Il Mona Lisa magħrufa wkoll bħala La Gioconda hija pittura tas seklu 16 imwettqa biż żejt fuq panew tal luq minn Leonard
Mona Lisa

Il-Mona Lisa (magħrufa wkoll bħala La Gioconda) hija pittura tas-seklu 16, imwettqa biż-żejt fuq panew tal-luq minn Leonardo da Vinci fi żmien ir-. Dan ix-xogħol huwa propjetà tal-Gvern ta' Franza u jinsab espost ġewwa l- f'Pariġi (Franza) bit-titlu Xbieha ta' Lisa Gherardini, mart Francesco del Giocondo.
Mona Lisa (Taljan: La Gioconda, Franċiż: La Joconde) |
Leonardo da Vinci, c. 1503–1506 |
77 × 53 ċm |
, Pariġi |
Il-pittura turi nofs xbieha ta' mara b'espressjoni sikwit deskritta bħala enigmatika. L-ambigwità espressiva tas-suġġett, il-qagħda monumentali tal-figura u l-immudellar delikat tal-forom u l-illużjoniżmu atmosferiku kienu kwalitajiet innovattivi li taw sehemhom fis-seħer li l-pittura dejjem kellha matul iż-żmien. Ftit xogħlijiet oħra ta' pittura kienu suġġetti għal daqstant eżaminazzjoni, studju, mitoloġija u parodija.
Il-Kuntest Storiku tal-Pittura
Leonardo da Vinci beda jaħdem fuq il-Mona Lisa fl-1503 fi żmien ir- u, skont Giorgio Vasari, "wara li dam iġebbed erba' snin, ma lestihiex..." Huwa maħsub li Leonardo ssokkta jaħdem fuqha għal tliet snin wara li mar joqgħod Franza u li lestiha ftit qabel miet fl-1519. Leonardo ġarr il-pittura mill-Italja għal Franza fl-1516, meta r- stieden lill-pittur biex jaħdem fil-Clos Lucé, qrib il-kastell tar-re f'. X'aktarx ir-re xtara l-pittura mingħand il-werrieta ta' Salai, l-assistent ta' Leonardo, b'4,000 u żammha f'. Din baqgħet hemm sakemm ingħatat lil , li wara ħa l-pittura fil-Palazz ta' Versailles. Wara r-Rivoluzzjoni Franċiża l-Mona Lisa ttieħdet fil-Louvre. Napuljun I poġġiha fil-kamra tas-sodda tiegħu fil- u wara reġgħet ittieħdet għal darba oħra fil-Louvre. Waqt il- (1870-1871) iċċaqilqet mil- għal moħba xi mkien fi Franza.
Il-Mona Lisa ma kenitx magħrufa wisq sakemm, f'nofs is-seklu 19, l-artisti tal-Muviment Simbolista nibbieta bdew japprezzawha u jassoċjawha mal-ideat tagħhom tal-mistika femminili. Il-kritiku Walter Pater, fl-artiklu tiegħu tal-1867 dwar Leonardo, iddeskriva l-figura fil-pittura bħala għamla ta' inkarnazzjoni mitika tal-femminilità eterna, għaliex hija "ixjeħ mill-ġebel li fosthom tinsab bilqiegħda" u għaliex "kienet mejta ħafna drabi u tgħallmet is-sigrieti tal-qabar."
Suġġett u Titlu
Il-Mona Lisa hija msemmija għal , membru tal-familja Gherardini ta' Firenze u Toskana u l-mara tan-negozjant għani tal-ħarir minn Firenze . Il-pittura ġiet ikkummissjonata għad-dar il-ġdida tagħhom kif ukoll biex jiċċelebraw it-twelid tat-tieni tifel tagħhom, Andrea .
L-identità tas-suġġett ġiet aċċertata fl- fl-2005, meta espert bibljotekarju skopra nota ta' Agostino Vespucci miktuba fil-ġenb fl-1503 . L-istudjużi kellhom diversi fehmiet, u dawn mhux biss identifikaw minn tal-anqas erba' pitturi oħra bħala l-Mona Lisa iżda pproponew ukoll bosta nies oħra bħala s-suġġett possibbli tal-pittura . Omm Leonardo Caterina, Iżabella ta' Napli jew Aragon , Cecilia Gallerani , Costanza d'Avalos (imsejħa wkoll "il-ferħana" jew La Gioconda), Isabella d'Este, Pacifica Brandano jew Brandino, Isabela Gualanda, Caterina Sforza, u Leonardo stess kollha ssemmew bħala suġġetti possibbli . Dan iż-żmien huwa aċċettat li s-suġġett hija Lisa u dan kien minn dejjem it-twemmin tradizzjonali .
It-titlu tal-pittura ttieħed minn deskrizzjoni fil-bijografija ta' Leonardo da Vinci ta' Giorgio Vasari, li ġiet ippubblikata fl-1550 jiġifieri 31 sena wara l-mewt tal-artista. "Leonardo ħa f'idejh li jpinġi għal Francesco del Giocondo xbihet Mona Lisa, martu..." (bit-Taljan: Prese Lionardo a fare per Francesco del Giocondo il ritratto di mona Lisa sua moglie). Bit-Taljan, ma donna tfisser sinjura tiegħi. Din ġiet madonna u tqassret f'mona. Mona għaldaqstant hija forma pulita ta' indirizz. Fit-Taljan modern, il-forma mqassra ta' madonna hija spelluta bħala Monna, jiġifieri xi mindaqqiet it-titlu jidher bħala Monna Lisa. Din hija aktar frekwenti fil-lingwi Rumanzi, bħal fil-Franċiż u t-Taljan, iżda rari fl-Ingliż.
Fil-mewt ta' Leonardo fl-1525, l-assistent tiegħu Salai sar il-proprjetarju tal-pittura, minħabba li din ingħatat lilu mill-artista u tniżżlet fid-dokumenti personali tiegħu bħala La Gioconda. Gioconda, li bit-Taljan tfisser "ferriħija" u "pjaċevoli", kien għaldaqstant laqam mogħti lis-suġġett u logħba bil-kliem dwar il-forma femminili ta' kunjomha Giocondo. Fil-Franċiż, it-titlu La Joconde għandu l-istess tifsira doppja.
Estetika
Leonardo uża disinn forma ta' piramida sabiex iqiegħed il-mara b'mod sempliċi u kalm fl-ispazju tal-pittura. Dirgħajha marbutin jieħdu r-rokna tax-xellug tal-piramida. Id-dawl li jixgħel fuq sidirha, għonqha u wiċċha huwa l-istess li jagħti forma lil idejha. Milli jidher, Leonardo kien jirrikorri għall-formola sempliċi tax-xbieha tal-Madonna bilqiegħda (li dak iż-żmien kienet popolari) sabiex ipitter il-figura tal-mara bilqiegħda. Irnexxielu jimmodifika din il-formola b'suċċess sabiex b'hekk joħloq l-illużjoni viżwali tad-distanza bejn is-suġġett u l-osservatur. Driegħ is-siġġu jaħdem bħala element li jifred il-Mona Lisa mill-osservatur.
Il-mara bilqiegħda tinsab f'qagħda dritta u prominenti b'dirgħajha marbutin, simbolu tan-natural riżervat tagħha. Il-ħarsa profonda tagħha ssammar l-osservatur u tidher tistiednu biex tikkomunika miegħu fis-skiet. Peress li l-wiċċ imdawwal huwa prattikament imdawwar b'elementi ħafna aktar skuri (ix-xagħar, il-velu, id-dellijiet), l-osservatur jinġibed ħafna aktar lejn wiċċ il-Mona Lisa. Għaldaqstant il-kompożizzjoni tal-figura toħloq effett ambigwu: l-osservatur jinġibed lejn din il-mara misterjuża iżda jkollu jżomm id-distanza, bħallikieku kienet ħlejqa divina. Mhemm ebda ħjiel ta' djalogu intimu bejn il-mara u l-osservatur, bħalma jiġri fil-każ tax-xbieha ta' Baldassare Castiglione (fil-Louvre) li saret minn xi għaxar snin wara l-Mona Lisa, li ġie bla dubju ta' xejn influwenzat mix-xogħol ta' Leonardo.
Din il-pittura kienet fost l-ewwel xbiehat li juru suġġett fuq sfond immaġinarju. Il-mara enigmatika tidher bilqiegħda f'donnha loġġa miftuħa fejn hemm bażi ta' kolonna skura fuq kull naħa. Warajha tinsab veduta li tieqaf hekk kif jibdew il-muntanji miksija bis-silġ. Il-mogħdijiet imserrpin u l-pont imbiegħed jagħtu ħjiel ċkejken ta' preżenza umana. Il-kurvi senswali ta' xagħar il-mara u ħwejjiġha, maħluqin bl-i, jidwu fil-widien immaġinarji mmewġin u fix-xmajjar ta' warajha. Ix-xfar sfumati, il-figura grazzjuża, il-kuntrasti drammatiċi bejn iċ-ċar u l-iskur, u s-sensazzjoni ġenerali ta' kalma huma kollha karatteristika tal-istil ta' Leonardo. Minħabba li Leonardo kiseb din is-sinteżi espressiva bejn is-suġġett u l-veduta, huwa diskutibbli jekk il-Mona Lisa għandhiex tkun meqjusa xbieha tradizzjonali li tirreppreżenta l-mara ideali aktar milli l-mara reali. Is-sens ta' armonija ġenerali miksub fil-pittura, b'mod speċjali fil-ħjiel ta' tbissima fuq fomm is-suġġett, jirrifletti l-idea li kellu Leonardo tal-għaqda bejn il-bniedem u n-natura.
Il-Mona Lisa m'għandha ebda xagħar fuq wiċċha, la fuq ħuġbejha u lanqas fuq il-kpiepel ta' għajnejha. Xi riċerkaturi jisħqu li dak iż-żmien in-nisa ta' klassi kellhom użanza jneħħuh dan, minħabba li kien meqjus ħaġa mhux ta' quddiem in-nies . Għall-osservaturi moderni n-nuqqas tax-xagħar tal-għajnejn iżid mal-kwalità kemxejn semiastratta tal-wiċċ.
Serq u Vandaliżmu
Il-Mona Lisa qiegħda attwalment esposta fil-Musée du Louvre f'Pariġi, fi Franza. Il-fama dejjem tiżdied tal-pittura ġiet aktar enfasizzata meta nsterqet fil-21 ta' Awwissu 1911. L-għada l-pittur daħal fil-Louvre u mar fis-Salon Carré fejn il-Mona Lisa kienet ilha esposta għal ħames snin. Iżda minflok il-Mona Lisa sab erba' grampuni tal-ħadid. Béroud sejjaħ il-kap tas-sezzjoni tal-gwardji, li ħaseb li t-tpinġija kienu qegħdin jitteħdulha xi ritratti għall-skopijiet kummerċjali. Ftit sigħat wara, Béroud reġa' sejjaħ il-kap tas-sezzjoni tal-mużew, u ġie kkonfermat li l-Mona Lisa ma tteħditx mill-fotografi. Il-Louvre ingħalaq għal ġimgħa sħiħa sabiex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni tas-serqa.
Is-suspett waqa' fuq il-poeta Franċiż , li kien saħaq li l-Louvre għandu "jinħaraq", u għalhekk ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs. Apollinaire ipprova jdaħħal lil sieħbu fil-kwistjoni, li nġieb huwa wkoll għall-interrogazzjoni, iżda t-tnejn inħelsu aktar tard .
Dak iż-żmien kien maħsub li l-pittura ntilfet għalkollox u kien biss wara sentejn li nqabad il-ħalliel. L-impjegat fil-Louvre seraq il-Mona Lisa billi daħal fil-bini waqt is-sigħat regolari tal-ftuħ, staħba ġo kmajra tal-ixkupi u ħarab 'il barra biha moħbija taħt il-kowt wara li ngħalaq il-mużew . Peruggia kien patrijott Taljan li kien jemmen li x-xogħol ta' Leonardo għandu jerġa' lura fl-Italja u jiġi espost f'mużew Taljan. Peruggia seta' tħeġġeġ minn ħabib tiegħu li kien ibiegħ kopji tal-pittura, minħabba li l-valur ta' dawn kien jogħla ħafna wara s-serqa tal-kopja oriġinali. Wara li żamm it-tpinġija fl-appartament tiegħu għal sentejn, Peruggia beda jitlef sabru u sa fl-aħħar inqabad meta pprova jbiegħha lid-diretturi tal- ġewwa Firenze. Wara dan kollu, il-Mona Lisa ġiet esposta madwar l-Italja kollha u ttieħdet lura fil-Louvre fl-1913. Ġewwa l-Italja Peruggia ġie mfaħħar għall-patrijottiżmu tiegħu u kien għalhekk li qatta' biss ftit xhur il-ħabs .
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-pittura tneħħiet għal darba oħra mil-Louvre u ttieħdet f'postijiet anqas perikolużi: l-ewwel f'Château d'Amboise, imbagħad fil- u fl-aħħar fl- ġewwa . Fl-1956, il-pittura saritilha ħsara estensiva fil-parti t'isfel meta vandalu tefa' l-aċtu fuqha . Fit-30 ta' Diċembru tal-istess sena żagħżugħ Bolivjan għamlilha l-ħsara billi waddbilha ġebla. Ġara li ntilfet biċċa żgħira mill-pigment ta' qrib il-minkeb xellugi, iżda ma damitx ma nżebgħet.
Konservazzjoni
Il-Mona Lisa għexet għal aktar minn 500 sena, u kummissjoni internazzjonali li ltaqgħet fl-1952 irrimarkat li "x-xbieha qiegħda fi stat eċċezzjonali ta' preservazzjoni" . Dan huwa parzjalment dovut għall-varjetà ta' trattamenti ta' konservazzjoni li ngħatat il-pittura. Analiżi dettaljata minn Madame de Gironde fl-1933 uriet li l-ewwel restawraturi "żammew lura ħafna" . Madanakollu, l-applikazzjonijiet ta' verniċ fuq il-pittura kienu laħqu swiedu saħansitra sal-aħħar tas-seklu 16, u tindifa aggressiva u passata friska ta' verniċ fl-1809 neħħew xi ftit mill-kisja ta' kulur tal-wiċċ, li ċċara l-wiċċ tal-figura. Minkejja t-trattamenti kollha, il-Mona Lisa ngħatat attenzjoni tajba matul l-istorja tagħha u t-tim ta' konservazzjoni tal-2004/5 kien ottimist dwar il-futur ta' din l-opra tal-arti .
Tavla tal-Luq
F'xi punt fl-istorja tagħha, il-Mona Lisa tneħħiet mill-gwarniċ oriġinali tagħha. Il-panew tal-luq kien jikber u jiċkien minħabba bidliet fl-umdità, u għaldaqstant bdiet tiżviluppa qasma qrib il-parti ta' fuq tat-tavla. Il-qasma tasal sa xagħar il-figura. Bejn nofs is-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19, xi ħadd ipprova jsewwi l-qasma billi jpoġġi żewġ maqfla tal-ġewż forma ta' farfett fuq il-wara tat-tavla qisu xi 1/3 fil-ħxuna tagħha. Dan ix-xogħol twettaq bis-sengħa u stabbilizza l-qasma b'suċċess. F'punt minnhom bejn l-1888 u l-1905, jew forsi meta nsterqet, il-maqfel ta' fuq waqa'. Restawratur ieħor inkolla u għalaq it-toqba li dehret bid-drapp. Il-gwarniċ flessibbli tal-ballut (miżjud fl-1951) u l-lasti (miżjudin fl-1970) jgħinu sabiex il-panew ma jinbaramx iżjed. Maqfel forma ta' farfett jevita li l-panew jixxaqqaq iżjed.
Il-pittura tinżamm attwalment f'kundizzjonijiet klimatiċi ikkontrollati u stretti f'niċċa tal-ħġieġ, li hija reżistenti għall-bulits. L-umdità li tinżamm fiha hija ta' 50% ±10%, u t-temperatura tinżamm bejn 18 u 21 °C. Sabiex ikun hemm kumpens għall-bidliet fl-umdità relattiva, in-niċċa fiha wkoll strat ta' ġell tas-silika li jipprovdi 55% tal-umdità relattiva .
Gwarniċ
Minħabba li t-tavla tal-luq tal-Mona Lisa tespandi u tiċkien bil-bidla fl-umdità, il-pittura tilfet xi ftit mil-forma tagħha. Sabiex ipattu għad-deformazzjonijiet li kellha tgħaddi minnhom matul il-konservazzjoni tagħha waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, u sabiex il-pittura titħejja għall-wirja f'isem l-anniversarju tal-500 sena ta' Da Vinci, fl-1951 il-Mona Lisa tqiegħdet fi gwarniċ tal-ballut flessibbli b'lasti tal-fagu minn naħa għall-oħra. Dan il-gwarniċ flessibbli, li huwa użat flimkien mal-gwarniċ dekorattiv deskritt hawn isfel, jagħfas fuq il-panew sabiex ma jkomplix jinbaram iżjed. Fl-1970, il-lasti tal-fagu inbidlu f'lasti oħra magħmula mill-aġġru wara li nstab li l-injam tal-fagu ġie attakkat mill-insetti. Fl-2004-2005 tim ta' studjużi konservaturi bidlu l-lasti tal-aġġru f'oħrajn tas-sikamoru u żiedu magħhom virga tal-metall għall-kejl xjentifiku tal-bidliet fil-forma tal-panew. Il-Mona Lisa kellha bosta gwarniċi dekorattivi differenti fl-istorja tagħha minħabba li l-gosti kienu jinbidlu maż-żmien. Fl-1906, il-kontessa ta' Béarn tat il-gwarniċ attwali lill-pittura, xogħol Rinaxximentali konsistenti mal-perijodu storiku tal-Mona Lisa. It-truf tal-pittura traqqmu minn tal-anqas darba fl-istorja tagħha sabiex titqiegħed fi gwarniċi differenti, iżda ebda parti mill-istrat oriġinali taż-żebgħa ma traqqmet .
Tindif u Irtokki
L-ewwel tindif, applikazzjoni friska ta' verniċ u rtukkar l-aktar estensivi tal-Mona Lisa seħħew fl-1809 meta ingħatatilha ħasla u applikazzjoni friska ta' verniċ minn Jean-Marie Hooghstoel, li kien responsabbli mir-restawr tal-pitturi tal-gallerija tal-Musée Napoléon. Ix-xogħol kien jinvolvi ħasil bl-ispirti, irtokki fuq il-kulur u applikazzjoni friska ta' verniċ fuq il-pittura. Fl-1906, ir-restawratur tal-Louvre Eugène Denizard wettaq irtokki bl-akkwarelli fuq il-partijiet tal-istrat tal-kulur iddisturbat mill-qasma fil-panew. Denizard irtokka wkoll it-truf tal-pittura bil-verniċ sabiex jgħatti l-partijiet li qabel kienu mgħottija minn gwarniċ ieħor antik. Fl-1913, meta l-pittura nstabet mill-ġdid wara li nsterqet, Denizard reġa ssejjaħ sabiex jaħdem fuq il-Mona Lisa. Denizard ingħatawlu istruzzjonijiet biex ma jnaddafx il-pittura mingħajr solvent u biex jirtokka b'mod ħafif il-ħafna brix li sarilha bl-akkwarelli. Fl-1952, l-istrat tal-verniċ fuq l-isfond tal-pittura ġie rregolarizzat ma' dak fil-bqija tal-pittura. Wara t-tieni attakk fl-1956, ir-restawratur Jean-Gabriel Goulinat ingħatawlu istruzzjonijiet biex jirtokka l-ħsarat li saru fuq il-minkeb xellugi tal-Mona Lisa bl-akkwarelli .
Fl-1977, instab attakk ġdid mill-insetti fuq il-wara tal-panew minħabba s-serratizzi miżjuda sabiex ma titgħawwiġx il-pittura. Dan ġie ttrattat fuq il-post bit-tatrakloridu tal-karbonju, u wara bl-ossidu tal-etilene. Fl-1985, il-punt reġa ġie ttrattat mill-ġdid bit-tetrakloridu tal-karbonju bħala miżura preventiva .
Skan infraħmar
Fl-2004 esperti Kanadiżi mill-Kunsill Nazzjonali għar-Riċerka wettqu skan infraħmar tridimensjonali. Minħabba l-qedem tal-verniċ fuq il-pittura kien diffiċli li jingħarfu d-dettalji. Id-data tal-iskan u l-infraħmar intużat minn Bruno Mottin miċ-"Ċentru għar-Riċerka u r-Restawr" tal-Mużewijiet Franċiżi sabiex iseddaq l-argument li l-velu trasparenti tas-suġġett huwa guarnello, użat tipikament min-nisa tqal jew eżatt wara li dawn ikunu welldu. Guarnello jixtiebaħ jinsab fir-Ritratt ta' Smeralda Brandini (ċ.1470/1475) ta' Sandro Botticelli li juri mara tqila (dan huwa attwalment espost fil-Victoria and Albert Museum f'Londra). Barra minn hekk, din ir-riflessografija wriet li xagħar il-Mona Lisa ma jidhirx mitluq 'l isfel iżda marbut ma' bonit fuq il-wara ta' rasha jew miġbur bil-molol f'qagħqa u mgħotti b'velu ta' bordura bi ħjata mdawra. Fis-seklu 16, ix-xagħar mitluq fuq l-ispalel kien stil tax-xbejbiet jew tal-prostituti. Din il-kuntradizzjoni apparenti dwar l-istatus tal-Mona Lisa bħala mara miżżewġa issa ssolviet.
Ir-riċerkaturi mhux biss użaw id-data miksuba biex jikxfu d-dettalji tekniċi mħaddma minn Leonardo, iżda bassru wkoll li l-pittura mhux se tiddegrada wisq jekk it-teknika ta' konservazzjoni attwali titkompla . Matul l-2006, il-Mona Lisa għaddiet minn osservazzjoni xjentifika mill-akbar fejn permezz tal-kameras infrared ingħatat prova li kienet oriġinarjament liebsa bonit u qiegħda taqbad xagħarha, ħaġa li Leonardo ddeċieda li jbiddel .
Wirja
Fis-6 ta' April 2005, wara perijodu ta' manutenzjoni, dokumentazzjoni u analiżi tal-kuratur, il-pittura ċċaqilqet f'post ġdid fis-Salle des États stess tal-mużew. Hija esposta f'niċċa magħluqa mibnija apposta li tirregola l-klima, bi ħġieġ reżistenti għall-bulits About 6 million people view the painting at the Louvre each year.. Bejn wieħed u ieħor 6 miljun persuna żżur il-pittura fil-Louvre kull sena .
Fama
L-istudjuż tal-istorja Donald Sassoon iddokumenta l-fama tal-pittura. F'nofs is-seklu 19, u l- iddeskrivew il-Mona Lisa bħala femme fatale għaliex Lisa kienet persuna normali. Il-Mona Lisa "...kienet ktieb miftuħ minn fejn wieħed seta' jaqra dak li ried; jista' jkun għaliex ma kenitx figura reliġjuża; u jista' jkun għaliex l-esperti letterarji kienu mill-biċċa l-kbira rġiel li għamluha s-suġġett ta' ruxxmata fantażiji maskili ma jispiċċaw qatt." Matul is-seklu 20 mhux biss insterqet iżda saret ukoll oġġett ta' riproduzzjoni bil-massa, merkanzija, żuffjett u spekulazzjoni. Ġiet riprodotta wkoll fi 300 pittura u 2,000 reklam . Il-mara ġiet deskritta bħala truxa, bil-vistu , bla snien, "prostituta mħallsa tajjeb", namrata ta' ħafna nies, riflessjoni tan-nevrożi tal-artista, u vittma ta' sifilide, infezzjoni, paraliżi, kolesterol u uġigħ ta' snien . L-ispekulazzjonijiet mill-għorrief kif ukoll mid-dilettanti attribwew l-isem ta' Lisa lil minn tal-anqas erba' pitturi differenti u l-identità tagħha lil minn tal-anqas għaxar persuni differenti .
Min iżur il-Mona Lisa ġeneralment idum bejn wieħed u ieħor 15-il sekonda jaraha . Sas-seklu 20, il-Mona Lisa kienet biss waħda fost ħafna pitturi famużi u żgur mhux "l-aktar pittura famuża" fid-dinja bħalma hija magħrufa llum il-ġurnata. Fost ix-xogħlijiet li jinsabu fil-Louvre, fl-1852 il-valur tagħha kien ta' 90,000 frank meta wieħed jikkumpara max-xogħlijiet ta' Raffaello li kellhom valur jilħaq is-600,000 frank. Fl-1878, il-gwida Baedeker sejħitilha "l-aktar xogħol ċelebri ta' Leonardo fil-Louvre". Bejn l-1851 u l-1880, l-artisti li żaru l-Louvre ikkuppjaw il-Mona Lisa bejn wieħed u ieħor nofs id-drabi ta' ċerti xogħlijiet minn , , , Tiziano, u .
Qabel is-sensiela ta' żjariet li l-pittura għamlet fl-1962/3 l-istima tal-valur tagħha kien ta' $100,000,000, iżda ma nxtrat ebda assigurazzjoni u minflok intefqu aktar flus fuq sigurtà . Bħala pittura tiswa l-flus, kien biss riċentement li tliet pitturi oħra saru jiswew aktar mill-Mona Lisa f'termini ta' flus: ir-Ritratt ta' Adele Bloch-Bauer I ta' li nbiegħet għal $350 miljun, il- ta' li nbiegħet għal $138 miljun f'Novembru 2006 u n-No. 5, 1948 minn li nbiegħet għas-somma rekord ta' $140 miljun f'Novembru 2006. Għalkemm dawn il-figuri huma aktar mill-figura tal-1962 stimata għall-Mona Lisa, it-tqabbil ma jqisx il-bidla fil-prezz li ġġib l-inflazzjoni - $100 miljun fl-1962 huwa l-ekwivalenti ta' bejn wieħed u ieħor $700 miljun fl-2009 meta tiġi kkalkulata l-inflazzjoni bl-Indiċi tal-Prezz tal-Konsumatur tal-Istati Uniti .
Riproduzzjonijiet u Parodiji
Id-dinja tal-arti avangardista qieset li l-popolarità tal-Mona Lisa huwa fatt li ma jistax jinċaħad. Minħabba l-istatura dominanti tal-pittura, id-Dadaisti u s-Surrealisti sikwit kienu jipproduċu modifikazzjonijiet u karikaturi tagħha. Fl-1919, Marcel Duchamp, wieħed mill-aktar Dadaisti ta' influwenza, ħoloq l-L.H.O.O.Q. bħala parodija tal-Mona Lisa magħmula minn riproduzzjoni fqira tal-figura b'mustaċċi u pizzett u taħtha inżiedet skrizzjoni insolenti, li meta tinqara bil-Franċiż tinstema' "Elle a chaud au cul" (tradotta litteralment bħala "Għandha sormha sħun", li timplika li l-mara fil-pittura hija eċitata sesswalment u qiegħda tfittex). Din kellha tkun ċajta fl-istil ta' Freud, b'referenza għall-omosesswalità allegata ta' Leonardo. Skont Rhonda R. Shearer, ir-riproduzzjoni apparenti hija fil-fatt kopja parzjalment ibbażata fuq wiċċ Duchamp stess. Salvador Dalí, famuż bħala pijunier tas-surrealiżmu, pinġa awtoritratt bħala l-Mona Lisa fl-1954.
Referenzi
- ^ a b "Portrait of Lisa Gherardini, wife of Francesco del Giocondo". Louvre.fr (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-11.
- ^ Pioch, Nicolas (2006-06-19). "Leonardo da Vinci: La Joconde". ibilio.org (bl-Ingliż).
- ^ Cohen, Philip (2004-06-23). "Noisy secret of Mona Lisa's smile". New Scientist (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-21.
- ^ Harden, Mark. "Leonardo da Vinci: Mona Lisa". Artchive.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-21.
- ^ a b Clark, Kenneth (1973). "Mona Lisa". The Burlington Magazine (bl-Ingliż). 115 (840): 144–151. 877242.
- ^ a b ċ d e f Chaundy, Bob (2006-09-29). "Faces of the Week" (bl-Ingliż). BBC News.
- ^ a b ċ Kemp 2006, p. 261-262.
- ^ "German experts crack the ID of 'Mona Lisa'" (bl-Ingliż). MSNBC. 2008-01-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-17. Miġbur 2008-01-15.
- ^ "Researchers Identify Model for Mona Lisa". The New York Times (bl-Ingliż). Miġbur 2008-01-15.
- ^ Farago 1999, p. 123.
- ^ a b "Mona Lisa – Heidelberger Fund klärt Identität". Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-17. Miġbur 2008-01-15.
- ^ a b Stites, Raymond S. (1936). "Mona Lisa—Monna Bella". Parnassus (bl-Ingliż). 8 (1): 7–10, 22–23. 771197.
- ^ a b ċ Littlefield 1914, p. 525.
- ^ a b ċ Wilson 2000, p. 366.
- ^ Kempler, Roni: Who the Mona Lisa Is 2017, TXu 2-064-715, Google Site. Mona Lisa, painting by Leonardo da Vinci, View article history, Roni Kempler's contributions, Encyclopædia Britannica
- ^ a b "Behind that secret smile". The Age (bl-Ingliż). 2004-06-25. Miġbur 2007-10-06.
- ^ a b Johnston, Bruce (2004-01-08). "Riddle of Mona Lisa is finally solved: she was the mother of five". The Daily Telegraph (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-11. Miġbur 2007-10-06.
- ^ a b Nicholl, Charles (2002-03-28). "The myth of the Mona Lisa". The Guardian (bl-Ingliż). Miġbur 2007-10-06.
- ^ Vasari 1879, p. 39.
- ^ a b Bartz 2006, p. 626.
- ^ Turudich 2003, p. 198.
- ^ McMullen, Roy (1976). Mona Lisa: The Picture and the Myth (bl-Ingliż). Macmillan Publishers. ISBN 978-0333191699.
- ^ a b Chua-Eoan, Howard (2007). "Top 25 Crimes of the Century: Stealing the Mona Lisa, 1911". Time (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-03-20. Miġbur 2007-09-15.
- ^ a b ċ d e f ġ Mohen, Jean-Pierre; Menu, Michel; Mottin, Bruno (2006). Mona Lisa: Inside the Painting (bl-Ingliż). Harry N. Abrams. ISBN 978-0810943155.
- ^ "3-D scan uncovers secrets behind Mona Lisa's smile". CBC.ca (bl-Ingliż). 2006-09-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-25. Miġbur 2008-04-27.
- ^ Boswell, Randy (2006-09-23). "Canadian researchers set to reveal Mona Lisa mysteries". Edmonton Journal (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-22. Miġbur 2008-04-27.
- ^ Austen, Ian (2006-09-27). "New Look at 'Mona Lisa' Yields Some New Secrets". The New York Times (bl-Ingliż). Miġbur 2007-06-08.
- ^ "Mona Lisa gains new Louvre home". BBC News (bl-Ingliż). 2005-04-06. Miġbur 2008-04-27.
- ^ a b Sassoon, Donald (2001). "Mona Lisa: the Best-Known Girl in the Whole Wide World". History Workshop Journal (bl-Ingliż) (51): 1–18. 4289718.
- ^ Gentleman, Amelia (2004-10-19). "Smile, please". [The Guardian (bl-Ingliż). Miġbur 2007-10-13.
- ^ Riding, Alan (2005-04-06). "In Louvre, New Room With View of 'Mona Lisa'". The New York Times (bl-Ingliż). Miġbur 2007-10-07.
- ^ Young, Mark, ed. (1999). The Guinness Book of World Records 1999 (bl-Ingliż). Bantam Books. ISBN 978-0553580754.
- ^ "Seven Ways to Compute the Relative Value of a U.S. Dollar Amount - 1790 to Present". MeasuringWorth.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-20.
Sorsi
- Bartz, Gabriele; König, Eberhard (2006). Art and Architecture: Louvre (bl-Ingliż). H. F. Ullman. ISBN 978-3833119439.
- Farago, Claire J. (1999). Leonardo's Projects, C. 1500-1519 (bl-Ingliż). Garland Publishing Inc. ISBN 9780815329350.
- Kemp, Martin (2006). Leonardo Da Vinci: The Marvellous Works of Nature And Man (bl-Ingliż). Oxford University Press. ISBN 0-19-280725-0.
- Littlefield, Walter (1914). "The Two "Mona Lisas"". The Century: A Popular Quarterly (bl-Ingliż). Nru. 87. Scribner & Company.
- Turudich, Daniela; Welch, Laurie J. (2003). Plucked, Shaved & Braided: Medieval and Renaissance Beauty and Grooming Practices 1000–1600 (bl-Ingliż). Streamline Press. ISBN 978-1930064089.
- Vasari, Giorgio (1550). Le vite de' più eccellenti pittori, scultori ed architettori (bit-Taljan). G.C. Sansoni.
- Wilson, Colin (2000). The Mammoth Encyclopedia of the Unsolved (bl-Ingliż). Carroll & Graf Publishers. ISBN 978-0786707935.
Ħoloq esterni
- Mega Mona Lisa
- Theft of the Mona Lisa
- Aging Mona Lisa worries Louvre
- The Mona Lisa
- Leonardo da Vinci, Gallery of Paintings and Drawings
- Unmasking the Mona Lisa: Expert claims to have discovered da Vinci's technique
- Who is Mona Lisa? Historical Facts versus Conjectures
- "Mona Lisa had a makeover, 3D images reveal"
- Mona Lisa replicated in later art
- The Mona Lisa with Professor Donald Sassoon
- Anatomy of a Smile: Mona's Bones (2002) and Mona Masticating (2006)
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mona Lisa, X'inhi Mona Lisa? Xi tfisser Mona Lisa?
Il Mona Lisa magħrufa wkoll bħala La Gioconda hija pittura tas seklu 16 imwettqa biz zejt fuq panew tal luq minn Leonardo da Vinci fi zmien ir Dan ix xogħol huwa propjeta tal Gvern ta Franza u jinsab espost ġewwa l f Pariġi Franza bit titlu Xbieha ta Lisa Gherardini mart Francesco del Giocondo Mona Lisa Taljan La Gioconda Franċiz La Joconde Leonardo da Vinci c 1503 1506 77 53 ċm Pariġi Il pittura turi nofs xbieha ta mara b espressjoni sikwit deskritta bħala enigmatika L ambigwita espressiva tas suġġett il qagħda monumentali tal figura u l immudellar delikat tal forom u l illuzjonizmu atmosferiku kienu kwalitajiet innovattivi li taw sehemhom fis seħer li l pittura dejjem kellha matul iz zmien Ftit xogħlijiet oħra ta pittura kienu suġġetti għal daqstant ezaminazzjoni studju mitoloġija u parodija Il Kuntest Storiku tal PitturaXbieha ta Leonardo da Vinci mwettqa bil ġibs aħmar bejn l 1512 u l 1515 Leonardo da Vinci beda jaħdem fuq il Mona Lisa fl 1503 fi zmien ir u skont Giorgio Vasari wara li dam iġebbed erba snin ma lestihiex Huwa maħsub li Leonardo ssokkta jaħdem fuqha għal tliet snin wara li mar joqgħod Franza u li lestiha ftit qabel miet fl 1519 Leonardo ġarr il pittura mill Italja għal Franza fl 1516 meta r stieden lill pittur biex jaħdem fil Clos Luce qrib il kastell tar re f X aktarx ir re xtara l pittura mingħand il werrieta ta Salai l assistent ta Leonardo b 4 000 u zammha f Din baqgħet hemm sakemm ingħatat lil li wara ħa l pittura fil Palazz ta Versailles Wara r Rivoluzzjoni Franċiza l Mona Lisa ttieħdet fil Louvre Napuljun I poġġiha fil kamra tas sodda tiegħu fil u wara reġgħet ittieħdet għal darba oħra fil Louvre Waqt il 1870 1871 iċċaqilqet mil għal moħba xi mkien fi Franza Il Mona Lisa ma kenitx magħrufa wisq sakemm f nofs is seklu 19 l artisti tal Muviment Simbolista nibbieta bdew japprezzawha u jassoċjawha mal ideat tagħhom tal mistika femminili Il kritiku Walter Pater fl artiklu tiegħu tal 1867 dwar Leonardo iddeskriva l figura fil pittura bħala għamla ta inkarnazzjoni mitika tal femminilita eterna għaliex hija ixjeħ mill ġebel li fosthom tinsab bilqiegħda u għaliex kienet mejta ħafna drabi u tgħallmet is sigrieti tal qabar Suġġett u TitluIr Re Francois I ta Franza Il Mona Lisa hija msemmija għal membru tal familja Gherardini ta Firenze u Toskana u l mara tan negozjant għani tal ħarir minn Firenze Il pittura ġiet ikkummissjonata għad dar il ġdida tagħhom kif ukoll biex jiċċelebraw it twelid tat tieni tifel tagħhom Andrea L identita tas suġġett ġiet aċċertata fl fl 2005 meta espert bibljotekarju skopra nota ta Agostino Vespucci miktuba fil ġenb fl 1503 L istudjuzi kellhom diversi fehmiet u dawn mhux biss identifikaw minn tal anqas erba pitturi oħra bħala l Mona Lisa izda pproponew ukoll bosta nies oħra bħala s suġġett possibbli tal pittura Omm Leonardo Caterina Izabella ta Napli jew Aragon Cecilia Gallerani Costanza d Avalos imsejħa wkoll il ferħana jew La Gioconda Isabella d Este Pacifica Brandano jew Brandino Isabela Gualanda Caterina Sforza u Leonardo stess kollha ssemmew bħala suġġetti possibbli Dan iz zmien huwa aċċettat li s suġġett hija Lisa u dan kien minn dejjem it twemmin tradizzjonali It titlu tal pittura ttieħed minn deskrizzjoni fil bijografija ta Leonardo da Vinci ta Giorgio Vasari li ġiet ippubblikata fl 1550 jiġifieri 31 sena wara l mewt tal artista Leonardo ħa f idejh li jpinġi għal Francesco del Giocondo xbihet Mona Lisa martu bit Taljan Prese Lionardo a fare per Francesco del Giocondo il ritratto di mona Lisa sua moglie Bit Taljan ma donna tfisser sinjura tiegħi Din ġiet madonna u tqassret f mona Mona għaldaqstant hija forma pulita ta indirizz Fit Taljan modern il forma mqassra ta madonna hija spelluta bħala Monna jiġifieri xi mindaqqiet it titlu jidher bħala Monna Lisa Din hija aktar frekwenti fil lingwi Rumanzi bħal fil Franċiz u t Taljan izda rari fl Ingliz Fil mewt ta Leonardo fl 1525 l assistent tiegħu Salai sar il proprjetarju tal pittura minħabba li din ingħatat lilu mill artista u tnizzlet fid dokumenti personali tiegħu bħala La Gioconda Gioconda li bit Taljan tfisser ferriħija u pjaċevoli kien għaldaqstant laqam mogħti lis suġġett u logħba bil kliem dwar il forma femminili ta kunjomha Giocondo Fil Franċiz it titlu La Joconde għandu l istess tifsira doppja EstetikaDettall mill isfond naħa leminija Dettall mill isfond naħa xellugija Leonardo uza disinn forma ta piramida sabiex iqiegħed il mara b mod sempliċi u kalm fl ispazju tal pittura Dirgħajha marbutin jieħdu r rokna tax xellug tal piramida Id dawl li jixgħel fuq sidirha għonqha u wiċċha huwa l istess li jagħti forma lil idejha Milli jidher Leonardo kien jirrikorri għall formola sempliċi tax xbieha tal Madonna bilqiegħda li dak iz zmien kienet popolari sabiex ipitter il figura tal mara bilqiegħda Irnexxielu jimmodifika din il formola b suċċess sabiex b hekk joħloq l illuzjoni vizwali tad distanza bejn is suġġett u l osservatur Driegħ is siġġu jaħdem bħala element li jifred il Mona Lisa mill osservatur Dettall ta jdejn il Mona Lisa fejn idha l leminija sserraħ fuq dik xellugija Leonardo għazel din il qagħda u mhux ċurkett tat tieġ sabiex juri li Lisa hija mara ta virtu u leali lejn zewġha Dettall juri l ħarsa tas suġġett Il mara bilqiegħda tinsab f qagħda dritta u prominenti b dirgħajha marbutin simbolu tan natural rizervat tagħha Il ħarsa profonda tagħha ssammar l osservatur u tidher tistiednu biex tikkomunika miegħu fis skiet Peress li l wiċċ imdawwal huwa prattikament imdawwar b elementi ħafna aktar skuri ix xagħar il velu id dellijiet l osservatur jinġibed ħafna aktar lejn wiċċ il Mona Lisa Għaldaqstant il kompozizzjoni tal figura toħloq effett ambigwu l osservatur jinġibed lejn din il mara misterjuza izda jkollu jzomm id distanza bħallikieku kienet ħlejqa divina Mhemm ebda ħjiel ta djalogu intimu bejn il mara u l osservatur bħalma jiġri fil kaz tax xbieha ta Baldassare Castiglione fil Louvre li saret minn xi għaxar snin wara l Mona Lisa li ġie bla dubju ta xejn influwenzat mix xogħol ta Leonardo Din il pittura kienet fost l ewwel xbiehat li juru suġġett fuq sfond immaġinarju Il mara enigmatika tidher bilqiegħda f donnha loġġa miftuħa fejn hemm bazi ta kolonna skura fuq kull naħa Warajha tinsab veduta li tieqaf hekk kif jibdew il muntanji miksija bis silġ Il mogħdijiet imserrpin u l pont imbiegħed jagħtu ħjiel ċkejken ta prezenza umana Il kurvi senswali ta xagħar il mara u ħwejjiġha maħluqin bl i jidwu fil widien immaġinarji mmewġin u fix xmajjar ta warajha Ix xfar sfumati il figura grazzjuza il kuntrasti drammatiċi bejn iċ ċar u l iskur u s sensazzjoni ġenerali ta kalma huma kollha karatteristika tal istil ta Leonardo Minħabba li Leonardo kiseb din is sintezi espressiva bejn is suġġett u l veduta huwa diskutibbli jekk il Mona Lisa għandhiex tkun meqjusa xbieha tradizzjonali li tirrepprezenta l mara ideali aktar milli l mara reali Is sens ta armonija ġenerali miksub fil pittura b mod speċjali fil ħjiel ta tbissima fuq fomm is suġġett jirrifletti l idea li kellu Leonardo tal għaqda bejn il bniedem u n natura Il Mona Lisa m għandha ebda xagħar fuq wiċċha la fuq ħuġbejha u lanqas fuq il kpiepel ta għajnejha Xi riċerkaturi jisħqu li dak iz zmien in nisa ta klassi kellhom uzanza jneħħuh dan minħabba li kien meqjus ħaġa mhux ta quddiem in nies Għall osservaturi moderni n nuqqas tax xagħar tal għajnejn izid mal kwalita kemxejn semiastratta tal wiċċ Serq u VandalizmuIl Mona Lisa nsterqet fl 1911 Il Mona Lisa qiegħda attwalment esposta fil Musee du Louvre f Pariġi fi Franza Il fama dejjem tizdied tal pittura ġiet aktar enfasizzata meta nsterqet fil 21 ta Awwissu 1911 L għada l pittur daħal fil Louvre u mar fis Salon Carre fejn il Mona Lisa kienet ilha esposta għal ħames snin Izda minflok il Mona Lisa sab erba grampuni tal ħadid Beroud sejjaħ il kap tas sezzjoni tal gwardji li ħaseb li t tpinġija kienu qegħdin jitteħdulha xi ritratti għall skopijiet kummerċjali Ftit sigħat wara Beroud reġa sejjaħ il kap tas sezzjoni tal muzew u ġie kkonfermat li l Mona Lisa ma tteħditx mill fotografi Il Louvre ingħalaq għal ġimgħa sħiħa sabiex tiġi ffaċilitata l investigazzjoni tas serqa Is suspett waqa fuq il poeta Franċiz li kien saħaq li l Louvre għandu jinħaraq u għalhekk ġie arrestat u mitfugħ il ħabs Apollinaire ipprova jdaħħal lil sieħbu fil kwistjoni li nġieb huwa wkoll għall interrogazzjoni izda t tnejn inħelsu aktar tard Dak iz zmien kien maħsub li l pittura ntilfet għalkollox u kien biss wara sentejn li nqabad il ħalliel L impjegat fil Louvre seraq il Mona Lisa billi daħal fil bini waqt is sigħat regolari tal ftuħ staħba ġo kmajra tal ixkupi u ħarab il barra biha moħbija taħt il kowt wara li ngħalaq il muzew Peruggia kien patrijott Taljan li kien jemmen li x xogħol ta Leonardo għandu jerġa lura fl Italja u jiġi espost f muzew Taljan Peruggia seta tħeġġeġ minn ħabib tiegħu li kien ibiegħ kopji tal pittura minħabba li l valur ta dawn kien jogħla ħafna wara s serqa tal kopja oriġinali Wara li zamm it tpinġija fl appartament tiegħu għal sentejn Peruggia beda jitlef sabru u sa fl aħħar inqabad meta pprova jbiegħha lid diretturi tal ġewwa Firenze Wara dan kollu il Mona Lisa ġiet esposta madwar l Italja kollha u ttieħdet lura fil Louvre fl 1913 Ġewwa l Italja Peruggia ġie mfaħħar għall patrijottizmu tiegħu u kien għalhekk li qatta biss ftit xhur il ħabs Matul it Tieni Gwerra Dinjija il pittura tneħħiet għal darba oħra mil Louvre u ttieħdet f postijiet anqas perikoluzi l ewwel f Chateau d Amboise imbagħad fil u fl aħħar fl ġewwa Fl 1956 il pittura saritilha ħsara estensiva fil parti t isfel meta vandalu tefa l aċtu fuqha Fit 30 ta Diċembru tal istess sena zagħzugħ Bolivjan għamlilha l ħsara billi waddbilha ġebla Ġara li ntilfet biċċa zgħira mill pigment ta qrib il minkeb xellugi izda ma damitx ma nzebgħet KonservazzjoniIl Mona Lisa għexet għal aktar minn 500 sena u kummissjoni internazzjonali li ltaqgħet fl 1952 irrimarkat li x xbieha qiegħda fi stat eċċezzjonali ta preservazzjoni Dan huwa parzjalment dovut għall varjeta ta trattamenti ta konservazzjoni li ngħatat il pittura Analizi dettaljata minn Madame de Gironde fl 1933 uriet li l ewwel restawraturi zammew lura ħafna Madanakollu l applikazzjonijiet ta verniċ fuq il pittura kienu laħqu swiedu saħansitra sal aħħar tas seklu 16 u tindifa aggressiva u passata friska ta verniċ fl 1809 neħħew xi ftit mill kisja ta kulur tal wiċċ li ċċara l wiċċ tal figura Minkejja t trattamenti kollha il Mona Lisa ngħatat attenzjoni tajba matul l istorja tagħha u t tim ta konservazzjoni tal 2004 5 kien ottimist dwar il futur ta din l opra tal arti Tavla tal Luq F xi punt fl istorja tagħha il Mona Lisa tneħħiet mill gwarniċ oriġinali tagħha Il panew tal luq kien jikber u jiċkien minħabba bidliet fl umdita u għaldaqstant bdiet tizviluppa qasma qrib il parti ta fuq tat tavla Il qasma tasal sa xagħar il figura Bejn nofs is seklu 18 u l bidu tas seklu 19 xi ħadd ipprova jsewwi l qasma billi jpoġġi zewġ maqfla tal ġewz forma ta farfett fuq il wara tat tavla qisu xi 1 3 fil ħxuna tagħha Dan ix xogħol twettaq bis sengħa u stabbilizza l qasma b suċċess F punt minnhom bejn l 1888 u l 1905 jew forsi meta nsterqet il maqfel ta fuq waqa Restawratur ieħor inkolla u għalaq it toqba li dehret bid drapp Il gwarniċ flessibbli tal ballut mizjud fl 1951 u l lasti mizjudin fl 1970 jgħinu sabiex il panew ma jinbaramx izjed Maqfel forma ta farfett jevita li l panew jixxaqqaq izjed Il pittura tinzamm attwalment f kundizzjonijiet klimatiċi ikkontrollati u stretti f niċċa tal ħġieġ li hija rezistenti għall bulits L umdita li tinzamm fiha hija ta 50 10 u t temperatura tinzamm bejn 18 u 21 C Sabiex ikun hemm kumpens għall bidliet fl umdita relattiva in niċċa fiha wkoll strat ta ġell tas silika li jipprovdi 55 tal umdita relattiva Gwarniċ Nies jaraw il Mona Lisa wara l ħġieġ qabel ma ċċaqilqet fl 2005 Minħabba li t tavla tal luq tal Mona Lisa tespandi u tiċkien bil bidla fl umdita il pittura tilfet xi ftit mil forma tagħha Sabiex ipattu għad deformazzjonijiet li kellha tgħaddi minnhom matul il konservazzjoni tagħha waqt it Tieni Gwerra Dinjija u sabiex il pittura titħejja għall wirja f isem l anniversarju tal 500 sena ta Da Vinci fl 1951 il Mona Lisa tqiegħdet fi gwarniċ tal ballut flessibbli b lasti tal fagu minn naħa għall oħra Dan il gwarniċ flessibbli li huwa uzat flimkien mal gwarniċ dekorattiv deskritt hawn isfel jagħfas fuq il panew sabiex ma jkomplix jinbaram izjed Fl 1970 il lasti tal fagu inbidlu f lasti oħra magħmula mill aġġru wara li nstab li l injam tal fagu ġie attakkat mill insetti Fl 2004 2005 tim ta studjuzi konservaturi bidlu l lasti tal aġġru f oħrajn tas sikamoru u ziedu magħhom virga tal metall għall kejl xjentifiku tal bidliet fil forma tal panew Il Mona Lisa kellha bosta gwarniċi dekorattivi differenti fl istorja tagħha minħabba li l gosti kienu jinbidlu maz zmien Fl 1906 il kontessa ta Bearn tat il gwarniċ attwali lill pittura xogħol Rinaxximentali konsistenti mal perijodu storiku tal Mona Lisa It truf tal pittura traqqmu minn tal anqas darba fl istorja tagħha sabiex titqiegħed fi gwarniċi differenti izda ebda parti mill istrat oriġinali taz zebgħa ma traqqmet Tindif u Irtokki In nota fil ġenb ta Agostino Vespucci L ewwel tindif applikazzjoni friska ta verniċ u rtukkar l aktar estensivi tal Mona Lisa seħħew fl 1809 meta ingħatatilha ħasla u applikazzjoni friska ta verniċ minn Jean Marie Hooghstoel li kien responsabbli mir restawr tal pitturi tal gallerija tal Musee Napoleon Ix xogħol kien jinvolvi ħasil bl ispirti irtokki fuq il kulur u applikazzjoni friska ta verniċ fuq il pittura Fl 1906 ir restawratur tal Louvre Eugene Denizard wettaq irtokki bl akkwarelli fuq il partijiet tal istrat tal kulur iddisturbat mill qasma fil panew Denizard irtokka wkoll it truf tal pittura bil verniċ sabiex jgħatti l partijiet li qabel kienu mgħottija minn gwarniċ ieħor antik Fl 1913 meta l pittura nstabet mill ġdid wara li nsterqet Denizard reġa ssejjaħ sabiex jaħdem fuq il Mona Lisa Denizard ingħatawlu istruzzjonijiet biex ma jnaddafx il pittura mingħajr solvent u biex jirtokka b mod ħafif il ħafna brix li sarilha bl akkwarelli Fl 1952 l istrat tal verniċ fuq l isfond tal pittura ġie rregolarizzat ma dak fil bqija tal pittura Wara t tieni attakk fl 1956 ir restawratur Jean Gabriel Goulinat ingħatawlu istruzzjonijiet biex jirtokka l ħsarat li saru fuq il minkeb xellugi tal Mona Lisa bl akkwarelli Fl 1977 instab attakk ġdid mill insetti fuq il wara tal panew minħabba s serratizzi mizjuda sabiex ma titgħawwiġx il pittura Dan ġie ttrattat fuq il post bit tatrakloridu tal karbonju u wara bl ossidu tal etilene Fl 1985 il punt reġa ġie ttrattat mill ġdid bit tetrakloridu tal karbonju bħala mizura preventiva Skan infraħmar Fl 2004 esperti Kanadizi mill Kunsill Nazzjonali għar Riċerka wettqu skan infraħmar tridimensjonali Minħabba l qedem tal verniċ fuq il pittura kien diffiċli li jingħarfu d dettalji Id data tal iskan u l infraħmar intuzat minn Bruno Mottin miċ Ċentru għar Riċerka u r Restawr tal Muzewijiet Franċizi sabiex iseddaq l argument li l velu trasparenti tas suġġett huwa guarnello uzat tipikament min nisa tqal jew ezatt wara li dawn ikunu welldu Guarnello jixtiebaħ jinsab fir Ritratt ta Smeralda Brandini ċ 1470 1475 ta Sandro Botticelli li juri mara tqila dan huwa attwalment espost fil Victoria and Albert Museum f Londra Barra minn hekk din ir riflessografija wriet li xagħar il Mona Lisa ma jidhirx mitluq l isfel izda marbut ma bonit fuq il wara ta rasha jew miġbur bil molol f qagħqa u mgħotti b velu ta bordura bi ħjata mdawra Fis seklu 16 ix xagħar mitluq fuq l ispalel kien stil tax xbejbiet jew tal prostituti Din il kuntradizzjoni apparenti dwar l istatus tal Mona Lisa bħala mara mizzewġa issa ssolviet Ir riċerkaturi mhux biss uzaw id data miksuba biex jikxfu d dettalji tekniċi mħaddma minn Leonardo izda bassru wkoll li l pittura mhux se tiddegrada wisq jekk it teknika ta konservazzjoni attwali titkompla Matul l 2006 il Mona Lisa għaddiet minn osservazzjoni xjentifika mill akbar fejn permezz tal kameras infrared ingħatat prova li kienet oriġinarjament liebsa bonit u qiegħda taqbad xagħarha ħaġa li Leonardo ddeċieda li jbiddel Wirja Fis 6 ta April 2005 wara perijodu ta manutenzjoni dokumentazzjoni u analizi tal kuratur il pittura ċċaqilqet f post ġdid fis Salle des Etats stess tal muzew Hija esposta f niċċa magħluqa mibnija apposta li tirregola l klima bi ħġieġ rezistenti għall bulits About 6 million people view the painting at the Louvre each year Bejn wieħed u ieħor 6 miljun persuna zzur il pittura fil Louvre kull sena FamaIl Mona Lisa kif kienet tidher oriġinarjament Il Mona Lisa esposta f fl 1963 fil prezenza tal Kennedys u l ministru Franċiz tal affarijiet kulturali flimkien ma martu L istudjuz tal istorja Donald Sassoon iddokumenta l fama tal pittura F nofs is seklu 19 u l iddeskrivew il Mona Lisa bħala femme fatale għaliex Lisa kienet persuna normali Il Mona Lisa kienet ktieb miftuħ minn fejn wieħed seta jaqra dak li ried jista jkun għaliex ma kenitx figura reliġjuza u jista jkun għaliex l esperti letterarji kienu mill biċċa l kbira rġiel li għamluha s suġġett ta ruxxmata fantaziji maskili ma jispiċċaw qatt Matul is seklu 20 mhux biss insterqet izda saret ukoll oġġett ta riproduzzjoni bil massa merkanzija zuffjett u spekulazzjoni Ġiet riprodotta wkoll fi 300 pittura u 2 000 reklam Il mara ġiet deskritta bħala truxa bil vistu bla snien prostituta mħallsa tajjeb namrata ta ħafna nies riflessjoni tan nevrozi tal artista u vittma ta sifilide infezzjoni paralizi kolesterol u uġigħ ta snien L ispekulazzjonijiet mill għorrief kif ukoll mid dilettanti attribwew l isem ta Lisa lil minn tal anqas erba pitturi differenti u l identita tagħha lil minn tal anqas għaxar persuni differenti Min izur il Mona Lisa ġeneralment idum bejn wieħed u ieħor 15 il sekonda jaraha Sas seklu 20 il Mona Lisa kienet biss waħda fost ħafna pitturi famuzi u zgur mhux l aktar pittura famuza fid dinja bħalma hija magħrufa llum il ġurnata Fost ix xogħlijiet li jinsabu fil Louvre fl 1852 il valur tagħha kien ta 90 000 frank meta wieħed jikkumpara max xogħlijiet ta Raffaello li kellhom valur jilħaq is 600 000 frank Fl 1878 il gwida Baedeker sejħitilha l aktar xogħol ċelebri ta Leonardo fil Louvre Bejn l 1851 u l 1880 l artisti li zaru l Louvre ikkuppjaw il Mona Lisa bejn wieħed u ieħor nofs id drabi ta ċerti xogħlijiet minn Tiziano u Qabel is sensiela ta zjariet li l pittura għamlet fl 1962 3 l istima tal valur tagħha kien ta 100 000 000 izda ma nxtrat ebda assigurazzjoni u minflok intefqu aktar flus fuq sigurta Bħala pittura tiswa l flus kien biss riċentement li tliet pitturi oħra saru jiswew aktar mill Mona Lisa f termini ta flus ir Ritratt ta Adele Bloch Bauer I ta li nbiegħet għal 350 miljun il ta li nbiegħet għal 138 miljun f Novembru 2006 u n No 5 1948 minn li nbiegħet għas somma rekord ta 140 miljun f Novembru 2006 Għalkemm dawn il figuri huma aktar mill figura tal 1962 stimata għall Mona Lisa it tqabbil ma jqisx il bidla fil prezz li ġġib l inflazzjoni 100 miljun fl 1962 huwa l ekwivalenti ta bejn wieħed u ieħor 700 miljun fl 2009 meta tiġi kkalkulata l inflazzjoni bl Indiċi tal Prezz tal Konsumatur tal Istati Uniti Riproduzzjonijiet u ParodijiId dinja tal arti avangardista qieset li l popolarita tal Mona Lisa huwa fatt li ma jistax jinċaħad Minħabba l istatura dominanti tal pittura id Dadaisti u s Surrealisti sikwit kienu jipproduċu modifikazzjonijiet u karikaturi tagħha Fl 1919 Marcel Duchamp wieħed mill aktar Dadaisti ta influwenza ħoloq l L H O O Q bħala parodija tal Mona Lisa magħmula minn riproduzzjoni fqira tal figura b mustaċċi u pizzett u taħtha inziedet skrizzjoni insolenti li meta tinqara bil Franċiz tinstema Elle a chaud au cul tradotta litteralment bħala Għandha sormha sħun li timplika li l mara fil pittura hija eċitata sesswalment u qiegħda tfittex Din kellha tkun ċajta fl istil ta Freud b referenza għall omosesswalita allegata ta Leonardo Skont Rhonda R Shearer ir riproduzzjoni apparenti hija fil fatt kopja parzjalment ibbazata fuq wiċċ Duchamp stess Salvador Dali famuz bħala pijunier tas surrealizmu pinġa awtoritratt bħala l Mona Lisa fl 1954 Referenzi a b Portrait of Lisa Gherardini wife of Francesco del Giocondo Louvre fr bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 12 11 Pioch Nicolas 2006 06 19 Leonardo da Vinci La Joconde ibilio org bl Ingliz Cohen Philip 2004 06 23 Noisy secret of Mona Lisa s smile New Scientist bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 02 21 Harden Mark Leonardo da Vinci Mona Lisa Artchive com bl Ingliz Miġbur 2021 04 21 a b Clark Kenneth 1973 Mona Lisa The Burlington Magazine bl Ingliz 115 840 144 151 877242 a b ċ d e f Chaundy Bob 2006 09 29 Faces of the Week bl Ingliz BBC News a b ċ Kemp 2006 p 261 262 sfn error no target CITEREFKemp2006 German experts crack the ID of Mona Lisa bl Ingliz MSNBC 2008 01 14 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 01 17 Miġbur 2008 01 15 Researchers Identify Model for Mona Lisa The New York Times bl Ingliz Miġbur 2008 01 15 Farago 1999 p 123 sfn error no target CITEREFFarago1999 a b Mona Lisa Heidelberger Fund klart Identitat Ruprecht Karls Universitat Heidelberg bil Ġermaniz Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 01 17 Miġbur 2008 01 15 a b Stites Raymond S 1936 Mona Lisa Monna Bella Parnassus bl Ingliz 8 1 7 10 22 23 771197 a b ċ Littlefield 1914 p 525 sfn error no target CITEREFLittlefield1914 a b ċ Wilson 2000 p 366 sfn error no target CITEREFWilson2000 Kempler Roni Who the Mona Lisa Is 2017 TXu 2 064 715 Google Site Mona Lisa painting by Leonardo da Vinci View article history Roni Kempler s contributions Encyclopaedia Britannica a b Behind that secret smile The Age bl Ingliz 2004 06 25 Miġbur 2007 10 06 a b Johnston Bruce 2004 01 08 Riddle of Mona Lisa is finally solved she was the mother of five The Daily Telegraph bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 10 11 Miġbur 2007 10 06 a b Nicholl Charles 2002 03 28 The myth of the Mona Lisa The Guardian bl Ingliz Miġbur 2007 10 06 Vasari 1879 p 39 sfn error no target CITEREFVasari1879 a b Bartz 2006 p 626 sfn error no target CITEREFBartz2006 Turudich 2003 p 198 sfn error no target CITEREFTurudich2003 McMullen Roy 1976 Mona Lisa The Picture and the Myth bl Ingliz Macmillan Publishers ISBN 978 0333191699 a b Chua Eoan Howard 2007 Top 25 Crimes of the Century Stealing the Mona Lisa 1911 Time bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 03 20 Miġbur 2007 09 15 a b ċ d e f ġ Mohen Jean Pierre Menu Michel Mottin Bruno 2006 Mona Lisa Inside the Painting bl Ingliz Harry N Abrams ISBN 978 0810943155 3 D scan uncovers secrets behind Mona Lisa s smile CBC ca bl Ingliz 2006 09 26 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 01 25 Miġbur 2008 04 27 Boswell Randy 2006 09 23 Canadian researchers set to reveal Mona Lisa mysteries Edmonton Journal bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 06 22 Miġbur 2008 04 27 Austen Ian 2006 09 27 New Look at Mona Lisa Yields Some New Secrets The New York Times bl Ingliz Miġbur 2007 06 08 Mona Lisa gains new Louvre home BBC News bl Ingliz 2005 04 06 Miġbur 2008 04 27 a b Sassoon Donald 2001 Mona Lisa the Best Known Girl in the Whole Wide World History Workshop Journal bl Ingliz 51 1 18 4289718 Gentleman Amelia 2004 10 19 Smile please The Guardian bl Ingliz Miġbur 2007 10 13 Riding Alan 2005 04 06 In Louvre New Room With View of Mona Lisa The New York Times bl Ingliz Miġbur 2007 10 07 Young Mark ed 1999 The Guinness Book of World Records 1999 bl Ingliz Bantam Books ISBN 978 0553580754 Seven Ways to Compute the Relative Value of a U S Dollar Amount 1790 to Present MeasuringWorth com bl Ingliz Miġbur 2021 04 20 SorsiBartz Gabriele Konig Eberhard 2006 Art and Architecture Louvre bl Ingliz H F Ullman ISBN 978 3833119439 Farago Claire J 1999 Leonardo s Projects C 1500 1519 bl Ingliz Garland Publishing Inc ISBN 9780815329350 Kemp Martin 2006 Leonardo Da Vinci The Marvellous Works of Nature And Man bl Ingliz Oxford University Press ISBN 0 19 280725 0 Littlefield Walter 1914 The Two Mona Lisas The Century A Popular Quarterly bl Ingliz Nru 87 Scribner amp Company Turudich Daniela Welch Laurie J 2003 Plucked Shaved amp Braided Medieval and Renaissance Beauty and Grooming Practices 1000 1600 bl Ingliz Streamline Press ISBN 978 1930064089 Vasari Giorgio 1550 Le vite de piu eccellenti pittori scultori ed architettori bit Taljan G C Sansoni Wilson Colin 2000 The Mammoth Encyclopedia of the Unsolved bl Ingliz Carroll amp Graf Publishers ISBN 978 0786707935 Ħoloq esterniMega Mona Lisa Theft of the Mona Lisa Aging Mona Lisa worries Louvre The Mona Lisa Leonardo da Vinci Gallery of Paintings and Drawings Unmasking the Mona Lisa Expert claims to have discovered da Vinci s technique Who is Mona Lisa Historical Facts versus Conjectures Mona Lisa had a makeover 3D images reveal Mona Lisa replicated in later art The Mona Lisa with Professor Donald Sassoon Anatomy of a Smile Mona s Bones 2002 and Mona Masticating 2006