Rużar Briffa 1906 1963 kien poeta u Malti daqskemm figura ewlenija fil letteratura Maltija Rużar BriffaRużar BriffaĦajja
Rużar Briffa

Rużar Briffa (1906 - 1963) kien poeta u Malti daqskemm figura ewlenija fil-letteratura Maltija.
Rużar Briffa | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 16 Jannar 1906 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta |
Mewt | Valletta, 22 Frar 1963 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Malta |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | poeta |
Studja fl-iskola elementari tal-Gvern f’Sant’ Iermu u l-Liċeo tal-Belt u wara li għadda mill-eżamijiet tal-Matrikola, fl-1923 beda jgħallem fl-iskejjel elementari. Kellu jkun l-ewwel għalliem bil-matrikola fid-Dipartiment.
Tabib u Dermatologu
Ftit xhur wara, fl-1924, beda l-istudju tiegħu fil-mediċina, fl-Università ta’ Malta u ssoktah f’Londra fil-Venereoloġija u d-Dermatoloġija. Fl-1932 sar speċjalista tal-mard tal-ġilda. Baqa’ magħruf għall-umiltà u l-qalb kbira li wera mal-morda, speċjalment mal-lebbrużi. Skont martu Louisette, ix-xewqa tiegħu fil-professjoni medika kienet li jkabbar il-ġmiel fil-ġilda u jnaqqas il-kruha tagħha, u dan l-aspett jixref sikwit fil-versi tiegħu, tant li fi żmienu kien magħruf bħala l-Poeta tas-Sbuħija.
Lura f’Malta, Briffa nħatar tabib anzjan fis-sezzjoni tal-mard tal-ġilda fl-Isptar Ċentrali. Kien ukoll speċjalista tal-marda tal-lebbra fl-Isptar San Bartilmew fl-Imgieret u fl-Isptar Chambray ta’ Għawdex. Matul il-pesta li kellna f’Malta fis-snin 1936-37, Ruzar kien jaħdem fl-Isptar ta’ Lazzarett f’Manoel Island. Fl-1938 kien mar fil-Lvant Imbiegħed fejn ħadem u studja fi sptarijiet f’Kalkutta, Gobra, Bankura u Madras.
Matul il-gwerra, meta kien mar joqgħod San Giljan, Rużar kien speċjalista onorarju tad-dermatoloġija fil-Malta War Memorial Hospital for Children. Tul l-istess żmien kien ukoll Supretendent fl-Isptar Blue Sisters. Bejn is-snin 1951 u 1963, Rużar kien jgħallem id-dermatoloġija u l-veneoroloġija fl-Università ta’ Malta.
L-Għaqda tal-Malti
Flimkien ma’ sieħbu Ġużè Bonnici, fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti – Università, li għadha attiva sal-lum, u beda joħroġ ir-rivista Leħen il-Malti.
Poeta
- "Qatt ma kelli l-ħsieb li nistampa dawn il-poeżiji fi ktieb. Uħud minnhom ktibthom fi żmien ta’ dwejjaq kbar, oħrajn ta’ ferħ. U ktibthom għalija…."
Dan kien kliem il-poeta nnifsu li deher fl-ewwel ġabra ta’ poeżiji li ppubblika bl-isem Poeżiji fl-1971 grazzi għall-insistenza tat-tieni mara tiegħu Louisette u ta’ ħabibu P. Valentin Barbara. Il-biċċa l-kbira tal-poeżiji tiegħu kitibhom fuq folji maqtugħa ta’ xi ktejjeb tal-but jew fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ pakketti vojta tas-sigaretti. Oħrajn kitibhom fuq karti tar-riċetti mediċi, fuq boroż, insomma, fuq kulma kien jiġi għal idejh f’waqt ta’ muża.
Rużar Briffa baqa’ magħruf bħala l-poeta taċ-ċokon u tas-sempliċità. Għalkemm kiteb ftit, Briffa kien apprezzat fit-tul minn diversi kritiċi letterarji. Bosta kitbu fuqu. Dawn huma xi kummenti li hu nnifsu għadda fuq il-poeżija bħala interpretazzjoni individwali u bħala espressjoni artistika, universali:
- "Il-poeżiji tiegħi la huma ġrajjiet kbar, la ħsibijiet profondi fuq il-Ħajja u lanqas xewqat għolja ta’ Dinja oħra. Huma biss impressjonijiet, biex ngħid hekk ‘snapshots’ tal-ħajja ta’ kuljum kif tħosshom qalbi. Anki s-‘snapshot’ għandu l-qawwa tiegħu għax ħafna drabi fiċ-ċokon tiegħu jiġbor irqaqat li f’ritratt kbir kienu jitilfu mir-reqqa tagħhom ... jiena wkoll inħoss li l-poeżiji tiegħi għandhom il-qawwa tas-sempliċità."
- "Ma ktibtx għall-fama. Il-Poeżija għalija xejn ma hi ħaġa ta’ gost imma aktarx ta’ tbatija kbira."
- "Jolqotni ħsieb u jdum iberren f’moħħi għal xhur sħaħ – xi drabi għal snin. Imbagħad f’daqqa jtini ferħ ta’ ġenn. Inkun fejn inkun ikolli nieħu lapis u karta u f’temp ta’ minuta toħroġ weħidha l-poeżija. Ebda poeżija ma ħaditli iżjed minn ħames minuti biex niktibha."
- "l-poeżija m’għandhiex tfittex ħlief li tilħaq il-qalb tal-qalb tal-bniedem, u jekk anki jirnexxilha tagħmel dan darba biss, allura l-poeżija tkun laħqet l-aqwa tagħha."
Poeżiji tiegħu
Jum ir-Rebħ
- U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!
- Miskin min ikasbarni, - miskin min jidħak bija!”
- U l-Kotra għanniet f’daqqa – u semmgħet ma’ l-irjieħ
- L-Innu ta’ Malta tagħna, – u l-leħen kien rebbieħ,
- Fuq ngħas l-imgħoddi ġwejjef, – in-ngħas ta’ l-Apatija
- Xħin ruħna kienet rieqda – ġo sodda barranija;
- U l-ombra ta’ Vassalli – qamet minn qiegħ il-qabar,
- U għajtet: “Issa fl-aħħar – jiena se nsib is-sabar.”
Dawn il-versi jalludu għall-protesta li kienet saret fl-Empire Stadium mis-sapporters Maltin fit-2 ta’ Marzu, 1945 qabel ma bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u t-tim Jugoslav, Hadjuk ta' Split (Hrvatski nogometni klub Hajduk Split), li dik il-ħabta kien magħruf mad-dinja kollha. L-King’s Own Band daqqew kemm l-innu nazzjonali Jugoslav u kemm il-God Save the King, mingħajr ma daqqew l-Innu Malti. Il-folla maqrusa fil-laħam il-ħaj qamet bil-wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il-versi ta’ Dun Karm fuq mużika ta’ Dr . Dan il-waqt emozzjonanti ferm li kien baqa’ fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ, tpenġa permezz tal-kelma minn Rużar Briffa fil-poeżija t’hawn fuq. F`din il-poezija jidher is-sens qawwi ta` patrijotizmu tal-Maltin li qamu mill-apatija li kien fiha taht hakmiet barannin.
Lil Ommi
- Bennini ħa norqod,
- Benninni bil-ħlewwa,
- Kull diqa nessini,
- Nessini kull dnewwa;
- benninni bil-lajma
- ta’ leħnek jirtogħod,
- benninni, benninni,
- hekk, hekka, bil-mod.
- Aħbili li hemm barra
- Qed jokrob ir-riħ,
- bħal ruħ qiegħda tfittex,
- għalxejn il-mistrieħ.
- Benninni, benninni,
- nessini kull dieqa,
- benninni, bħal meta
- kont ċkejken fin-nieqa,
- u l-għanja tennili
- – il-għanja ta’ dari –
- tat-tfajjel imqareb
- mitluf ġewwa x-xagħri:
- “Iżd’ommu wisq talbet
- lit-twajjeb Bambin,
- u Dan it-triq sablu,
- għaliex hu ħanin.”
- Jien ġrali bħat-tfajjel,
- tbegħidt wisq mid-dar,
- u kollox sibt hieni,
- sakemm il-lejl sar,
- u nfirxet ir-reżħa
- u d-dlam fuq ix-xagħri,
- u sfajt għajjien mejjet,
- imriegħex minn dwari.
- Fejn taf, għażiż’ommi,
- kemm ra l-iben tiegħek
- minn xħin telaq daru
- u nfired minn miegħek!
- Benninni, benninni,
- fissidni bħal dari …
- hekk … hekk … iva, daħhal
- subgħajk ġewwa xagħri;
- W għannili, bil-ħlewwa,
- il-għanja tas-sewwa.
Hawn jinħass il-poeta introvers li bil-lirika tiegħu fassal il-pedament tal-poeżija moderna Maltija
L-Għanja tal-Imnikket
O Madonna tad-Duluri,
Mhux il-ward
Jiena fittixt ħa nsebbaħ darek
U nfewwaħlek lil altarek,
Imma x-xewk minn qalb ix-xagħri
U għollieq, marrâd, musfari,
O Madonna tad-Duluri,
Dana biss!
O Madonna tad-Duluri,
l-oħrajn ġew
U bid-deheb għammru lil darek,
U bil-ħaġar sawru altarek –
Jiena biss kont il-barrani
Mingħajr ward u deheb il-għani,
Jiena biss!
O Madonna tad-Duluri,
Ma stmerrejtx
Int l-imnikket ġewwa darek,
‘Ma tbissimt minn fuq altarek,
Kollok ħlewwa, kollok ħniena,
Serraħt Int lill-qalb għajjiena.
Inti biss!
Nofsinhar Sajfi
Barra bis-sħana qiegħda mgħaxxa l-ħajja
Taħt xemx li tikwi - l-eħrex xemx sajfija -
U kollox ħiemed, bħallikieku l-ġrajja
Waqfu tal-jum, imbikkma minn did-dija.
Fuq għolja bżar, żunżan bil-qtajja’qtajja’
Irewwaħ ġewnħu; joħroġ mill-ħamrija
ħanfus sewdieni, bl-akbar skiet jissajja
ħa jsib il-qmuħ imxerrda fil-mogħdija.
Ħiemed il-mewġ jitniegħes ġewwa l-qala;
il bogħod ‘il bogħod jitriegħex qlugħ bajdani
bil-mod il-mod, u donnu le jaf l-għala.
Hekk bla taf l-għala tħoss il-qalb tixxabba’
Minn kulm’hu dwarha, tikbi lill-warrani,
U mdejqa tnin, bix-xewqa tal-imħabba.
Quo Vadis?
Weħidha,
fuq l-għolja ġeblija,
imbiegħda mill-bqija ta’ ħutha
fil-qalb ħadranija
tal-wied,
ix-xwejħa ħarruba
magħtuba
mit-toqol tas-snin
qed tħares madwarha
ħa tara
il-għaġla tan-nies għaddejjin
...U taħseb:
kemm huma mgħaġġlin,
fejn huma sejrin
għal dejjem bla sabar
min-nieqa sal-qabar
dal-ħalja bnedmin?
Fejn huma l-għeruq?
Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ?
Qatt lilhom ma tlajjem is-sħana tax-xemx?
Għaliex ftit mistrieħ
għalihom ma hemmx,
u l-lehma biss tagħhom
il-ħajja tas-suq?
Waħdi
Waħdi tlajt
l-għoljiet xemxija
taż-żgħorija;
ħadd ma qalli
x’għandi nsib …
bogħod … jew qrib …
Waħdi sibtha l-lehma tiegħi
dak in-nhar li tgħannqet miegħi
is-Sbuħija!
Lejl u nhar,
Ġunju Frar
kollox xorta mingħalija,
basta l-ħajja dejjem ħajja.
Hekk għaddew
leħħu ntfew
l-isbaħ snin,
minn ġuf dinja qerredija
misruqin.
‘Mma fil-ħarba ta’ snin twal
tbiddlu d-dwal
kollox jagħti fis-sewdieni
aktarx tinsa l-lewn ewlieni
'Mma s-Sbuħija għadha miegħi
taqsam ferħ u dwejjaq tiegħi
Għadni dejjem, dejjem jien,
anke jekk kiebi u għajjien:
il-poeta taż-Żgħorija
il-poeta tas-Sbuħija.
Minn kull ma ħlomt f'żgħożiti
Minn kull ma ħlomt f'żgħożiti,
Infittex kollox baħħ.
Il-qalb xiħa w għajjiena
Ma tafx tgħid ħlief "aħħ".
Li ħlomt kien kollu ħolma,
Li għext kien ħajja biss.
Aħ kieku t-tnejn ingħaqdu,
Il-qamar kont immiss.
Issa qasira l-ħajja,
U l-ħolm duħħan itir........
Il-Ballatella tal-Funtana
Din kienet l-aħħar poeżija li kiteb.
U qniepen, qniepen, qniepen,
Qniepen viċin, ’il bogħod,
Leħinkom f’dell l-għaxija
Minn fomm il-għajn jirtogħod.
Funtana misterjuża
Ta’ ħolm u ta’ xewqat.
għanjiet ta’ żmien warrani
Fit-tempju ilhom mitfija;
Imma llum minn ġol-Funtana
Mill-ġdid il-liturġija.
Funtana misterjuża
Ta’ ħolm u ta’ xewqat.
Bakkan fiċ-ċimiterji,
Fis-sħarijiet tal-qamar,
U żfin minn dlam l-alkovi;
Titniegħed l-għajn bla sabar.
Funtana misterjuża
Ta’ ħolm u ta’ xewqat.
Mewt
Rużar Briffa miet nhar it-22 ta’ Frar, 1963. Il-bijografija sħiħa tiegħu dehret fl-1984 f'xogħol tal-Professur Oliver Friggieri.
Ħoloq Esterni
- L-Akkademja tal-Malti: Bijografiji
- Dokumentarju qasir fuq Rużar Briffa fis-Sensiela Tikka
- Il-Poeżiji ta' Briffa fuq CD-Rom
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Rużar Briffa, X'inhi Rużar Briffa? Xi tfisser Rużar Briffa?
Ruzar Briffa 1906 1963 kien poeta u Malti daqskemm figura ewlenija fil letteratura Maltija Ruzar BriffaRuzar BriffaĦajjaTwelid Valletta 16 Jannar 1906Nazzjonalita Kolonja ta MaltaMewt Valletta 22 Frar 1963Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta Studja fl iskola elementari tal Gvern f Sant Iermu u l Liċeo tal Belt u wara li għadda mill ezamijiet tal Matrikola fl 1923 beda jgħallem fl iskejjel elementari Kellu jkun l ewwel għalliem bil matrikola fid Dipartiment Tabib u DermatologuFtit xhur wara fl 1924 beda l istudju tiegħu fil mediċina fl Universita ta Malta u ssoktah f Londra fil Venereoloġija u d Dermatoloġija Fl 1932 sar speċjalista tal mard tal ġilda Baqa magħruf għall umilta u l qalb kbira li wera mal morda speċjalment mal lebbruzi Skont martu Louisette ix xewqa tiegħu fil professjoni medika kienet li jkabbar il ġmiel fil ġilda u jnaqqas il kruha tagħha u dan l aspett jixref sikwit fil versi tiegħu tant li fi zmienu kien magħruf bħala l Poeta tas Sbuħija Lura f Malta Briffa nħatar tabib anzjan fis sezzjoni tal mard tal ġilda fl Isptar Ċentrali Kien ukoll speċjalista tal marda tal lebbra fl Isptar San Bartilmew fl Imgieret u fl Isptar Chambray ta Għawdex Matul il pesta li kellna f Malta fis snin 1936 37 Ruzar kien jaħdem fl Isptar ta Lazzarett f Manoel Island Fl 1938 kien mar fil Lvant Imbiegħed fejn ħadem u studja fi sptarijiet f Kalkutta Gobra Bankura u Madras Matul il gwerra meta kien mar joqgħod San Giljan Ruzar kien speċjalista onorarju tad dermatoloġija fil Malta War Memorial Hospital for Children Tul l istess zmien kien ukoll Supretendent fl Isptar Blue Sisters Bejn is snin 1951 u 1963 Ruzar kien jgħallem id dermatoloġija u l veneoroloġija fl Universita ta Malta L Għaqda tal MaltiFlimkien ma sieħbu Ġuze Bonnici fl 1931 waqqaf l Għaqda tal Malti Universita li għadha attiva sal lum u beda joħroġ ir rivista Leħen il Malti Poeta Qatt ma kelli l ħsieb li nistampa dawn il poeziji fi ktieb Uħud minnhom ktibthom fi zmien ta dwejjaq kbar oħrajn ta ferħ U ktibthom għalija Dan kien kliem il poeta nnifsu li deher fl ewwel ġabra ta poeziji li ppubblika bl isem Poeziji fl 1971 grazzi għall insistenza tat tieni mara tiegħu Louisette u ta ħabibu P Valentin Barbara Il biċċa l kbira tal poeziji tiegħu kitibhom fuq folji maqtugħa ta xi ktejjeb tal but jew fuq in naħa ta ġewwa ta pakketti vojta tas sigaretti Oħrajn kitibhom fuq karti tar riċetti mediċi fuq boroz insomma fuq kulma kien jiġi għal idejh f waqt ta muza Ruzar Briffa baqa magħruf bħala l poeta taċ ċokon u tas sempliċita Għalkemm kiteb ftit Briffa kien apprezzat fit tul minn diversi kritiċi letterarji Bosta kitbu fuqu Dawn huma xi kummenti li hu nnifsu għadda fuq il poezija bħala interpretazzjoni individwali u bħala espressjoni artistika universali Il poeziji tiegħi la huma ġrajjiet kbar la ħsibijiet profondi fuq il Ħajja u lanqas xewqat għolja ta Dinja oħra Huma biss impressjonijiet biex ngħid hekk snapshots tal ħajja ta kuljum kif tħosshom qalbi Anki s snapshot għandu l qawwa tiegħu għax ħafna drabi fiċ ċokon tiegħu jiġbor irqaqat li f ritratt kbir kienu jitilfu mir reqqa tagħhom jiena wkoll inħoss li l poeziji tiegħi għandhom il qawwa tas sempliċita Ma ktibtx għall fama Il Poezija għalija xejn ma hi ħaġa ta gost imma aktarx ta tbatija kbira Jolqotni ħsieb u jdum iberren f moħħi għal xhur sħaħ xi drabi għal snin Imbagħad f daqqa jtini ferħ ta ġenn Inkun fejn inkun ikolli nieħu lapis u karta u f temp ta minuta toħroġ weħidha l poezija Ebda poezija ma ħaditli izjed minn ħames minuti biex niktibha l poezija m għandhiex tfittex ħlief li tilħaq il qalb tal qalb tal bniedem u jekk anki jirnexxilha tagħmel dan darba biss allura l poezija tkun laħqet l aqwa tagħha Poeziji tiegħuJum ir Rebħ U l Kotra qamet f daqqa u għajtet Jien Maltija Miskin min ikasbarni miskin min jidħak bija U l Kotra għanniet f daqqa u semmgħet ma l irjieħ L Innu ta Malta tagħna u l leħen kien rebbieħ Fuq ngħas l imgħoddi ġwejjef in ngħas ta l Apatija Xħin ruħna kienet rieqda ġo sodda barranija U l ombra ta Vassalli qamet minn qiegħ il qabar U għajtet Issa fl aħħar jiena se nsib is sabar Dawn il versi jalludu għall protesta li kienet saret fl Empire Stadium mis sapporters Maltin fit 2 ta Marzu 1945 qabel ma bdiet il logħba ta ħbiberija bejn Malta u t tim Jugoslav Hadjuk ta Split Hrvatski nogometni klub Hajduk Split li dik il ħabta kien magħruf mad dinja kollha L King s Own Band daqqew kemm l innu nazzjonali Jugoslav u kemm il God Save the King mingħajr ma daqqew l Innu Malti Il folla maqrusa fil laħam il ħaj qamet bil wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il versi ta Dun Karm fuq muzika ta Dr Dan il waqt emozzjonanti ferm li kien baqa fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ tpenġa permezz tal kelma minn Ruzar Briffa fil poezija t hawn fuq F din il poezija jidher is sens qawwi ta patrijotizmu tal Maltin li qamu mill apatija li kien fiha taht hakmiet barannin Lil Ommi Bennini ħa norqod Benninni bil ħlewwa Kull diqa nessini Nessini kull dnewwa benninni bil lajma ta leħnek jirtogħod benninni benninni hekk hekka bil mod Aħbili li hemm barra Qed jokrob ir riħ bħal ruħ qiegħda tfittex għalxejn il mistrieħ Benninni benninni nessini kull dieqa benninni bħal meta kont ċkejken fin nieqa u l għanja tennili il għanja ta dari tat tfajjel imqareb mitluf ġewwa x xagħri Izd ommu wisq talbet lit twajjeb Bambin u Dan it triq sablu għaliex hu ħanin Jien ġrali bħat tfajjel tbegħidt wisq mid dar u kollox sibt hieni sakemm il lejl sar u nfirxet ir rezħa u d dlam fuq ix xagħri u sfajt għajjien mejjet imriegħex minn dwari Fejn taf għaziz ommi kemm ra l iben tiegħek minn xħin telaq daru u nfired minn miegħek Benninni benninni fissidni bħal dari hekk hekk iva daħhal subgħajk ġewwa xagħri W għannili bil ħlewwa il għanja tas sewwa Hawn jinħass il poeta introvers li bil lirika tiegħu fassal il pedament tal poezija moderna Maltija L Għanja tal Imnikket O Madonna tad Duluri Mhux il ward Jiena fittixt ħa nsebbaħ darek U nfewwaħlek lil altarek Imma x xewk minn qalb ix xagħri U għollieq marrad musfari O Madonna tad Duluri Dana biss O Madonna tad Duluri l oħrajn ġew U bid deheb għammru lil darek U bil ħaġar sawru altarek Jiena biss kont il barrani Mingħajr ward u deheb il għani Jiena biss O Madonna tad Duluri Ma stmerrejtx Int l imnikket ġewwa darek Ma tbissimt minn fuq altarek Kollok ħlewwa kollok ħniena Serraħt Int lill qalb għajjiena Inti biss Nofsinhar Sajfi Barra bis sħana qiegħda mgħaxxa l ħajja Taħt xemx li tikwi l eħrex xemx sajfija U kollox ħiemed bħallikieku l ġrajja Waqfu tal jum imbikkma minn did dija Fuq għolja bzar zunzan bil qtajja qtajja Irewwaħ ġewnħu joħroġ mill ħamrija ħanfus sewdieni bl akbar skiet jissajja ħa jsib il qmuħ imxerrda fil mogħdija Ħiemed il mewġ jitniegħes ġewwa l qala il bogħod il bogħod jitriegħex qlugħ bajdani bil mod il mod u donnu le jaf l għala Hekk bla taf l għala tħoss il qalb tixxabba Minn kulm hu dwarha tikbi lill warrani U mdejqa tnin bix xewqa tal imħabba Quo Vadis Weħidha fuq l għolja ġeblija imbiegħda mill bqija ta ħutha fil qalb ħadranija tal wied ix xwejħa ħarruba magħtuba mit toqol tas snin qed tħares madwarha ħa tara il għaġla tan nies għaddejjin U taħseb kemm huma mgħaġġlin fejn huma sejrin għal dejjem bla sabar min nieqa sal qabar dal ħalja bnedmin Fejn huma l għeruq Qatt lilhom ma trazzan il bewsa tar riħ Qatt lilhom ma tlajjem is sħana tax xemx Għaliex ftit mistrieħ għalihom ma hemmx u l lehma biss tagħhom il ħajja tas suq Waħdi Waħdi tlajt l għoljiet xemxija taz zgħorija ħadd ma qalli x għandi nsib bogħod jew qrib Waħdi sibtha l lehma tiegħi dak in nhar li tgħannqet miegħi is Sbuħija Lejl u nhar Ġunju Frar kollox xorta mingħalija basta l ħajja dejjem ħajja Hekk għaddew leħħu ntfew l isbaħ snin minn ġuf dinja qerredija misruqin Mma fil ħarba ta snin twal tbiddlu d dwal kollox jagħti fis sewdieni aktarx tinsa l lewn ewlieni Mma s Sbuħija għadha miegħi taqsam ferħ u dwejjaq tiegħi Għadni dejjem dejjem jien anke jekk kiebi u għajjien il poeta taz Zgħorija il poeta tas Sbuħija Minn kull ma ħlomt f zgħoziti Minn kull ma ħlomt f zgħoziti Infittex kollox baħħ Il qalb xiħa w għajjiena Ma tafx tgħid ħlief aħħ Li ħlomt kien kollu ħolma Li għext kien ħajja biss Aħ kieku t tnejn ingħaqdu Il qamar kont immiss Issa qasira l ħajja U l ħolm duħħan itir Il Ballatella tal Funtana Din kienet l aħħar poezija li kiteb U qniepen qniepen qniepen Qniepen viċin il bogħod Leħinkom f dell l għaxija Minn fomm il għajn jirtogħod Funtana misterjuza Ta ħolm u ta xewqat għanjiet ta zmien warrani Fit tempju ilhom mitfija Imma llum minn ġol Funtana Mill ġdid il liturġija Funtana misterjuza Ta ħolm u ta xewqat Bakkan fiċ ċimiterji Fis sħarijiet tal qamar U zfin minn dlam l alkovi Titniegħed l għajn bla sabar Funtana misterjuza Ta ħolm u ta xewqat MewtRuzar Briffa miet nhar it 22 ta Frar 1963 Il bijografija sħiħa tiegħu dehret fl 1984 f xogħol tal Professur Oliver Friggieri Ħoloq EsterniL Akkademja tal Malti Bijografiji Dokumentarju qasir fuq Ruzar Briffa fis Sensiela Tikka Il Poeziji ta Briffa fuq CD Rom