Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Mikiel huwa wieħed mit tliet li jissemmew b isimhom fil Bibbja flimkien ma Rafel u Gabrijel L isem Mikiel ġej mil espres

Arkanġlu Mikiel

  • Paġna Ewlenija
  • Arkanġlu Mikiel
Arkanġlu Mikiel
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Mikiel huwa wieħed mit-tliet li jissemmew b'isimhom fil-Bibbja, flimkien ma' Rafel u Gabrijel. L-isem Mikiel ġej mil-espressjoni "Mi-ka-El" li tfisser "min hu bħal Alla?"

San Mikiel fil-Bibbja

San Mikiel jissemma darbtejn fit-Testment il-Qadim u darbtejn fit-Testment il-Ġdid. Jissemma darbtejn fil-Ktieb tal- bħala l-Prinċep li jħares lill-ulied tal-Poplu t'Alla, lil-Lhud, fi żmien il-jasar tal-Babilonja.

“ F’dak iż-żmien iqum Mikael, ir-rajjes il-kbir, li qiegħed għassa fuq il-poplu tiegħek, u jkun żmien ta’ dieqa li bħalha qatt ma kienet mindu kien hemm ġens sa dak iż-żmien; f’dak iż-żmien jinħeles il-poplu tiegħek, kull ma jinsab fil-ktieb. ”

- Danjel 12, 1

Fl-Ittra ta' jissemma San Mikiel jiġġieled max-xitan fuq il-ġisem ta' .

“ Mikiel, l-arkanġlu, meta kien jiġġieled u jiddiskuti max-xitan fuq il-ġisem ta’ Mosè, ma kellux ħila jagħtih sentenza bit-tagħjir, imma qal, ‘Irażżnek il-Mulej’. ”

- Ġuda, 9

Fl- 12, 7-8, insibu r-rebħa tal-anġli mmexxija minn San Mikiel fuq x-xjaten wara battalja qalila.

“ U saret taqbida fis-sema: Mikiel u l-anġli tiegħu, jitqabdu mad-dragun, u d-dragun jitqabad u l-anġli tiegħu, imma dawn kienu megħlubin u ma kienx hemm post għalihom fis-sema. ”

- Apokalissi 12, 7

San Mikiel jissemma wkoll f’kotba bħal “De principiis” ta’ Oriġenu u “Rivelazzjoni ta' Mosè”.

San Mikiel fir-reliġjon Iżlamika

Fil-Koran, l-anġlu Mikiel jissemma darba, fis-Sura 2:98. L-Arkanġlu Mikiel huwa wieħed mill-erba' Arkanġli għall-Misilmin u wieħed minn tnejn imsemmijin b’isimhom fil-Koran, flimkien ma' Gabrijel.

Id-devozzjoni lejn San Mikiel Arkanġlu

It-tradizzjoni Nisranija tħares lejn San Mikiel bħala dak li jiġġieled kontra x-xitan, dak li jsalva l-erwieħ fil-punt tal-mewt, dak li jħares lill-Knisja, u dak li jieħu l-erwieħ għand Alla għall-ġudizzju. L-Insara tal-bidu kienu jpoġġu l-morda taħt il-ħarsien ta' San Mikiel. San Mikiel hu marbut ma’ ħafna nixxigħat bil-qawwa li jfejqu madwar l-Ewropa, bħal fi Chiarotopa ħdejn Kolossae u dawk f’Khonas. Fis-Santwarju ta’ Sosthenion, qrib Kostantinopli jingħad li San Mikiel deher lill-Imperatur Kostantinu. F’Ruma, jingħad li l-Arkanġlu deher fuq il-Moles Hadriani fis-sena 950 w.K. waqt purċissjoni mill-Papa Girgor għall-ħelsien mill-pesta. Jingħad ukoll li fis-seklu 6 w.K. l-Arkanġlu Mikiel deher fuq il-muntanja Gargano fin-nofsinhar tal-Italja.

F'Malta nsibu tliet knejjes iddedikati lil San Mikiel: fis-Salini (Burmarrad), fl-Iklin u fl-Imqabba. Kien hemm oħra Ħaż-Żebbuġ.

L-Arkanġlu Mikiel huwa l-patrun tal-morda, tal-kavallieri, tal-baħħara u tal-bejjiegħa tal-merċa. Hu patrun ukoll ta’ Franza u tal-Ġermanja.

San Mikiel Arkanġlu jiġi raffigurat b’xabla f’idu, liebes kurazza, rebbieħ fuq ix-xitan. Ġieli jiġi raffigurat ukoll b’miżien f'idu, simbolu tal-ġustizzja divina.

Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tiegħu nhar id-29 ta’ Settembru, flimkien mal-Arkanġli Gabrijel u Rafel.

Is-Santwarju ta' San Mikiel fuq il-Gargano

L-oriġini tas-santwarju ta’ San Mikiel tmur lura għas-sena 490. Skont it-tradizzjoni, raġel għani, ċertu Elvio Emanuele, ħa l-merħla tiegħu tirgħa fuq il-muntanja Gargano. Barri ħarablu u dam ħafna jfittxu. B’għaġeb kbir sabu għarkubbtejh quddiem għar, tgħid il-leġġenda. Bir-rabja li ħakmitu Elvio sparalu vleġġa imma spiċċa biex laqat siequ stess. Imbellah b’dak li ġara, Elvio erħielha għand l-isqof u tarraflu x’ġara.

Wara tlett ijiem ta’ talb u sawm l-Arkanġlu San Mikiel dehrlu u qallu: “Jiena l-Arkanġlu Mikiel. Jiena dejjem fil-preżenza ta’ Alla. L-għar huwa qaddis għalija. Għażiltu jien. Jiena nnifsi il-ħarries tiegħu… Fejn hemm il-blat miftuħ id-dnubiet tal-bnedmin huma maħfura… Dak li jintalab hawnhekk fit-talb jiġi maqlugħ. Għalhekk, mur fuq il-muntanja u ddedika l-għar lir-reliġjon Nisranija”. Sfortunatament l-isqof ma tahx widen kemm għax l-għar kien fl-għoli u anki għaliex dak l-imkien kien post fejn il-pagani kienu jqimu l-allat foloz tagħhom.

Sentejn wara, jiġifieri fis-sena 492, in-nies ta’ Siponto ġew assedjati mill-għadu tagħhom. L-Isqof San Lorenzo rnexxielu jikseb ftehim ta’ tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied. Tul dawn il-jiem sam u talab b’fidi kbira. Fit-tielet jum dehrlu l-Arkanġlu u qallu li n-nies tal-belt kienu se jirbħu l-battalja. Dan il-messaġġ tant mela b’kuraġġ lin-nies tal-belt li ħarġu u qerdu lill-għadu f’ħakka ta’ għajn. Il-ġellieda kienu msieħba minn dawl qawwi u ragħad.

Meta ra din ir-rebħa ssir quddiem għajnejh, l-Isqof reġa’ lura minn fehmtu u ħaseb biex jikkonsagra l-għar imqaddes li kien ħeġġu jagħmel San Mikiel Arkanġlu. Imma l-Arkanġlu dehrlu u qallu li l-għar kien diġà kkonsagrah hu stess. Minħabba dan il-fatt tal-għaġeb, din il-bażilika tissejjaħ “il-Bażilika Ċelesti” l-għaliex ma ġietx ikkonsagrata minn idejn il-bnedmin. Meta sema dan, l-isqof, flimkien ma’ seba’ isqfijiet oħra Apuljani, irħwelha purċissjonalment lejn l-għar imqaddes mal-poplu u man-nies ta’ Siponto. Tul il-purċissjoni ġrat ħaġa tassew tal-għaġeb skont it-tradizzjoni: xi ajkli ħarsu lill-isqfijiet mid-dawl tax-xemx billi fetħulhom ġwenħajhom. X’ħin waslu fl-għar sabu li kien hemm altar qadim u li kien mgħotti b’terħa tal-vermilion, b’salib għoli fuqu. Skont il-leġġenda, instabet ukoll il-forma tas-sieq ta’ San Mikiel fil-blat. B’ferħ mill-aktar kbir l-isqof offra l-ewwel Ewkaristija f’dan il-post mqaddes. Kien id-29 ta’ Settembru tas-sena 493.

L-aħħar ġrajja marbuta mal-interċessjoni qawwija ta’ San Mikiel seħħet mal-1150 sena wara, sewwasew fl-1656. In-naħa ta’ isfel tal-Italja kienet maħkuma mill-marda qerrieda tal-pesta. Quddiem din l-epidemija, li ħalliet eluf ta’ nies mejta, l-Arċisqof, Alfonso Puccinelli, sam u talab lil San Mikiel Arkanġlu. Barra minn hekk, kiteb talba u poġġieha quddiem l-istatwa tal-Arkanġlu li hemm fis-santwarju tiegħu fil-Gargano. Nhar it-22 ta’ Settembru, waqt li kien qiegħed jitlob fil-kappella tal-palazz tiegħu fuq Monte Sant’Angelo kien hemm bħal terremot u San Mikiel dehrlu f’dija li tgħammex. L-Arkanġlu ordnalu biex ibierek il-ġebel tal-għar u jnaqqax fuqhom is-sinjal tas-Salib u l-ittri MA (Mikiel Arkanġlu).

Min żamm dawn il-ġebel b’devozzjoni kellu jkun imħares mill-pesta. L-isqof għamel dak li qallu l-Arkanġlu. L-istorja tgħid li mhux biss il-belt ġiet meħlusa mit-theddida tal-pesta imma wkoll dawk kollha li talbu għall-ġebel biex iżommuh b’devozzjoni, jgħixu fejn kienu jgħixu. Bħala tifkira għal dejjem u bi gratitudni eterna għal dan il-miraklu li l-Mulej wettaq permezz ta’ San Mikiel, l-Arċisqof bena monument lil San Mikiel fil-pjazza tal-belt, li wieħed għadu jista’ jarah sal-lum, sewwasew quddiem il-kamra fejn jingħad li seħħet id-dehra. Il-kitba li hemm fuq il-monument tgħid hekk: “Lill-Prinċep tal-Anġli, Konkwistatur tal-Pesta, Patrun u Ħarries, aħna npoġġu dan il-monument bi gratitudni eterna. Alfonso Puccinelli 1656”.

Matul iż-żminijiet, is-santwarju fuq il-Gargano kien post li ra eluf ta’ pellegrini li żaruh. Fost l-għadd bla tarf ta’ pellegrini li telgħu fuq il-muntanja Gargano insibu lill-Papiet Ġelasju I, San Ljun IX, Urbanu II, Alessandru III, Gregorju X, San Ċelestinu V, Ġwanni XXIII (meta kien għadu Kardinal) u Ġwanni Pawlu II. Fost is-slaten li żaru din il-Bażilika Ċelesti nsibu lil Ludoviku II, Ottone III u ommu Teofane, Karlu t’Anġù, Alfonsu t’Aragona, is-Slaten Borboni Ferdinandu I u II, Vittorju Emanuele III u Umberto ta’ Savoja. Ma’ dawn nistgħu nżidu wkoll xi qaddisin bħal San Franġisk t’Assisi, Santa Briġida tal-Isvezja, , San Geraldu Maiella u San Piju ta' Pietralcina.

Sa mit-13 ta’ Lulju 1996, il-kura pastorali tas-santwarju ta’ San Mikiel fuq il-muntanja tal-Gargano għaddiet f’idejn il-Kongregazzjoni ta’ San Mikiel Arkanġlu. Il-Mikeliti, kif inhuma magħrufa l-membri ta’ din il-kongregazzjoni, daħlu wara 25 sena ta’ servizz pastorali li kienu wettqu l-Benedittini Verginiani. Din il-kongregazzjoni Pollakka, imwaqqfa mill-Venerabbli Qaddej ta’ Alla, Dun Bronislao Markiewicz, għandha bħala għan tagħha li taqdi lit-tfal u liż-żgħażagħ abbandunati.

San Ġorġ Preca u San Mikiel

Dun Ġorġ Preca kien devot kbir tal-Arkanġlu San Mikiel. Dun Ġorġ kien jirrakkonta kif darba meta kellu madwar ħames snin kien ghaddej il-Belt mas-seftura tal-familja u waqqfu uffiċjal żagħżugħ li qegħedlu f’idu arloġġ tad-deheb. Dan l-uffiċjal sparixxa f'daqqa u anke l-arloġġ. Dun Ġorġ kien persważ li dak l-uffiċjal ma kien ħadd ħlief l-arkanġlu San Mikiel u l-arloġġ kellu jkun l-Arloġġ ta’ Talb li Dun Ġorġ stess kellu jikteb għas-soċji tal-MUSEUM biex jitolbuh kull kwarta.

Iżjed tard Dun Ġorġ għażel lil San Mikiel bħala d-Difensur tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Fil-bidu ta' kull laqgħa tagħhom, is-soċji jagħtuh qima b'talba msejħa s-Salve Sancte Michael, li qabel kienet titkanta bil-Latin:

“ Sliem għalik O Qawwi San Mikiel, Int tħarisna f'kull tiġrib. Lill-anġli t'Alla kull ġieħ u glorja għax lilu jaqdu u jagħtu qima, kull ġieħ u glorja. ”

L-Iskola St Michael

Nhar l-4 ta' Novembru 1946, bil-barka ta' Dun Ġorġ, soċju tal-MUSEUM u eks-impjegat tat-Tarzna, Toni Agius, mgħejjun l-iktar mill-Assistent Superjur Ġenerali Karmenu Callus, fetaħ skola tas-Soċjetà tal-MUSEUM, bl-isem Skola St Michael li fil-bidu kienet f’dar jisimha Villa Violette, il-Marsa. Iżda erba’ snin wara, fl-1951 is-Soċjetà akkwistat biċċa art kbira fl-inħawi ta’ . Nhar id-19 ta’ Mejju 1951, Dun Ġorġ imdawwar mis-soċji, għalliema u tfal, bierek l-ewwel ġebla tal-iskola u talab b’dal-kliem:

“ Missier Etern, ħares lejn il-wiċċ venerabbli ta’ Ibnek Ġesu Kristu u tpaxxa bih, u bierek għall-merti tiegħu dil-ġebla, biex l-iskola titla’ bil-barka tiegħek u joħroġ ġid spiritwali u temporali, u kull min jidħol fiha jkun oġġett tal-ħniena tiegħek. O Verġni Mbierka, bierek issa din l-art li fuqha se tinbena l-iskola għall-glorja t’Alla u għall-ġid tal-erwieħ. San Ġużepp, noffrulek is-safa ta’ qalbek biex titfa’ ħarsa fuq l-art li fuqha se tinbena l-iskola li aħna, b’gost kbir ta’ qalbna, niddedikaw il San Mikiel Arkanġlu. ”

Kuljum fl-Iskola St Michael, wara l-brejk ta' nofsinhar l-istudenti jitolbu t-talba lil San Mikiel. Din it-talba kienet inkitbet u xterdet mill-Papa Ljun XIII fl-1886 immedjatament wara viżjoni terribli li jingħad li kellu hekk kif spiċċa l-quddiesa. Fl-1930, il-Papa Piju XI kien ordna li t-talba lil San Mikiel tingħad b'intenzjoni speċjali, għall-konverżjoni tar-Russja. It-talba kienet tingħad fl-aħħar ta' kull quddiesa. Fir-riforma tal-Liturgija ta' wara l-Konċilju Vatikan II, matul il-Pontifikat ta' Pawlu VI, ir-reċitazzjoni tat-talba ta' Papa Ljun tneħħiet mill-quddiesa.

“ San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida; kun int l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa. Int l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema, itfa' bil-qawwa tiegħek fil-qiegħ ta' l-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien ta' l-erwieħ. ”

Fl-Arti u l-Letteratura

L-epika ta’ , Paradise Lost tirrakkonta fis-sitt ktieb l-istorja tal-ġlieda bejn l-anġli t-tajbin immexxija mill-Arkanġlu Mikiel kontra x-xjaten.

L-Arkanġlu Mikiel hu l-karattru priċipali, maħdum minn , fil-film Michael (1996).

Fil-film Ghost Rider (2007), l-Arkanġlu Mikiel huwa wieħed mill-karattri prinċipali.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Ġun, 2025 / 15:07

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Arkanġlu Mikiel, X'inhi Arkanġlu Mikiel? Xi tfisser Arkanġlu Mikiel?

Mikiel huwa wieħed mit tliet li jissemmew b isimhom fil Bibbja flimkien ma Rafel u Gabrijel L isem Mikiel ġej mil espressjoni Mi ka El li tfisser min hu bħal Alla Pittura ta li turi lill arkanġlu Mikiel jisħaq ras ix xitan Din tinsab fil kappella Kapuċċina ta RumaSan Mikiel fil BibbjaSan Mikiel jissemma darbtejn fit Testment il Qadim u darbtejn fit Testment il Ġdid Jissemma darbtejn fil Ktieb tal bħala l Prinċep li jħares lill ulied tal Poplu t Alla lil Lhud fi zmien il jasar tal Babilonja F dak iz zmien iqum Mikael ir rajjes il kbir li qiegħed għassa fuq il poplu tiegħek u jkun zmien ta dieqa li bħalha qatt ma kienet mindu kien hemm ġens sa dak iz zmien f dak iz zmien jinħeles il poplu tiegħek kull ma jinsab fil ktieb Danjel 12 1 Fl Ittra ta jissemma San Mikiel jiġġieled max xitan fuq il ġisem ta Mikiel l arkanġlu meta kien jiġġieled u jiddiskuti max xitan fuq il ġisem ta Mose ma kellux ħila jagħtih sentenza bit tagħjir imma qal Irazznek il Mulej Ġuda 9 Fl 12 7 8 insibu r rebħa tal anġli mmexxija minn San Mikiel fuq x xjaten wara battalja qalila U saret taqbida fis sema Mikiel u l anġli tiegħu jitqabdu mad dragun u d dragun jitqabad u l anġli tiegħu imma dawn kienu megħlubin u ma kienx hemm post għalihom fis sema Apokalissi 12 7 San Mikiel jissemma wkoll f kotba bħal De principiis ta Oriġenu u Rivelazzjoni ta Mose San Mikiel fir reliġjon IzlamikaFil Koran l anġlu Mikiel jissemma darba fis Sura 2 98 L Arkanġlu Mikiel huwa wieħed mill erba Arkanġli għall Misilmin u wieħed minn tnejn imsemmijin b isimhom fil Koran flimkien ma Gabrijel Id devozzjoni lejn San Mikiel ArkanġluIt tradizzjoni Nisranija tħares lejn San Mikiel bħala dak li jiġġieled kontra x xitan dak li jsalva l erwieħ fil punt tal mewt dak li jħares lill Knisja u dak li jieħu l erwieħ għand Alla għall ġudizzju L Insara tal bidu kienu jpoġġu l morda taħt il ħarsien ta San Mikiel San Mikiel hu marbut ma ħafna nixxigħat bil qawwa li jfejqu madwar l Ewropa bħal fi Chiarotopa ħdejn Kolossae u dawk f Khonas Fis Santwarju ta Sosthenion qrib Kostantinopli jingħad li San Mikiel deher lill Imperatur Kostantinu F Ruma jingħad li l Arkanġlu deher fuq il Moles Hadriani fis sena 950 w K waqt purċissjoni mill Papa Girgor għall ħelsien mill pesta Jingħad ukoll li fis seklu 6 w K l Arkanġlu Mikiel deher fuq il muntanja Gargano fin nofsinhar tal Italja F Malta nsibu tliet knejjes iddedikati lil San Mikiel fis Salini Burmarrad fl Iklin u fl Imqabba Kien hemm oħra Ħaz Zebbuġ L Arkanġlu Mikiel huwa l patrun tal morda tal kavallieri tal baħħara u tal bejjiegħa tal merċa Hu patrun ukoll ta Franza u tal Ġermanja San Mikiel Arkanġlu jiġi raffigurat b xabla f idu liebes kurazza rebbieħ fuq ix xitan Ġieli jiġi raffigurat ukoll b mizien f idu simbolu tal ġustizzja divina Il Knisja Kattolika tiċċelebra l festa tiegħu nhar id 29 ta Settembru flimkien mal Arkanġli Gabrijel u Rafel Is Santwarju ta San Mikiel fuq il Gargano L oriġini tas santwarju ta San Mikiel tmur lura għas sena 490 Skont it tradizzjoni raġel għani ċertu Elvio Emanuele ħa l merħla tiegħu tirgħa fuq il muntanja Gargano Barri ħarablu u dam ħafna jfittxu B għaġeb kbir sabu għarkubbtejh quddiem għar tgħid il leġġenda Bir rabja li ħakmitu Elvio sparalu vleġġa imma spiċċa biex laqat siequ stess Imbellah b dak li ġara Elvio erħielha għand l isqof u tarraflu x ġara Wara tlett ijiem ta talb u sawm l Arkanġlu San Mikiel dehrlu u qallu Jiena l Arkanġlu Mikiel Jiena dejjem fil prezenza ta Alla L għar huwa qaddis għalija Għaziltu jien Jiena nnifsi il ħarries tiegħu Fejn hemm il blat miftuħ id dnubiet tal bnedmin huma maħfura Dak li jintalab hawnhekk fit talb jiġi maqlugħ Għalhekk mur fuq il muntanja u ddedika l għar lir reliġjon Nisranija Sfortunatament l isqof ma tahx widen kemm għax l għar kien fl għoli u anki għaliex dak l imkien kien post fejn il pagani kienu jqimu l allat foloz tagħhom Sentejn wara jiġifieri fis sena 492 in nies ta Siponto ġew assedjati mill għadu tagħhom L Isqof San Lorenzo rnexxielu jikseb ftehim ta tlett ijiem ta waqfien mill ġlied Tul dawn il jiem sam u talab b fidi kbira Fit tielet jum dehrlu l Arkanġlu u qallu li n nies tal belt kienu se jirbħu l battalja Dan il messaġġ tant mela b kuraġġ lin nies tal belt li ħarġu u qerdu lill għadu f ħakka ta għajn Il ġellieda kienu msieħba minn dawl qawwi u ragħad Meta ra din ir rebħa ssir quddiem għajnejh l Isqof reġa lura minn fehmtu u ħaseb biex jikkonsagra l għar imqaddes li kien ħeġġu jagħmel San Mikiel Arkanġlu Imma l Arkanġlu dehrlu u qallu li l għar kien diġa kkonsagrah hu stess Minħabba dan il fatt tal għaġeb din il bazilika tissejjaħ il Bazilika Ċelesti l għaliex ma ġietx ikkonsagrata minn idejn il bnedmin Meta sema dan l isqof flimkien ma seba isqfijiet oħra Apuljani irħwelha purċissjonalment lejn l għar imqaddes mal poplu u man nies ta Siponto Tul il purċissjoni ġrat ħaġa tassew tal għaġeb skont it tradizzjoni xi ajkli ħarsu lill isqfijiet mid dawl tax xemx billi fetħulhom ġwenħajhom X ħin waslu fl għar sabu li kien hemm altar qadim u li kien mgħotti b terħa tal vermilion b salib għoli fuqu Skont il leġġenda instabet ukoll il forma tas sieq ta San Mikiel fil blat B ferħ mill aktar kbir l isqof offra l ewwel Ewkaristija f dan il post mqaddes Kien id 29 ta Settembru tas sena 493 L aħħar ġrajja marbuta mal interċessjoni qawwija ta San Mikiel seħħet mal 1150 sena wara sewwasew fl 1656 In naħa ta isfel tal Italja kienet maħkuma mill marda qerrieda tal pesta Quddiem din l epidemija li ħalliet eluf ta nies mejta l Arċisqof Alfonso Puccinelli sam u talab lil San Mikiel Arkanġlu Barra minn hekk kiteb talba u poġġieha quddiem l istatwa tal Arkanġlu li hemm fis santwarju tiegħu fil Gargano Nhar it 22 ta Settembru waqt li kien qiegħed jitlob fil kappella tal palazz tiegħu fuq Monte Sant Angelo kien hemm bħal terremot u San Mikiel dehrlu f dija li tgħammex L Arkanġlu ordnalu biex ibierek il ġebel tal għar u jnaqqax fuqhom is sinjal tas Salib u l ittri MA Mikiel Arkanġlu Min zamm dawn il ġebel b devozzjoni kellu jkun imħares mill pesta L isqof għamel dak li qallu l Arkanġlu L istorja tgħid li mhux biss il belt ġiet meħlusa mit theddida tal pesta imma wkoll dawk kollha li talbu għall ġebel biex izommuh b devozzjoni jgħixu fejn kienu jgħixu Bħala tifkira għal dejjem u bi gratitudni eterna għal dan il miraklu li l Mulej wettaq permezz ta San Mikiel l Arċisqof bena monument lil San Mikiel fil pjazza tal belt li wieħed għadu jista jarah sal lum sewwasew quddiem il kamra fejn jingħad li seħħet id dehra Il kitba li hemm fuq il monument tgħid hekk Lill Prinċep tal Anġli Konkwistatur tal Pesta Patrun u Ħarries aħna npoġġu dan il monument bi gratitudni eterna Alfonso Puccinelli 1656 Matul iz zminijiet is santwarju fuq il Gargano kien post li ra eluf ta pellegrini li zaruh Fost l għadd bla tarf ta pellegrini li telgħu fuq il muntanja Gargano insibu lill Papiet Ġelasju I San Ljun IX Urbanu II Alessandru III Gregorju X San Ċelestinu V Ġwanni XXIII meta kien għadu Kardinal u Ġwanni Pawlu II Fost is slaten li zaru din il Bazilika Ċelesti nsibu lil Ludoviku II Ottone III u ommu Teofane Karlu t Anġu Alfonsu t Aragona is Slaten Borboni Ferdinandu I u II Vittorju Emanuele III u Umberto ta Savoja Ma dawn nistgħu nzidu wkoll xi qaddisin bħal San Franġisk t Assisi Santa Briġida tal Isvezja San Geraldu Maiella u San Piju ta Pietralcina Sa mit 13 ta Lulju 1996 il kura pastorali tas santwarju ta San Mikiel fuq il muntanja tal Gargano għaddiet f idejn il Kongregazzjoni ta San Mikiel Arkanġlu Il Mikeliti kif inhuma magħrufa l membri ta din il kongregazzjoni daħlu wara 25 sena ta servizz pastorali li kienu wettqu l Benedittini Verginiani Din il kongregazzjoni Pollakka imwaqqfa mill Venerabbli Qaddej ta Alla Dun Bronislao Markiewicz għandha bħala għan tagħha li taqdi lit tfal u liz zgħazagħ abbandunati San Ġorġ Preca u San Mikiel Dun Ġorġ Preca kien devot kbir tal Arkanġlu San Mikiel Dun Ġorġ kien jirrakkonta kif darba meta kellu madwar ħames snin kien ghaddej il Belt mas seftura tal familja u waqqfu uffiċjal zagħzugħ li qegħedlu f idu arloġġ tad deheb Dan l uffiċjal sparixxa f daqqa u anke l arloġġ Dun Ġorġ kien perswaz li dak l uffiċjal ma kien ħadd ħlief l arkanġlu San Mikiel u l arloġġ kellu jkun l Arloġġ ta Talb li Dun Ġorġ stess kellu jikteb għas soċji tal MUSEUM biex jitolbuh kull kwarta Izjed tard Dun Ġorġ għazel lil San Mikiel bħala d Difensur tas Soċjeta tal MUSEUM Fil bidu ta kull laqgħa tagħhom is soċji jagħtuh qima b talba msejħa s Salve Sancte Michael li qabel kienet titkanta bil Latin Sliem għalik O Qawwi San Mikiel Int tħarisna f kull tiġrib Lill anġli t Alla kull ġieħ u glorja għax lilu jaqdu u jagħtu qima kull ġieħ u glorja L Iskola St Michael Nhar l 4 ta Novembru 1946 bil barka ta Dun Ġorġ soċju tal MUSEUM u eks impjegat tat Tarzna Toni Agius mgħejjun l iktar mill Assistent Superjur Ġenerali Karmenu Callus fetaħ skola tas Soċjeta tal MUSEUM bl isem Skola St Michael li fil bidu kienet f dar jisimha Villa Violette il Marsa Izda erba snin wara fl 1951 is Soċjeta akkwistat biċċa art kbira fl inħawi ta Nhar id 19 ta Mejju 1951 Dun Ġorġ imdawwar mis soċji għalliema u tfal bierek l ewwel ġebla tal iskola u talab b dal kliem Missier Etern ħares lejn il wiċċ venerabbli ta Ibnek Ġesu Kristu u tpaxxa bih u bierek għall merti tiegħu dil ġebla biex l iskola titla bil barka tiegħek u joħroġ ġid spiritwali u temporali u kull min jidħol fiha jkun oġġett tal ħniena tiegħek O Verġni Mbierka bierek issa din l art li fuqha se tinbena l iskola għall glorja t Alla u għall ġid tal erwieħ San Ġuzepp noffrulek is safa ta qalbek biex titfa ħarsa fuq l art li fuqha se tinbena l iskola li aħna b gost kbir ta qalbna niddedikaw il San Mikiel Arkanġlu Kuljum fl Iskola St Michael wara l brejk ta nofsinhar l istudenti jitolbu t talba lil San Mikiel Din it talba kienet inkitbet u xterdet mill Papa Ljun XIII fl 1886 immedjatament wara vizjoni terribli li jingħad li kellu hekk kif spiċċa l quddiesa Fl 1930 il Papa Piju XI kien ordna li t talba lil San Mikiel tingħad b intenzjoni speċjali għall konverzjoni tar Russja It talba kienet tingħad fl aħħar ta kull quddiesa Fir riforma tal Liturgija ta wara l Konċilju Vatikan II matul il Pontifikat ta Pawlu VI ir reċitazzjoni tat talba ta Papa Ljun tneħħiet mill quddiesa San Mikiel Arkanġlu idħol għalina fit taqbida kun int l għajnuna tagħna kontra l ħazen u t tnassis tad demonju Irazznu Alla nitolbuk bil ħerqa Int l aqwa fost il qtajja tas sema itfa bil qawwa tiegħek fil qiegħ ta l infern lix xitan u l ispirti ħziena l oħra li jiġġerrew fid dinja għat telfien ta l erwieħ Fl Arti u l LetteraturaL epika ta Paradise Lost tirrakkonta fis sitt ktieb l istorja tal ġlieda bejn l anġli t tajbin immexxija mill Arkanġlu Mikiel kontra x xjaten L Arkanġlu Mikiel hu l karattru priċipali maħdum minn fil film Michael 1996 Fil film Ghost Rider 2007 l Arkanġlu Mikiel huwa wieħed mill karattri prinċipali

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Wikibarijiet

  • Ġunju 05, 2025

    Wikimedia Commons

  • Ġunju 06, 2025

    Washington (Distrett ta' Columbia)

  • Ġunju 07, 2025

    Wara Kristu

  • Ġunju 07, 2025

    Rio de Janeiro

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq