che decapita Oloferne (Ġuditta taqta' ras Oloferne) (1612–1613), esibita fil-Mużew Capodimonte ta' Napli, hi tal-biża' fil-vjolenza li turi.

Xahar wara l-kawża fil-qorti, biex 'il bintu jirristawralha unurha, Orazio rranġalha biex tiżzewweġ 'l Pierantonio Stiattesi, artista modest minn Firenze. Ftit wara marru joqgħodu Firenze, fejn, Artemisia kisbet ordni għal pittura fil- u saret pittriċi tal-qorti apprezzata, tgawdi l-patrunaġġ tal-familja u ta' . Hemm minn jaħseb li matul dan iż-żmien Artemisia pinġiet ukoll il-Madonna col Bambino (Madonna bil-Bambin), li qiegħda fil-Gallerija Spada ta' Ruma.

Waqt li kienu Firenze, Artemisia u Pierantonio kellhom erba' subien u tifla. Imma t-tifla, Prudenzia, biss baqgħet ħajja sal-età adulta. Din marret lura ma' ommha Ruma fl-1621 u wara marret Napli. Ma nafux x'ġara minn Prudenzia wara l-mewt ta' ommha.

Firenze (1614-1620)

Firenze, Artemisia għamlet suċċess kbir. Kienet l-ewwel mara li ġiet aċċettata fl- (Akkademja tal-Arti tad-Disinn). Kienet tmur tajjeb mal-artisti l-iżjed irrispettati ta' żmienha, bħal Cristofano Allori, u irnexxielha tikseb l-appoġġ u l-protezzjoni ta' nies ta' qawwa, fosthom il-Granduka Cosimo II de' u speċjalment il-Grandukessa Cristina. Kienet taf 'l Galileo Galilei u damu jiktbu 'l xulxin għal żmien twil. Michelangelo Buonarroti ż-żgħir (neputi tal-kbir Michelangelo) li kien imħabbat bil-bini ta' Casa Buonarroti f'unur zijuh, kien jistmaha ħafna u tallabha tagħmel pittura biex iżżejjen is-saqaf tal-gallerija tal-pittura.

Il-pittura tirrappreżenta l-Allegoria dell'Inclinazione (Allegorija tal-Inklinażżjoni (xeħta jew talent naturali)), fl-għamla ta' tfajla għarwiena iżżomm kumpass. Hemm min jaħseb li din it-tfajla tixbaħ 'il Artemisia. In fatti f'bosta mill-pitturi tagħha, l-eroini mimlija ħajja ta' Artemisia jixbħu sewwa l-awtoritratti tagħha. Is-suċċess li kellha u l-fatt li kienet mara qajmu ħafna xnijat fuq il-ħajja privata tagħha.

Fost ix-xogħlijiet importanti ta' dan il-perjodu insibu La Conversione della Maddalena (Il-konverżjoni tal-Madalena), u Giuditta con la sua ancella (Ġuditta mal-qaddejja tagħha), li issa qiegħda fil-Palazz tal-Pitti. Artemisia pinġiet verżjoni oħra ta' Giuditta che decapita Oloferne (Ġuditta taqta' ras Oloferne), din ikbar mill-verżjoni ta' Napli u issa tintwera fil-Gallerija Uffizi ta' Firenze.

Minkejja s-suċċess li kellha, minħabba l-ħela tagħha u ta' żewġha, iż-żmien li għamlet Firenze kien mimli problemi mal-kredituri u bejniethom. Dawn il-problemi ġegħluha tmur lura Ruma fl-1621.

Lura Ruma, Venezja (1621-1630)

Artemisia marret Ruma fl-istess sena li missierha Orazio telaq għal Genova. Xi nies jaħsbu li Artemisia marret hemm wara missierha. Imma x-xhieda iżjed ixxaqleb favur il-fatt li Artemisia baqgħet Ruma, tfittex dar u trabbi iż-żewġ uliedha bniet. Ma' Prudenzia (li twieldet miż-żwieġ ma' Pierantonio Stiattesi) kellha tifla oħra barra ż-żwieġ, li x'aktarx twieldet fl-1627. Artemisia ippruvat tgħallem l-arti tal-pittura lil uliedha bl-ebda suċċess.

L-istil ta' Caravaggio, għalkemm il-pittur stess kien ilu mejjet iżjed minn għaxar snin, kien għad għandu influwenza kbira u ħafna pitturi kienu kkonvertew għall-istil tiegħu (dawn jissejħu Caravaggeski) bħal missier Artemisia, (li mar lura Venezja fl-1620), , u . Madankollu f'Ruma kmieni fis-seklu 17 kien hemm stili oħra bħall-manjiera iżjed klassika tad-dixxipli Bolonjiżi ta' u l-istil barokk ta' .

Artemisia daħlet fl-Accademia dei Desiosi u din l-okkażżjoni ġiet iċċelebrata b'ritratt inċiż bl-iskrizzjoni "Pincturae miraculum invidendum facilius quam imitandum". Fl-istess perjodu saret ħabiba ta' , umanista, kollezzjonista u mentur kbir tal-arti. Madankollu minkejja r-reputazzjoni artistika, il-personalità qawwija tagħha u x-xibka ta' relazzjonijiet tajba li kellha, Ruma ma pprovdietx kummisjonijiet daqs kemm kienet xtaqet. L-apprezzament tal-pittura tagħha kien marbut biss mal-kapaċità tagħha bħala ritrattista u l-ħila tagħha fir-rappreżentazzjoni tal-eroini bibliċi: ma kisbitx ordnijiet għall-pitturi titulari fil-knejjes li kienu jġibu ħafna qliegħ. Minħabba n-nuqqas ta' dokumenti hu diffiċli li nkunu nafu fejn kienet Artemisia f'dan iż-żmien. Nafu ċert li bejn l-1627 u l-1630 marret toqgħod Venezja, x'aktarx biex tfittex kummissjonijiet li jiswew iktar. Dan narawh mit-tiħir tal-kwalità tagħha li rċiviet mill-letterati ta' din il-belt.

