Sir Thomas More Londra 7 ta Frar 1478 Londra 6 ta Lulju 1535 kien avukat filosfu umanista tar Rinaxximent kittieb u poli
Tumas More

Sir Thomas More (Londra, 7 ta' Frar 1478 - Londra, 6 ta' Lulju 1535) kien avukat, filosfu umanista tar-Rinaxximent, kittieb, u politiku Ingliż. Huwa wkoll qaddis tal-Knisja Kattolika.
San Tumas More | |
---|---|
Tumas More, ritratt ta' (1527) | |
Twelid | 7 ta' Frar 1478 Londra |
Mewt | 6 ta' Lulju 1535 Londra |
1935, Ruma minn Piju XI | |
L-ikbar | Knisja ta' San Dunstan, Canterbury |
22 ta' Ġunju (Kattoliċi) 6 ta' Lulju (Anglikani) | |
Attributi | palma |
avukati, politiċi |
Studji u Karriera
Wara li studja ħafna r-reliġjon u l-istudji klassiċi, daħal l-Università ta' biex jistudja l-liġi. Meta spiċċa l-università beda karriera ta' avukat li wasslitu sal-Parlament. Fl-1505 iżżewweġ lil Jane Colt li tatu erbat itfal, u meta mietet f'età żgħira iżżewweġ armla, Alice Middleton, biex tkun omm għal uliedu żgħar. Tumas More kien bniedem għaref u ta' kultura kbira, ħabib ta' isqfijiet u studjużi kbar. Fl-1516 kiteb il-ktieb famuż mad-dinja kollha, Utopia.
Sfond storiku
Is-seklu sittax bil-kemm kien għadu beda meta fil-Ġermanja, qam il-moviment tar-riforma ta’ Luteru, il-Protestantiżmu. Hekk kellu jkun, moviment ta’ riforma, riforma tal-Knisja Kattolika, imma wassal biex iġġieled u nqata’ minnha. Għall-ewwel fl-Ingilterra, l-influwenza tal-protestanti ftit li xejn ħakmet l-imħuħ. Fil-bidu tas-seklu sittax, dan il-pajjiż kien qiegħed igawdi żmien ta’ paċi u progress, żmien li kien ilu ħafna ma jkollu bħalu. Kien għadu kif inħeles minn gwerra ċivili qerrieda għat-tron.
Għall-bidu tas-seklu sittax, tela’ fuq it-tron Enriku Tudor li sar ir-Enriku VII. Ma’ dan ir-re waslet il-paċi. Bil-paċi beda żmien mill-aqwa għall-Ingilterra. Il-pajjiż beda jissaħħaħ u jieħu r-ruħ. Il-paċi minbarra qawmien ekonomiku ġabet ukoll qawmien intelletwali. Kien f’dan iż-żmien li l-Ingilterra tat lid-dinja t-teatru ta’ Shakespeare u l-filosofija ta’ Francis Bacon. Bla dubju ta’ xejn ma’ dawn wieħed mill-aqwa imħuħ li tat l-Ingilterra fil-bidu tas-seklu sittax kien Thomas More.
Tumas More u Enriku VIII
More kien avukat mill-aqwa u minħabba l-għerf tiegħu kien magħruf bħala Socrates ta’ l-Ingilterra. Il-fama ta’ More sa ġibdet l-attenzjoni ta’ Enriku VIII, bin Enriku VII. Għalhekk ma damitx ma waslet l-istedina biex More jidħol fis-servizz irjali. Stedina tar-re dak iż-żmien ma kontx tista’ twarrabha kif ġieb u laħaq. Thomas More aċċetta.
Fil-bidu tar-renju tiegħu, Enriku ltaqa’ ma’ saram. Martu, Katarina ta’ Aragona, l-armla ta’ ħuh, ma setgħetx tagħtih iben. Kien importanti li r-re jkollu iben; x’jiswa li Katarina tagħtu tifla? L-Ingilterra qatt ma kienet aċċettat nisa bħala suċċessuri għat-tron. X’ser isir issa mit-Tudors? Kien hemm il-biża’ li t-tron imur għand familja oħra. Għalhekk hemm bżonn li Enriku jerġa’ jiżżewweġ biex ikollu tifel.
More isir Kanċillier tar-Re
Il-Kardinal Wolsey, il-kanċillier tar-re, l-iktar bniedem influenti fl-Ingilterra, kellu biċċa xogħol iebsa li jġib il-permess mingħand il-Papa biex Enriku jkun jista’ jerġa’ jiżżewweġ. Għalhekk talab l-għajnuna ta’ Sir Thomas biex jgħinu f’din il-biċċa xogħol. Enriku kien jisħaq li jrid jerġa’ jiżżewweġ. Ried li l-Papa jħassarlu l-ewwel żwieġ. “Mhux sew tiżżewweġ l-armla ta’ ħuk…l-iskrittura tgħid dan” kien itambar lir-re. Imma l-knisja kienet tagħtu dispensa – permess biex iż-żwieġ jista’ jsir.
Issa Enriku ried dispensa oħra, biex jerġa’ jieħu mara u din id-darba, lil Ann Bolejn. Imma l-Papa ma ħariġx din id-dispensa u l-ewwel żwieġ baqa’ jgħodd. Għalxejn ma swiet id-diplomazija tal-Kardinal Wolsey ma’ Ruma. Għalhekk Wolsey tkeċċa minn kanċillier u minfloku Enriku poġġa lil Sir Thomas More. More sar l-aktar bniedem prominenti fl-Ingilterra.
Dak iż-żmien Enriku kien fl-aqwa tiegħu. Kien sabiħ u kellu manjieri li jħolluk. Kien mimli talenti, studjuż u għaref, kapaċi ħafna fl-atletika u fil-logħob tat-tennis, żeffien u mużiċista. Ta’ tmintax kien diġà re. Kien imrobbi fi fsied li ħassru u mdorri jagħmel ta’ rasu. Kien jogħġbu l-ftaħir u moħħu biex ikun l-aqwa u l-ewwel f’kollox.
Bdiet issir aktar ċara li l-Papa ma kienx se jħoll iż-żwieġ tar-re għalhekk daħħal fin-nofs lil Thomas Cromwell, is-segretarju ta’ Enriku li ħejja pjan biex tgħaddi tas-sultan tiegħu. L-isqfijiet tar-renju ġegħlhom jaċċettaw lil Enriku bħala l-kap tal-knisja u b’hekk Ruma u l-Papa ma baqgħu ifissru xejn iżjed għall-Ingilterra. Ir-riforma protestanta nibtet f’dan il-pajjiż ukoll.
More jirriżenja minn kanċillier
Fuq din Thomas More irriżenja minn kanċillier. Ma ħassux li seta jaħdem iktar mar-re. Ma kienx qed jaqbel ma dak li kien qed isir. Ħaġa iebsa tirriżenja minn kanċillier. Tfisser titlef id-dħul tal-flus. Tfisser tiksirha mar-re li ma jħobbx li jitilquh nies jekk ma jkunx ordnalhom hu. Tfisser ikollok tissaporti t-tgergir tal-familjari tiegħek li ma jkunux fehmu għalfejn għandek titlaq dan il-ġid u l-unuri kollha.
Bħala kap tal-knisja fl-Ingilterra, r-re seta’ jagħmel li jrid fi ħwejjeġ ekkleżjastiċi. Poġġa lil Thomas Cramner bħala Arċisqof ta’ Canterbury. Cramner mill-ewwel qeda lir-re mill-koxxa. Ħabbar li ż-żwieġ irjali ma’ Katarina ma kienx kif kellu jkun u mbagħad wara ftit żewweġ lil Enriku ma’ Ann Bolejn. More ma marx għaċ-ċerimonja taż-żwieġ. Għal ħafna Ingliżi u barranin dan kien ifisser li Thomas More ma kienx jaqbel ma’ dak li kien qed isir.
Thomas Cromwell ingħata l-inkarigu li jew jibdel il-fehma ta’ More jew jeħles minnu. Biex jilħaq dan l-iskop, Cromwell sab l-għajnuna ta’ Richard Rich, żagħżugħ b’kilba li jilħaq u dejjem lest biex għal dan l-iskop jagħmel kollox.
Ann Bolejn kien ser ikollha tarbija. Enriku ttama li jkun tifel. Hu ried li s-suċċessur tiegħu ma jkunx it-tifla ta’ Katarina imma t-tarbija tal-mara ġdida tiegħu u għalhekk, Cromwell poġġa quddiem il-parlament l-att ta’ suċċessjoni li kien jgħid: “Ann hi l-mara propja tar-re. It-tarbija ta’ Ann għandha d-dritt għat-tron. Il-Papa m’għandux dritt jindaħal fil-ħwejjeġ tal-knisja fl-Ingilterra. Min jiġi mitlub jieħu ġurament biex jikkonferma dan l-att u ma jeħdux, jitlef ġidu kollu u jintbagħat il-ħabs għal għomru.’’
More issa sar jaf li wasal iż-żmien li jitlef ġidu u l-kumpanija tal-familja tiegħu. Il-ġurament u l-kastigi li kien hemm marbutin miegħu kienu ntiżi għal nies prominenti bħalu biex iġegħulhom jaqblu ma dak li kien qed isir.
Wara ftit taż-żmien More ġie msejjaħ biex imur Lambeth Palace sabiex jieħu l-ġurament. Kien jaf li sejjer biex ma jerġax lura. Qabel mar, sellem lill-familja. F’Lambeth Palace More la ħa l-ġurament u lanqas ma nħela f’argumenti. Talab biss li jħalluh bi kwietu mal-kuxjenza tiegħu.
More fil-ħabs
Min hemm ittieħed lejn it-torri ta’ Londra biex jiskonta s-sentenza ta’ ħabs għal għomru. Imma l-inkwiet ma kienx spiċċa għal More. Il-ħalfa tar-re u s-segretarju tiegħu li jġegħluh iċedi jew jeqirduh ma ntesietx. Mill-Parlament Cromwell għadda l-att ta’ supremanzija li jgħid li r-re kien il-kap suprem tal-knisja fl-Ingilterra. Cromwell kompla “Min bil-kelma jew bil-kitba iċaħħad lill- Majestà tiegħu minn dan it-titlu ikun ħati ta’ tradiment u ħaqqu l-mewt.’’
More ittella’ quddiem kummissjoni biex jiġi eżaminat fuq kliemu u kitbietu, imma nstab li la bil-kitba u lanqas bil-kliem ma qatt ċaħad dan it-titlu lir-re. Ma kkummenta xejn jekk jaqbilx jew le li r-re kien il-kap suprem tal-knisja. Xejn. Żamm is-skiet, għalhekk ma setgħux jikkundannawh, More kien intelliġenti wisq għalihom.
Il-Proċess
F’Ġunju ta’ l-1535, More ittieħed għall-ġuri l-qorti. “Thomas More, int akkużat li ttradejt ir-re billi żammejt silenzju malinn. Akkużat ukoll li f’ittri li għaddew bejnek u bejn it-traditur l-isqof Fischer, inti wettaqt l-istess tradiment u mbagħad b’ħażen kbir ħraqt dawn l-imsemmija ittri.’’
More xorta xejjen dawn l-akkużi faċilment. “Kif għidtu intom stess, l-ittri huma maħruqa u ma jistgħux ikunu ta’ xhieda. Naħilifilkom li ma kienx fihom tradiment. Dwar is-silenzju tiegħi fuq x’jgħidu l-atti, ma tafux li l-liġi tinkiser meta wieħed jitkellem kontra u mhux meta ma jgħid xejn. L-aktar li tistgħu tgħidu hu li bis-silenzju tiegħi qbilt magħhom u mhux ċħadthom. Il-pjan ta’ Cromwell u Rich kien ser jerġa’ jiġi fix-xejn. More kien ser jerġa’ jeħlisha.
Għalhekk Rich tela’ bħala xhud. Ħalef u xehed li quddiemu fit-torri, More kien ċaħad bil-kelma s-supremazija ta’ Enriku fuq il-knisja fl-Ingilterra. Din id-darba l-għedewwa nqdew bil-ħalf falz. More ċaħad din ix-xhieda. Imma issa kien f’idejn il-ġurija biex temmen lilu jew lil Rich. Il-ġurija damet ħmistax-il minuta biex waslet għall-verdett. Iddeċidiet li Rich kien qal is-sewwa u li More kien ħati ta’ tradiment.
Issa Thomas More kien jaf x’hemm lest għalih. Qabel ma l-imħallfin temmew is-sentenza, More talab biex jitkellem. Fl-aħħar kiser is-silenzju u stqarr fhemtu dwar is-supremazija tar-re fuq il-knisja fl-Ingilterra.
Ċaħad bl-aktar mod ċar u sod li r-re hu l-kap tal-knisja. Qal li din kienet kontra l-liġi t’Alla. Fakkar li skond il-Magna Carta u l-ġurament tar-re waqt l-inkoronazzjoni tiegħu, dan l-att qatt ma seta’ għadda mill-parlament. Thomas More ġie kkundannat għall-mewt.
Fil-5 ta’ Lulju, kiteb ittra lil bintu l-maħbuba Margaret. Kienet ittra ta’ tislijiet lil qrabatu. “Saħħiet binti u itlob għalija u jien għad nitlob għalik u għal ħbiebek biex niltaqgħu flimkien fil-hena tal-ġenna.’’
L-għada wasallu l-messaġġ li kellu jmut dak in-nhar stess. Ir-re talbu biex fuq il-forka jitkellem mill-inqas. More kien il-qaddej fidil tar-re. Dejjem obda fit-tajjeb. Il-ftit kelmiet li lissen qabel ma ġie maqtul kienu: “Ser imut il-qaddej fidil tar-re imma fuq kollox il-qaddej fidil ta’ Alla!’’
Maqtul
Fis-6 ta' Lulju 1535, meta ħaduh għall-forka, niżel għarkubbtejh jitlob is-salm Miserere u kif spiċċa beda jiċċajta mal-bojja. Tah xi ħaġa tal-flus, għannqu u qallu biex jaqdi dmiru. Baxxa rasu u lestiha għall-mewt u biex jiċċajta qal lill-bojja, “Mument wieħed, ħallini nqiegħed sewwa l-leħja, dnub li tinqata': hi ma ttradiet lil ħadd” u lil dawk li kienu qed jarawh qalilhom, “Ser imut il-qaddej leali tar-Re, imma fuq kollox il-qaddej leali ta' Alla” (the King's good servant - but God's first).
Il-ġisem ta' More indifen fi knisja żgħira maġenb il-ħabs stess iżda rasu ġiet imwaħħla fil-Pont ta' Londra mal-irjus tan-nies ħżiena li kienu jitqiegħdu hemm biex ibeżżgħu lin-nies. Imma bintu Margaret irnexxielha teħodha u żammitha bħala fdal ta' għożża kbira tul ħajjitha kollha.
Fl-1886, ġie ddikjarat beatu, u fl-1935 qaddis mill-.
San Thomas More huwa wieħed mill-qaddisin patruni tal-avukati u tal-politiċi.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tumas More, X'inhi Tumas More? Xi tfisser Tumas More?
Sir Thomas More Londra 7 ta Frar 1478 Londra 6 ta Lulju 1535 kien avukat filosfu umanista tar Rinaxximent kittieb u politiku Ingliz Huwa wkoll qaddis tal Knisja Kattolika San Tumas MoreTumas More ritratt ta Hans Holbein iz zgħir 1527 Twelid 7 ta Frar 1478 LondraMewt 6 ta Lulju 1535 LondraKanonizzazzjoni 1935 Ruma minn Piju XIL ikbar santwarju Knisja ta San Dunstan CanterburyFesta 22 ta Ġunju Kattoliċi 6 ta Lulju Anglikani Attributi palmaPatrun a avukati politiċi Werrej 1 Studji u Karriera 2 Sfond storiku 3 Tumas More u Enriku VIII 3 1 More isir Kanċillier tar Re 3 2 More jirrizenja minn kanċillier 4 More fil ħabs 4 1 Il Proċess 4 2 MaqtulStudji u KarrieraimmodifikaWara li studja ħafna r reliġjon u l istudji klassiċi daħal l Universita ta Oxford biex jistudja l liġi Meta spiċċa l universita beda karriera ta avukat li wasslitu sal Parlament Fl 1505 izzewweġ lil Jane Colt li tatu erbat itfal u meta mietet f eta zgħira izzewweġ armla Alice Middleton biex tkun omm għal uliedu zgħar Tumas More kien bniedem għaref u ta kultura kbira ħabib ta isqfijiet u studjuzi kbar Fl 1516 kiteb il ktieb famuz mad dinja kollha Utopia Sfond storikuimmodifikaIs seklu sittax bil kemm kien għadu beda meta fil Ġermanja qam il moviment tar riforma ta Luteru il Protestantizmu Hekk kellu jkun moviment ta riforma riforma tal Knisja Kattolika imma wassal biex iġġieled u nqata minnha Għall ewwel fl Ingilterra l influwenza tal protestanti ftit li xejn ħakmet l imħuħ Fil bidu tas seklu sittax dan il pajjiz kien qiegħed igawdi zmien ta paċi u progress zmien li kien ilu ħafna ma jkollu bħalu Kien għadu kif inħeles minn gwerra ċivili qerrieda għat tron Għall bidu tas seklu sittax tela fuq it tron Enriku Tudor li sar ir Enriku VII Ma dan ir re waslet il paċi Bil paċi beda zmien mill aqwa għall Ingilterra Il pajjiz beda jissaħħaħ u jieħu r ruħ Il paċi minbarra qawmien ekonomiku ġabet ukoll qawmien intelletwali Kien f dan iz zmien li l Ingilterra tat lid dinja t teatru ta Shakespeare u l filosofija ta Francis Bacon Bla dubju ta xejn ma dawn wieħed mill aqwa imħuħ li tat l Ingilterra fil bidu tas seklu sittax kien Thomas More Tumas More u Enriku VIIIimmodifikaMore kien avukat mill aqwa u minħabba l għerf tiegħu kien magħruf bħala Socrates ta l Ingilterra Il fama ta More sa ġibdet l attenzjoni ta Enriku VIII bin Enriku VII Għalhekk ma damitx ma waslet l istedina biex More jidħol fis servizz irjali Stedina tar re dak iz zmien ma kontx tista twarrabha kif ġieb u laħaq Thomas More aċċetta Fil bidu tar renju tiegħu Enriku ltaqa ma saram Martu Katarina ta Aragona l armla ta ħuh ma setgħetx tagħtih iben Kien importanti li r re jkollu iben x jiswa li Katarina tagħtu tifla L Ingilterra qatt ma kienet aċċettat nisa bħala suċċessuri għat tron X ser isir issa mit Tudors Kien hemm il biza li t tron imur għand familja oħra Għalhekk hemm bzonn li Enriku jerġa jizzewweġ biex ikollu tifel More isir Kanċillier tar Reimmodifika Il Kardinal Wolsey il kanċillier tar re l iktar bniedem influenti fl Ingilterra kellu biċċa xogħol iebsa li jġib il permess mingħand il Papa biex Enriku jkun jista jerġa jizzewweġ Għalhekk talab l għajnuna ta Sir Thomas biex jgħinu f din il biċċa xogħol Enriku kien jisħaq li jrid jerġa jizzewweġ Ried li l Papa jħassarlu l ewwel zwieġ Mhux sew tizzewweġ l armla ta ħuk l iskrittura tgħid dan kien itambar lir re Imma l knisja kienet tagħtu dispensa permess biex iz zwieġ jista jsir Issa Enriku ried dispensa oħra biex jerġa jieħu mara u din id darba lil Ann Bolejn Imma l Papa ma ħariġx din id dispensa u l ewwel zwieġ baqa jgħodd Għalxejn ma swiet id diplomazija tal Kardinal Wolsey ma Ruma Għalhekk Wolsey tkeċċa minn kanċillier u minfloku Enriku poġġa lil Sir Thomas More More sar l aktar bniedem prominenti fl Ingilterra Dak iz zmien Enriku kien fl aqwa tiegħu Kien sabiħ u kellu manjieri li jħolluk Kien mimli talenti studjuz u għaref kapaċi ħafna fl atletika u fil logħob tat tennis zeffien u muziċista Ta tmintax kien diġa re Kien imrobbi fi fsied li ħassru u mdorri jagħmel ta rasu Kien jogħġbu l ftaħir u moħħu biex ikun l aqwa u l ewwel f kollox Bdiet issir aktar ċara li l Papa ma kienx se jħoll iz zwieġ tar re għalhekk daħħal fin nofs lil Thomas Cromwell is segretarju ta Enriku li ħejja pjan biex tgħaddi tas sultan tiegħu L isqfijiet tar renju ġegħlhom jaċċettaw lil Enriku bħala l kap tal knisja u b hekk Ruma u l Papa ma baqgħu ifissru xejn izjed għall Ingilterra Ir riforma protestanta nibtet f dan il pajjiz ukoll More jirrizenja minn kanċillierimmodifika nbsp Tumas More Fuq din Thomas More irrizenja minn kanċillier Ma ħassux li seta jaħdem iktar mar re Ma kienx qed jaqbel ma dak li kien qed isir Ħaġa iebsa tirrizenja minn kanċillier Tfisser titlef id dħul tal flus Tfisser tiksirha mar re li ma jħobbx li jitilquh nies jekk ma jkunx ordnalhom hu Tfisser ikollok tissaporti t tgergir tal familjari tiegħek li ma jkunux fehmu għalfejn għandek titlaq dan il ġid u l unuri kollha Bħala kap tal knisja fl Ingilterra r re seta jagħmel li jrid fi ħwejjeġ ekklezjastiċi Poġġa lil Thomas Cramner bħala Arċisqof ta Canterbury Cramner mill ewwel qeda lir re mill koxxa Ħabbar li z zwieġ irjali ma Katarina ma kienx kif kellu jkun u mbagħad wara ftit zewweġ lil Enriku ma Ann Bolejn More ma marx għaċ ċerimonja taz zwieġ Għal ħafna Inglizi u barranin dan kien ifisser li Thomas More ma kienx jaqbel ma dak li kien qed isir Thomas Cromwell ingħata l inkarigu li jew jibdel il fehma ta More jew jeħles minnu Biex jilħaq dan l iskop Cromwell sab l għajnuna ta Richard Rich zagħzugħ b kilba li jilħaq u dejjem lest biex għal dan l iskop jagħmel kollox Ann Bolejn kien ser ikollha tarbija Enriku ttama li jkun tifel Hu ried li s suċċessur tiegħu ma jkunx it tifla ta Katarina imma t tarbija tal mara ġdida tiegħu u għalhekk Cromwell poġġa quddiem il parlament l att ta suċċessjoni li kien jgħid Ann hi l mara propja tar re It tarbija ta Ann għandha d dritt għat tron Il Papa m għandux dritt jindaħal fil ħwejjeġ tal knisja fl Ingilterra Min jiġi mitlub jieħu ġurament biex jikkonferma dan l att u ma jeħdux jitlef ġidu kollu u jintbagħat il ħabs għal għomru More issa sar jaf li wasal iz zmien li jitlef ġidu u l kumpanija tal familja tiegħu Il ġurament u l kastigi li kien hemm marbutin miegħu kienu ntizi għal nies prominenti bħalu biex iġegħulhom jaqblu ma dak li kien qed isir Wara ftit taz zmien More ġie msejjaħ biex imur Lambeth Palace sabiex jieħu l ġurament Kien jaf li sejjer biex ma jerġax lura Qabel mar sellem lill familja F Lambeth Palace More la ħa l ġurament u lanqas ma nħela f argumenti Talab biss li jħalluh bi kwietu mal kuxjenza tiegħu More fil ħabsimmodifikaMin hemm ittieħed lejn it torri ta Londra biex jiskonta s sentenza ta ħabs għal għomru Imma l inkwiet ma kienx spiċċa għal More Il ħalfa tar re u s segretarju tiegħu li jġegħluh iċedi jew jeqirduh ma ntesietx Mill Parlament Cromwell għadda l att ta supremanzija li jgħid li r re kien il kap suprem tal knisja fl Ingilterra Cromwell kompla Min bil kelma jew bil kitba iċaħħad lill Majesta tiegħu minn dan it titlu ikun ħati ta tradiment u ħaqqu l mewt More ittella quddiem kummissjoni biex jiġi ezaminat fuq kliemu u kitbietu imma nstab li la bil kitba u lanqas bil kliem ma qatt ċaħad dan it titlu lir re Ma kkummenta xejn jekk jaqbilx jew le li r re kien il kap suprem tal knisja Xejn Zamm is skiet għalhekk ma setgħux jikkundannawh More kien intelliġenti wisq għalihom Il Proċessimmodifika F Ġunju ta l 1535 More ittieħed għall ġuri l qorti Thomas More int akkuzat li ttradejt ir re billi zammejt silenzju malinn Akkuzat ukoll li f ittri li għaddew bejnek u bejn it traditur l isqof Fischer inti wettaqt l istess tradiment u mbagħad b ħazen kbir ħraqt dawn l imsemmija ittri More xorta xejjen dawn l akkuzi faċilment Kif għidtu intom stess l ittri huma maħruqa u ma jistgħux ikunu ta xhieda Naħilifilkom li ma kienx fihom tradiment Dwar is silenzju tiegħi fuq x jgħidu l atti ma tafux li l liġi tinkiser meta wieħed jitkellem kontra u mhux meta ma jgħid xejn L aktar li tistgħu tgħidu hu li bis silenzju tiegħi qbilt magħhom u mhux ċħadthom Il pjan ta Cromwell u Rich kien ser jerġa jiġi fix xejn More kien ser jerġa jeħlisha Għalhekk Rich tela bħala xhud Ħalef u xehed li quddiemu fit torri More kien ċaħad bil kelma s supremazija ta Enriku fuq il knisja fl Ingilterra Din id darba l għedewwa nqdew bil ħalf falz More ċaħad din ix xhieda Imma issa kien f idejn il ġurija biex temmen lilu jew lil Rich Il ġurija damet ħmistax il minuta biex waslet għall verdett Iddeċidiet li Rich kien qal is sewwa u li More kien ħati ta tradiment Issa Thomas More kien jaf x hemm lest għalih Qabel ma l imħallfin temmew is sentenza More talab biex jitkellem Fl aħħar kiser is silenzju u stqarr fhemtu dwar is supremazija tar re fuq il knisja fl Ingilterra Ċaħad bl aktar mod ċar u sod li r re hu l kap tal knisja Qal li din kienet kontra l liġi t Alla Fakkar li skond il Magna Carta u l ġurament tar re waqt l inkoronazzjoni tiegħu dan l att qatt ma seta għadda mill parlament Thomas More ġie kkundannat għall mewt Fil 5 ta Lulju kiteb ittra lil bintu l maħbuba Margaret Kienet ittra ta tislijiet lil qrabatu Saħħiet binti u itlob għalija u jien għad nitlob għalik u għal ħbiebek biex niltaqgħu flimkien fil hena tal ġenna L għada wasallu l messaġġ li kellu jmut dak in nhar stess Ir re talbu biex fuq il forka jitkellem mill inqas More kien il qaddej fidil tar re Dejjem obda fit tajjeb Il ftit kelmiet li lissen qabel ma ġie maqtul kienu Ser imut il qaddej fidil tar re imma fuq kollox il qaddej fidil ta Alla Maqtulimmodifika Fis 6 ta Lulju 1535 meta ħaduh għall forka nizel għarkubbtejh jitlob is salm Miserere u kif spiċċa beda jiċċajta mal bojja Tah xi ħaġa tal flus għannqu u qallu biex jaqdi dmiru Baxxa rasu u lestiha għall mewt u biex jiċċajta qal lill bojja Mument wieħed ħallini nqiegħed sewwa l leħja dnub li tinqata hi ma ttradiet lil ħadd u lil dawk li kienu qed jarawh qalilhom Ser imut il qaddej leali tar Re imma fuq kollox il qaddej leali ta Alla the King s good servant but God s first Il ġisem ta More indifen fi knisja zgħira maġenb il ħabs stess izda rasu ġiet imwaħħla fil Pont ta Londra mal irjus tan nies ħziena li kienu jitqiegħdu hemm biex ibezzgħu lin nies Imma bintu Margaret irnexxielha teħodha u zammitha bħala fdal ta għozza kbira tul ħajjitha kollha Fl 1886 ġie ddikjarat beatu u fl 1935 qaddis mill Papa Piju XI San Thomas More huwa wieħed mill qaddisin patruni tal avukati u tal politiċi Miksub minn https mt wikipedia org w index php title Tumas More amp oldid 294061