San Miguel de Allende pronunzja bl Ispanjol san mi ɣel de a ʎende hija l belt prinċipali fil muniċipalità ta San Miguel
San Miguel de Allende

San Miguel de Allende (pronunzja bl-Ispanjol: [san mi'ɣel de a'ʎende]) hija l-belt prinċipali fil-muniċipalità ta' San Miguel de Allende, li tinsab fil-parti estrema tal-Lvant ta' Guanajuato, il-Messiku. Il-belt tagħmel parti mir-reġjun ta' Bajío u tinsab 274 kilometru (170 mil) mill-Belt tal-Messiku, 86 kilometru (53 mil) minn Querétaro, u 97 kilometru (60 mil) mill-belt kapitali statali ta' Guanajuato. Isem il-belt oriġina minn żewġ persuni: il-patri tas-seklu 16 , u martri tal-Indipendenza Messikana, , li twieled f'dar faċċata tal-pjazza ċentrali tal-belt. San Miguel de Allende kienet ukoll epiċentru kritiku matul il-Gwerra storika ta' Chichimeca (1540-1590) meta ċ-Chichimeca irreżistew kontra l-Imperu Spanjol matul il-fażijiet inizjali tal-kolonizzazzjoni Ewropea. Illum il-ġurnata, sezzjoni antika tal-belt tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u tattira eluf ta' turisti u residenti ġodda minn barra l-pajjiż kull sena.
San Miguel de Allende | ||
---|---|---|
Messiku | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Messiku | |
State of Mexico | Stat ta' Guanajuato | |
Kodiċi postali | 37700 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 20°54′55″N 100°44′38″W / 20.9153°N 100.7439°WKoordinati: 20°54′55″N 100°44′38″W / 20.9153°N 100.7439°W | |
San Miguel de Allende San Miguel de Allende (Mexico) | ||
Superfiċjenti | 43.26 hectare, 40.05 hectare | |
Għoli | 1,900 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 69,811 abitanti (2010) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1542 | |
Kodiċi tat-telefon | 415 | |
Żona tal-Ħin | ||
bliet ġemellati | Belt ta' Guanajuato, , , , | |
sanmiguelallende.gob.mx |
Fil-bidu tas-seklu 20, il-belt issograt li tiżvojta għalkollox wara pandemija tal-influwenza. Gradwalment, l-istrutturi kolonjali Barokki/Neoklassiċi ġew "skoperti" mill-artisti barranin li ttrasferew ruħhom fil-belt u stabbilew istituti tal-arti u tal-kultura bħall-Instituto Allende u l-Escuela de Bellas Artes. Dan ta reputazzjoni tajba lill-belt, u b'hekk attirat artisti bħal , li għallem il-pittura.
B'hekk ġew attirati wkoll l-istudenti tal-arti, speċjalment eks suldati tal-Istati Uniti li marru jistudjaw hemmhekk skont il-G.I. Bill wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-belt attirat għadd sinifikanti ta' immigranti mill-Istati Uniti u mill-Kanada, fosthom artisti, kittieba u turisti, u b'hekk l-ekonomija tal-inħawi rpiljat u bidlet l-enfasi tagħha mill-agrikoltura u mill-industrija għall-kummerċ biex tilqa' lill-viżitaturi u lir-residenti minn barra.
L-UNESCO ddeżinjat liċ-ċentru storiku ta' San Miguel de Allenda u lis-Santwarju ta' Jesús Nazareno de Atotonilco bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008. Is-sit jinkludi parti mill-belt ta' San Miguel de Allende u parti mir-raħal ta' , li jinsabu 14-il kilometru 'l bogħod minn xulxin. Il-qalba tas-sit f'San Miguel de Allende fiha 43 ettaru, b'ċentru storiku mimli binjiet tas-sekli 17 u 18, filwaqt li l-qalba tas-sit tas-Santwarju ta' Atotonilco fiha 0.75 ettari mdawra b'żona ta' lqugħ ta' madwar 4.5 ettari.
Storja
Stabbiliment tal-belt
Qabel il-wasla tal-Ispanjoli fil-bidu tas-seklu 16, San Miguel kienet villaġġ taċ-Chichimeca indiġeni msejjaħ Itzcuinapan. Imbagħad inbniet kappella żgħira qrib Itzcuinapan minn Juan de San Miguel. Huwa ddeċieda li jiddedika l-villaġġ Spanjol lill-Arkanġlu Mikiel. Madankollu, l-invażjoni Spanjola u t-tentattivi ta' jasar tan-nisa, tal-irġiel u tat-tfal biex jaħdmu fil-minjieri tal-fidda malajr ħolqu ambjent ostili man-nattivi Chichimeca. Iċ-Chichimeca bdew jiddefendu l-artijiet ta' missirijiethom mill-invażjoni tas-suldati u tal-kolonizzaturi Spanjoli. Fl-1551, il-poplu Guamare, grupp taċ-Chichimeca, attakka l-postijiet u l-insedjamenti militari Spanjoli. Din l-ostilità, flimkien ma' diversi tentattivi li ma rnexxewx mill-Ispanjoli li jipprovdu l-ilma lill-insedjamenti tagħhom fl-inħawi, wasslu biex il-pożizzjoni oriġinali tal-villaġġ tersaq iktar 'il barra.
Il-villaġġ reġa' ġie stabbilit uffiċjalment fl-1555 mis-suċċessur ta' Juan de San Miguel, , u l-mexxej tal-indiġeni . Ġie stabbilit mill-ġdid kemm bħala missjoni kif ukoll bħala post militari. Is-sit il-ġdid kien jinsab mil fil-Lvant minn dak ta' qabel, f'post fejn kien hemm żewġ fawwariet tal-ilma ġieri (imsejħa Batán u Izcuinapan) u b'art iktar adattata għad-difiża. Iż-żewġ fawwariet ipprovdew l-ilma lill-belt sas-snin 70 tas-seklu 20.
Perjodu kolonjali
Sa nofs is-seklu 16, il-fidda ġiet skoperta f'Guanajuato u f'Zacatecas, u triq prinċipali bejn dawn l-inħawi u l-Belt tal-Messiku kienet tgħaddi minn San Miguel. L-attakki indiġeni fuq il-karovani baqgħu għaddejjin u San Miguel saret sit militari u kummerċjali importanti. Dan wassal għall-Gwerra taċ-Chichimeca li damet erbgħin sena. Il-Viċirè fil-Belt tal-Messiku ta l-artijiet u l-bhejjem lil għadd ta' Spanjoli biex jimmotivahom jinsedjaw l-inħawi. Huwa ta l-awtogovernanza lill-gruppi indiġeni u ffrankalhom it-tassazzjoni. Il-pożizzjoni tal-belt wasslet biex tħaddan fiha l-Ispanjoli, il-popli indiġeni u iktar tard influwenzi kulturali skambjati mal-criollos.
Eventwalment, diversi toroq prinċipali kkollegaw il-belt mal-komunitajiet tal-estrazzjoni f', f'Zacatecas, u l-kumplament tal-istat ta' Guanajuato. Il-belt saret sinjura billi ssodisfat il-ħtiġijiet tal-vjaġġaturi u pprovdiet il-provvisti lill-impjanti tal-estrazzjoni. Il-manifattura tat-tessuti kienet industrija ewlenija tal-belt. Iċ-ċittadini lokali jsostnu li s-serape ġie vvintat fil-belt. Sa nofs is-seklu 18, il-belt kienet fl-aqwa tagħha, u f'dan il-perjodu nbnew il-biċċa l-kbira tal-vilel il-kbar, il-palazzi u l-binjiet reliġjużi. Il-maġġoranza tagħhom għadhom jeżistu. Il-belt kienet tospita wkoll lis-sidien sinjuri tal-haciendas. Dak iż-żmien, kienet waħda mill-iżjed insedjamenti importanti u prosperużi fi Spanja l-Ġdida, b'popolazzjoni li kienet tlaħħaq it-30,000 ruħ. Bħala idea, f'nofs is-seklu 18 Boston kellha popolazzjoni ta' 16,000 ruħ u New York kellha popolazzjoni ta' 25,000 ruħ biss. L-apoġew tal-belt wasal matul il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-arkitettura Barokka u Neoklassika, u bosta mill-vilel u mill-knejjes fihom influwenzi mit-tnejn. Il-vilel li nbnew f'San Miguel huma ikbar mis-soltu għal insedjament tad-daqs tagħha.
Indipendenza
Il-prominenza tal-belt naqset fil-bidu tas-seklu 19, l-iktar minħabba l-Gwerra Messikana tal-Indipendenza. Madankollu, kellha rwol bikri importanti f'dan il-kunflitt. Hija l-belt fejn twieldu żewġ figuri importanti tal-gwerra, Juan Aldama u Ignacio Allende. It-tnejn kienu involuti f'konfoffa kontra l-gvern kolonjali fil-Belt tal-Messiku, flimkien ma' Miguel Hidalgo y Costilla u Josefa Ortiz de Domínguez. Meta din il-konfoffa ġiet skoperta, it-twissija lil Hidalgo u lil Allende għaddiet minn din il-belt u sa Dolores (Hidalgo), ftit iktar lejn it-Tramuntana. Dan wassal għall-"Grito de Dolores" fejn Hidalgo stabbilixxa l-armata ta' ribelli fil-15 u fis-16 ta' Settembru 1810. L-armata l-ġdida ta' ribelli l-ewwel waslet San Miguel, u waqfet f'santwarju reliġjuż f'Atotonilco ftit qabel. Hidalgo ħa bandalor bix-xbieha tal-Madonna ta' Guadalupe minn hemmhekk; dan il-bandalor issa jinsab fil-Museo del Ejercito fi Spanja. Imbagħad l-armata daħlet f'San Miguel, biex jinħatru l-uffiċjali u jinħelsu l-priġunieri fil-ħabs lokali. San Miguel kienet l-ewwel belt Messikana li kisbet l-indipendenza minn Spanja.
Minkejja li ma kien hemm l-ebda azzjoni militari ulterjuri fl-inħawi, ekonomikament il-belt majnat peress li l-agrikoltura batiet u l-popolazzjoni battiet. Din ix-xejra kompliet għall-biċċa l-kbira tal-bqija tas-seklu 19 peress li l-pajjiż kien bejn ħalltejn bejn il-fazzjonijiet Liberali u Konservattivi li kienu qed jissieltu għall-poter. Wara l-gwerra, il-belt ġiet iddikjarata uffiċjalment belt mill-kungress statali fl-1826 u isimha ġie mmodifikat għal San Miguel de Allende f'ġieħ Ignacio Allende.
Kien hemm ftit irkupru ekonomiku lejn l-aħħar tas-seklu 19 matul it-tmexxija ta' Porfirio Díaz. Matul dan iż-żmien inbnew digi, akkwedotti u linji ferrovjarji. L-agrikoltura rpiljat bl-introduzzjoni tas-siġar tal-frott. Madankollu, reġa' kien hemm perjodu ta' deklin bit-tmiem tal-estrazzjoni f'kważi l-istat kollu ta' Guanajuato. Bejn dan iż-żmien u l-bidu tar-Rivoluzzjoni Messikana, San Miguel kważi żvujtat għalkollox. Dak li kien għad fadal ġie ppreservat bħala l-gvern Messikan ġdid, taħt l-Instituto Nacional de Antropología e Historia (INAH), u l-belt ġiet iddikjarata "Belt Storika u Protetta" fl-1926. Barra minn hekk, ġew stabbiliti linji gwida u restrizzjonijiet bl-għan li tiġi ppreservata d-dehra kolonjali tal-belt. L-istoriku tiċħad li dan tassew seħħ fl-1926, għalkemm tirrikonoxxi li liġi federali tal-1926 nazzjonalizzat bosta proprjetajiet Kattoliċi fil-belt, anke jekk mhux għall-preservazzjoni storika.
Seklu 20 sal-preżent
L-artist u l-kittieb Amerikan wasal fl-1937 u għandu jiġi kkreditat li ħoloq l-ewwel mewġa ta' reklamar barra l-pajjiż dwar il-preġji ta' San Miguel. Dickinson iltaqa' mal-intellettwali, l-awtur u l-pittur Peruvjan , li kellu l-idea li jistabbilixxi kolonja tal-arti fil-qalba tal-Messiku. L-ewwel skola tal-arti ġiet stabbilita fl-1938 f'kunvent antik — u għadha tintuża proviżorjament bħala skola, wara li kienet intużat bħala barrakki tas-suldati — li Cossio del Pomar kiseb mill-President Messikan ta' dak iż-żmien . L-iskola ssejħet Bellas Artes, u għadha teżisti sal-lum, u hija magħrufa lokalment bħala Bellas Artes jew Centro Cultural El Nigromante. Fis-snin 40 tas-seklu 20, Dickinson għen ukoll lil Cossio del Pomar u lil Enrique Fernández Martinez, l-eks gvernatur tal-istat ta' Guanajuato, biex jistabbilixxu dak li mbagħad sar l-Instituto Allende. Minkejja l-pożizzjoni rurali tagħhom, iż-żewġ skejjel kisbu suċċess wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Il-veterani tal-Istati Uniti li studjaw taħt il-G.I. Bill tħallew jistudjaw barra l-pajjiż, u dawn l-iskejjel ħadu vantaġġ minn dan il-fatt biex jattiraw lill-eks suldati bħala studenti. Bosta nkitbu f'dawn l-iskejjel u b'hekk il-belt kisbet reputazzjoni kulturali. B'hekk ġew attirati iktar artisti u kittieba, inkluż José Chávez Morado u David Alfaro Siqueiros, li għallem il-pittura fl-Escuela de Bellas Artes. Min-naħa l-oħra, dan xpruna l-ftuħ ta' lukandi, ħwienet u ristoranti biex jaqdu lill-viżitaturi u lir-residenti ġodda. Bosta mill-veterani Amerikani li marru jistudjaw f'San Miguel, iktar 'il quddiem irtiraw fil-belt, u wħud iżżewġu u rabbew familji internazzjonali hemmhekk fosthom il-familji Vidargas, Andre, Maxwell u Breck.
In-natura kulturali, barranija u kożmopolitana tal-belt baqgħet tikber minn dak iż-żmien 'l hawn. Il-belt kellha bixra brijuża mill-bidu tas-snin 50 tas-seklu 20 permezz tal-ambjent ta' festini li kienu jiġu organizzati mill-bosta immigranti u artisti residenti. Fis-snin 60 tas-seklu 20, Cantinflas ippromwova l-inħawi ma' sħabu fl-industrija tal-films. Fis-snin 70 tas-seklu 20, l-awtoritajiet bdew jaqbdu mal-hippies, u llum il-ġurnata l-belt saret tiswa wisq flus għall-vjaġġaturi tas-seklu 21 mingħajr wisq flus. L-attraenza dejjem tikber tal-belt u tal-binjiet kolonjali tagħha ħolqot suq vibranti tal-proprjetà immobbli, li sa dan l-aħħar ma ġietx affettwata mill-ekonomija varjabbli tal-Messiku. Ħafna mill-"fdalijiet" antiki tad-djar kolonjali nbigħu għal iktar minn dar fil-Belt tal-Messiku.
Il-belt u s-santwarju fil-qrib ġew iddikjarati Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2008. Intgħażlu kemm għall-arkitettura kolonjali Barokka u l-konfigurazzjoni tal-belt kif ukoll għar-rwol storiku li kellha fil-Gwerra Messikana tal-Indipendenza. Iż-żona li tniżżlet tinkludi 64 blokka miċ-ċentru storiku u s-santwarju ta' Atotonilco bit-titlu "Villa Protectora de San Miguel el Grande y el Santuario de Jesus Nazareno de Atotonilco".
Sit ta' Wirt Dinji
Iċ-Ċentru Storiku ta' San Miguel de Allende u s-Santwarju ta' Atotonilco ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Demografija
Minkejja li jirrappreżentaw inqas minn 5 % tal-popolazzjoni muniċipali totali, ir-residenti barranin għandhom impatt kulturali u ekonomiku konsiderevoli. Il-biċċa l-kbira tar-residenti barranin huma rtirati mill-Istati Uniti, mill-Kanada u mill-Ewropa li ġew attirati mill-klima miti, mill-opportunitajiet kulturali u mill-rata baxxa ta' kriminalità. Tinsab għaxar sigħat biss bil-karozza mill-fruntiera tal-Istati Uniti. Bosta xerrejja tad-djar jagħmlu parti minn dan is-segment tal-popolazzjoni wkoll. Huwa stmat li r-residenti barranin huma bejn 20,000 u 25,000 ruħ, u mill-inqas nofshom huma mill-Istati Uniti. Il-preżenza barranija kbira stabbiliet għadd ta' istituzzjonijiet fil-belt, fosthom l-iktar notevoli hija l-Biblioteca Pública fl-eks kunvent ta' Sant'Anna, li fiha t-tieni l-ikbar kollezzjoni ta' kotba bl-Ingliż fil-Messiku u tintuża bħala ċentru komunitarju għall-barranin. Hemm ukoll kapitlu mill-Lion's Club (stabbilit fl-1987). Hemm ukoll post tal-Leġjun Amerikan u tal-Veterani tal-Gwerer Barranin, kif ukoll l-uniku kapitlu tas-Soċjetà ta' Audubon fil-Messiku.
Filwaqt li l-belt u l-muniċipalità kibru mill-wasla tal-barranin fis-snin 40 tas-seklu 20, l-ogħla rati ta' tkabbir seħħew bejn l-1980 u s-sena 2000, u żdiedu minn 77,624 ruħ għal 110,692 ruħ, jew madwar 43 %. Madankollu, minn dak iż-żmien it-tkabbir reġa' majna u miċ-ċensiment tal-2005, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq il-139,297 ruħ. Il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis kien minħabba t-tnaqqis fir-rati ta' twelid. Madankollu, il-popolazzjoni kumplessiva tal-muniċipalità hija żagħżugħa: madwar 40 % għandhom inqas minn 15-il sena, u dawk li għandhom bejn 15 u 64 sena jirrappreżentaw madwar 54 % tal-popolazzjoni. Filwaqt li l-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-muniċipalità ta' San Miguel de Allende tgħix f'ġabra ta' komunitajiet rurali żgħar li ma jaqbżux l-2,500 ruħ, l-ikbar ċentru uniku tal-popolazzjoni hija l-belt stess ta' San Miguel de Allende, li tospita 59,691 ruħ, madwar 44 % tal-popolazzjoni tal-muniċipalità. It-tliet l-ikbar irħula għandhom popolazzjonijiet ta' iżgħar minn 3,000 ruħ: Los Rodríguez (2,768 ruħ), Colonia San Luis Rey (1,850 ruħ) u Corral de Piedras de Arriba (1,701 ruħ).
Dawn il-komunitajiet iżgħar huma popolati mill-gruppi indiġeni tal-muniċipalità, l-iktar Otomi u Nahua. L-Otomi huma l-ikbar grupp, u jirrappreżentaw ftit inqas minn 38 % tal-popolazzjoni muniċipali. In-Nahua huma t-tieni l-ikbar u jirrappreżentaw madwar 20 % tal-popolazzjoni muniċipali. Gruppi oħra jinkludul-Mazahua, il-Huasteca u l-Purépecha. Madankollu, skont iċ-ċensiment tal-2002, 520 ruħ biss jitkellmu lingwa indiġena, u 472 minnhom jitkellmu bl-Ispanjol ukoll.
Il-Kattoliċiżmu huwa pprattikat minn 96 % tal-popolazzjoni, u l-biċċa l-kbira tal-kumplament huma Protestanti u Evanġelisti. Il-muniċipalità tospita tliet istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, l-Instituto Tecnológico SSC, kampus tal-Universidad Tecnólogica de León, u l-Universidad Tecnológica de San Miguel de Allende. Il-belt għandha wkoll skejjel bilingwi li jsegwu l-kurrikulu tas-sistema edukattiva Amerikana. Mis-sena 2000, 17.5 % tal-popolazzjoni titqies illitterata, meta mqabbla ma' 12.1 % għall-kumplament tal-istat.
Il-belt ta' San Miguel de Allende tinsab fl-istat ta' Guanajuato, 74 mil (119-il kilometru) fil-Lvant ta' Guanajuato, Guanajuato. Tinsab ċentralment fi ħdan il-muniċipalità ta' San Miguel de Allende, 40 mil (64 kilometru) fil-Majjistral ta' Queretaro u 179 mil (288 kilometru) fil-Majjistral tal-Belt tal-Messiku.
Il-belt tinsab f'salib it-toroq ta' erba' arroyos: El Atascadero, Las Cachinches, La Cañadita u El Obraje. El Obraje fiha diga bl-istess isem. Diversi digi jinsabu fil-muniċipalità għall-kontroll tal-fluss tax-xmajjar u għall-ġestjoni tal-provvista tal-ilma. L-iżjed importanti minnhom hija d-Diga ta' Ignacio Allende.
Klima
Data klimatika għal San Miguel de Allende (1951-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 34.5 (94.1) | 35.5 (95.9) | 38.0 (100.4) | 39.0 (102.2) | 39.6 (103.3) | 39.0 (102.2) | 36.8 (98.2) | 36.0 (96.8) | 37.0 (98.6) | 37.0 (98.6) | 34.5 (94.1) | 32.5 (90.5) | 39.6 (103.3) |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 23.0 (73.4) | 25.2 (77.4) | 28.5 (83.3) | 30.2 (86.4) | 30.7 (87.3) | 29.1 (84.4) | 27.2 (81.0) | 27.2 (81.0) | 26.3 (79.3) | 25.5 (77.9) | 24.6 (76.3) | 23.2 (73.8) | 26.7 (80.1) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 14.5 (58.1) | 16.2 (61.2) | 19.3 (66.7) | 21.3 (70.3) | 22.2 (72.0) | 21.7 (71.1) | 20.5 (68.9) | 20.5 (68.9) | 19.9 (67.8) | 18.3 (64.9) | 16.5 (61.7) | 14.8 (58.6) | 18.8 (65.8) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 6.0 (42.8) | 7.3 (45.1) | 10.0 (50.0) | 12.4 (54.3) | 13.8 (56.8) | 14.4 (57.9) | 13.9 (57.0) | 13.7 (56.7) | 13.5 (56.3) | 11.1 (52.0) | 8.4 (47.1) | 6.4 (43.5) | 10.9 (51.6) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −3 (27) | −8 (18) | −1 (30) | 1.5 (34.7) | 6.0 (42.8) | 8.0 (46.4) | 6.5 (43.7) | 7.0 (44.6) | 4.0 (39.2) | −2 (28) | −6 (21) | −5 (23) | −8 (18) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 13.7 (0.54) | 7.2 (0.28) | 6.0 (0.24) | 18.9 (0.74) | 42.2 (1.66) | 100.1 (3.94) | 128.7 (5.07) | 94.4 (3.72) | 94.2 (3.71) | 41.5 (1.63) | 12.7 (0.50) | 6.5 (0.26) | 566.1 (22.29) |
Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) | 2.1 | 1.1 | 0.9 | 2.6 | 5.2 | 9.4 | 11.8 | 8.3 | 8.6 | 4.5 | 1.8 | 1.7 | 58.0 |
Sors: Servicio Meteorologico Nacional |
Nies notevoli
- (twieldet fl-1954), kittieba Amerikana.
Ġemellaġġ
San Miguel de Allende hija ġemellata ma':
- , l-Italja;
- , California, l-Istati Uniti;
- , Texas, l-Istati Uniti;
- , California, l-Istati Uniti;
- , New Mexico, l-Istati Uniti;
- , Florida, l-Istati Uniti;
- , Texas, l-Istati Uniti;
- , l-Arġentina;
- , Florida, l-Istati Uniti;
- , Colorado, l-Istati Uniti.
Referenzi
- ^ "Bajío, el nuevo milagro mexicano". t21.com.mx (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-04-02. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Guanajuato.- Allende". web.archive.org. 2011-05-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-18. Miġbur 2023-08-01.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Protective town of San Miguel and the Sanctuary of Jesús Nazareno de Atotonilco". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ "www.jpg". web.archive.org. 2010-02-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-13. Miġbur 2023-08-01.
- ^ de Gast, Robert (2000). Behind the doors of San Miguel de Allende. Rohnert Park, California: Pomegranate Communications, Inc. pp. 3–9. ISBN 9780764913419. p. 4.
- ^ Desconocido, México (2010-07-16). "Historia de San Miguel de Allende, Guanajuato". México Desconocido (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-08-01.
- ^ "San Miguel de Allende: La Ciudad mas Antigua Del Bajio" [San Miguel de Allende: The oldest city of the Bajio]. El Norte (bl-Ispanjol). Monterrey, Mexico. 18 August 2000. p. 5.
- ^ Tony (2020-07-20). "The beautiful Mexican colonial city of San Miguel de Allende". MexConnect (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ Marta Teran (2002). "Un hallazgo histórico" [A historic find]. Reforma (bl-Ispanjol). Mexico City. p. 2.
- ^ Covert (2017), pp. 13-14.
- ^ Florencia Podesta (2004). "San Miguel de Allende: El encanto de la provincia" [San Miguel de Allende:The charm of the province]. El Norte (bl-Ispanjol). Monterrey, Mexico. p. 16.
- ^ Mauricio Ramos (2001). "Verbena en San Miguel de Allende" [Vervain in San Miguel Allende]. Reforma (bl-Ispanjol). Mexico City. p. 6.
- ^ Covert 2017, p. 113.
- ^ "Ingresa San Miguel de Allende a lista de UNESCO". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-05-08. Miġbur 2023-08-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Jenalia Moreno (2002). "Number of U.S. Retirees Heading to Mexico Grows". Knight Ridder Tribune Business News. Washington. p. 1.
- ^ "Territorio de 'gringos viejos'" [Territory of "old gringos"]. Reforma (bl-Ispanjol). Mexico City. 2001. p. 14.
- ^ "Things to Do in San Miguel de Allende | Frommer's". www.frommers.com. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Audubon Mex". Audubon Mex (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Servicio Meteorológico Nacional". www.smn.gob.ar. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-09. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Ġemellaġġ". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2023-08-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar San Miguel de Allende, X'inhi San Miguel de Allende? Xi tfisser San Miguel de Allende?
San Miguel de Allende pronunzja bl Ispanjol san mi ɣel de a ʎende hija l belt prinċipali fil muniċipalita ta San Miguel de Allende li tinsab fil parti estrema tal Lvant ta Guanajuato il Messiku Il belt tagħmel parti mir reġjun ta Bajio u tinsab 274 kilometru 170 mil mill Belt tal Messiku 86 kilometru 53 mil minn Queretaro u 97 kilometru 60 mil mill belt kapitali statali ta Guanajuato Isem il belt oriġina minn zewġ persuni il patri tas seklu 16 u martri tal Indipendenza Messikana li twieled f dar faċċata tal pjazza ċentrali tal belt San Miguel de Allende kienet ukoll epiċentru kritiku matul il Gwerra storika ta Chichimeca 1540 1590 meta ċ Chichimeca irrezistew kontra l Imperu Spanjol matul il fazijiet inizjali tal kolonizzazzjoni Ewropea Illum il ġurnata sezzjoni antika tal belt tnizzlet bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO u tattira eluf ta turisti u residenti ġodda minn barra l pajjiz kull sena San Miguel de Allende MessikuAmministrazzjoniStat sovranMessikuState of MexicoStat ta GuanajuatoKodiċi postali 37700ĠeografijaKoordinati 20 54 55 N 100 44 38 W 20 9153 N 100 7439 W 20 9153 100 7439 Koordinati 20 54 55 N 100 44 38 W 20 9153 N 100 7439 W 20 9153 100 7439San Miguel de AllendeSan Miguel de Allende Mexico Superfiċjenti 43 26 hectare 40 05 hectareGħoli 1 900 mDemografijaPopolazzjoni 69 811 abitanti 2010 Informazzjoni oħraFondazzjoni 1542Kodiċi tat telefon 415Zona tal Ħinbliet ġemellati Belt ta Guanajuato sanmiguelallende gob mx Fil bidu tas seklu 20 il belt issograt li tizvojta għalkollox wara pandemija tal influwenza Gradwalment l istrutturi kolonjali Barokki Neoklassiċi ġew skoperti mill artisti barranin li ttrasferew ruħhom fil belt u stabbilew istituti tal arti u tal kultura bħall Instituto Allende u l Escuela de Bellas Artes Dan ta reputazzjoni tajba lill belt u b hekk attirat artisti bħal li għallem il pittura B hekk ġew attirati wkoll l istudenti tal arti speċjalment eks suldati tal Istati Uniti li marru jistudjaw hemmhekk skont il G I Bill wara t Tieni Gwerra Dinjija Minn dak iz zmien l hawn il belt attirat għadd sinifikanti ta immigranti mill Istati Uniti u mill Kanada fosthom artisti kittieba u turisti u b hekk l ekonomija tal inħawi rpiljat u bidlet l enfasi tagħha mill agrikoltura u mill industrija għall kummerċ biex tilqa lill vizitaturi u lir residenti minn barra L UNESCO ddezinjat liċ ċentru storiku ta San Miguel de Allenda u lis Santwarju ta Jesus Nazareno de Atotonilco bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2008 Is sit jinkludi parti mill belt ta San Miguel de Allende u parti mir raħal ta li jinsabu 14 il kilometru l bogħod minn xulxin Il qalba tas sit f San Miguel de Allende fiha 43 ettaru b ċentru storiku mimli binjiet tas sekli 17 u 18 filwaqt li l qalba tas sit tas Santwarju ta Atotonilco fiha 0 75 ettari mdawra b zona ta lqugħ ta madwar 4 5 ettari StorjaStabbiliment tal belt Qabel il wasla tal Ispanjoli fil bidu tas seklu 16 San Miguel kienet villaġġ taċ Chichimeca indiġeni msejjaħ Itzcuinapan Imbagħad inbniet kappella zgħira qrib Itzcuinapan minn Juan de San Miguel Huwa ddeċieda li jiddedika l villaġġ Spanjol lill Arkanġlu Mikiel Madankollu l invazjoni Spanjola u t tentattivi ta jasar tan nisa tal irġiel u tat tfal biex jaħdmu fil minjieri tal fidda malajr ħolqu ambjent ostili man nattivi Chichimeca Iċ Chichimeca bdew jiddefendu l artijiet ta missirijiethom mill invazjoni tas suldati u tal kolonizzaturi Spanjoli Fl 1551 il poplu Guamare grupp taċ Chichimeca attakka l postijiet u l insedjamenti militari Spanjoli Din l ostilita flimkien ma diversi tentattivi li ma rnexxewx mill Ispanjoli li jipprovdu l ilma lill insedjamenti tagħhom fl inħawi wasslu biex il pozizzjoni oriġinali tal villaġġ tersaq iktar il barra Il villaġġ reġa ġie stabbilit uffiċjalment fl 1555 mis suċċessur ta Juan de San Miguel u l mexxej tal indiġeni Ġie stabbilit mill ġdid kemm bħala missjoni kif ukoll bħala post militari Is sit il ġdid kien jinsab mil fil Lvant minn dak ta qabel f post fejn kien hemm zewġ fawwariet tal ilma ġieri imsejħa Batan u Izcuinapan u b art iktar adattata għad difiza Iz zewġ fawwariet ipprovdew l ilma lill belt sas snin 70 tas seklu 20 Perjodu kolonjali Id Dar tal Kontijiet tal Kanal li nbniet fis seklu 18 b sjieda attwali f idejn Banamex Sa nofs is seklu 16 il fidda ġiet skoperta f Guanajuato u f Zacatecas u triq prinċipali bejn dawn l inħawi u l Belt tal Messiku kienet tgħaddi minn San Miguel L attakki indiġeni fuq il karovani baqgħu għaddejjin u San Miguel saret sit militari u kummerċjali importanti Dan wassal għall Gwerra taċ Chichimeca li damet erbgħin sena Il Viċire fil Belt tal Messiku ta l artijiet u l bhejjem lil għadd ta Spanjoli biex jimmotivahom jinsedjaw l inħawi Huwa ta l awtogovernanza lill gruppi indiġeni u ffrankalhom it tassazzjoni Il pozizzjoni tal belt wasslet biex tħaddan fiha l Ispanjoli il popli indiġeni u iktar tard influwenzi kulturali skambjati mal criollos Eventwalment diversi toroq prinċipali kkollegaw il belt mal komunitajiet tal estrazzjoni f f Zacatecas u l kumplament tal istat ta Guanajuato Il belt saret sinjura billi ssodisfat il ħtiġijiet tal vjaġġaturi u pprovdiet il provvisti lill impjanti tal estrazzjoni Il manifattura tat tessuti kienet industrija ewlenija tal belt Iċ ċittadini lokali jsostnu li s serape ġie vvintat fil belt Sa nofs is seklu 18 il belt kienet fl aqwa tagħha u f dan il perjodu nbnew il biċċa l kbira tal vilel il kbar il palazzi u l binjiet reliġjuzi Il maġġoranza tagħhom għadhom jezistu Il belt kienet tospita wkoll lis sidien sinjuri tal haciendas Dak iz zmien kienet waħda mill izjed insedjamenti importanti u prosperuzi fi Spanja l Ġdida b popolazzjoni li kienet tlaħħaq it 30 000 ruħ Bħala idea f nofs is seklu 18 Boston kellha popolazzjoni ta 16 000 ruħ u New York kellha popolazzjoni ta 25 000 ruħ biss L apoġew tal belt wasal matul il perjodu ta tranzizzjoni bejn l arkitettura Barokka u Neoklassika u bosta mill vilel u mill knejjes fihom influwenzi mit tnejn Il vilel li nbnew f San Miguel huma ikbar mis soltu għal insedjament tad daqs tagħha Indipendenza Statwi ta Allende u Hidalgo fil palazz muniċipali Il prominenza tal belt naqset fil bidu tas seklu 19 l iktar minħabba l Gwerra Messikana tal Indipendenza Madankollu kellha rwol bikri importanti f dan il kunflitt Hija l belt fejn twieldu zewġ figuri importanti tal gwerra Juan Aldama u Ignacio Allende It tnejn kienu involuti f konfoffa kontra l gvern kolonjali fil Belt tal Messiku flimkien ma Miguel Hidalgo y Costilla u Josefa Ortiz de Dominguez Meta din il konfoffa ġiet skoperta it twissija lil Hidalgo u lil Allende għaddiet minn din il belt u sa Dolores Hidalgo ftit iktar lejn it Tramuntana Dan wassal għall Grito de Dolores fejn Hidalgo stabbilixxa l armata ta ribelli fil 15 u fis 16 ta Settembru 1810 L armata l ġdida ta ribelli l ewwel waslet San Miguel u waqfet f santwarju reliġjuz f Atotonilco ftit qabel Hidalgo ħa bandalor bix xbieha tal Madonna ta Guadalupe minn hemmhekk dan il bandalor issa jinsab fil Museo del Ejercito fi Spanja Imbagħad l armata daħlet f San Miguel biex jinħatru l uffiċjali u jinħelsu l priġunieri fil ħabs lokali San Miguel kienet l ewwel belt Messikana li kisbet l indipendenza minn Spanja Minkejja li ma kien hemm l ebda azzjoni militari ulterjuri fl inħawi ekonomikament il belt majnat peress li l agrikoltura batiet u l popolazzjoni battiet Din ix xejra kompliet għall biċċa l kbira tal bqija tas seklu 19 peress li l pajjiz kien bejn ħalltejn bejn il fazzjonijiet Liberali u Konservattivi li kienu qed jissieltu għall poter Wara l gwerra il belt ġiet iddikjarata uffiċjalment belt mill kungress statali fl 1826 u isimha ġie mmodifikat għal San Miguel de Allende f ġieħ Ignacio Allende Kien hemm ftit irkupru ekonomiku lejn l aħħar tas seklu 19 matul it tmexxija ta Porfirio Diaz Matul dan iz zmien inbnew digi akkwedotti u linji ferrovjarji L agrikoltura rpiljat bl introduzzjoni tas siġar tal frott Madankollu reġa kien hemm perjodu ta deklin bit tmiem tal estrazzjoni f kwazi l istat kollu ta Guanajuato Bejn dan iz zmien u l bidu tar Rivoluzzjoni Messikana San Miguel kwazi zvujtat għalkollox Dak li kien għad fadal ġie ppreservat bħala l gvern Messikan ġdid taħt l Instituto Nacional de Antropologia e Historia INAH u l belt ġiet iddikjarata Belt Storika u Protetta fl 1926 Barra minn hekk ġew stabbiliti linji gwida u restrizzjonijiet bl għan li tiġi ppreservata d dehra kolonjali tal belt L istoriku tiċħad li dan tassew seħħ fl 1926 għalkemm tirrikonoxxi li liġi federali tal 1926 nazzjonalizzat bosta proprjetajiet Kattoliċi fil belt anke jekk mhux għall preservazzjoni storika Seklu 20 sal prezent It Teatru ta Angela Peralta li nbena fil bidu tas seklu 20 L artist u l kittieb Amerikan wasal fl 1937 u għandu jiġi kkreditat li ħoloq l ewwel mewġa ta reklamar barra l pajjiz dwar il preġji ta San Miguel Dickinson iltaqa mal intellettwali l awtur u l pittur Peruvjan li kellu l idea li jistabbilixxi kolonja tal arti fil qalba tal Messiku L ewwel skola tal arti ġiet stabbilita fl 1938 f kunvent antik u għadha tintuza provizorjament bħala skola wara li kienet intuzat bħala barrakki tas suldati li Cossio del Pomar kiseb mill President Messikan ta dak iz zmien L iskola ssejħet Bellas Artes u għadha tezisti sal lum u hija magħrufa lokalment bħala Bellas Artes jew Centro Cultural El Nigromante Fis snin 40 tas seklu 20 Dickinson għen ukoll lil Cossio del Pomar u lil Enrique Fernandez Martinez l eks gvernatur tal istat ta Guanajuato biex jistabbilixxu dak li mbagħad sar l Instituto Allende Minkejja l pozizzjoni rurali tagħhom iz zewġ skejjel kisbu suċċess wara t Tieni Gwerra Dinjija Il veterani tal Istati Uniti li studjaw taħt il G I Bill tħallew jistudjaw barra l pajjiz u dawn l iskejjel ħadu vantaġġ minn dan il fatt biex jattiraw lill eks suldati bħala studenti Bosta nkitbu f dawn l iskejjel u b hekk il belt kisbet reputazzjoni kulturali B hekk ġew attirati iktar artisti u kittieba inkluz Jose Chavez Morado u David Alfaro Siqueiros li għallem il pittura fl Escuela de Bellas Artes Min naħa l oħra dan xpruna l ftuħ ta lukandi ħwienet u ristoranti biex jaqdu lill vizitaturi u lir residenti ġodda Bosta mill veterani Amerikani li marru jistudjaw f San Miguel iktar il quddiem irtiraw fil belt u wħud izzewġu u rabbew familji internazzjonali hemmhekk fosthom il familji Vidargas Andre Maxwell u Breck In natura kulturali barranija u kozmopolitana tal belt baqgħet tikber minn dak iz zmien l hawn Il belt kellha bixra brijuza mill bidu tas snin 50 tas seklu 20 permezz tal ambjent ta festini li kienu jiġu organizzati mill bosta immigranti u artisti residenti Fis snin 60 tas seklu 20 Cantinflas ippromwova l inħawi ma sħabu fl industrija tal films Fis snin 70 tas seklu 20 l awtoritajiet bdew jaqbdu mal hippies u llum il ġurnata l belt saret tiswa wisq flus għall vjaġġaturi tas seklu 21 mingħajr wisq flus L attraenza dejjem tikber tal belt u tal binjiet kolonjali tagħha ħolqot suq vibranti tal proprjeta immobbli li sa dan l aħħar ma ġietx affettwata mill ekonomija varjabbli tal Messiku Ħafna mill fdalijiet antiki tad djar kolonjali nbigħu għal iktar minn dar fil Belt tal Messiku Il belt u s santwarju fil qrib ġew iddikjarati Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f Lulju 2008 Intgħazlu kemm għall arkitettura kolonjali Barokka u l konfigurazzjoni tal belt kif ukoll għar rwol storiku li kellha fil Gwerra Messikana tal Indipendenza Iz zona li tnizzlet tinkludi 64 blokka miċ ċentru storiku u s santwarju ta Atotonilco bit titlu Villa Protectora de San Miguel el Grande y el Santuario de Jesus Nazareno de Atotonilco Sit ta Wirt DinjiIċ Ċentru Storiku ta San Miguel de Allende u s Santwarju ta Atotonilco ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2008 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem DemografijaVeduta ta calle Umaran fiċ ċentru storiku tal belt Minkejja li jirrapprezentaw inqas minn 5 tal popolazzjoni muniċipali totali ir residenti barranin għandhom impatt kulturali u ekonomiku konsiderevoli Il biċċa l kbira tar residenti barranin huma rtirati mill Istati Uniti mill Kanada u mill Ewropa li ġew attirati mill klima miti mill opportunitajiet kulturali u mill rata baxxa ta kriminalita Tinsab għaxar sigħat biss bil karozza mill fruntiera tal Istati Uniti Bosta xerrejja tad djar jagħmlu parti minn dan is segment tal popolazzjoni wkoll Huwa stmat li r residenti barranin huma bejn 20 000 u 25 000 ruħ u mill inqas nofshom huma mill Istati Uniti Il prezenza barranija kbira stabbiliet għadd ta istituzzjonijiet fil belt fosthom l iktar notevoli hija l Biblioteca Publica fl eks kunvent ta Sant Anna li fiha t tieni l ikbar kollezzjoni ta kotba bl Ingliz fil Messiku u tintuza bħala ċentru komunitarju għall barranin Hemm ukoll kapitlu mill Lion s Club stabbilit fl 1987 Hemm ukoll post tal Leġjun Amerikan u tal Veterani tal Gwerer Barranin kif ukoll l uniku kapitlu tas Soċjeta ta Audubon fil Messiku Filwaqt li l belt u l muniċipalita kibru mill wasla tal barranin fis snin 40 tas seklu 20 l ogħla rati ta tkabbir seħħew bejn l 1980 u s sena 2000 u zdiedu minn 77 624 ruħ għal 110 692 ruħ jew madwar 43 Madankollu minn dak iz zmien it tkabbir reġa majna u miċ ċensiment tal 2005 il popolazzjoni kienet tlaħħaq il 139 297 ruħ Il biċċa l kbira tat tnaqqis kien minħabba t tnaqqis fir rati ta twelid Madankollu il popolazzjoni kumplessiva tal muniċipalita hija zagħzugħa madwar 40 għandhom inqas minn 15 il sena u dawk li għandhom bejn 15 u 64 sena jirrapprezentaw madwar 54 tal popolazzjoni Filwaqt li l maġġoranza tal popolazzjoni tal muniċipalita ta San Miguel de Allende tgħix f ġabra ta komunitajiet rurali zgħar li ma jaqbzux l 2 500 ruħ l ikbar ċentru uniku tal popolazzjoni hija l belt stess ta San Miguel de Allende li tospita 59 691 ruħ madwar 44 tal popolazzjoni tal muniċipalita It tliet l ikbar irħula għandhom popolazzjonijiet ta izgħar minn 3 000 ruħ Los Rodriguez 2 768 ruħ Colonia San Luis Rey 1 850 ruħ u Corral de Piedras de Arriba 1 701 ruħ Dawn il komunitajiet izgħar huma popolati mill gruppi indiġeni tal muniċipalita l iktar Otomi u Nahua L Otomi huma l ikbar grupp u jirrapprezentaw ftit inqas minn 38 tal popolazzjoni muniċipali In Nahua huma t tieni l ikbar u jirrapprezentaw madwar 20 tal popolazzjoni muniċipali Gruppi oħra jinkludul Mazahua il Huasteca u l Purepecha Madankollu skont iċ ċensiment tal 2002 520 ruħ biss jitkellmu lingwa indiġena u 472 minnhom jitkellmu bl Ispanjol ukoll Il Kattoliċizmu huwa pprattikat minn 96 tal popolazzjoni u l biċċa l kbira tal kumplament huma Protestanti u Evanġelisti Il muniċipalita tospita tliet istituzzjonijiet tal edukazzjoni għolja l Instituto Tecnologico SSC kampus tal Universidad Tecnologica de Leon u l Universidad Tecnologica de San Miguel de Allende Il belt għandha wkoll skejjel bilingwi li jsegwu l kurrikulu tas sistema edukattiva Amerikana Mis sena 2000 17 5 tal popolazzjoni titqies illitterata meta mqabbla ma 12 1 għall kumplament tal istat ĠeografijaIl belt ta San Miguel de Allende tinsab fl istat ta Guanajuato 74 mil 119 il kilometru fil Lvant ta Guanajuato Guanajuato Tinsab ċentralment fi ħdan il muniċipalita ta San Miguel de Allende 40 mil 64 kilometru fil Majjistral ta Queretaro u 179 mil 288 kilometru fil Majjistral tal Belt tal Messiku Il belt tinsab f salib it toroq ta erba arroyos El Atascadero Las Cachinches La Canadita u El Obraje El Obraje fiha diga bl istess isem Diversi digi jinsabu fil muniċipalita għall kontroll tal fluss tax xmajjar u għall ġestjoni tal provvista tal ilma L izjed importanti minnhom hija d Diga ta Ignacio Allende Klima Data klimatika għal San Miguel de Allende 1951 2010 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 34 5 94 1 35 5 95 9 38 0 100 4 39 0 102 2 39 6 103 3 39 0 102 2 36 8 98 2 36 0 96 8 37 0 98 6 37 0 98 6 34 5 94 1 32 5 90 5 39 6 103 3 Temp għolja rekord f C F 23 0 73 4 25 2 77 4 28 5 83 3 30 2 86 4 30 7 87 3 29 1 84 4 27 2 81 0 27 2 81 0 26 3 79 3 25 5 77 9 24 6 76 3 23 2 73 8 26 7 80 1 Temp medja ta kuljum f C F 14 5 58 1 16 2 61 2 19 3 66 7 21 3 70 3 22 2 72 0 21 7 71 1 20 5 68 9 20 5 68 9 19 9 67 8 18 3 64 9 16 5 61 7 14 8 58 6 18 8 65 8 Temp baxxa medja f C F 6 0 42 8 7 3 45 1 10 0 50 0 12 4 54 3 13 8 56 8 14 4 57 9 13 9 57 0 13 7 56 7 13 5 56 3 11 1 52 0 8 4 47 1 6 4 43 5 10 9 51 6 Temp baxxa rekord f C F 3 27 8 18 1 30 1 5 34 7 6 0 42 8 8 0 46 4 6 5 43 7 7 0 44 6 4 0 39 2 2 28 6 21 5 23 8 18 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 13 7 0 54 7 2 0 28 6 0 0 24 18 9 0 74 42 2 1 66 100 1 3 94 128 7 5 07 94 4 3 72 94 2 3 71 41 5 1 63 12 7 0 50 6 5 0 26 566 1 22 29 Medja ta jiem ta preċipitazzjoni 0 1 mm 2 1 1 1 0 9 2 6 5 2 9 4 11 8 8 3 8 6 4 5 1 8 1 7 58 0 Sors Servicio Meteorologico NacionalNies notevoli twieldet fl 1954 kittieba Amerikana ĠemellaġġSan Miguel de Allende hija ġemellata ma l Italja California l Istati Uniti Texas l Istati Uniti California l Istati Uniti New Mexico l Istati Uniti Florida l Istati Uniti Texas l Istati Uniti l Arġentina Florida l Istati Uniti Colorado l Istati Uniti Referenzi Bajio el nuevo milagro mexicano t21 com mx bl Ispanjol Arkivjat minn l oriġinal fl 2019 04 02 Miġbur 2023 08 01 Guanajuato Allende web archive org 2011 05 18 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 05 18 Miġbur 2023 08 01 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Protective town of San Miguel and the Sanctuary of Jesus Nazareno de Atotonilco UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 08 01 www jpg web archive org 2010 02 13 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 02 13 Miġbur 2023 08 01 de Gast Robert 2000 Behind the doors of San Miguel de Allende Rohnert Park California Pomegranate Communications Inc pp 3 9 ISBN 9780764913419 p 4 Desconocido Mexico 2010 07 16 Historia de San Miguel de Allende Guanajuato Mexico Desconocido bl Ispanjol Miġbur 2023 08 01 San Miguel de Allende La Ciudad mas Antigua Del Bajio San Miguel de Allende The oldest city of the Bajio El Norte bl Ispanjol Monterrey Mexico 18 August 2000 p 5 Tony 2020 07 20 The beautiful Mexican colonial city of San Miguel de Allende MexConnect bl Ingliz Miġbur 2023 08 01 Marta Teran 2002 Un hallazgo historico A historic find Reforma bl Ispanjol Mexico City p 2 Covert 2017 pp 13 14 Florencia Podesta 2004 San Miguel de Allende El encanto de la provincia San Miguel de Allende The charm of the province El Norte bl Ispanjol Monterrey Mexico p 16 Mauricio Ramos 2001 Verbena en San Miguel de Allende Vervain in San Miguel Allende Reforma bl Ispanjol Mexico City p 6 Covert 2017 p 113 Ingresa San Miguel de Allende a lista de UNESCO web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2014 05 08 Miġbur 2023 08 01 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Jenalia Moreno 2002 Number of U S Retirees Heading to Mexico Grows Knight Ridder Tribune Business News Washington p 1 Territorio de gringos viejos Territory of old gringos Reforma bl Ispanjol Mexico City 2001 p 14 Things to Do in San Miguel de Allende Frommer s www frommers com Miġbur 2023 08 01 Audubon Mex Audubon Mex bl Ingliz Miġbur 2023 08 01 Servicio Meteorologico Nacional www smn gob ar Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 07 09 Miġbur 2023 08 01 Ġemellaġġ web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2016 03 04 Miġbur 2023 08 01 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link