Minkejja li kultant hu diffiċli li wieħed jagħti data lill-pitturi tagħha, nistgħu inqegħdu f'dawn is-snin ir-Ritratto di gonfaloniere (Ritratt ta' gonfalonjier), li issa qiegħed Bolonja (eżempju rari tal-ħila tagħha bħala ritrattista li għaliha kienet imsemmija); il-Giuditta con la sua ancella, (Ġuditta mal-qaddejja tagħha) illum murija fid-Detroit Institute of Arts, (pittura li tirrifletti s-sengħa tal-pittriċi fl-effetti ta' fid-dawl tax-xama', li għalihom f'Ruma kienu famużi , u oħrajn), il-Venere Dormiente (Venere rieqda), illum fil-, u Ester ed Assuero (Ester u Assweru) li qiegħda fil-Metropolitan Museum of Art ta' , (li tnejn jixhdu kemm kienet assimilat il-lezzjonijiet tal-luminiżmu Venezjan).

Napli u l-Ingilterra (1630-1653)

Fl-1630 Artemisia marret toqgħod Napli, belt għanja b'ħafna ħwienet tax-xogħol għall-arti u ħafna nies li jħobbu l-arti, biex tfittex opportunitajiet ġodda u ta' iktar qliegħ. Ħafna artisti oħra fosthom Caravaggio, , kienu għaddew xi żmien f'Napli f'ħajjithom u dak iż-żmien kienu qegħdin jaħdmu hemm Jusepe de Ribera, u ftit wara , u ħafna oħrajn.

L-ewwel pittura ta' Artemisia f'Napli kienet l-Annunzjazzjoni murija fil-Mużew Capodimonte. Baqgħet toqgħod Napli għall-bqija tal-karriera tagħha barra minn vjaġġ qasir lejn Londra u xi safar ieħor. Napli saret għal Artemisia it-tieni pajjiżha fejn setgħet trabbi l-familja (żewġet iż-żewġ uliedha hemm, b'dotta xierqa). Irċiviet ittri li wrew stima kbira lejha, kienet tmur tajjeb mal-viċire, id-Duka ta' Alcalá u l-aqwa artisti li kienu hemm kienu jqisuha tajba daqshom, bħal , li skont il-kittieb tas-seklu 18, , bdiet kollaborazzjoni miegħu mibnija fuq ħbiberija soda u qbil fl-stili tagħhom.

F'Napli għall-ewwel darba f'ħajjitha Artemisia sabet ruħha tpinġi pitturi għal katedral, dawn kienu ddedikati għall-ħajja ta' San Ġennaru. Matul dan l-ewwel perjodu Naplitan pinġiet in-Nascita di San Giovanni Battista (It-twelid ta' San Ġwann Battistat) li qiegħed fil-Mużew tal-Prado f'Madrid, u Corisca e il satiro (Koriska u s-satir), f'kollezzjoni privata. F'dawn il-pitturi, Artemisia terġa' turi l-ħila tagħha biex iġġedded l-ideat u timxi mal-gosti artistiċi taż-żmien u biex taħdem fuq suġġetti ġodda minnflok il-Ġuditti, Susanni, Batsebi, u Madaleni Niedma, tas-soltu li għalihom kienet diġà magħrufa.

Fl-1638 Artemisia marret ħdejn missierha Londra fil-qorti ta' , fejn Orazio kien sar pittur tal-qorti u ingħata x-xogħol importanti li jżejjen saqaf (allegorija tat-Trionfo della pace e delle Arti (Trijonf tal-paċi u l-Arti) fil-Casa delle Delizie tar-Reġina fi . Il-missier u bintu kienu għal darba oħra qegħdin jaħdmu flimkien, però x'aktarx li Artemisia ma kinitx marret Londra biex tgħin il-missierha biss: Hu ċert li Karlu I kien sejħilha biex tmur fil-qorti tiegħu f'Londra u din is-sejħa ma setgħetx tirrifjutaha. Karlu I kien kollezzjonista fanatku, lest li jħalli l-finanzi pubbliċi jfallu biex jissodisfa x-xewqat artistiċi tiegħu. Il-fama ta' Artemisia x'aktarx qajmitlu l-kurżità u mhux kumbinazzjoni li nsibu fil-kollezzjoni tiegħu pittura ta' suġġestjoni kbira, l-Autoritratto in veste di Pittura ("Awtoritratt bħala Allegorija tal-Pittura").

Orazio miet f'daqqa fl-1639. Artemisia, f'Londra, kien għad għandha l-kummissjonijiet tagħha xi tlesti wara l-mewt ta' missierha, però m'hemm l-ebda xogħol li nistgħu inqegħduh żgur f'dan il-perjodu. Nafu żgur li Artemisia kienet diġà telqet mill-Ingilterra qabel l-1642, meta l- kienet qiegħda tibda. Ftit jew xejn nafu fuq il-movimenti tagħha ta' wara. Hu żgur li fl-1649 kienet reġgħet marret Napli fejn kienet tikkorrispondi ma' Don Antonio Ruffo ta' Sqallija li sar patrun tagħha u xtara ħafna minn xogħlha fit-tieni perjodu Naplitan. L-aħħar ittra li nafu biha lill-patrun tagħha hi mill-1650 u fiha jidher ċar li kienet għadha attiva għal kollox. Fost ix-xogħlijiet minn dan il-perjodu insibu (Susanna u x-Xjuħ) li llum qiegħda u Madonna e Bambino con rosario (Madonna u Bambin bill-kuruna tar-rużarju) fl-El Escorial.

Qabel kienu jaħsbu li Artemisia mietet fl-1652/1653. Skont xhieda ġdida li nstabet dan l-aħħar kienet għadha taċċetta l-ordnijiet fl-1654 – imma però kienet iżjed u iżjed tiddependi mil-lavrant tagħha, Onofrio Palumbo. Għalhekk x'aktarx ma mmorrux żmerċ ħafna jekk ngħidu li mietet fil-pesta qalila li laqtet Napli fl-1656 u qerdet kwazi ġenerazzjoni sħiħa ta' artisti Naplitani.

Profil artistiku

L-istoriku u kritiku tal-arti Taljan, , fis-saġġ tiegħu tal-1916, imsejjaħ Gentileschi padre e figlia (Gentileschi missier u bint) reġa' ġab għall-attenzjoni tal-kritiċi l-istatura artistika ta' Artemisia Gentileschi fost il-Caravaggeski tal-ewwel nofs tas-seklu 17. Longhi esprima, f'ton forsi daqsxejn misoġinu mingħajr ma ried, din il-fehma dwar Artemisia "kienet l-unika mara fl-Italja li kienet taf x'inhuma l-pittura, il-kulur u l-impastar u ħtiġijiet bħalhom". Dwar il-pittura l-iżjed famuża ta' Artemisia Giuditta che decapita Oloferne Longhi kiteb:

"Min seta' jaħseb infatti li dak il-liżar impinġi bi bjuda u dellijiet silġin denji ta' pittura ta' Vermeer f'daqs naturali, jista' jsir fuqu tbiċċir hekk kiefer li jkexkex u jwaħħax – jagħtina ngħidu – imma din hi mara terribbli! Mara pinġiet dan kollu?

u żid jgħid

... m'hawn xejn sadiku hawn, anzi dak li jgħaġġibna l-iżjed hu l-impassibbiltà ta' dik li pinġiet dan kollu u anki rnexxielha tinnota li d-demm niżel bil-qawwa setgħet iżżejnu billi tqiegħed ċarċira irqieqa bħala bordura kull naħa tal-gelgul tan-nofs! Ngħidlek ma temminx! Imbagħad jekk jogħġobkom agħtu lis-Sinjura Schiattesi – l-isem ta' miżżewġa ta' Artemisia – il-ħin biex tagħżel il-manku tax-xabla li kellha taqdi l-bżonn! U fl-aħhar ma taħsbux li l-unika ċaqlieqa ta' Ġuditta kienet biex tmur lura kemm jista' jkun biex ma ttebbagħx bid-demm il-libsa ġdida fjamanta tal-ħarir isfar. Kien kif kien naħsbu, li l-libsa kienet mid-dar tal-familja Gentileschi li kellhom l-ifjen gwardarobba tal-ħarir, wara , fis-snin 1600."

L-analisi tal-pittura tenfasizza, b'mod eżemplari, xi tfisser "kienet taf x'inhuma l-pittura, il-kulur u l-impastar u ħtiġijiet bħalhom": tfakkarna fil-kuluri jlellxu tal-paletta ta' Artemisia, il-ħarir ileqq tal-ilbies (b'dak l-isfar jgħajjat), l-attenzjoni perfezzjonistika għar-realtà tal-ġojelli u tal-armi.

L-interess fil-figura artistika ta' Artemisia, li baqa' dgħajjef minkejja l-kitba ta' Longhi, ħa spinta qawwija mil-lat tal-istudji femministi, li enfasizzaw sewwa, il-qawwa espressiva li ħa l-lingwaġġ pittoriku tagħha, mill-istupru tagħha u l-maltrattament ta' wara, meta s-suġġetti rrappreżentati kienu eroini bibliċi famużi, li qishom iridu juru r-ribelljoni tagħhom kontra l-istat li għalih ġie kkundanat is-sess tagħhom.

F'saġġ li hemm fil-katalgu tal-wirja "Orazio e Artemisia Gentileschi" li ttellgħet f'Ruma fl-2001 (u wara f'New York), Judith W. Mann iżżomm lura u turina il-limiti ta' analisi minn lat strettament femminista:

"[Interpretazzjoni ta' dan it-tip] tavvanza l-ipoteżi li l-qawwa kreattiva kollha ta' Artemisia tidher biss fit-tpinġija ta' nisa ta' qawwa u li għandhom il-ħila li jieqfu għal tagħhom, sal-punt li ma nistgħux nimmaġinawha taħdem fuq pitturi ta' xbihat reliġjużi konvenzjonali, bħall-Madonna bil-Bambin jew il-Verġni taċċetta bl-ubbidjenza l-Annunzjazzjoni; u barra minn hekk intqal li l-artista rrifjutat li tbiddel l-interpretazzjoni personali tagħha ta' dawn is-soġġetti biex togħġob il-klijenti li nissoponu li kienu rġiel. L-isterjotip kellu effett restrittiv doppju: ħajjar l-istudjużi li jiddubitaw l-attribuzzjoni għaliha ta' pitturi li ma' jaqblux mal-mudell deskritt, u li jagħtu valur iżjed baxx lil dawk li ma' jidħlux fil-cliché."

Il-fatt li Artemesia reġgħet pinġiet kemm il-darba suġġetti vjolenti bħal Guditta u Oloferne, iħajjarna noħorġu b' teorija ta' vendetta repressa. Però, xi storiċi tal-arti jissuġġerixxu li aktarx kienet makakka biżżejjed biex tuża l-fama tagħha mill-proċess tal-istupru biex tissodisfa suq speċjalizzat ikkargat bis-seswalità ta' arti fejn il-mara tiddomina, għal klijenti rġiel.

Il-kritika iżjed riċenti bdiet mir-rikostruzzjoni tal-katalgu sħiħ ta' xogħlha biex tipprova tagħti analisi inqas reduttiva tal-karriera ta' Artemisia li tqegħdha fil-kuntest tad-diversi ambjenti artistiċi li l-pittriċi kienet parti minnhom. Din l-analisi terġa' tqajjem il-figura ta' artista titqabad bit-determinazzjoni permezz tal-armi tal-personalità tagħha u l-kwalitajiet artistiċi tagħha kontra l-preġudizzji li kienu jħabbtu wiċċhom magħhom l-artisti nisa. Kellha l-ħila li tidħol produttivament fiċ-ċirku tal-pitturi l-iżjed famużi ta' żmienha u tiffaċċa firxa ta' ġeneri pittoriċi li żgur kienet usa' u iżjed varjata' milli naraw issa mit-tili attribwiti lilha.

Il-figura ta' mara u pittriċi

Għal mara fil-bidu tas-seklu 17, li ssir pittriċi kienet għażla mhux tas-soltu u diffiċli imma mhux waħda eċċezzjonali. Qabel Artemisia, bejn it-tmiem tas-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17, kien hemm pittriċi oħra li rnexxew fil-karriera tagħhom. Fosthom nistgħu insemmu lil

  • Sofonisba Anguissola ( madwar l-1530 - Palermo 1625), ir-Re sejħilha biex taħdem fil-qorti tiegħu;.
  • Lavinia Fontana (Bolonja, 1552 - Ruma 1614) marret Ruma fuq stedina tal-;
  • Fede Galizia (Milan jew , 1578 - Milan 1630) pinġiet naturi mejtin pittura ta' Ġuditta bir-ras ta' Oloferne.

Kien hemm pittriċi oħra li bdew il-karrieri tagħhom meta Artemisia kienet għadha ħajja. Jekk inħarsu lejn il-ħila artistika tagħhom naraw li dak li qal Longhi li Artemisia kienet "l-unika mara li qatt kienet taf fuq il-pittura" mhuwiex eżatt, però m'hemmx dubju li Artemisia għadha meqjusa fost l-aqwa artisti nisa, u fl-aħħar ħadet il-post li jixirqilha fost l-artisti l-kbar tal-Barokk.

Madankollu, kemm fl-arti u kemm fil-bijografija ta' Artemisia Gentileschi, hemm xi ħaġa li tagħmilha speċjalment affaxxinanti u li tispjega l-interess fiha ta' xi kittieba (l-iżjed u dan mhux kumbinazzjoni, xi kittieba nisa).

Anna Banti, il-mara ta' Roberto Longhi msemmi hawn fuq, kienet l-ewwel kittieba li ddeċidiet li tibni rumanz madwar il-figura ta' Artemisia. L-ewwel abbozz tagħha f'għamla ta' manuskritt lestietu fl-1944, imma ntilef matul il-gwerra. Tliet snin wara reġgħet bdiet taħdem fuq il-ktieb u kitbietu f'għamla differenti ħafna. Anna Banti kitbet ir-rumanz ġdid tagħha, bit-titlu Artemisia, bħala djalogu ta' mara ma' mara mal-pittriċi, f'għamla ta' "djarju miftuħ", li fih tipprova – waqt li għaddej ir-rakkont tal-adolexxenza u l-maturità ta' Artemisia – li tispjega lilha nfisha l-faxxinu li kienet taħtu, u l-ħtieġa li tmur iżjed fil-fond mill-valutazzjonijiet ċari (anki jekk b'ħafna passjoni) li dwarhom iddiskutiet tant drabi ma' żewġha Roberto Longhi.

Iżjed minn ħamsin sena war, fl-1999, il-kittieba Franċiża, Alexandra Lapierre, iteressat ruħha f'Artemisia u kitbet rumanz fuqha bbażat fuq studju bir-reqqa ta' ħajjitha u l-kuntest storiku fl-isfond ta' din. Ir-riċerka psikoloġika li nsibu bejn il-linji tar-rumanz tipprova tifhem ir-relazzjoni bejn Artemisia l-mara u Artemisia l-pittriċi, u toħroġ bħala , ir-relazzjoni bejnha u missierha, magħmula minn imħabba mistura u rivaltà moħbija bħala artista.

Fl-2002 ħareġ rumanz ieħor fuqha The Passion of Artemisa (Il-passjoni ta' Artemisa) miktub minn Susan Vreeland, li qisu mexa mal-mewġa tal-popolarità li kisbet Artemisia Gentileschi fl-analiżi femminista, u jidher li ried jisfrutta is-suċċess tar-rumanzi storiċi ibbażati fuq pittura bħal-ktieb ta' qabel ta' din l-awtriċi. Għal raġunijiet analoġi, skont il-kritika il-film Artemisia tar-reġista Franċiża , li fih taħdem , kellu riżultati dubjużi. Dan il-film irrapreżenta ħażin ir-relażżjoni bejn Tassi u Artemisia bħala passjoni ta' mħabba minflok stupru.

Id-drammaturga Kanadiża Sally Clark kitbet dramm għal palk imsejjes fuq il-ġrajjiet li wasslu u segwew l-istupru ta' Artemisia. Dan id-dramm "Life Without Instruction" kellu l-premiere fit-Theatre Plus ta' Toronto fit-2 t'Awwissu, 1991.

Għaliha ġie iddedikat l-asterojde "14831 Gentileschi", skopert fl-1987 minn E. W. Elst.

Referenzi

  1. ^ Ara Mary Garrard, op cit. fil-bibljografija
  2. ^ cfr. M. Di Sivo, "«Il signor Horatio mi ritraheva»…", 2005, cit. fil-bibljografija
  3. ^ Fuq il-perjodu Naplitan ta' Artemisia ara Riccardo Lattuada, Artemisia a Napoli, Napoli e Artemisia, f'Judith W. Mann e K. Christiansen, op. cit.
  4. ^ Għal analisi tar-rivalutazzjoni tal-pittriċi tas-sekli 16 u 17 ara Il-mara, in-nofs l-ieħor tal-arti
  5. ^ R. Longhi għamel riferiment espliċitu għar-rumanz ta' A. Banti fil-katalgu tal-wirja dwar il-Caravaggeski li ttellgħet f'Milan fl-1951, u osserva li Il-leġġenda tagħha [ta' Artemisia] ta' pittriċi bla skrupli u avventuruża nħolqot fuq kollox fl-Ingilterra puritana. Interpretazzjoni iżjed Taljana u fit-tradizzjoni tar-rumanz storiku tagħna tinsab fl-"Artemisia" ta' A. Banti.. Iċ-ċitazzjoni tinsab f'Roberto Contini, Gianni Papi, op. cit. fil-bibljografija.
  6. ^ Cfr. Revision Cinema Artemisia - Passione Estrema

Ħoloq esterni

  • (EN) Il-ħajja u l-arti ta' Artemisia Gentileschi
  • (EN) Artemisia, l-istupru u l-kawża ta wara
  • Tmien pitturi ta' Gentileschi
  • Daħla fuq Artemisia Gentileschi fuq Artcyclopedia
  • (IT) Artemisia Gentileschi
  • (FR) Artiklu ta' Pascale Beaudet: Artemisia Gentileschi, artista pittriċi u mara ħielsa

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 29 Ġun, 2025 / 11:14

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Artemisia Gentileschi, X'inhi Artemisia Gentileschi? Xi tfisser Artemisia Gentileschi?

Artemisia Gentileschi Ruma Napli kienet Taljana tal Barokk bikri illum meqjusa bħala l aqwa fost il pitturi tal ġenerazzjoni influwenzata minn Caravaggio Fi zmien meta n nisa ma tantx kienu aċcettati fil komunita artistika kienet l ewwel pittriċi li saret membru tal ta Firenze Artemisia Gentileschipittur tal familji nobbliĦajjaTwelid Ruma 8 Lulju 1593NazzjonalitaGrupp etnikuMewt Napli 1653Post tad dfin en FamiljaMissierOmmKonjuga i en Aħwa uri en EdukazzjoniLingwi TaljanGħalliema en OkkupazzjoniOkkupazzjoniPost tax xogħol Firenze Genova Ruma Venezja NapliXogħlijiet importanti en en en en en en en Sħubija en Moviment en Moviment artistiku Kienet l ewwel artista mara li pinġiet pitturi storiċi u reliġjuzi fi zmien meta n nisa ma kinux meqjusa kapaċi bizzejjed għal dawn is suġġetti erojċi BijografijaBidu Ruman Artemisia Gentileschi twieldet Ruma fit 8 ta Lulju 1593 l ewwel mill ulied tal pittur Toskan Artemisia bdiet titgħallem il pittura fil ħanut tax xogħol ta missierha fejn uriet ħafna izjed talent minn ħutha s subien li kienu jaħdmu magħha Hemm tgħallmet id disinn it taħlit taz zebgħa u l pittura Billi l istil ta missierha kien ispirat minn Caravaggio matul dak il perjodu l istil tagħha kien influenzat sewwa minnu wkoll Imma hi affrontat is suġġett b mod differenti minn dak ta missierha billi l pitturi tagħha huma ħafna izjed naturalisti minn ta Orazio li huma idealizzati Susanna u x Xjuħ Kollezzjoni Schonborn Pommersfelden L ewwel xogħol ta Artemisia zagħzugħa metal kellha 17 il sena allavolja ħafna nies dak iz zmien issusspettaw li kien għenha missierha kien Susanna e i Vecchioni Susanna u x Xjuħ 1610 Kollezzjoni Schonborn Pommersfelden Il pittura turi li Artemisia assimilat ir realizmu ta Caravaggio mingħajr ma ttrraskurat il lingwa tal iskola ta Bolonja li fost l ikbar pitturi tagħha kien hemm Din hi waħda mill ftit pitturi ta Susanna li juri z zewġ irġiel jippjannaw il molestja sesswali tagħhom X aktarx Artemisia kienet ġarbet xi molestja u pinġiet l Susanna bħala riflessjoni Fl 1612 minkejja li minn kmieni uriet talent kbir Artemisia ma tħallietx tidħol fl akkademji professjonali tal arti li kienu għall irġiel biss Dak iz zmien missierha kien qiegħed jaħdem ma fid dekorazzjoni tas soqfa tal Casino della Rose fil Palazz Pallavicini Rospigliosi f Ruma u Orazio rranġa mal pittur biex jgħallem il bintu fil privat Waqt li kienet titgħallem miegħu Tassi stupra l Artemisia Orazio tella l Tassi l qorti meta sar jaf Tassi ma setax isewwi l ħsara bi zwieġ riparatorju Il problema kienet l pittur kien diġa mizzewweġ u fl istess ħin kellu relazzjoni ma oħt il mara li dak iz zmien kienet meqjusa inċestuza L atti tal proċess li spiċca biex ikkundanna l Tassi għal sena ħabs biss kellhom influwenza kbira fuq il letteratura fit tieni nofs tas seklu 20 dwar Artemisia Gentileschi Ta minn jenfasizza l fatt li Artemisia aċċettat li ttenni l akkuzi tagħha taħt it torturi li kienu jikkonsistu f li jagħsrulha s swaba l kbar permezz ta strument li kien jintuza spiss dak iz zmien Mill qari tal proċess nindunaw li l kunċett ta stuprum fis seklu 17 kienu jifhmuh bħala deflorazzjoni ta mara verġni jew relazzjoni sesswali bil wegħda taz zwieġ li ma nzammitx Il pittura Giuditta che decapita Oloferne Ġuditta taqta ras Oloferne 1612 1613 esibita fil Muzew Capodimonte ta Napli hi tal biza fil vjolenza li turi Artemisia Gentileschi awtoritratt lejn l 1630 Kollezzjoni Rjali Londra Xahar wara l kawza fil qorti biex il bintu jirristawralha unurha Orazio rranġalha biex tizzewweġ l Pierantonio Stiattesi artista modest minn Firenze Ftit wara marru joqgħodu Firenze fejn Artemisia kisbet ordni għal pittura fil u saret pittriċi tal qorti apprezzata tgawdi l patrunaġġ tal familja u ta Hemm minn jaħseb li matul dan iz zmien Artemisia pinġiet ukoll il Madonna col Bambino Madonna bil Bambin li qiegħda fil Gallerija Spada ta Ruma Waqt li kienu Firenze Artemisia u Pierantonio kellhom erba subien u tifla Imma t tifla Prudenzia biss baqgħet ħajja sal eta adulta Din marret lura ma ommha Ruma fl 1621 u wara marret Napli Ma nafux x ġara minn Prudenzia wara l mewt ta ommha Firenze 1614 1620 Ġuditta taqta ras Oloferne 1614 20 Zejt fuq it tila 199 x 162 ċm Galleria degli Firenze Firenze Artemisia għamlet suċċess kbir Kienet l ewwel mara li ġiet aċċettata fl Akkademja tal Arti tad Disinn Kienet tmur tajjeb mal artisti l izjed irrispettati ta zmienha bħal Cristofano Allori u irnexxielha tikseb l appoġġ u l protezzjoni ta nies ta qawwa fosthom il Granduka Cosimo II de u speċjalment il Grandukessa Cristina Kienet taf l Galileo Galilei u damu jiktbu l xulxin għal zmien twil Michelangelo Buonarroti z zgħir neputi tal kbir Michelangelo li kien imħabbat bil bini ta Casa Buonarroti f unur zijuh kien jistmaha ħafna u tallabha tagħmel pittura biex izzejjen is saqaf tal gallerija tal pittura Il pittura tirrapprezenta l Allegoria dell Inclinazione Allegorija tal Inklinazzjoni xeħta jew talent naturali fl għamla ta tfajla għarwiena izzomm kumpass Hemm min jaħseb li din it tfajla tixbaħ il Artemisia In fatti f bosta mill pitturi tagħha l eroini mimlija ħajja ta Artemisia jixbħu sewwa l awtoritratti tagħha Is suċċess li kellha u l fatt li kienet mara qajmu ħafna xnijat fuq il ħajja privata tagħha Fost ix xogħlijiet importanti ta dan il perjodu insibu La Conversione della Maddalena Il konverzjoni tal Madalena u Giuditta con la sua ancella Ġuditta mal qaddejja tagħha li issa qiegħda fil Palazz tal Pitti Artemisia pinġiet verzjoni oħra ta Giuditta che decapita Oloferne Ġuditta taqta ras Oloferne din ikbar mill verzjoni ta Napli u issa tintwera fil Gallerija Uffizi ta Firenze Minkejja s suċċess li kellha minħabba l ħela tagħha u ta zewġha iz zmien li għamlet Firenze kien mimli problemi mal kredituri u bejniethom Dawn il problemi ġegħluha tmur lura Ruma fl 1621 Lura Ruma Venezja 1621 1630 Artemisia marret Ruma fl istess sena li missierha Orazio telaq għal Genova Xi nies jaħsbu li Artemisia marret hemm wara missierha Imma x xhieda izjed ixxaqleb favur il fatt li Artemisia baqgħet Ruma tfittex dar u trabbi iz zewġ uliedha bniet Ma Prudenzia li twieldet miz zwieġ ma Pierantonio Stiattesi kellha tifla oħra barra z zwieġ li x aktarx twieldet fl 1627 Artemisia ippruvat tgħallem l arti tal pittura lil uliedha bl ebda suċċess L istil ta Caravaggio għalkemm il pittur stess kien ilu mejjet izjed minn għaxar snin kien għad għandu influwenza kbira u ħafna pitturi kienu kkonvertew għall istil tiegħu dawn jissejħu Caravaggeski bħal missier Artemisia li mar lura Venezja fl 1620 u Madankollu f Ruma kmieni fis seklu 17 kien hemm stili oħra bħall manjiera izjed klassika tad dixxipli Bolonjizi ta u l istil barokk ta Artemisia daħlet fl Accademia dei Desiosi u din l okkazzjoni ġiet iċċelebrata b ritratt inċiz bl iskrizzjoni Pincturae miraculum invidendum facilius quam imitandum Fl istess perjodu saret ħabiba ta umanista kollezzjonista u mentur kbir tal arti Madankollu minkejja r reputazzjoni artistika il personalita qawwija tagħha u x xibka ta relazzjonijiet tajba li kellha Ruma ma pprovdietx kummisjonijiet daqs kemm kienet xtaqet L apprezzament tal pittura tagħha kien marbut biss mal kapaċita tagħha bħala ritrattista u l ħila tagħha fir rapprezentazzjoni tal eroini bibliċi ma kisbitx ordnijiet għall pitturi titulari fil knejjes li kienu jġibu ħafna qliegħ Minħabba n nuqqas ta dokumenti hu diffiċli li nkunu nafu fejn kienet Artemisia f dan iz zmien Nafu ċert li bejn l 1627 u l 1630 marret toqgħod Venezja x aktarx biex tfittex kummissjonijiet li jiswew iktar Dan narawh mit tiħir tal kwalita tagħha li rċiviet mill letterati ta din il belt Minkejja li kultant hu diffiċli li wieħed jagħti data lill pitturi tagħha nistgħu inqegħdu f dawn is snin ir Ritratto di gonfaloniere Ritratt ta gonfalonjier li issa qiegħed Bolonja ezempju rari tal ħila tagħha bħala ritrattista li għaliha kienet imsemmija il Giuditta con la sua ancella Ġuditta mal qaddejja tagħha illum murija fid Detroit Institute of Arts pittura li tirrifletti s sengħa tal pittriċi fl effetti ta fid dawl tax xama li għalihom f Ruma kienu famuzi u oħrajn il Venere Dormiente Venere rieqda illum fil u Ester ed Assuero Ester u Assweru li qiegħda fil Metropolitan Museum of Art ta li tnejn jixhdu kemm kienet assimilat il lezzjonijiet tal luminizmu Venezjan Napli u l Ingilterra 1630 1653 Fl 1630 Artemisia marret toqgħod Napli belt għanja b ħafna ħwienet tax xogħol għall arti u ħafna nies li jħobbu l arti biex tfittex opportunitajiet ġodda u ta iktar qliegħ Ħafna artisti oħra fosthom Caravaggio kienu għaddew xi zmien f Napli f ħajjithom u dak iz zmien kienu qegħdin jaħdmu hemm Jusepe de Ribera u ftit wara u ħafna oħrajn L ewwel pittura ta Artemisia f Napli kienet l Annunzjazzjoni murija fil Muzew Capodimonte Baqgħet toqgħod Napli għall bqija tal karriera tagħha barra minn vjaġġ qasir lejn Londra u xi safar ieħor Napli saret għal Artemisia it tieni pajjizha fejn setgħet trabbi l familja zewġet iz zewġ uliedha hemm b dotta xierqa Irċiviet ittri li wrew stima kbira lejha kienet tmur tajjeb mal viċire id Duka ta Alcala u l aqwa artisti li kienu hemm kienu jqisuha tajba daqshom bħal li skont il kittieb tas seklu 18 bdiet kollaborazzjoni miegħu mibnija fuq ħbiberija soda u qbil fl stili tagħhom F Napli għall ewwel darba f ħajjitha Artemisia sabet ruħha tpinġi pitturi għal katedral dawn kienu ddedikati għall ħajja ta San Ġennaru Matul dan l ewwel perjodu Naplitan pinġiet in Nascita di San Giovanni Battista It twelid ta San Ġwann Battistat li qiegħed fil Muzew tal Prado f Madrid u Corisca e il satiro Koriska u s satir f kollezzjoni privata F dawn il pitturi Artemisia terġa turi l ħila tagħha biex iġġedded l ideat u timxi mal gosti artistiċi taz zmien u biex taħdem fuq suġġetti ġodda minnflok il Ġuditti Susanni Batsebi u Madaleni Niedma tas soltu li għalihom kienet diġa magħrufa Fl 1638 Artemisia marret ħdejn missierha Londra fil qorti ta fejn Orazio kien sar pittur tal qorti u ingħata x xogħol importanti li jzejjen saqaf allegorija tat Trionfo della pace e delle Arti Trijonf tal paċi u l Arti fil Casa delle Delizie tar Reġina fi Il missier u bintu kienu għal darba oħra qegħdin jaħdmu flimkien pero x aktarx li Artemisia ma kinitx marret Londra biex tgħin il missierha biss Hu ċert li Karlu I kien sejħilha biex tmur fil qorti tiegħu f Londra u din is sejħa ma setgħetx tirrifjutaha Karlu I kien kollezzjonista fanatku lest li jħalli l finanzi pubbliċi jfallu biex jissodisfa x xewqat artistiċi tiegħu Il fama ta Artemisia x aktarx qajmitlu l kurzita u mhux kumbinazzjoni li nsibu fil kollezzjoni tiegħu pittura ta suġġestjoni kbira l Autoritratto in veste di Pittura Awtoritratt bħala Allegorija tal Pittura Orazio miet f daqqa fl 1639 Artemisia f Londra kien għad għandha l kummissjonijiet tagħha xi tlesti wara l mewt ta missierha pero m hemm l ebda xogħol li nistgħu inqegħduh zgur f dan il perjodu Nafu zgur li Artemisia kienet diġa telqet mill Ingilterra qabel l 1642 meta l kienet qiegħda tibda Ftit jew xejn nafu fuq il movimenti tagħha ta wara Hu zgur li fl 1649 kienet reġgħet marret Napli fejn kienet tikkorrispondi ma Don Antonio Ruffo ta Sqallija li sar patrun tagħha u xtara ħafna minn xogħlha fit tieni perjodu Naplitan L aħħar ittra li nafu biha lill patrun tagħha hi mill 1650 u fiha jidher ċar li kienet għadha attiva għal kollox Fost ix xogħlijiet minn dan il perjodu insibu Susanna u x Xjuħ li llum qiegħda u Madonna e Bambino con rosario Madonna u Bambin bill kuruna tar ruzarju fl El Escorial Qabel kienu jaħsbu li Artemisia mietet fl 1652 1653 Skont xhieda ġdida li nstabet dan l aħħar kienet għadha taċċetta l ordnijiet fl 1654 imma pero kienet izjed u izjed tiddependi mil lavrant tagħha Onofrio Palumbo Għalhekk x aktarx ma mmorrux zmerċ ħafna jekk ngħidu li mietet fil pesta qalila li laqtet Napli fl 1656 u qerdet kwazi ġenerazzjoni sħiħa ta artisti Naplitani Profil artistikuĠuditta u l Qaddejja tagħha 1613 14 zejt fuq it tila Palazzo Pitti Florence L istoriku u kritiku tal arti Taljan fis saġġ tiegħu tal 1916 imsejjaħ Gentileschi padre e figlia Gentileschi missier u bint reġa ġab għall attenzjoni tal kritiċi l istatura artistika ta Artemisia Gentileschi fost il Caravaggeski tal ewwel nofs tas seklu 17 Longhi esprima f ton forsi daqsxejn misoġinu mingħajr ma ried din il fehma dwar Artemisia kienet l unika mara fl Italja li kienet taf x inhuma l pittura il kulur u l impastar u ħtiġijiet bħalhom Dwar il pittura l izjed famuza ta Artemisia Giuditta che decapita Oloferne Longhi kiteb Min seta jaħseb infatti li dak il lizar impinġi bi bjuda u dellijiet silġin denji ta pittura ta Vermeer f daqs naturali jista jsir fuqu tbiċċir hekk kiefer li jkexkex u jwaħħax jagħtina ngħidu imma din hi mara terribbli Mara pinġiet dan kollu u zid jgħid m hawn xejn sadiku hawn anzi dak li jgħaġġibna l izjed hu l impassibbilta ta dik li pinġiet dan kollu u anki rnexxielha tinnota li d demm nizel bil qawwa setgħet izzejnu billi tqiegħed ċarċira irqieqa bħala bordura kull naħa tal gelgul tan nofs Ngħidlek ma temminx Imbagħad jekk jogħġobkom agħtu lis Sinjura Schiattesi l isem ta mizzewġa ta Artemisia il ħin biex tagħzel il manku tax xabla li kellha taqdi l bzonn U fl aħhar ma taħsbux li l unika ċaqlieqa ta Ġuditta kienet biex tmur lura kemm jista jkun biex ma ttebbagħx bid demm il libsa ġdida fjamanta tal ħarir isfar Kien kif kien naħsbu li l libsa kienet mid dar tal familja Gentileschi li kellhom l ifjen gwardarobba tal ħarir wara fis snin 1600 L analisi tal pittura tenfasizza b mod ezemplari xi tfisser kienet taf x inhuma l pittura il kulur u l impastar u ħtiġijiet bħalhom tfakkarna fil kuluri jlellxu tal paletta ta Artemisia il ħarir ileqq tal ilbies b dak l isfar jgħajjat l attenzjoni perfezzjonistika għar realta tal ġojelli u tal armi L interess fil figura artistika ta Artemisia li baqa dgħajjef minkejja l kitba ta Longhi ħa spinta qawwija mil lat tal istudji femministi li enfasizzaw sewwa il qawwa espressiva li ħa l lingwaġġ pittoriku tagħha mill istupru tagħha u l maltrattament ta wara meta s suġġetti rrapprezentati kienu eroini bibliċi famuzi li qishom iridu juru r ribelljoni tagħhom kontra l istat li għalih ġie kkundanat is sess tagħhom F saġġ li hemm fil katalgu tal wirja Orazio e Artemisia Gentileschi li ttellgħet f Ruma fl 2001 u wara f New York Judith W Mann izzomm lura u turina il limiti ta analisi minn lat strettament femminista Interpretazzjoni ta dan it tip tavvanza l ipotezi li l qawwa kreattiva kollha ta Artemisia tidher biss fit tpinġija ta nisa ta qawwa u li għandhom il ħila li jieqfu għal tagħhom sal punt li ma nistgħux nimmaġinawha taħdem fuq pitturi ta xbihat reliġjuzi konvenzjonali bħall Madonna bil Bambin jew il Verġni taċċetta bl ubbidjenza l Annunzjazzjoni u barra minn hekk intqal li l artista rrifjutat li tbiddel l interpretazzjoni personali tagħha ta dawn is soġġetti biex togħġob il klijenti li nissoponu li kienu rġiel L isterjotip kellu effett restrittiv doppju ħajjar l istudjuzi li jiddubitaw l attribuzzjoni għaliha ta pitturi li ma jaqblux mal mudell deskritt u li jagħtu valur izjed baxx lil dawk li ma jidħlux fil cliche Il fatt li Artemesia reġgħet pinġiet kemm il darba suġġetti vjolenti bħal Guditta u Oloferne iħajjarna noħorġu b teorija ta vendetta repressa Pero xi storiċi tal arti jissuġġerixxu li aktarx kienet makakka bizzejjed biex tuza l fama tagħha mill proċess tal istupru biex tissodisfa suq speċjalizzat ikkargat bis seswalita ta arti fejn il mara tiddomina għal klijenti rġiel Il kritika izjed riċenti bdiet mir rikostruzzjoni tal katalgu sħiħ ta xogħlha biex tipprova tagħti analisi inqas reduttiva tal karriera ta Artemisia li tqegħdha fil kuntest tad diversi ambjenti artistiċi li l pittriċi kienet parti minnhom Din l analisi terġa tqajjem il figura ta artista titqabad bit determinazzjoni permezz tal armi tal personalita tagħha u l kwalitajiet artistiċi tagħha kontra l preġudizzji li kienu jħabbtu wiċċhom magħhom l artisti nisa Kellha l ħila li tidħol produttivament fiċ ċirku tal pitturi l izjed famuzi ta zmienha u tiffaċċa firxa ta ġeneri pittoriċi li zgur kienet usa u izjed varjata milli naraw issa mit tili attribwiti lilha Il figura ta mara u pittriċiGħal mara fil bidu tas seklu 17 li ssir pittriċi kienet għazla mhux tas soltu u diffiċli imma mhux waħda eċċezzjonali Qabel Artemisia bejn it tmiem tas seklu 16 u l bidu tas seklu 17 kien hemm pittriċi oħra li rnexxew fil karriera tagħhom Fosthom nistgħu insemmu lil Sofonisba Anguissola madwar l 1530 Palermo 1625 ir Re sejħilha biex taħdem fil qorti tiegħu Lavinia Fontana Bolonja 1552 Ruma 1614 marret Ruma fuq stedina tal Fede Galizia Milan jew 1578 Milan 1630 pinġiet naturi mejtin pittura ta Ġuditta bir ras ta Oloferne Kien hemm pittriċi oħra li bdew il karrieri tagħhom meta Artemisia kienet għadha ħajja Jekk inħarsu lejn il ħila artistika tagħhom naraw li dak li qal Longhi li Artemisia kienet l unika mara li qatt kienet taf fuq il pittura mhuwiex ezatt pero m hemmx dubju li Artemisia għadha meqjusa fost l aqwa artisti nisa u fl aħħar ħadet il post li jixirqilha fost l artisti l kbar tal Barokk Madankollu kemm fl arti u kemm fil bijografija ta Artemisia Gentileschi hemm xi ħaġa li tagħmilha speċjalment affaxxinanti u li tispjega l interess fiha ta xi kittieba l izjed u dan mhux kumbinazzjoni xi kittieba nisa Anna Banti il mara ta Roberto Longhi msemmi hawn fuq kienet l ewwel kittieba li ddeċidiet li tibni rumanz madwar il figura ta Artemisia L ewwel abbozz tagħha f għamla ta manuskritt lestietu fl 1944 imma ntilef matul il gwerra Tliet snin wara reġgħet bdiet taħdem fuq il ktieb u kitbietu f għamla differenti ħafna Anna Banti kitbet ir rumanz ġdid tagħha bit titlu Artemisia bħala djalogu ta mara ma mara mal pittriċi f għamla ta djarju miftuħ li fih tipprova waqt li għaddej ir rakkont tal adolexxenza u l maturita ta Artemisia li tispjega lilha nfisha l faxxinu li kienet taħtu u l ħtieġa li tmur izjed fil fond mill valutazzjonijiet ċari anki jekk b ħafna passjoni li dwarhom iddiskutiet tant drabi ma zewġha Roberto Longhi Izjed minn ħamsin sena war fl 1999 il kittieba Franċiza Alexandra Lapierre iteressat ruħha f Artemisia u kitbet rumanz fuqha bbazat fuq studju bir reqqa ta ħajjitha u l kuntest storiku fl isfond ta din Ir riċerka psikoloġika li nsibu bejn il linji tar rumanz tipprova tifhem ir relazzjoni bejn Artemisia l mara u Artemisia l pittriċi u toħroġ bħala ir relazzjoni bejnha u missierha magħmula minn imħabba mistura u rivalta moħbija bħala artista Fl 2002 ħareġ rumanz ieħor fuqha The Passion of Artemisa Il passjoni ta Artemisa miktub minn Susan Vreeland li qisu mexa mal mewġa tal popolarita li kisbet Artemisia Gentileschi fl analizi femminista u jidher li ried jisfrutta is suċċess tar rumanzi storiċi ibbazati fuq pittura bħal ktieb ta qabel ta din l awtriċi Għal raġunijiet analoġi skont il kritika il film Artemisia tar reġista Franċiza li fih taħdem kellu rizultati dubjuzi Dan il film irraprezenta ħazin ir relazzjoni bejn Tassi u Artemisia bħala passjoni ta mħabba minflok stupru Id drammaturga Kanadiza Sally Clark kitbet dramm għal palk imsejjes fuq il ġrajjiet li wasslu u segwew l istupru ta Artemisia Dan id dramm Life Without Instruction kellu l premiere fit Theatre Plus ta Toronto fit 2 t Awwissu 1991 Għaliha ġie iddedikat l asterojde 14831 Gentileschi skopert fl 1987 minn E W Elst Referenzi Ara Mary Garrard op cit fil bibljografija cfr M Di Sivo Il signor Horatio mi ritraheva 2005 cit fil bibljografija Fuq il perjodu Naplitan ta Artemisia ara Riccardo Lattuada Artemisia a Napoli Napoli e Artemisia f Judith W Mann e K Christiansen op cit Għal analisi tar rivalutazzjoni tal pittriċi tas sekli 16 u 17 ara Il mara in nofs l ieħor tal arti R Longhi għamel riferiment espliċitu għar rumanz ta A Banti fil katalgu tal wirja dwar il Caravaggeski li ttellgħet f Milan fl 1951 u osserva li Il leġġenda tagħha ta Artemisia ta pittriċi bla skrupli u avventuruza nħolqot fuq kollox fl Ingilterra puritana Interpretazzjoni izjed Taljana u fit tradizzjoni tar rumanz storiku tagħna tinsab fl Artemisia ta A Banti Iċ ċitazzjoni tinsab f Roberto Contini Gianni Papi op cit fil bibljografija Cfr Revision Cinema Artemisia Passione EstremaĦoloq esterni EN Il ħajja u l arti ta Artemisia Gentileschi EN Artemisia l istupru u l kawza ta wara Tmien pitturi ta Gentileschi Daħla fuq Artemisia Gentileschi fuq Artcyclopedia IT Artemisia Gentileschi FR Artiklu ta Pascale Beaudet Artemisia Gentileschi artista pittriċi u mara ħielsa

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Cantilena

  • Ġunju 07, 2025

    Canton (Ċina)

  • Ġunju 18, 2025

    Canberra

  • Ġunju 20, 2025

    Canaletto

  • Ġunju 18, 2025

    Cancun

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq