It tempji Ta Ħaġrat pronunzja bil Malti taˈħad ʒrat fl Imġarr Malta huma rikonoxxuti bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO
Ta' Ħaġrat

It-tempji Ta' Ħaġrat (pronunzja bil-Malti: [taˈħad͡ʒrat]) fl-Imġarr, Malta huma rikonoxxuti bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' tempji megalitiċi oħra ta' Malta u Għawdex. Dawn it-tempji huma fost l-eqdem siti reliġjużi fid-dinja. It-tempju ewlieni f'Ta' Ħaġrat imur lura għall-fażi ta' Ġgantija (3600–3200 Q.K.), filwaqt li t-tempju minuri jmur lura għall-fażi ta' Ħal Saflieni (3300–3000 Q.K.).
Pożizzjoni
It-tempji f'Ta' Ħaġrat jinsabu fil-periferiji tal-Lvant tal-villaġġ tal-Imġarr, bejn wieħed u ieħor kilometru 'l bogħod mit-tempji ta' Skorba, u ġew skavati fl-1963. Il-karatteristiċi tal-faċċata tat-tempji f'Ta' Ħaġrat jixbħu lil dawk fil-kumpless ta' Skorba.
Kumpless tat-tempji
L-iskavi wasslu għal depożiti ta' bċejjeċ tal-fuħħar li juru li fil-qedem kien hemm villaġġ minflok is-sit tat-tempji. Dawn il-bċejjeċ tal-fuħħar bikrin imorru lura għall-fażi tal-Imġarr (3800–3600 Q.K.).
It-tempji f'Ta' Ħaġrat inbnew miż-żonqor, l-iżjed blat antik u li ilu espost fil-Gżejjer Maltin. Il-kumpless fih żewġ tempji biswit xulxin. It-tempju minuri jmiss mat-tempju ewlieni fin-naħa tat-Tramuntana.
Iż-żewġ partijiet għandhom pjanta inqas regolari u huma iżgħar bħala daqs minn bosta mit-tempji Neolitiċi f'Malta. Għad-differenza ta' tempji megalitiċi oħra f'Malta, ma nstabux ħaġriet imżejna; madankollu nstabu għadd ta' artefatti. X'aktarx li l-iżjed sejba importanti hija mudell fuq skala ta' tempju, skolpit mill-ġebla tal-ġir.
Il-mudell huwa ta' tempju msaqqaf u juri l-istruttura tipika ta' tempju megalitiku f'Malta, b'faċċata trilitika tipika b'żewġ ħaġriet weqfin u oħra mimduda fuqhom, it-teknika tal-kostruzzjoni tal-ħitan li minn wesgħin jidjiequ, u s-saffi ta' fuq b'ħaġriet orizzontali.
Tempju ewlieni
It-tempju tal-fażi ta' Ġgantija tipikament għandu għamla ta' trifolju, b'faċċata konkava li tagħti għal spazju fil-beraħ b'għamla ta' nofs ċirku. Il-faċċata fiha daħla monumentali fiċ-ċentru u bank fil-bażi tagħha. Żewġ tarġiet jagħtu għad-daħla prinċipali u għal kuritur b'ħaġriet megalitiċi weqfin tal-ġebla tal-ġir.
Il-kuritur jagħti għal spazju fil-beraħ tat-torba (materjal qisu siment), li minnu joforqu tliet kompartimenti semiċirkolari. Dawn kienu parzjalment magħluqa b'ħitan f'xi żmien fil-fażi ta' Ħal Saflieni; ġew irkuprati bċejjeċ tal-fuħħar mir-radam intern fi ħdan dawn il-ħitan. L-apsidi nbnew b'ħitan tal-ġebel li ma tantx kien maħdum wisq u l-art kienet tal-blat. Is-saffi ta' fuq li għadhom viżibbli mal-ħitan tal-apsidi jissuġġerixxu li t-tempju fl-imgħoddi kien imsaqqaf.
Mudell żgħir skolpit ta' tempju, imnaqqax mill-ġebla tal-ġir, ġie skopert hawnhekk fl-1923.
Tempju minuri
It-tempju tal-fażi ta' Ħal Saflieni jinsab fit-Tramuntana tat-tempju ewlieni u huwa twil sitt metri u nofs. Wieħed jaċċessah mill-apsida tal-Lvant tat-tempju ewlieni. Intużaw ħaġriet iżgħar fil-kostruzzjoni ta' dan it-tempju u fih irregolaritajiet fid-disinn li jitqies li huwa wieħed arkajku jew provinċjali.
Skavi
Is-sit ġie skavat bejn l-1923 u l-1926 minn Sir Temi Zammit, li dak iż-żmien kien id-Direttur tal-Mużewijiet. Is-sit reġa' ġie skavat minn fl-1954, u l-arkeologu Brittaniku ħadem fuq id-datazzjoni bir-reqqa tal-kumpless matul l-iskavi tal-1961.
It-tempji f'Ta' Ħaġrat ġew inklużi fil-Lista tal-Antikitajiet tal-1925.
Restawr
Partijiet mill-faċċata u d-daħla ġew rikostruwiti fl-1937.
Sit ta' Wirt Dinji
Fl-1980, it-tempji ta' Ġgantija (f'Għawdex) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO. Imbagħad, fl-1992, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO estenda dan is-sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra. Dawn huma t-tempji ta' Ħaġar Qim (il-Qrendi, Malta), tal-Imnajdra (il-Qrendi, Malta), Ta' Ħaġrat (l-Imġarr, Malta), ta' Skorba (iż-, Malta) u ta' Ħal Tarxien (Ħal Tarxien, Malta).
L-UNESCO ddeżinjat dawn is-sitt tempji megalitiċi ta' Malta u Għawdex bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed abbażi tal-kriterju (iv) tal-kriterji tal-għażla tal-UNESCO, jiġifieri “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”. It-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l-oriġinalità, il-kumplessità u l-proporzjonijiet enormi tagħhom, iżda anke minħabba l-ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil-kostruzzjoni tagħhom. Is-sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta, filwaqt li s-sjieda tal-art tal-madwar tvarja minn sit għall-ieħor.
Ara wkoll
- Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex
- Skorba
- Ġgantija
- Mnajdra
- Ħaġar Qim
- Tempji ta' Ħal Tarxien
- Ipoġew ta' Ħal Saflieni
Referenzi
- ^ a b ""Megalithic Temples of Malta – UNESCO World Heritage Centre". Whc.unesco.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ Studies, The OTS Foundation for Neolithic. "The OTS Foundation for Neolithic Studies". The OTS Foundation for Neolithic Studies (bl-Ingliż). Miġbur 2024-10-10.
- ^ "Heritage Malta". web.archive.org. 2008-10-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-10-02. Miġbur 2024-10-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Trump, Cilia. Malta Prehistory and Temples, Malta, p. 154.
- ^ Trump, Cilia. Malta Prehistory and Temples, Malta, p. 155.
- ^ "Geology". web.archive.org. 2012-02-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-02-20. Miġbur 2024-10-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Zammit, Mayrhofer. The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, Malta, p. 142.
- ^ "Ta Hagrat - Mgarr - Temple Model". www.megalithics.com. Miġbur 2024-10-10.
- ^ Zammit T., Ta' Hagrat Megalithic Ruins at Mġarr, Malta, Bulletin of the Museum, Malta, I, i, 5, 1929.
- ^ Trump. Malta: An Archaeological Guide, Malta, p. 139.
- ^ Zammit, Mayrhofer. The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, Malta, p. 143.
- ^ Trump. Malta: An Archaeological Guide, Malta, p. 140.
- ^ "Protection of Antiquities Regulations 21st November, 1932 Government Notice 402 of 1932, as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939". Malta Environment and Planning Authority.
- ^ ""Malta Temples and The OTS Foundation". Otsf.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ David Trump et al., Malta Before History (2004: Miranda Publishers)
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ta' Ħaġrat, X'inhi Ta' Ħaġrat? Xi tfisser Ta' Ħaġrat?
It tempji Ta Ħaġrat pronunzja bil Malti taˈħad ʒrat fl Imġarr Malta huma rikonoxxuti bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO flimkien ma tempji megalitiċi oħra ta Malta u Għawdex Dawn it tempji huma fost l eqdem siti reliġjuzi fid dinja It tempju ewlieni f Ta Ħaġrat imur lura għall fazi ta Ġgantija 3600 3200 Q K filwaqt li t tempju minuri jmur lura għall fazi ta Ħal Saflieni 3300 3000 Q K Ta Ħaġrat PozizzjoniIt tempji f Ta Ħaġrat jinsabu fil periferiji tal Lvant tal villaġġ tal Imġarr bejn wieħed u ieħor kilometru l bogħod mit tempji ta Skorba u ġew skavati fl 1963 Il karatteristiċi tal faċċata tat tempji f Ta Ħaġrat jixbħu lil dawk fil kumpless ta Skorba Kumpless tat tempjiPjanta tal kumpless tat tempji f Ta Ħaġrat Didaskalija A Tempju tat 3600 3300 Q K B Tempju tat 3600 3300 Q K 1 Daħla tat tieni tempju 2 Absida tal oraklu L iskavi wasslu għal depoziti ta bċejjeċ tal fuħħar li juru li fil qedem kien hemm villaġġ minflok is sit tat tempji Dawn il bċejjeċ tal fuħħar bikrin imorru lura għall fazi tal Imġarr 3800 3600 Q K It tempji f Ta Ħaġrat inbnew miz zonqor l izjed blat antik u li ilu espost fil Gzejjer Maltin Il kumpless fih zewġ tempji biswit xulxin It tempju minuri jmiss mat tempju ewlieni fin naħa tat Tramuntana Iz zewġ partijiet għandhom pjanta inqas regolari u huma izgħar bħala daqs minn bosta mit tempji Neolitiċi f Malta Għad differenza ta tempji megalitiċi oħra f Malta ma nstabux ħaġriet imzejna madankollu nstabu għadd ta artefatti X aktarx li l izjed sejba importanti hija mudell fuq skala ta tempju skolpit mill ġebla tal ġir Il mudell huwa ta tempju msaqqaf u juri l istruttura tipika ta tempju megalitiku f Malta b faċċata trilitika tipika b zewġ ħaġriet weqfin u oħra mimduda fuqhom it teknika tal kostruzzjoni tal ħitan li minn wesgħin jidjiequ u s saffi ta fuq b ħaġriet orizzontali Tempju ewlieni It tempju tal fazi ta Ġgantija tipikament għandu għamla ta trifolju b faċċata konkava li tagħti għal spazju fil beraħ b għamla ta nofs ċirku Il faċċata fiha daħla monumentali fiċ ċentru u bank fil bazi tagħha Zewġ tarġiet jagħtu għad daħla prinċipali u għal kuritur b ħaġriet megalitiċi weqfin tal ġebla tal ġir Skultura ta tempju msaqqaf li nstabet f Ta Ħaġrat Il kuritur jagħti għal spazju fil beraħ tat torba materjal qisu siment li minnu joforqu tliet kompartimenti semiċirkolari Dawn kienu parzjalment magħluqa b ħitan f xi zmien fil fazi ta Ħal Saflieni ġew irkuprati bċejjeċ tal fuħħar mir radam intern fi ħdan dawn il ħitan L apsidi nbnew b ħitan tal ġebel li ma tantx kien maħdum wisq u l art kienet tal blat Is saffi ta fuq li għadhom vizibbli mal ħitan tal apsidi jissuġġerixxu li t tempju fl imgħoddi kien imsaqqaf Mudell zgħir skolpit ta tempju imnaqqax mill ġebla tal ġir ġie skopert hawnhekk fl 1923 Tempju minuri It tempju tal fazi ta Ħal Saflieni jinsab fit Tramuntana tat tempju ewlieni u huwa twil sitt metri u nofs Wieħed jaċċessah mill apsida tal Lvant tat tempju ewlieni Intuzaw ħaġriet izgħar fil kostruzzjoni ta dan it tempju u fih irregolaritajiet fid disinn li jitqies li huwa wieħed arkajku jew provinċjali SkaviIs sit ġie skavat bejn l 1923 u l 1926 minn Sir Temi Zammit li dak iz zmien kien id Direttur tal Muzewijiet Is sit reġa ġie skavat minn fl 1954 u l arkeologu Brittaniku ħadem fuq id datazzjoni bir reqqa tal kumpless matul l iskavi tal 1961 It tempji f Ta Ħaġrat ġew inkluzi fil Lista tal Antikitajiet tal 1925 RestawrPartijiet mill faċċata u d daħla ġew rikostruwiti fl 1937 Sit ta Wirt DinjiFl 1980 it tempji ta Ġgantija f Għawdex ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed tal UNESCO Imbagħad fl 1992 il Kumitat tal Wirt Dinji tal UNESCO estenda dan is sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra Dawn huma t tempji ta Ħaġar Qim il Qrendi Malta tal Imnajdra il Qrendi Malta Ta Ħaġrat l Imġarr Malta ta Skorba iz Malta u ta Ħal Tarxien Ħal Tarxien Malta L UNESCO ddezinjat dawn is sitt tempji megalitiċi ta Malta u Għawdex bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed abbazi tal kriterju iv tal kriterji tal għazla tal UNESCO jiġifieri Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem It Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l oriġinalita il kumplessita u l proporzjonijiet enormi tagħhom izda anke minħabba l ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil kostruzzjoni tagħhom Is sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta filwaqt li s sjieda tal art tal madwar tvarja minn sit għall ieħor Ara wkollTempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex Skorba Ġgantija Mnajdra Ħaġar Qim Tempji ta Ħal Tarxien Ipoġew ta Ħal SaflieniReferenzi a b Megalithic Temples of Malta UNESCO World Heritage Centre Whc unesco org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Studies The OTS Foundation for Neolithic The OTS Foundation for Neolithic Studies The OTS Foundation for Neolithic Studies bl Ingliz Miġbur 2024 10 10 Heritage Malta web archive org 2008 10 02 Arkivjat mill oriġinal fl 2008 10 02 Miġbur 2024 10 10 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Trump Cilia Malta Prehistory and Temples Malta p 154 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples Malta p 155 Geology web archive org 2012 02 20 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 02 20 Miġbur 2024 10 10 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo Malta p 142 Ta Hagrat Mgarr Temple Model www megalithics com Miġbur 2024 10 10 Zammit T Ta Hagrat Megalithic Ruins at Mġarr Malta Bulletin of the Museum Malta I i 5 1929 Trump Malta An Archaeological Guide Malta p 139 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo Malta p 143 Trump Malta An Archaeological Guide Malta p 140 Protection of Antiquities Regulations 21st November 1932 Government Notice 402 of 1932 as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939 Malta Environment and Planning Authority Malta Temples and The OTS Foundation Otsf org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna David Trump et al Malta Before History 2004 Miranda Publishers