Qal at al Bahrain bl Għarbi قلعة البحرين bil Forte de Barém magħruf ukoll bħala l Forti tal Bahrain jew il Forti Portugi
Qal'at al Bahrain

Qal'at al-Bahrain (bl-Għarbi: قلعة البحرين; bil-: Forte de Barém), magħruf ukoll bħala l-Forti tal-Bahrain jew il-Forti Portugiż, huwa sit arkeoloġiku li jinsab fil-Bahrain. Mill-iskavi arkeoloġiċi li saru mill-1954 ġew żvelati antikitajiet minn tumbata artifiċjali għolja madwar 12-il metru (39 pied) li kien fiha seba' saffi stratifikati, li nħolqot minn diversi okkupanti mill-2300 Q.K. sas-seklu 18, inkluż il-Kassiti, il-Griegi, il-Portugiżi u l-Persjani. Fl-imgħoddi is-sit kien il-belt kapitali taċ-ċivilizzazzjoni ta' Dilmun u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.
Storja u esplorazzjonijiet
Is-sejbiet arkeoloġiċi skavati fil-forti joħorġu fid-dieher ħafna aspetti dwar l-istorja tal-pajjiż. Huwa maħsub li l-inħawi ġew okkupati għal madwar 5,000 sena u l-fdalijiet jagħtu ħjiel siewi dwar Żmien ir-Ram u Żmien il-Bronż fil-Bahrain. L-ewwel Forti tal-Bahrain inbena madwar 3,000 sena ilu, fuq l-għolja tal-Grigal tal-gżira tal-Bahrain. Il-forti attwali jmur lura għas-seklu 6 W.K. Is-sit kien il-belt kapitali taċ-ċivilizzazzjoni ta' Dilmun, li skont il-Ġrajja Epika ta' Gilgamesh, kienet "l-art tal-immortalità", il-post anċestrali tas- u punt ta' lqugħ tal-allat.
Is-sit għandu erja ta' 17.5-il ettaru u ġie deskritt bħala "l-iżjed sit tal-qedem importanti fil-Bahrain". L-ewwel skavi fis-sit saru minn spedizzjoni arkeoloġika Daniża mmexxija minn bejn l-1954 u l-1972 fis-isem il-Mużew Preistoriku ta' Moesgaard. Instabu ftit tavli kunejformi mhux datati iżda x'aktarx ta' żmien il-Kassiti. Mill-bidu tas-snin 70 tas-seklu 20, bdiet taħdem fis-sit spedizzjoni Franċiża miċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Xjentifika u nstabu madwar 50 tavla. Tlieta minnhom ġew datati li jmorru lura għar-renju ta' re Kassit imsejjaħ Agum, x'aktarx . Mill-1987 arkeologi Daniżi u tal-Bahrain wettqu skavi oħra fis-sit. L-ispedizzjoni Daniża żvelat li s-sit kien ukoll sit Ellenistiku notevoli.
Deskrizzjoni
Qal'at al-Bahrain huwa forti mibni fuq għolja fuq il-gżira tal-Bahrain, mal-kosta tat-Tramuntana. F'jum bnazzi wieħed jista' jarah saħansitra minn Saar. Donnu joqgħod "għassa" qrib Manama, il-belt kapitali attwali tal-Bahrain; preċiżament 6 kilometri (4 mili) 'il bogħod minn Manama mal-kosta għammiela tat-Tramuntana. Il-forti huwa l-ikbar wieħed fir-reġjun tal-Golf Persjan u nbena qrib il-port permezz tar-reklamazzjoni tal-art mill-baħar.
Qal'at al-Bahrain jinsab fuq għolja tipika – tumbata artifiċjali maħluqa minn bosta saffi suċċessivi ta' okkupazzjoni umana. L-istrati huma mifruxa fuq erja ta' 180,000 pied kwadru (16,723 m2). Dawn huma xhieda tal-preżenza umana kontinwa mill-ħabta tal-2300 Q.K. sas-seklu 16 W.K. Madwar 25 % tas-sit ġie skavat u ġew żvelati tipi ta' strutturi differenti: residenzjali, pubbliċi, kummerċjali, reliġjużi u militari. Dawn jixhdu l-importanza tas-sit bħala port kummerċjali matul is-sekli. Fil-quċċata tat-tumbata għolja 12-il metru (39 pied), hemm il-Forti Portugiż (Qal'at al-Burtughal). Peress li s-sit kien il-belt kapitali taċ-ċivilizzazzjoni ta' Dilmun, fih l-iżjed fdalijiet rikki ta' din iċ-ċivilizzazzjoni, li qabel is-sejba tagħhom kienu magħrufa biss minn referenzi Sumeri bil-miktub.
Is-sit fih bosta żoni u ħitan, inkluż in-nekropoli ta' Saar, in-nekropoli ta' Al-Hajjar, il-Palazz tal-Kassiti, in-nekropoli ta' Madimat Hermand, in-nekropoli ta' Madimat Isa, in-nekropoli ta' Al-Maqsha, il-Palazz ta' Uperi, in-nekropoli ta' Shakhura, u s-swar tat-Tramuntana. Il-fdalijiet ta' Żmien ir-Ram jikkonsistu minn żewġ sezzjonijiet tal-fortifikazzjonijiet madwar it-toroq u d-djar, u binja kolossali fit-tarf tal-ħandaq tal-Forti Portugiż fiċ-ċentru. Il-bċejjeċ tal-fuħħar Berberi ġew żvelati minn madwar il-ħitan tal-binja ċentrali, u jmorru lura għall-istess żmien tat-tempji Berberi, għalkemm uħud mill-bċejjeċ l-oħra tal-fuħħar u firxa ta' artefatti oħra li għadhom ma ġewx żvelati jindikaw li jmorru lura għal qabel it-tempji, x'aktarx għat-3000 Q.K. jew wara. Fdalijiet tar-ram u tal-avorju jagħtu ħjiel dwar ir-rabtiet kummerċjali tal-qedem. Fis-sit instabu ħafna reċipjegnti, u mill-iskavi Daniżi tal-inħawi tal-Palazz ta' Uperi ġew żvelati "skutelli tas-sriep", sarkofagi, siġilli u mera, fost affarijiet oħra.
Konfigurazzjoni
L-iskavi fl-għolja tal-forti żvelaw insedjament żgħir, l-unika wieħed ta' dak il-perjodu fil-Lvant tal-Arabja, fuq in-naħa tat-Tramuntana tagħha. Huwa maħsub li l-villaġġ kien ġie insedjat mill-poplu li żviluppa l-agrikoltura qrib l-oażi, ħawwel is-siġar tal-palm, rabba l-bhejjem, in-nagħaġ u l-mogħoż, u saħansitra beda jistad fil-Baħar tal-Arabja. Id-djar żgħar li bena kienu magħmula mill-ġebel mhux maħdum, flimkien mat-tafal jew it-tkaħħil. L-artijiet bil-ġibs fid-djar jingħad li kienu spazjużi. L-iskavi wasslu għall-konklużjoni wkoll li l-villaġġ kellu toroq li kienu jisseparaw l-abitazzjonijiet.
Il-fortifikazzjonijiet fis-sit skavat instabu madwar ir-raħal u nbnew fid-direzzjonijiet kardinali kollha. Il-ħitan tal-forti issa huma viżibbli biss fix-xaqlibiet tat-Tramuntana, tal-Punent u tan-Nofsinhar tal-għolja, u n-naħa tal-Lvant għadha trid tiġi skavata. Il-fortifikazzjonijiet kienu jkopru erja ta' 15-il ettaru (37 akru), u l-ħitan inbnew b'ħxuna li tvarja, u kellhom daħliet għat-trasport u għall-aċċess, pereżempju tal-karovani tal-ħmir. Il-fortifikazzjonijiet spiss ġew mgħollija, kif wieħed jista' josserva mid-daħliet f'erba' livelli; l-iżjed daħla reċenti kellha żewġ ġebliet illostrati (ta' materjal fin) li kienu jirfdu daħla doppja ppuntata. Il-ħajt tal-Punent baqa' ppreservat sew għal tul ta' disa' metri (30 pied). It-toroq kienu orjentati mit-Tramuntana għan-Nofsinhar u kienu wesgħin 12-il metru (39 pied).
Kien hemm palazz fiċ-ċentru tal-għolja f'pożizzjoni strateġika li kien jikkonsisti minn diversi mħażen li ġew meqjusa bħala indikattivi tal-attività ekonomika matul il-perjodu ta' Dilmun. Tul it-toroq mill-palazz lejn it-Tramuntana, wieħed jasal f'daħla kbira li x'aktarx kienet id-daħla għat-territorju tal-palazz. Id-djar mudestri nbnew bl-istess daqs u tip ta' kostruzzjoni tul network ta' toroq.
Is-sit gawda prosperità sal-1800 Q.K. u mbagħad ġie abbandunat. Eventwalment, is-sit tgħatta bir-ramel mill-baħar.
Antikwarjat
L-artefatti tal-metall li nstabu fis-sit kienu limitati għal xi bċejjeċ tar-ram, għodod tas-sajd u ponta ta' lanza; ġie identifikat workshop ta' 525 metru (1,722 pied), fejn instabu żewġ forom fonduti tar-ram u xi forom tax-xama'. Ġew irkuprati wkoll għodod żgħar u kbar għad-dewbien tal-metall, b'kwantitajiet sostanzjali, li huma indikazzjoni tal-manifattura fuq skala kbira minn artiġjani professjonali. L-oġġetti tar-ram imbagħad kienu jiġu kkummerċjalizzati fil-pajjiżi tal-madwar bħall-Oman u l-. Mill-iskavi ġew irkuprati wkoll siġilli tal-kultura ta' Dilmun.
Barra minn hekk, ġew irkuprati diversi borom u reċipjenti. Il-borom kienu jintużaw għat-tisjir, filwaqt li r-reċipjenti l-kbar kienu jintużaw għall-importazzjoni tal-ikel mill-Oman u mill-Mesopotamja. Fost l-affarijiet instabu ematit u kitba kunejformi b'rabta mal-Mesopotamja; skutelli tal-istetit b'rabta mal-Oman; u żibeġ karneljani, piż tal-ġebel u ftit bċejjeċ tal-fuħħar b'rabta maċ-ċivilizzazzjoni tal-Indus.
Sit ta' Wirt Dinji
Qal'at al-Bahrain ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Gallerija
- Il-Forti tal-Bahrain.
- Garigor taraġ fil-forti.
- L-arkati fil-forti.
- Il-forti minn barra.
- Skavi arkeoloġiċi fis-sit.
- Fdalijiet tal-kultura ta' Dilmun fil-forti.
- Fdalijiet fil-forti.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Qal’at al-Bahrain – Ancient Harbour and Capital of Dilmun". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-25.
- ^ "Rapport Nru 1192 tal-UNESCO" (PDF).
- ^ Whelan, John (April 1983). Bahrain: a MEED practical guide. Middle East Economic Digest. pp. 17 et seqq. ISBN 978-0-9505211-7-6.
- ^ World and Its Peoples. Marshall Cavendish. September 2006. p. 42. ISBN 978-0-7614-7571-2.
- ^ Geoffrey Bibby, Looking for Dilmun, Knopf, New York, 1969, ISBN 9780394434001.
- ^ Potts, D. T. “Elamites and Kassites in the Persian Gulf.” Journal of Near Eastern Studies, vol. 65, no. 2, 2006, pp. 111-119.
- ^ Lombard, Pierre. "The French Archaeological Mission at Qal'at al-Bahrain, 1989-1994: Some results on Late Dilmun and later periods." Dilmun 16 (1996): 26-42.
- ^ André-Salvini, B., and P. Lombard. “La Découverte Épigraphique de 1995 à Qal’at al-Bahrein: Un Jalon Pour La Chronologie de La Phase Dilmoun Moyen Dans Le Golfe Arabe.” Proceedings of the Seminar for Arabian Studies, vol. 27, 1997, pp. 165–70.
- ^ Boucharlat, Rémy (1984). Arabie orientale, Mésopotamie et Iran méridional: de l'âge du fer au début de la période islamique. Éditions Recherche sur les civilisations. ISBN 9782865380770.
- ^ Højlund, Flemming. Qala'at al-Bahrain/2 The central monumental buildings. Aarhus Univ. Press, 1997.
- ^ Højlund, Flemming. "Qala'at al-Bahrain/volume 3 The Western and Southern city walls and other excavations." Qala'at al-Bahrain (2019).
- ^ Højlund, Flemming, and H. Hellmuth Andersen. "Qala'at Al-Bahrain./ 1 The Northern city wall and the Islamic fortress" Aarhus Aarhus Univ. Press 1994.
- ^ Khalifa, Haya Ali; Rice, Michael (1986). Bahrain through the ages: the archaeology. KPI. ISBN 978-0-7103-0112-3.
- ^ Dr Mike Hill. Wildlife of Bahrain. Miracle Graphics. pp. 92 et seqq. ISBN 978-99901-37-04-0.
- ^ The Report: Emerging Bahrain 2007. Oxford Business Group. 2007. pp. 158 et seqq. ISBN 978-1-902339-73-3.
- ^ Crawford, Harriet; Rice, Michael (1 December 2005). Traces of Paradise: The Archaeology of Bahrain, 2500 BC to 300 AD. I.B.Tauris. p. 222. ISBN 978-1-86064-742-0.
- ^ Harriet E. W. Crawford (12 July 2000). Traces of paradise: the archaeology of Bahrain 2500 BC-300 AD : an exhibition at the Brunei Gallery, Thornhaugh Street, London WC1, 12 July-15 September 2000. I.B. Tauris. pp. 59–62. ISBN 978-0-9538666-0-1.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Qal'at al Bahrain, X'inhi Qal'at al Bahrain? Xi tfisser Qal'at al Bahrain?
Qal at al Bahrain bl Għarbi قلعة البحرين bil Forte de Barem magħruf ukoll bħala l Forti tal Bahrain jew il Forti Portugiz huwa sit arkeoloġiku li jinsab fil Bahrain Mill iskavi arkeoloġiċi li saru mill 1954 ġew zvelati antikitajiet minn tumbata artifiċjali għolja madwar 12 il metru 39 pied li kien fiha seba saffi stratifikati li nħolqot minn diversi okkupanti mill 2300 Q K sas seklu 18 inkluz il Kassiti il Griegi il Portugizi u l Persjani Fl imgħoddi is sit kien il belt kapitali taċ ċivilizzazzjoni ta Dilmun u tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2005 Qal at al Bahrain Storja u esplorazzjonijietIs sejbiet arkeoloġiċi skavati fil forti joħorġu fid dieher ħafna aspetti dwar l istorja tal pajjiz Huwa maħsub li l inħawi ġew okkupati għal madwar 5 000 sena u l fdalijiet jagħtu ħjiel siewi dwar Zmien ir Ram u Zmien il Bronz fil Bahrain L ewwel Forti tal Bahrain inbena madwar 3 000 sena ilu fuq l għolja tal Grigal tal gzira tal Bahrain Il forti attwali jmur lura għas seklu 6 W K Is sit kien il belt kapitali taċ ċivilizzazzjoni ta Dilmun li skont il Ġrajja Epika ta Gilgamesh kienet l art tal immortalita il post anċestrali tas u punt ta lqugħ tal allat Is sit għandu erja ta 17 5 il ettaru u ġie deskritt bħala l izjed sit tal qedem importanti fil Bahrain L ewwel skavi fis sit saru minn spedizzjoni arkeoloġika Daniza mmexxija minn bejn l 1954 u l 1972 fis isem il Muzew Preistoriku ta Moesgaard Instabu ftit tavli kunejformi mhux datati izda x aktarx ta zmien il Kassiti Mill bidu tas snin 70 tas seklu 20 bdiet taħdem fis sit spedizzjoni Franċiza miċ Ċentru Nazzjonali għar Riċerka Xjentifika u nstabu madwar 50 tavla Tlieta minnhom ġew datati li jmorru lura għar renju ta re Kassit imsejjaħ Agum x aktarx Mill 1987 arkeologi Danizi u tal Bahrain wettqu skavi oħra fis sit L ispedizzjoni Daniza zvelat li s sit kien ukoll sit Ellenistiku notevoli DeskrizzjoniIl forti għall ħabta tal 1870 Qal at al Bahrain huwa forti mibni fuq għolja fuq il gzira tal Bahrain mal kosta tat Tramuntana F jum bnazzi wieħed jista jarah saħansitra minn Saar Donnu joqgħod għassa qrib Manama il belt kapitali attwali tal Bahrain preċizament 6 kilometri 4 mili il bogħod minn Manama mal kosta għammiela tat Tramuntana Il forti huwa l ikbar wieħed fir reġjun tal Golf Persjan u nbena qrib il port permezz tar reklamazzjoni tal art mill baħar L ispedizzjoni arkeoloġika Daniza mmexxija minn Geoffrey Bibby fis sit skavat tal Forti tal Bahrain fis snin 50 tas seklu 20 Qal at al Bahrain jinsab fuq għolja tipika tumbata artifiċjali maħluqa minn bosta saffi suċċessivi ta okkupazzjoni umana L istrati huma mifruxa fuq erja ta 180 000 pied kwadru 16 723 m2 Dawn huma xhieda tal prezenza umana kontinwa mill ħabta tal 2300 Q K sas seklu 16 W K Madwar 25 tas sit ġie skavat u ġew zvelati tipi ta strutturi differenti residenzjali pubbliċi kummerċjali reliġjuzi u militari Dawn jixhdu l importanza tas sit bħala port kummerċjali matul is sekli Fil quċċata tat tumbata għolja 12 il metru 39 pied hemm il Forti Portugiz Qal at al Burtughal Peress li s sit kien il belt kapitali taċ ċivilizzazzjoni ta Dilmun fih l izjed fdalijiet rikki ta din iċ ċivilizzazzjoni li qabel is sejba tagħhom kienu magħrufa biss minn referenzi Sumeri bil miktub Is sit fih bosta zoni u ħitan inkluz in nekropoli ta Saar in nekropoli ta Al Hajjar il Palazz tal Kassiti in nekropoli ta Madimat Hermand in nekropoli ta Madimat Isa in nekropoli ta Al Maqsha il Palazz ta Uperi in nekropoli ta Shakhura u s swar tat Tramuntana Il fdalijiet ta Zmien ir Ram jikkonsistu minn zewġ sezzjonijiet tal fortifikazzjonijiet madwar it toroq u d djar u binja kolossali fit tarf tal ħandaq tal Forti Portugiz fiċ ċentru Il bċejjeċ tal fuħħar Berberi ġew zvelati minn madwar il ħitan tal binja ċentrali u jmorru lura għall istess zmien tat tempji Berberi għalkemm uħud mill bċejjeċ l oħra tal fuħħar u firxa ta artefatti oħra li għadhom ma ġewx zvelati jindikaw li jmorru lura għal qabel it tempji x aktarx għat 3000 Q K jew wara Fdalijiet tar ram u tal avorju jagħtu ħjiel dwar ir rabtiet kummerċjali tal qedem Fis sit instabu ħafna reċipjegnti u mill iskavi Danizi tal inħawi tal Palazz ta Uperi ġew zvelati skutelli tas sriep sarkofagi siġilli u mera fost affarijiet oħra KonfigurazzjoniL iskavi fl għolja tal forti zvelaw insedjament zgħir l unika wieħed ta dak il perjodu fil Lvant tal Arabja fuq in naħa tat Tramuntana tagħha Huwa maħsub li l villaġġ kien ġie insedjat mill poplu li zviluppa l agrikoltura qrib l oazi ħawwel is siġar tal palm rabba l bhejjem in nagħaġ u l mogħoz u saħansitra beda jistad fil Baħar tal Arabja Id djar zgħar li bena kienu magħmula mill ġebel mhux maħdum flimkien mat tafal jew it tkaħħil L artijiet bil ġibs fid djar jingħad li kienu spazjuzi L iskavi wasslu għall konkluzjoni wkoll li l villaġġ kellu toroq li kienu jisseparaw l abitazzjonijiet Il fortifikazzjonijiet fis sit skavat instabu madwar ir raħal u nbnew fid direzzjonijiet kardinali kollha Il ħitan tal forti issa huma vizibbli biss fix xaqlibiet tat Tramuntana tal Punent u tan Nofsinhar tal għolja u n naħa tal Lvant għadha trid tiġi skavata Il fortifikazzjonijiet kienu jkopru erja ta 15 il ettaru 37 akru u l ħitan inbnew b ħxuna li tvarja u kellhom daħliet għat trasport u għall aċċess perezempju tal karovani tal ħmir Il fortifikazzjonijiet spiss ġew mgħollija kif wieħed jista josserva mid daħliet f erba livelli l izjed daħla reċenti kellha zewġ ġebliet illostrati ta materjal fin li kienu jirfdu daħla doppja ppuntata Il ħajt tal Punent baqa ppreservat sew għal tul ta disa metri 30 pied It toroq kienu orjentati mit Tramuntana għan Nofsinhar u kienu wesgħin 12 il metru 39 pied Kien hemm palazz fiċ ċentru tal għolja f pozizzjoni strateġika li kien jikkonsisti minn diversi mħazen li ġew meqjusa bħala indikattivi tal attivita ekonomika matul il perjodu ta Dilmun Tul it toroq mill palazz lejn it Tramuntana wieħed jasal f daħla kbira li x aktarx kienet id daħla għat territorju tal palazz Id djar mudestri nbnew bl istess daqs u tip ta kostruzzjoni tul network ta toroq Is sit gawda prosperita sal 1800 Q K u mbagħad ġie abbandunat Eventwalment is sit tgħatta bir ramel mill baħar AntikwarjatL artefatti tal metall li nstabu fis sit kienu limitati għal xi bċejjeċ tar ram għodod tas sajd u ponta ta lanza ġie identifikat workshop ta 525 metru 1 722 pied fejn instabu zewġ forom fonduti tar ram u xi forom tax xama Ġew irkuprati wkoll għodod zgħar u kbar għad dewbien tal metall b kwantitajiet sostanzjali li huma indikazzjoni tal manifattura fuq skala kbira minn artiġjani professjonali L oġġetti tar ram imbagħad kienu jiġu kkummerċjalizzati fil pajjizi tal madwar bħall Oman u l Mill iskavi ġew irkuprati wkoll siġilli tal kultura ta Dilmun Barra minn hekk ġew irkuprati diversi borom u reċipjenti Il borom kienu jintuzaw għat tisjir filwaqt li r reċipjenti l kbar kienu jintuzaw għall importazzjoni tal ikel mill Oman u mill Mesopotamja Fost l affarijiet instabu ematit u kitba kunejformi b rabta mal Mesopotamja skutelli tal istetit b rabta mal Oman u zibeġ karneljani piz tal ġebel u ftit bċejjeċ tal fuħħar b rabta maċ ċivilizzazzjoni tal Indus Sit ta Wirt DinjiVeduta panoramika tal forti Qal at al Bahrain ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2005 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem GallerijaIl Forti tal Bahrain Garigor taraġ fil forti L arkati fil forti Il forti minn barra Skavi arkeoloġiċi fis sit Fdalijiet tal kultura ta Dilmun fil forti Fdalijiet fil forti Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Qal at al Bahrain Ancient Harbour and Capital of Dilmun UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 25 Rapport Nru 1192 tal UNESCO PDF Whelan John April 1983 Bahrain a MEED practical guide Middle East Economic Digest pp 17 et seqq ISBN 978 0 9505211 7 6 World and Its Peoples Marshall Cavendish September 2006 p 42 ISBN 978 0 7614 7571 2 Geoffrey Bibby Looking for Dilmun Knopf New York 1969 ISBN 9780394434001 Potts D T Elamites and Kassites in the Persian Gulf Journal of Near Eastern Studies vol 65 no 2 2006 pp 111 119 Lombard Pierre The French Archaeological Mission at Qal at al Bahrain 1989 1994 Some results on Late Dilmun and later periods Dilmun 16 1996 26 42 Andre Salvini B and P Lombard La Decouverte Epigraphique de 1995 a Qal at al Bahrein Un Jalon Pour La Chronologie de La Phase Dilmoun Moyen Dans Le Golfe Arabe Proceedings of the Seminar for Arabian Studies vol 27 1997 pp 165 70 Boucharlat Remy 1984 Arabie orientale Mesopotamie et Iran meridional de l age du fer au debut de la periode islamique Editions Recherche sur les civilisations ISBN 9782865380770 Hojlund Flemming Qala at al Bahrain 2 The central monumental buildings Aarhus Univ Press 1997 Hojlund Flemming Qala at al Bahrain volume 3 The Western and Southern city walls and other excavations Qala at al Bahrain 2019 Hojlund Flemming and H Hellmuth Andersen Qala at Al Bahrain 1 The Northern city wall and the Islamic fortress Aarhus Aarhus Univ Press 1994 Khalifa Haya Ali Rice Michael 1986 Bahrain through the ages the archaeology KPI ISBN 978 0 7103 0112 3 Dr Mike Hill Wildlife of Bahrain Miracle Graphics pp 92 et seqq ISBN 978 99901 37 04 0 The Report Emerging Bahrain 2007 Oxford Business Group 2007 pp 158 et seqq ISBN 978 1 902339 73 3 Crawford Harriet Rice Michael 1 December 2005 Traces of Paradise The Archaeology of Bahrain 2500 BC to 300 AD I B Tauris p 222 ISBN 978 1 86064 742 0 Harriet E W Crawford 12 July 2000 Traces of paradise the archaeology of Bahrain 2500 BC 300 AD an exhibition at the Brunei Gallery Thornhaugh Street London WC1 12 July 15 September 2000 I B Tauris pp 59 62 ISBN 978 0 9538666 0 1