Wenzu Mintoff Pietà 11 ta Diċembru 1959 huwa Imħallef fil Qrati Superjuri ta Malta Wenzu MintoffMembru tal Kamra tad Dep
Wenzu Mintoff

Wenzu Mintoff (Pietà, 11 ta' Diċembru 1959) huwa Imħallef fil-Qrati Superjuri ta' Malta.
Wenzu Mintoff | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Tal-Pietà, 11 Diċembru 1959 (65 sena) | ||
Nazzjonalità | Malta | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta' Malta Kulleġġ De La Salle | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | avukat politiku |
Bin Daniel (ħu l-Perit Dom Mintoff) u Astrid imwielda Chetcuti, Wenzu studja l-Liċeo, il-Kulleġġ De La Salle, u l-ekonomija fl-Università ta’ Malta u wara l-liġi. Iggradwa bħala Nutar Pubbliku fl-1983 u bħala Avukat fl-1984.
Karigi
Fl-1983 kien jifforma parti mill-istaff tal-Ambaxxata ta’ Malta fi New York fi żmien li Malta kienet tokkupa l-Presidenza tal-Kunsill tas-Siġurtà tal-Ġnus Magħquda.
Bħala student, ħadem bħala skrivan u bħala deputat reġistratur fil-Qrati ta’ Malta. Bħala avukat ħadem għal xi żmien fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fl-uffiċċju legali tal-Mid-Med Bank u fl-uffiċċju legali tal-Malta Development Corporation.
Huwa okkupa l-kariga ta’ kap tal-uffiċċju legali tal-Malta Development Corporation u tal-Malta Enterprise Corporation. F’din il-kariga kien ifforma parti mit-tim li nnegozja diversi trattati għall-ħarsien tal-investimenti bejn Malta u ħmistax-il pajjiż differenti. Huwa kien responsabbli għall-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni prinċipali u sussidjarja, l-aktar fil-qasam fiskali.
Bħala avukat fil-qorti, ipprattika l-aktar fil-kamp tal-liġi ċivili, il-liġi kummerċjali, u l-liġi amministrattiva.
Politika
Fl-1977 kien intgħażel President tal-Għaqda Studenti Soċjalisti. Fl-1985 irriżenja wara li xi studenti kienu vjolenti mal-ambjentalisti. Bejn l-1987 u l-1992, kien ukoll deputat parlamentari f'isem il-Partit Laburista fuq it-tieni distrett wara li tela' minn elezzjoni każwali. Huwa ngħażel whip u segretarju tal-grupp parlamentari Laburista, karigi li rriżenja minnhom fit-8 ta' April 1989 wara nuqqas ta' qbil mal-Partit. Fit-13 ta' Ottubru tkeċċa mill-Partit flimkien ma' Toni Abela u Carmen Spiteri, iżda baqa' jżomm is-siġġu parlamentari u jirrappreżenta lil grupp politiku li twaqqaf fl-istess żmien, l-Alternattiva Demokratika, li tiegħu kien iċ-chairman sal-1999 meta rriżenja mill-istess grupp u reġa' resaq lejn il-Partit Laburista. Iktar tard sar editur tal-ġurnal tal-Partit Laburista Kulħadd. Qabel kien ukoll editur tal-ġurnal L-Alternattiva. Huwa kkontesta l-ewwel elezzjoni għall-Parlament Ewropew fl-2004 f'isem il-Partit Laburista iżda ma kienx elett.
Imħallef
Nhar is-16 ta' Lulju 2014, huwa nħatar Imħallef fil-Qrati Superjuri u dan wara li l-Kabinett tal-Ministri approva din il-ħatra. Mintoff kien is-sitt ħatra fil-ġudikatura fil-leġiżlatura preżenti wara l-ħatra ta’ żewġ Imħallfin u tliet Maġistrati.
Ħajja Personali
Mintoff huwa miżżewweġ lil Geraldine u għandhom tifla, Franziska.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wenzu Mintoff, X'inhi Wenzu Mintoff? Xi tfisser Wenzu Mintoff?
Wenzu Mintoff Pieta 11 ta Diċembru 1959 huwa Imħallef fil Qrati Superjuri ta Malta Wenzu MintoffMembru tal Kamra tad Deputati ta MaltaĦajjaTwelid Tal Pieta 11 Diċembru 1959 65 sena Nazzjonalita MaltaEdukazzjoniAlma mater Universita ta Malta Kulleġġ De La SalleOkkupazzjoniOkkupazzjoni avukat politiku Bin Daniel ħu l Perit Dom Mintoff u Astrid imwielda Chetcuti Wenzu studja l Liċeo il Kulleġġ De La Salle u l ekonomija fl Universita ta Malta u wara l liġi Iggradwa bħala Nutar Pubbliku fl 1983 u bħala Avukat fl 1984 KarigiFl 1983 kien jifforma parti mill istaff tal Ambaxxata ta Malta fi New York fi zmien li Malta kienet tokkupa l Presidenza tal Kunsill tas Siġurta tal Ġnus Magħquda Bħala student ħadem bħala skrivan u bħala deputat reġistratur fil Qrati ta Malta Bħala avukat ħadem għal xi zmien fl uffiċċju tal Avukat Ġenerali fl uffiċċju legali tal Mid Med Bank u fl uffiċċju legali tal Malta Development Corporation Huwa okkupa l kariga ta kap tal uffiċċju legali tal Malta Development Corporation u tal Malta Enterprise Corporation F din il kariga kien ifforma parti mit tim li nnegozja diversi trattati għall ħarsien tal investimenti bejn Malta u ħmistax il pajjiz differenti Huwa kien responsabbli għall abbozzar ta leġizlazzjoni prinċipali u sussidjarja l aktar fil qasam fiskali Bħala avukat fil qorti ipprattika l aktar fil kamp tal liġi ċivili il liġi kummerċjali u l liġi amministrattiva PolitikaFl 1977 kien intgħazel President tal Għaqda Studenti Soċjalisti Fl 1985 irrizenja wara li xi studenti kienu vjolenti mal ambjentalisti Bejn l 1987 u l 1992 kien ukoll deputat parlamentari f isem il Partit Laburista fuq it tieni distrett wara li tela minn elezzjoni kazwali Huwa ngħazel whip u segretarju tal grupp parlamentari Laburista karigi li rrizenja minnhom fit 8 ta April 1989 wara nuqqas ta qbil mal Partit Fit 13 ta Ottubru tkeċċa mill Partit flimkien ma Toni Abela u Carmen Spiteri izda baqa jzomm is siġġu parlamentari u jirrapprezenta lil grupp politiku li twaqqaf fl istess zmien l Alternattiva Demokratika li tiegħu kien iċ chairman sal 1999 meta rrizenja mill istess grupp u reġa resaq lejn il Partit Laburista Iktar tard sar editur tal ġurnal tal Partit Laburista Kulħadd Qabel kien ukoll editur tal ġurnal L Alternattiva Huwa kkontesta l ewwel elezzjoni għall Parlament Ewropew fl 2004 f isem il Partit Laburista izda ma kienx elett ImħallefNhar is 16 ta Lulju 2014 huwa nħatar Imħallef fil Qrati Superjuri u dan wara li l Kabinett tal Ministri approva din il ħatra Mintoff kien is sitt ħatra fil ġudikatura fil leġizlatura prezenti wara l ħatra ta zewġ Imħallfin u tliet Maġistrati Ħajja PersonaliMintoff huwa mizzewweġ lil Geraldine u għandhom tifla Franziska