Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Is Sit tad Dolmens ta Antequera huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl inħawi ta l Andalusija Spanja Is sit huwa magħmul m

Sit tad Dolmens ta' Antequera

  • Paġna Ewlenija
  • Sit tad Dolmens ta' Antequera
Sit tad Dolmens ta' Antequera
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Is-Sit tad-Dolmens ta' Antequera huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-inħawi ta' , l-Andalusija, Spanja. Is-sit huwa magħmul minn tliet monumenti kulturali, id-Dolmen ta' Menga, id-Dolmen ta' Viera u t-Tholos ta' El Romeral, u żewġ elementi naturali fil-muntanji, Peña de los Enamorados u El Torcal. L-istituzzjoni kulturali responsabbli għall-protezzjoni tas-sit hija s-CADA (bl-Ispanjol: Conjunto Arqueológico Dólmenes de Antequera, bil-Malti: Kumpless Arkeoloġiku tad-Dolmens ta' Antequera).

Sit ta' Wirt Dinji

Is-Sit tad-Dolmens ta' Antequera ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2016.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO:

  • Il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba d-Dolmen Neolitiku ta' Menga jirrappreżenta wieħed mill-iżjed kapulavuri arkitettoniċi megalitiċi importanti tat-tradizzjoni tal-Atlantiku, b'dimensjonijiet enormi b'pilastri tal-ġebel intermedji li jirfdu sepulkru b'kuritur twil, filwaqt li l-qabar b'għamla ta' xehda tan-naħal jew tholos Kalkolitiku ta' El Romeral jikkomplementa ż-żewġ dolmens bil-kuritur tiegħu u l-koppla falza bil-ġebel mingħajr tkaħħil tat-tradizzjoni Mediterranja.
  • Il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet", ladarba kemm id-Dolmen ta' Menga kif ukoll it-Tholos ta' El Romeral għandhom orjentazzjonijiet anomali. L-arkeoastronomu , li studja s-sit, innota li filwaqt li l-assi ta' kważi kull dolmen madwar il-Mediterran huwa orjentat lejn element tas-smewwiet, bħat-tlugħ ix-xemx fl-ekwinozji (bħalma huwa l-każ fid-Dolmen ta' Viera), id-Dolmen ta' Menga huwa orjentat lejn il-qċaċet ta' Peña de los Enamorados. Dawn ifeġġu f'daqqa mill-pjanura u fihom l-għar kenni kontemporanju ta' Matacabras fejn instabu xi pitturi preistoriċi tal-għerien. Min-naħa l-oħra, it-Tholos ta' El Romeral huwa orjentat lejn il-muntanji ta' El Torcal, li fihom l-Għar tal-Barri li huwa orjentat lejn l-art matul is-sena kollha għajr fin-nofsinhar tas-solstizju tax-xitwa meta jkun donnu orjentat lejn ix-xemx. El Torcal huwa notevoli għall-pajsaġġ karstiku tiegħu lejn il-quċċata. Barra minn hekk, it-Tholos ta' El Romeral jinsab tul assi mid-Dolmen ta' Menga sa Peña de los Enamorados. Għaldaqstant, is-Sit tad-Dolmens ta' Antequera flimkien joħolqu pajsaġġ megalitiku uniku permezz tar-rabta tagħhom mal-elementi naturali ta' madwarhom.
  • Il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem", ladarba t-tliet monumenti megalitiċi jirriflettu stadju tal-istorja umana fejn inbnew l-ewwel monumenti ċerimonjali fil-Punent tal-Ewropa, skont iż-żewġ tradizzjonijiet ewlenin ta' kostruzzjoni tal-arti megalitika.

Ara wkoll

  • Dolmen ta' Menga
  • Dolmen ta' Viera
  • Tholos ta' El Romeral
  • Peña de los Enamorados
  • El Torcal

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Antequera Dolmens Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-25.
  2. ^ "Decreto 25/2009, de 27 de enero, por el que se inscribe en el Catálago General del Patrimonio Histórico Andaluz como Bien de Interés Cultural, con la tipología de Zona Arqueológica, el ámbito arqueológico de los Dólmenes de Antequera (Málaga)". www.juntadeandalucia.es. Miġbur 2021-09-25.
  3. ^ "Decreto 222/2013, de 5 de noviembre, por el que declaran las Zonas Especiales de Conservación Torcal de Antequera (ES0000032), Los Reales de Sierra Bermeja (ES6170004), Sierra Crestellina (ES6170005) y Desfiladero de los Gaitanes (ES6170003), se amplía el ámbito territorial del Paraje Natural Torcal de Antequera y se aprueba el Plan de Ordenación de los Recursos Naturales de los Parajes Naturales Torcal de Antequera, Los Reales de Sierra Bermeja, Sierra Crestellina y Desfiladero de los Gaitanes". www.juntadeandalucia.es. Miġbur 2021-09-25.
  4. ^ "Inicio - Museos de Andalucía". www.museosdeandalucia.es. Miġbur 2021-09-25.
  5. ^ "La Moncloa. 15/07/2016. Antequera Dolmens Site declared UNESCO World Heritage Site [Government/News]". www.lamoncloa.gob.es (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-25.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 27 Ġun, 2025 / 13:24

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Sit tad Dolmens ta' Antequera, X'inhi Sit tad Dolmens ta' Antequera? Xi tfisser Sit tad Dolmens ta' Antequera?

Is Sit tad Dolmens ta Antequera huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl inħawi ta l Andalusija Spanja Is sit huwa magħmul minn tliet monumenti kulturali id Dolmen ta Menga id Dolmen ta Viera u t Tholos ta El Romeral u zewġ elementi naturali fil muntanji Pena de los Enamorados u El Torcal L istituzzjoni kulturali responsabbli għall protezzjoni tas sit hija s CADA bl Ispanjol Conjunto Arqueologico Dolmenes de Antequera bil Malti Kumpless Arkeoloġiku tad Dolmens ta Antequera Id Dolmen ta Menga minn ġewwaSit ta Wirt DinjiIt Tholos ta El Romeral minn ġewwa Is Sit tad Dolmens ta Antequera ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2016 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO Il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem ladarba d Dolmen Neolitiku ta Menga jirrapprezenta wieħed mill izjed kapulavuri arkitettoniċi megalitiċi importanti tat tradizzjoni tal Atlantiku b dimensjonijiet enormi b pilastri tal ġebel intermedji li jirfdu sepulkru b kuritur twil filwaqt li l qabar b għamla ta xehda tan naħal jew tholos Kalkolitiku ta El Romeral jikkomplementa z zewġ dolmens bil kuritur tiegħu u l koppla falza bil ġebel mingħajr tkaħħil tat tradizzjoni Mediterranja Il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet ladarba kemm id Dolmen ta Menga kif ukoll it Tholos ta El Romeral għandhom orjentazzjonijiet anomali L arkeoastronomu li studja s sit innota li filwaqt li l assi ta kwazi kull dolmen madwar il Mediterran huwa orjentat lejn element tas smewwiet bħat tlugħ ix xemx fl ekwinozji bħalma huwa l kaz fid Dolmen ta Viera id Dolmen ta Menga huwa orjentat lejn il qċaċet ta Pena de los Enamorados Dawn ifeġġu f daqqa mill pjanura u fihom l għar kenni kontemporanju ta Matacabras fejn instabu xi pitturi preistoriċi tal għerien Min naħa l oħra it Tholos ta El Romeral huwa orjentat lejn il muntanji ta El Torcal li fihom l Għar tal Barri li huwa orjentat lejn l art matul is sena kollha għajr fin nofsinhar tas solstizju tax xitwa meta jkun donnu orjentat lejn ix xemx El Torcal huwa notevoli għall pajsaġġ karstiku tiegħu lejn il quċċata Barra minn hekk it Tholos ta El Romeral jinsab tul assi mid Dolmen ta Menga sa Pena de los Enamorados Għaldaqstant is Sit tad Dolmens ta Antequera flimkien joħolqu pajsaġġ megalitiku uniku permezz tar rabta tagħhom mal elementi naturali ta madwarhom Il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ladarba t tliet monumenti megalitiċi jirriflettu stadju tal istorja umana fejn inbnew l ewwel monumenti ċerimonjali fil Punent tal Ewropa skont iz zewġ tradizzjonijiet ewlenin ta kostruzzjoni tal arti megalitika Veduta panoramika tad Dolmen ta Menga u Pena de los Enamorados fl isfondAra wkollDolmen ta Menga Dolmen ta Viera Tholos ta El Romeral Pena de los Enamorados El TorcalReferenzi a b ċ d e Centre UNESCO World Heritage Antequera Dolmens Site UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 09 25 Decreto 25 2009 de 27 de enero por el que se inscribe en el Catalago General del Patrimonio Historico Andaluz como Bien de Interes Cultural con la tipologia de Zona Arqueologica el ambito arqueologico de los Dolmenes de Antequera Malaga www juntadeandalucia es Miġbur 2021 09 25 Decreto 222 2013 de 5 de noviembre por el que declaran las Zonas Especiales de Conservacion Torcal de Antequera ES0000032 Los Reales de Sierra Bermeja ES6170004 Sierra Crestellina ES6170005 y Desfiladero de los Gaitanes ES6170003 se amplia el ambito territorial del Paraje Natural Torcal de Antequera y se aprueba el Plan de Ordenacion de los Recursos Naturales de los Parajes Naturales Torcal de Antequera Los Reales de Sierra Bermeja Sierra Crestellina y Desfiladero de los Gaitanes www juntadeandalucia es Miġbur 2021 09 25 Inicio Museos de Andalucia www museosdeandalucia es Miġbur 2021 09 25 La Moncloa 15 07 2016 Antequera Dolmens Site declared UNESCO World Heritage Site Government News www lamoncloa gob es bl Ingliz Miġbur 2021 09 25

L-aħħar artikli
  • Ġunju 19, 2025

    Alfred Effiong

  • Ġunju 14, 2025

    Alfred Bonnici

  • Ġunju 09, 2025

    Alfred Nobel

  • Ġunju 10, 2025

    Alfons Maria Galea

  • Ġunju 11, 2025

    Alfabett Malti

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq