Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

It Tumbati Funebri ta Dilmun bl Għarbi مدافن دلمون huma Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO magħmul miż żoni tan nekropoli fuq

Tumbati Funebri ta' Dilmun

  • Paġna Ewlenija
  • Tumbati Funebri ta' Dilmun
Tumbati Funebri ta' Dilmun
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

It-Tumbati Funebri ta' Dilmun (bl-Għarbi: مدافن دلمون) huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul miż-żoni tan-nekropoli fuq il-gżira prinċipali ta' Bahrain u li jmorru lura għal żmien il-kulturi ta' Dilmun u ta' Umm al-Nar.

Il-Bahrain ilu magħruf minn żmien il-qedem bħala gżira b'għadd kbir ħafna ta' siti funebri, u l-kilometri kwadri ta' tumbati funebri li oriġinarjament kienu magħrufa, kienu maħsuba bħala wieħed mill-ikbar nekropoli tad-dinja tal-qedem. In-nekropoli huma kkonċentrati fit-Tramuntana tal-gżira, fl-inħawi bil-blat iebes kemxejn 'il fuq mir-raba' agrikolu għammiel – in-Nofsinhar tal-gżira hija prinċipalment bir-ramel u qisha deżert. Studji reċenti wrew li l-madwar 350,000 tumbata funebri tal-qedem setgħu ġew magħmula biss mill-popolazzjoni lokali matul eluf ta' snin. It-tumbati mhumiex kollha tal-istess epoka, jew eżattament tal-istess stil, u jvarjaw b'mod konsiderevoli bħala daqs minn post għall-ieħor fl-inħawi tat-tumbati. Ir-riċerka, taħt il-patroċinju tal-Mużew Nazzjonali tal-Bahrain (flimkien mal-interess ġenwin tas-Soċjetà Arkeoloġika u Storika tal-Bahrain), għadha għaddejja sabiex tiġi stabbilita kronoloġija valida għall-varjazzjonijiet u għaż-żminijiet kollha tat-tumbati funebri, kif ukoll sabiex jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-soċjetà jew għas-soċjetajiet li għamluhom.

Skavi

Bejn l-10 u d-19 ta' Frar 1889, uħud mit-tumbati funebri ġew skavati mill-esploratur Brittaniku u minn martu . Skont id-djarju ta' Mabel Bent huma sabu "…bċejjeċ tal-avorju, tal-karbonju u tal-qxur tal-bajd tan-nagħma…". Dawn is-sejbiet issa jinsabu fil- f'Londra. Theodore Bent ippubblika r-riżultati tiegħu f'żewġ artikli, iżda rendikont iktar dettaljat ingħata fil-ktieb tiegħu Southern Arabia (1900).

Fis-snin 50 tas-seklu 20, grupp Daniż kien qed jiskava f'Qal'at al-Bahrain, il-belt kapitali ta' Żmien il-Bronż, u meta fetħu xi tumbati funebri skoprew oġġetti tal-istess kultura li jmorru lura għall-ħabta ta' 4,100-3,700 sena qabel il-preżent. Bosta oħrajn bdew jiskavaw iktar tumbati funebri, u taw ħjiel dwar il-kostruzzjoni u l-kontenut ta' dawn l-oqbra.

Kompartimenti (fi ħdan it-tumbati funebri)

Kull waħda mit-tumbati funebri hija magħmula minn kompartiment ċentrali tal-ġebel, imdawwar b'ħajt tond baxx, mirdum bil-ħamrija u biż-żrar. Id-daqs tat-tumbati jvarja, iżda l-maġġoranza tagħhom għandhom dijametru ta' 15-il pied bi 30 pied (4.5 metri b'9 metri) u huma għoljin 3-6 piedi (1-2 metri). It-tumbati iktar żgħar normalment fihom kompartiment wieħed biss. Il-kompartimenti normalment għandhom għamla rettangolari b'xi alkova jew tnejn fin-naħa tal-Grigal. Okkażjonalment fihom pari addizzjonali ta' alkovi tul in-naħa tan-nofs tal-kompartimenti l-kbar.

Għalkemm inġenerali l-kompartimenti kienu jkunu għal difna waħda, uħud fihom diversi katavri u l-kompartimenti sekondarji spiss ma fihom l-ebda difna. Id-deċeduti ġeneralment kienu jitpoġġew mimdudin b'rashom fin-naħa tal-alkova tal-kompartiment u kienu jitpoġġew mimdudin fuq ġenbhom fuq il-lemin. Mal-katavri kien ikun hemm ftit oġġetti. Kien ikun hemm ftit bċejjeċ tal-fuħħar u okkażjonalment xi siġilli tal-qxur tal-baħar jew tal-ġebel, qfief issiġillati bl-asfalt, oġġetti tal-avorju, buqari u ġarer tal-ġebel, kif ukoll armi tar-ram. L-iskeletri huma rappreżentattivi taż-żewġ ġeneri b'aspettattiva tal-ħajja ta' madwar 40 sena. It-trabi ġeneralment kienu jindifnu man-naħa ta' barra tal-ħajt tond madwar il-kompartimenti. L-għadd medju ta' tfal għal kull familja kien ta' 1.6 persuna.

Kontroversji rigward il-konservazzjoni

It-tentattivi ta' protezzjoni tat-tumbati funebri ntlaqgħu b'oppożizzjoni mill-fundamentalisti reliġjużi li jqishom mhux Iżlamiċi u li appellaw biex jintefa' l-konkos fuqhom biex minflok jinbnew l-abitazzjonijiet. Matul dibattitu parlamentari fis-17 ta' Lulju 2005, il-mexxej tal-partit Salafist al Asalah, ix-Xejikk Adel Mouwda, qal "Abitazzjonijiet għall-ħajjin huma aħjar mill-oqbra għall-mejtin. Irridu nkunu kburin bl-għeruq Iżlamiċi tagħna u mhux b'xi ċivilizzazzjoni tal-qedem minn post u żmien ieħor, li ħallietilna xi ġarra u xi għadam 'l hemm u 'l hawn".

Sit ta' Wirt Dinji

It-Tumbati Funebri ta' Dilmun ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Dilmun Burial Mounds". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-25.
  2. ^ The Travel Chronicles of Mrs J. Theodore Bent, Vol 3, 2010, p. 22. Oxford: Archaeopress.
  3. ^ "ornament | British Museum". The British Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-25.
  4. ^ The Mounds of Bahrein, Athenæum, 1889, Issue 3219 (Jul), 38; The Bahrein Islands, in the Persian Gulf, Proceedings of the Royal Geographical Society and Monthly Record of Geography, Vol. 12 (1) (Jan 1890), 1-19.
  5. ^ Southern Arabia, Theodore u Mabel Bent, Kapitlu 2, 1900. Londra: Smith, Elder and Co.
  6. ^ "Bahrain digs unveil one of oldest civilisations" (bl-Ingliż). 2013-05-20. Miġbur 2023-10-25.
  7. ^ Carrington, Daisy (2013-11-01). "In Bahrain, development chips away at world's largest, oldest burial site". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-25.
  8. ^ Højlund, Flemming (2007). The Burial Mounds of Bahrain: Social Complexity in Early Dilmun (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  9. ^ Crawford, Harriet; Killick, Robert; Moon, Jane (2016). Dilmun Temple At Saar (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  10. ^ "Bahraini Islamists : Mohammed Khalid, Ali Mattar, Adel Mouwda, Ali Salman, Jassim Al Saeedi, Majeed Karimi, Khalifa Al Dhahrani". 紀伊國屋書店ウェブストア|オンライン書店|本、雑誌の通販、電子書籍ストア (bil-Ġappuniż). Miġbur 2023-10-25.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 27 Lul, 2025 / 08:34

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tumbati Funebri ta' Dilmun, X'inhi Tumbati Funebri ta' Dilmun? Xi tfisser Tumbati Funebri ta' Dilmun?

It Tumbati Funebri ta Dilmun bl Għarbi مدافن دلمون huma Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO magħmul miz zoni tan nekropoli fuq il gzira prinċipali ta Bahrain u li jmorru lura għal zmien il kulturi ta Dilmun u ta Umm al Nar It Tumbati Funebri ta Dilmun fl 1918 Il Bahrain ilu magħruf minn zmien il qedem bħala gzira b għadd kbir ħafna ta siti funebri u l kilometri kwadri ta tumbati funebri li oriġinarjament kienu magħrufa kienu maħsuba bħala wieħed mill ikbar nekropoli tad dinja tal qedem In nekropoli huma kkonċentrati fit Tramuntana tal gzira fl inħawi bil blat iebes kemxejn il fuq mir raba agrikolu għammiel in Nofsinhar tal gzira hija prinċipalment bir ramel u qisha dezert Studji reċenti wrew li l madwar 350 000 tumbata funebri tal qedem setgħu ġew magħmula biss mill popolazzjoni lokali matul eluf ta snin It tumbati mhumiex kollha tal istess epoka jew ezattament tal istess stil u jvarjaw b mod konsiderevoli bħala daqs minn post għall ieħor fl inħawi tat tumbati Ir riċerka taħt il patroċinju tal Muzew Nazzjonali tal Bahrain flimkien mal interess ġenwin tas Soċjeta Arkeoloġika u Storika tal Bahrain għadha għaddejja sabiex tiġi stabbilita kronoloġija valida għall varjazzjonijiet u għaz zminijiet kollha tat tumbati funebri kif ukoll sabiex jitqiesu l implikazzjonijiet għas soċjeta jew għas soċjetajiet li għamluhom SkaviBejn l 10 u d 19 ta Frar 1889 uħud mit tumbati funebri ġew skavati mill esploratur Brittaniku u minn martu Skont id djarju ta Mabel Bent huma sabu bċejjeċ tal avorju tal karbonju u tal qxur tal bajd tan nagħma Dawn is sejbiet issa jinsabu fil f Londra Theodore Bent ippubblika r rizultati tiegħu f zewġ artikli izda rendikont iktar dettaljat ingħata fil ktieb tiegħu Southern Arabia 1900 Fis snin 50 tas seklu 20 grupp Daniz kien qed jiskava f Qal at al Bahrain il belt kapitali ta Zmien il Bronz u meta fetħu xi tumbati funebri skoprew oġġetti tal istess kultura li jmorru lura għall ħabta ta 4 100 3 700 sena qabel il prezent Bosta oħrajn bdew jiskavaw iktar tumbati funebri u taw ħjiel dwar il kostruzzjoni u l kontenut ta dawn l oqbra Kompartimenti fi ħdan it tumbati funebri Tumbati Funebri ta A ali Kull waħda mit tumbati funebri hija magħmula minn kompartiment ċentrali tal ġebel imdawwar b ħajt tond baxx mirdum bil ħamrija u biz zrar Id daqs tat tumbati jvarja izda l maġġoranza tagħhom għandhom dijametru ta 15 il pied bi 30 pied 4 5 metri b 9 metri u huma għoljin 3 6 piedi 1 2 metri It tumbati iktar zgħar normalment fihom kompartiment wieħed biss Il kompartimenti normalment għandhom għamla rettangolari b xi alkova jew tnejn fin naħa tal Grigal Okkazjonalment fihom pari addizzjonali ta alkovi tul in naħa tan nofs tal kompartimenti l kbar Mappa li turi fejn jinsabu t tumbati funebri tal qedem Għalkemm inġenerali l kompartimenti kienu jkunu għal difna waħda uħud fihom diversi katavri u l kompartimenti sekondarji spiss ma fihom l ebda difna Id deċeduti ġeneralment kienu jitpoġġew mimdudin b rashom fin naħa tal alkova tal kompartiment u kienu jitpoġġew mimdudin fuq ġenbhom fuq il lemin Mal katavri kien ikun hemm ftit oġġetti Kien ikun hemm ftit bċejjeċ tal fuħħar u okkazjonalment xi siġilli tal qxur tal baħar jew tal ġebel qfief issiġillati bl asfalt oġġetti tal avorju buqari u ġarer tal ġebel kif ukoll armi tar ram L iskeletri huma rapprezentattivi taz zewġ ġeneri b aspettattiva tal ħajja ta madwar 40 sena It trabi ġeneralment kienu jindifnu man naħa ta barra tal ħajt tond madwar il kompartimenti L għadd medju ta tfal għal kull familja kien ta 1 6 persuna Kontroversji rigward il konservazzjoni It tentattivi ta protezzjoni tat tumbati funebri ntlaqgħu b oppozizzjoni mill fundamentalisti reliġjuzi li jqishom mhux Izlamiċi u li appellaw biex jintefa l konkos fuqhom biex minflok jinbnew l abitazzjonijiet Matul dibattitu parlamentari fis 17 ta Lulju 2005 il mexxej tal partit Salafist al Asalah ix Xejikk Adel Mouwda qal Abitazzjonijiet għall ħajjin huma aħjar mill oqbra għall mejtin Irridu nkunu kburin bl għeruq Izlamiċi tagħna u mhux b xi ċivilizzazzjoni tal qedem minn post u zmien ieħor li ħallietilna xi ġarra u xi għadam l hemm u l hawn Sit ta Wirt DinjiIt Tumbati Funebri ta Dilmun ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2019 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Dilmun Burial Mounds UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 25 The Travel Chronicles of Mrs J Theodore Bent Vol 3 2010 p 22 Oxford Archaeopress ornament British Museum The British Museum bl Ingliz Miġbur 2023 10 25 The Mounds of Bahrein Athenaeum 1889 Issue 3219 Jul 38 The Bahrein Islands in the Persian Gulf Proceedings of the Royal Geographical Society and Monthly Record of Geography Vol 12 1 Jan 1890 1 19 Southern Arabia Theodore u Mabel Bent Kapitlu 2 1900 Londra Smith Elder and Co Bahrain digs unveil one of oldest civilisations bl Ingliz 2013 05 20 Miġbur 2023 10 25 Carrington Daisy 2013 11 01 In Bahrain development chips away at world s largest oldest burial site CNN bl Ingliz Miġbur 2023 10 25 Hojlund Flemming 2007 The Burial Mounds of Bahrain Social Complexity in Early Dilmun bl Ingliz Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Crawford Harriet Killick Robert Moon Jane 2016 Dilmun Temple At Saar bl Ingliz Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Bahraini Islamists Mohammed Khalid Ali Mattar Adel Mouwda Ali Salman Jassim Al Saeedi Majeed Karimi Khalifa Al Dhahrani 紀伊國屋書店ウェブストア オンライン書店 本 雑誌の通販 電子書籍ストア bil Ġappuniz Miġbur 2023 10 25

L-aħħar artikli
  • Lulju 13, 2025

    Pratilepus

  • Lulju 13, 2025

    Pra Frente Brasil

  • Lulju 21, 2025

    Plotinu

  • Lulju 13, 2025

    Pliosiwalagus

  • Lulju 13, 2025

    Pliopentalagus

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq