Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Howard Carter twieled fid 9 ta Mejju 1874 miet fit 2 ta Marzu 1939 kien arkeologu u Eġittologu Brittaniku Huwa sar magħr

Howard Carter

  • Paġna Ewlenija
  • Howard Carter
Howard Carter
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Howard Carter (twieled fid-9 ta' Mejju 1874 – miet fit-2 ta' Marzu 1939) kien arkeologu u Eġittologu Brittaniku. Huwa sar magħruf mad-dinja kollha wara li skopra l-qabar intatt tal-Faragħun tat-18-il dinastija, Tutankhamun f'November 1922, l-aqwa qabar tal-faragħuni ppreservat l-aħjar fil-.

Howard Carter
Ħajja
Twelid , 9 Mejju 1874, 1873
Nazzjonalità Renju Unit
Mewt Londra, 2 Marzu 1939
Post tad-dfin
Kawża tal-mewt kawżi naturali ()
Familja
Missier
Konjuga/i Not married
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni


Impjegaturi Egypt Exploration Society  (1891 -  1899)
Kunsill Suprem tal-Antikitajiet  (1900 -  1905)
Premjijiet
List


  •  (1924)

Tfulija u l-bidu tal-karriera

Howard Carter twieled f' fid-9 ta' Mejju 1874 u kien l-iżgħar wild (minn ħdax) tal-artist u l-illustratur u (kunjomha xebba Sands). Missieru għenu jħarreġ u jiżviluppa t-talenti artistiċi tiegħu.

Carter qatta' l-biċċa l-kbira ta' tfulitu ma' qrabat fir-raħal merkantili ta' , , li kien il-post fejn twieldu l-ġenituri tiegħu. Huwa ngħata edukazzjoni formali limitata biss fi Swaffham, u wera li kellu talent bħala . Il-villa fl-inħawi tal-familja Amherst, imsejħa Didlington Hall, kien fiha kollezzjoni mdaqqsa ta' antikitajiet Eġizzjani, li tassew qanqlet l-interess ta' Carter f'dak is-suġġett. Is-Sinjura Amherst kienet impressjonata bil-ħiliet artistiċi tiegħu, u fl-1891 stabbiliet il-Fond tal-Esplorazzjoni tal-Eġittu sabiex tibgħat lil Carter jassisti lil ħabib tal-familja Amherst, , fl-iskavi u fir-reġistrazzjoni tal-oqbra tar-Renju Nofsani f'.

Minkejja li kellu biss 17-il sena, Carter kien innovattiv u pprova jtejjeb il-metodu tal-ikkopjar tat-tiżjin tal-oqbra. Fl-1892, huwa ħadem taħt it-tutela ta' għal staġun wieħed f'Amarna, il-belt kapitali stabbilita mill-faragħun . Mill-1894 sal-1899, huwa ħadem flimkien ma' f', fejn irreġistra r-riljievi ta' mal-ħitan fit-.

Fl-1899, Carter inħatar bħala Spettur tal-Monumenti tal-Eġittu ta' Fuq fis-Servizz tal-Antikitajiet Eġizzjani. Huwa kien ibbażat f', fejn issorvelja għadd ta' skavi u xogħlijiet ta' restawr fl-inħawi ta' Tebe, filwaqt li fil-Wied tar-Rejiet issorvelja l-esplorazzjoni sistematika tal-wied tal-arkeologu Amerikan . Fl-1904, wara diżgwid man-nies tal-post rigward serqiet mill-oqbra, huwa ġie ttrasferit fl-Ispettorat tal-Eġittu t'Isfel. Carter ġie mfaħħar għat-titjib li wassal fil-protezzjoni tas-siti tal-iskavi eżistenti u fl-aċċessibbiltà tagħhom, u għall-iżvilupp ta' sistema ta' blokok ta' grilja għat-tfittxija tal-oqbra. Is-Servizz tal-Antikitajiet ipprovda wkoll il-finanzjament biex Carter imexxi l-proġetti tal-iskavi tiegħu stess.

Carter irreżenja mis-Servizz tal-Antikitajiet fl-1905 wara inkjesta formali f'dik li saret magħrufa bħala l-Kwistjoni ta' , konfront vjolenti bejn il-gwardjani Eġizzjani u grupp ta' turisti Franċiżi. Carter żamm mal-persunal Eġizzjan, u rrifjuta li jitlob skuża meta l-awtoritajiet Franċiżi għamlu lment uffiċjali. Meta reġa' lura Luxor, għal kważi tliet snin Carter ma kellux impjieg formali. Kien jaqla' l-għajxien tiegħu billi jpitter u jbigħ pitturi bl-akkwarelli lit-turisti, u fl-1906 ħadem bħala disinjatur għal rasu għal Theodore Davis.

Qabar ta' Tutankhamun

Fl-1907, Carter beda jaħdem għal , li impjegah biex jissorvelja l-iskavi tal-oqbra tan-nies nobbli f'Deir el-Bahri, ħdejn Tebe. , il-kap tas-Servizz tal-Antikitajiet Eġizzjani, kien irrakkomanda lil Carter lil Lord Carnarvon peress li kien jaf li kien se japplika metodi arkeoloġiċi u sistemi ta' reġistrazzjoni moderni. Carter f'qasir żmien żviluppa relazzjoni tajba ta' ħidma mal-kap tiegħu, mas-Sinjura Burghclere, oħt Carnarvon, u osserva li "għas-sittax-il sena ta' wara ż-żewġ irġiel ħadmu flimkien b'xorti li mhux dejjem daħqitilhom iżda kienu dejjem magħqudin mhux biss mill-għan komuni tagħhom imma wkoll mir-rispett u mill-affezzjoni reċiproka tagħhom".

Fl-1914, Lord Carnarvon irċieva l-konċessjoni li jwettaq l-iskavi fil-Wied tar-Rejiet. Carter mexxa x-xogħol, u wettaq tfittxija sistematika għal kwalunkwe qabar li ma kienx ġie skopert fl-ispedizzjonijiet preċedenti, b'mod partikolari dak tal-Faragħun Tutankhamun. Madankollu, l-iskavi ma damux ma ġew interrotti ħesrem mill-Ewwel Gwerra Dinjija, u Carter qatta' s-snin tal-gwerra jaħdem għall-Gvern Brittaniku bħala kurrier u traduttur diplomatiku. Mimli entużjażmu huwa kompla x-xogħol tal-iskavi tiegħu lejn l-aħħar tal-1917.

Sal-1922, Lord Carnarvon beda jgerger minħabba n-nuqqas ta' riżultati wara diversi snin ta' ftit sejbiet. Wara li kkunsidra li jirtira l-finanzjament tiegħu, Carnarvon qabel, wara diskussjoni ma' Carter, li kien se jiffinanzja staġun wieħed ieħor ta' ħidma fil-Wied tar-Rejiet.

Carter irritorna fil-Wied tar-Rejiet u investiga linja ta' għorfiet li kien abbanduna ftit staġuni qabel. L-ekwipaġġ ikklirja l-għorfiet u r-radam tal-blat ta' taħthom. Fl-4 ta' Novembru 1922, bi żball tifel żgħir li kien iġibilhom l-ilma tgerbeb f'ġebla li inzertat kienet il-parti ta' fuq ta' taraġ imnaqqax fil-blat. Carter ordna li t-taraġ jiġi mikxuf billi jitneħħa r-radam tal-blat sa ma nstabet il-parti ta' fuq ta' daħla mkaħħla bit-tajn. Id-daħla kienet imnaqqxa b'siġilli ovali bil-ġeroglifiċi Eġizzjani (magħrufa bħala cartouche). Carter ordna li t-taraġ jerġa' jiġi jintradam, u bagħat lil Carnarvon, li wasal mill-Ingilterra ġimagħtejn u nofs wara fit-23 ta' Novembru, akkumpanjat mat-tifla tiegħu .

Fl-24 ta' Novembru 1922, it-taraġ kollu ġie mnaddaf mir-radam u ġie żvelat siġill bil-cartouche ta' Tutankhamun man-naħa ta' barra tad-daħla. Din id-daħla tneħħiet u l-kuritur ta' warajha mimli radam ġie mnaddaf, sakemm ġiet żvelata d-daħla tal-qabar innifsu. Fis-26 ta' Novembru, Carter flimkien ma' Carnarvon, Evelyn u l-assistent , għamel "toqba ċkejkna fir-rokna ta' fuq fin-naħa tax-xellug" fid-daħla, bi trapan li nanntu kienet tatu bħala rigal meta għalaq 17-il sena. Huwa seta' jnemmes x'kien hemm fuq in-naħa l-oħra tat-toqba permezz tad-dawl ta' xemgħa u ra li ħafna teżori tad-deheb u tal-ebanu kienu għadhom f'posthom. Huwa kien għadu ma jafx jekk kienx sab "qabar jew sempliċement maħżen antik", iżda kien lemaħ daħla ssiġillata promettenti bejn żewġ statwi għassiesa. Carnarvon staqsa, "Tista' tara xi ħaġa?". U Carter wieġeb: "Iva, affarijiet mill-isbaħ!". Carter fil-fatt, kien skopra l-qabar ta' Tutankhamun (li sussegwentement ġiet iddeżinjata l-kodiċi KV62). Imbagħad, l-aċċess sikur għall-qabar ġie żgurat, sabiex ikun jista' jidħol l-għada fil-preżenza ta' uffiċjal tad-Dipartiment Eġizzjan tal-Antikitajiet. Madankollu dik il-lejla, Carter, Carnarvon, Evelyn u Callender milli jidher għamlu żjara mhux awtorizzata, u saru l-ewwel nies fiż-żminijiet moderni li daħlu fil-qabar. Xi sorsi jissuġġerixxu li l-grupp kien daħal ukoll fil-kompartiment funebri ta' ġewwa nett. Skont dawn l-istess sorsi, kien hemm toqba żgħira fid-daħla ssiġillata tal-kompartiment u Carter, Carnarvon u Evelyn daħlu mbe minnha.

L-għada filgħodu fis-27 ta' Novembru, spezzjonaw il-qabar fil-preżenza ta' uffiċjal Eġizzjan. Callender rama t-tidwil bl-elettriku, u xeħet dawl fuq ammont kbir ta' oġġetti, fosthom kawċes indurati, sniedaq, troni, u niċeċ. Huma raw ukoll evidenza ta' żewġ kompartimenti oħra, inkluż id-daħla ssiġillata sal-kompartiment funebri ta' ġewwa nett, mgħassa minn żewġ statwi ta' Tutankhamun b'daqs ta' bniedem. Minkejja l-evidenza ta' żgassaturi fi żmien il-qedem, il-qabar kien prattikament intatt, u fl-aħħar mill-aħħar instab li kien fih iktar minn 5,000 oġġett.

Fid-29 ta' Novembru, il-qabar infetaħ uffiċjalment fil-preżenza ta' għadd ta' dinjitarji mistednin u uffiċjali Eġizzjani.

Malli nduna x'kien id-daqs u l-portata tal-kompitu li kellu quddiemu, Carter fittex l-għajnuna mingħand tat-tim tal-iskavi tal-Mużew Metropolitan, li kien qed jaħdem fil-qrib, li aċċetta minnufih li jsellfu numru ta' membri tal-persunal tiegħu, fosthom u l-fotografu arkeoloġiku , filwaqt li l-gvern Eġizzjan sellfu l-kimiku analitiku . Id-diversi xhur ta' wara qattgħuhom jikkatalogaw u jikkonservaw il-kontenut tal-antikamra taħt is-superviżjoni "spiss stressanti" ta' , id-direttur ġenerali tad-Dipartiment tal-Antikitajiet. Fis-16 ta' Frar 1923, Carter fetaħ id-daħla ssiġillata u kkonferma li kienet tagħti għal kompartiment funebri, li kien fih is-sarkofagu ta' Tutankhamun. Il-qabar kien ikkunsidrat l-iktar qabar ta' faragħun ippreservat tajjeb u l-iktar wieħed intatt li qatt instab fil-Wied tar-Rejiet, u l-iskoperta ġiet koperta b'ħerqa mill-istampa dinjija. Madakollu, a skapitu ta' gazzetti oħra, Lord Carnarvon biegħ id-drittijiet esklużivi tar-rapportar lil The Times. biss ta' dik il-gazzetta tħalla joqgħod fil-post, u d-deskrizzjonijiet ċari tiegħu għenu biex Carter jistabbilixxi r-reputazzjoni tiegħu mal-pubbliku Brittaniku.

Lejn l-aħħar ta' Frar 1923, kien hemm bruda fir-relazzjoni bejn Lord Carnarvon u Carter, li x'aktarx ġiet ikkawżata minn diżgwid dwar il-ġestjoni tas-superviżjoni tal-awtoritajiet Eġizzjani, u din waqfet l-iskavi temporanjament. Ix-xogħol reġa' kompla fil-bidu ta' Marzu wara li Lord Carnarvon skuża ruħu ma' Carter. Iktar tard dak ix-xahar, Lord Carnarvon laqqat sepsi jew infezzjoni tad-demm fis-soġġorn tiegħu f'Luxor ħdejn is-sit tal-qabar. Huwa miet fil-Kajr fil-5 ta' April 1923. Is-Sinjura Carnarvon żammet il-konċessjoni tar-raġel tagħha fil-Wied tar-Rejiet, u b'hekk Carter seta' jkompli bix-xogħol tiegħu.

Il-valutazzjoni u l-ikkatalogar metikoluż ta' eluf ta' oġġetti fil-qabar min-naħa ta' Carter damu kważi għaxar snin, il-biċċa l-kbira tal-oġġetti ttieħdu fil- fil-Kajr. Kien hemm diversi pawżi fix-xogħol, inkluż waħda li damet kważi sena fl-1924-1925, ikkawżata minn diżgwid dwar dak li Carter qies bħala kontroll eċċessiv tal-iskavi mis-Servizz tal-Antikitajiet Eġizzjani. L-awtoritajiet Eġizzjani eventwalment qablu li Carter għandu jlesti l-ikklirjar tal-qabar. Dan ix-xogħol baqa' għaddej sal-1929, u xi xogħol finali baqa' sejjer sa Frar 1932.

Minkejja l-importanza tas-sejba arkeoloġika tiegħu, Carter ma rċieva l-ebda unur mill-gvern Brittaniku. Madankollu, fl-1926, huwa ngħata l-Ordni tan-, it-tielet klassi, mir-Re tal-Eġittu. Huwa ngħata wkoll Dottorat Onorarju fix-Xjenza mill-Università ta' Yale u sħubija onorarja fir-Real Academia de la Historia of Madrid, Spanja.

Carter kiteb għadd ta' kotba dwar l-Eġittoloġija matul il-karriera tiegħu, inkluż il-Ħames Snin Esplorazzjoni f'Tebe (bl-Ingliż: Five Years' Exploration at Thebes) li kitbu flimkien ma' Lord Carnarvon fl-1912, fejn iddeskrivew l-iskavi bikrin tagħhom, u rendikont popolari fi tliet volumi tal-iskoperta u l-iskavi tal-qabar ta' Tutankhamun. Huwa ta wkoll sensiela ta' lekċers b'illustrazzjonijiet dwar l-iskavi, inkluż tour fl-1924 tar-Renju Unit, Franza, Spanja u l-Istati Uniti. Għal-lekċers fil-Belt ta' New York u fi bliet oħra tal-Istati Uniti attendew udjenzi kbar u entużjasti, u dawn qanqlu l-Eġittomanija Amerikana, tant li l-President talab biex jattendi lekċer privata.

Ħajja personali

Carter seta' jkun stramb fil-kumpanija tan-nies, b'mod partikolari ma' dawk ta' klassi soċjali ogħla. Spiss kien ikun ta' żaqqu fommu, u ammetta li kienet taqbiżlu malajr, li kienet karatteristika li spiss kienet twassal għal diżgwidi, inkluż il-Kwistjoni ta' Saqqara Affair tal-1905 u d-diżgwid tal-1924-1925 mal-awtoritajiet Eġizzjani.

L-għajdut li Carter kellu relazzjoni ma' Evelyn Herbert, bint il-ħames Konti ta' Carnarvon, iktar 'il quddiem ġiet miċħuda minn Evelyn stess, li qalet lil bintha Patricia li "għall-ewwel kien jimmeraviljani, u iktar 'il quddiem kont pjuttost nibża' minnu", u ma tantx kienet tieħu pjaċir bid-"determinazzjoni" ta' Carter li jidħol bejnha u bejn missierha. Iktar reċentement, it-tmien Konti ċaħad l-idea, u ddeskriva lil Carter bħala "wieħed li jħobb joqgħod waħdu". , eks kollega ta' Carter fil-, ġie kkwotat li qal li hu kien jaf "xi ħaġa dwar Carter li ma setax jiżvela", u dan tqies bħala possibbiltà li Plenderleith kien jemmen li Carter kien omosesswali. Madankollu, ma hemm l-ebda evidenza li Carter kien iħobb ikollu xi relazzjonijiet mill-qrib matul ħajtu kollha, u qatt ma żżewweġ jew kellu t-tfal.

Lejn l-aħħar ta' ħajtu

Wara li tlesta l-ikklirjar tal-qabar fl-1932, Carter irtira mix-xogħol tal-iskavi. Hu baqa' jgħix fid-dar tiegħu ħdejn Luxor fix-xitwa u kellu appartament f'Londra, iżda kif l-interess f'Tutankhamun majna, huwa għex eżistenza pjuttost iżolata ma' ftit ħbieb tal-qalb tiegħu.

Huwa kien għamilha ta' negozjant part-time kemm għall-kollezzjonisti kif ukoll għall-mużewijiet għal numru ta' snin. Huwa kompla jkollu dan ir-rwol, u ħadem għall-Mużew tal-Arti ta' u għall-Istitut tal-Arti ta' .

Mewt

Carter miet bil-marda ta' Hodgkin fl-appartament li kellu Londra f'49, Albert Court, ħdejn ir-Royal Albert Hall, nhar it-2 ta' Marzu 1939, meta kellu 64 sena. Huwa ndifen fiċ-Ċimiterju ta' Putney Vale f'Londra fis-6 ta' Marzu, u disa' persuni attendew għall-funeral tiegħu.

L-epitaffju fuq il-lapida tal-qabar tiegħu jistqarr: "J'Alla l-ispirtu tiegħek jgħix, j'Alla tqatta' miljuni ta' snin, inti li tħobb lil Tebe, bilqiegħda b'wiċċek lejn ir-riħ tat-Tramuntana, u b'għajnejk mimlijin ferħ", kwotazzjoni meħuda mill-Kalċi tax-Xewqat ta' Tutankhamun, u "Ja lejl, ifrex il-ġwienaħ tiegħek fuqi bħall-kwiekeb li ma jispiċċaw qatt".

Fil-5 ta' Lulju 1939 ġie approvat proċess uffiċjali li jipprova li testment huwa awtentiku fil-konfront tal-Eġittologu Henry Burton u lill-pubblikatur . Carter jiġi deskritt bħala Howard Carter ta' Luxor, l-Eġittu ta' Fuq, l-Afrika, u ta' 49, Albert Court, Kensington Grove, Kensington, Londra. Il-patrimonju tiegħu ġie stmat li kien jammonta għal £2,002. It-tieni proċess uffiċjali tat-testment ġie approvat u nħareġ fil-Kajr fl-1 ta' Settembru 1939. Fir-rwol tiegħu bħala eżekutur testamentarju, Burton identifika mill-inqas 18-il oġġett fil-kollezzjoni tal-antikitajiet ta' Carter li kien ħa mill-qabar ta' Tutankhamun mingħajr awtorizzazzjoni. Peress li din kienet kwistjoni sensittiva li setgħet taffettwa r-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Eġittu, Burton talab parir espert, u finalment irrakkomanda li l-oġġetti jiġu ppreżentati jew jinbiegħu b'mod diskret lill-Mużew Metropolitan tal-Arti. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti marru f'dan il-mużew jew fil-Mużew Eġizzjan fil-Kajr. L-oġġetti tal-Mużew Metropolitan iktar 'il quddiem ġew irritornati lill-Eġittu.

Għażla ta' pubblikazzjonijiet

  • The Discovery of the Tomb of Tutankhamen (1923) (miktub flimkien ma' A. C. Mace)
  • The Tomb of Tutankhamun: Volume I — Search, Discovery and Clearance of the Antechamber (1923) (miktub flimkien ma' A. C. Mace)
  • The Tomb of Tutankhamun: Volume II — Burial Chamber & Mummy (1927)
  • The Tomb of Tutankhamun: Volume III — Treasury & Annex (1933)

Kultura popolari

L-iskoperta tal-qabar ta' Tutankhamun min-naħa ta' Carter qanqlet l-interess popolari fl-Eġittu Antik, l-hekk imsejħa "Eġittomanija" – u ħolqot it-"Tutmanija", li influwenzat il-kant u l-moda popolari. Carter sfrutta dan l-interess miżjud biex jippromwovi l-kotba tiegħu dwar l-iskoperta u t-tour tal-lekċers tiegħu fir-Renju Unit, fl-Amerka u fl-Ewropa. L-interess beda jbatti f'nofs is-snin 30 tas-seklu 20, iżda mill-bidu tas-snin 70 tas-seklu 20 it-tours tal-wirjiet tal-artefatti tal-qaber wasslu għal żieda kbira fil-popolarità. Dan ġie rifless fid-drammi televiżivi, fil-films u fil-kotba, fejn ix-xogħol ta' Carter u l-iskoperta tal-qabar ġew deskritti b'livelli varji ta' preċiżjoni.

Element komuni fir-rappreżentazzjonijiet popolari tal-iskavi kien l-idea ta' "seħta". Carter b'mod konsistenti ċaħad dan l-għajdut u kkummenta li "s-sentiment tal-Eġittologu ... mhuwiex wieħed ta' biża', iżda ta' rispett u ta' stagħġib ... eżattament il-kontra ta' superstizzjonijiet boloh".

Filmografija

Carter ġie deskritt jew imsemmi f'bosta films u produzzjonijiet televiżivi jew radjofoniċi:

  • Fid-dramm radjofoniku tal-BBC The Tomb of Tutankhamen, miktub minn u li xxandar għall-ewwel darba fl-1949; il-vuċi tiegħu fid-dramm hija ta' .
  • Fil-film tal-Columbia Pictures Television, The Curse of King Tut's Tomb (1980), fejn il-parti tiegħu jaħdimha .
  • Fil-film tal-1981 Sphinx, fejn il-parti tiegħu jaħdimha .
  • Fil-films ta' Lucasfilm TV Young Indiana Jones and the Curse of the Jackal (1992) u Young Indiana Jones and the Treasure of the Peacock's Eye (1995), fejn il-parti tiegħu jaħdimha .
  • Fid-dokumentarju tal-IMAX Mysteries of Egypt (1998), fejn il-parti tiegħu jaħdimha .
  • Fil-film tat-televiżjoni The Tutankhamun Conspiracy (2001), fejn il-parti tiegħu jaħdimha .
  • F'episodju tad-dramm dokumentarju tal-2005 tal-BBC Egypt, fejn il-parti tiegħu jaħdimha .
  • Jissemma fl-2008 fil-Big Finish Radio Drama Forty-five, titlu fis-sensiela ta' Doctor Who, u l-vuċi tiegħu hija ta' .
  • Bħala l-karattru prinċipali fil-minisensiela tal-2016 tal-ITV Tutankhamun, fejn il-parti tiegħu jaħdimha .

Letteratura

  • Jissemma fil-volum 13 ta' Hergé ta' The Adventures of Tintin: The Seven Crystal Balls (1948).
  • Issir parodija tiegħu fil-ktieb tal-1979 Motel of the Mysteries ta' , b'personaġġ fil-ktieb imsejjaħ Howard Carson.
  • Huwa personaġġ prinċipali fil-ktieb tal-1992 ta' The Tutankhamun Affair.
  • Il-ktieb tal-2010 ta' u ta' The Murder of King Tut jiffoka fuq it-tfittxija ta' Carter għall-qabar ta' Tutankhamun.
  • Huwa l-personaġġ prinċipali fir-rumanz ta' A Cloudy Day on the West Side.
  • Fir-rumanz storiku tal-2011 ta' Wedding of the Season, it-telegramma ta' Carter lill-Eġittologu Brittaniku fittizju, id-Duka ta' , tirrapporta l-iskoperta ta' "taraġ ta' qabar ġdid" u toħloq kunflitt fir-rumanz.
  • Jissemma fir-rumanz tal-2014 ta' The Visitors, ħolqien mill-ġdid tal-kaċċa għall-qabar ta' Tutankhamun fil-Wied tar-Rejiet tal-Eġittu.
  • Huwa l-personaġġ prinċipali fil-ktieb tal-lingwa Ġermaniża tal-2001 ta' Der König von Luxor (Ir-Re ta' Luxor).

Oħrajn

  • Estratt b'parafrażi mid-djarju ta' Carter tas-26 ta' Novembru 1922 jintuża bħala t-test sempliċi għall-Parti 3 tal-iskultura kriptata Kryptos fil-Kwartieri Ġenerali tas-CIA f'Langley, Virginia, l-Istati Uniti.
  • Fid-9 ta' Mejju 2012, kkommemorat għeluq is-snin ta' Carter b'doodle.

Sorsi u iktar qari

  • Carnarvon, Fiona (2007). Carnarvon & Carter – The story of the two Englishmen who discovered the tomb of Tutankhamun. Highclere Enterprises.
  • Carter, Howard; Mace, Arthur (1923). The tomb of Tut Ankh Amen, volume 1. London. OCLC 471731240.
  • Cross, William (2006). Carnarvon, Carter and Tutankhamun Revisited: The Hidden Truths and Doomed Relationships. The author. ISBN 1-905914-36-9.
  • Ford, Barbara (1995). Howard Carter, Searching for King Tut. New York: Freeman & Company. ISBN 0-7167-6587-X.
  • Hawass, Zahi (2018). Tutankhamun. Treasures of the Golden Pharaoh. Melcher Media, New York. ISBN 978-1-59591-1001.
  • Hoving, Thomas (1978). Tutankhamun: The Untold Story. New York: Simon & Schuster. ISBN 9780671243050.
  • James, T. G. H. (2012). Howard Carter: The Path to Tutankhamun. London: Tauris Parke Paperbacks. ISBN 978-1-86064-615-7.
  • Lucas, Alfred (1942). "Notes on some of the objects from the tomb of Tutankhamun". Annales du Service des Antiquités de l'Égypte (41).
  • Newberry, P.E (1939). Howard Carter, obituary. Journal of Egyptian Archaeology, vol 25, no 1. June 1939. Egypt Exploration Society, London.
  • Paine, Michael. Cities of the Dead; fiction (Howard Carter as narrator); copyright by John Curlovich; Charter Books Publishing, 1988 (ISBN 1-55773-009-1)
  • Peck, William H. The Discoverer of the Tomb of Tutankhamun and the Detroit Institute of Arts. Journal of the Society for the Study of Egyptian Antiquities. Vol. XI, No. 2, March 1981, pp. 65–67
  • Price, Bill (2007). Tutankhamun, Egypt's Most Famous Pharaoh. Pocket Essentials, Hertfordshire. ISBN 978-1842432402.
  • Reeves, Nicholas; Taylor, John H. (1992). Howard Carter before Tutankhamun. London: British Museum. ISBN 0810931869.
  • Vandenberg, Philipp. Der vergessene Pharao: Unternehmen Tut-ench-Amun, grösste Abenteuer der Archäologie. Orbis, 1978 (ISBN 3570031195); translated as The Forgotten Pharaoh: The Discovery of Tutankhamun. London: Hodder and Stoughton, 1980 (ISBN 0340246642)
  • Wilkinson, Toby (2020). A World Beneath the Sands: Adventurers and Archaeologists in the Golden Age of Egyptology (Hardbook). London: Picador. ISBN 978-1-5098-5870-5.
  • Winstone, H.V.F. (2006). Howard Carter and the discovery of the tomb of Tutankhamun (Rev edn). Barzan, Manchester. ISBN 1-905521-04-9. OCLC 828501310.

Referenzi

  1. ^ Newberry, P.E (1939). Howard Carter, obituary. Journal of Egyptian Archaeology, vol 25, no 1. Ġunju 1939. Egypt Exploration Society, Londra. p. 67.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 04 Lul, 2025 / 09:18

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Howard Carter, X'inhi Howard Carter? Xi tfisser Howard Carter?

Howard Carter twieled fid 9 ta Mejju 1874 miet fit 2 ta Marzu 1939 kien arkeologu u Eġittologu Brittaniku Huwa sar magħruf mad dinja kollha wara li skopra l qabar intatt tal Faragħun tat 18 il dinastija Tutankhamun f November 1922 l aqwa qabar tal faragħuni ppreservat l aħjar fil Howard CarterĦajjaTwelid 9 Mejju 1874 1873Nazzjonalita Renju UnitMewt Londra 2 Marzu 1939Post tad dfinKawza tal mewt kawzi naturali FamiljaMissierKonjuga i Not marriedEdukazzjoniLingwi InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoniImpjegaturi Egypt Exploration Society 1891 1899 Kunsill Suprem tal Antikitajiet 1900 1905 Premjijiet List 1924 Tfulija u l bidu tal karrieraHoward Carter twieled f fid 9 ta Mejju 1874 u kien l izgħar wild minn ħdax tal artist u l illustratur u kunjomha xebba Sands Missieru għenu jħarreġ u jizviluppa t talenti artistiċi tiegħu Carter qatta l biċċa l kbira ta tfulitu ma qrabat fir raħal merkantili ta li kien il post fejn twieldu l ġenituri tiegħu Huwa ngħata edukazzjoni formali limitata biss fi Swaffham u wera li kellu talent bħala Il villa fl inħawi tal familja Amherst imsejħa Didlington Hall kien fiha kollezzjoni mdaqqsa ta antikitajiet Eġizzjani li tassew qanqlet l interess ta Carter f dak is suġġett Is Sinjura Amherst kienet impressjonata bil ħiliet artistiċi tiegħu u fl 1891 stabbiliet il Fond tal Esplorazzjoni tal Eġittu sabiex tibgħat lil Carter jassisti lil ħabib tal familja Amherst fl iskavi u fir reġistrazzjoni tal oqbra tar Renju Nofsani f Minkejja li kellu biss 17 il sena Carter kien innovattiv u pprova jtejjeb il metodu tal ikkopjar tat tizjin tal oqbra Fl 1892 huwa ħadem taħt it tutela ta għal staġun wieħed f Amarna il belt kapitali stabbilita mill faragħun Mill 1894 sal 1899 huwa ħadem flimkien ma f fejn irreġistra r riljievi ta mal ħitan fit Fl 1899 Carter inħatar bħala Spettur tal Monumenti tal Eġittu ta Fuq fis Servizz tal Antikitajiet Eġizzjani Huwa kien ibbazat f fejn issorvelja għadd ta skavi u xogħlijiet ta restawr fl inħawi ta Tebe filwaqt li fil Wied tar Rejiet issorvelja l esplorazzjoni sistematika tal wied tal arkeologu Amerikan Fl 1904 wara dizgwid man nies tal post rigward serqiet mill oqbra huwa ġie ttrasferit fl Ispettorat tal Eġittu t Isfel Carter ġie mfaħħar għat titjib li wassal fil protezzjoni tas siti tal iskavi ezistenti u fl aċċessibbilta tagħhom u għall izvilupp ta sistema ta blokok ta grilja għat tfittxija tal oqbra Is Servizz tal Antikitajiet ipprovda wkoll il finanzjament biex Carter imexxi l proġetti tal iskavi tiegħu stess Carter irrezenja mis Servizz tal Antikitajiet fl 1905 wara inkjesta formali f dik li saret magħrufa bħala l Kwistjoni ta konfront vjolenti bejn il gwardjani Eġizzjani u grupp ta turisti Franċizi Carter zamm mal persunal Eġizzjan u rrifjuta li jitlob skuza meta l awtoritajiet Franċizi għamlu lment uffiċjali Meta reġa lura Luxor għal kwazi tliet snin Carter ma kellux impjieg formali Kien jaqla l għajxien tiegħu billi jpitter u jbigħ pitturi bl akkwarelli lit turisti u fl 1906 ħadem bħala disinjatur għal rasu għal Theodore Davis Qabar ta TutankhamunIl kompartiment funebri ta ġewwa nett tal qabar ta Tutankhamun Fl 1907 Carter beda jaħdem għal li impjegah biex jissorvelja l iskavi tal oqbra tan nies nobbli f Deir el Bahri ħdejn Tebe il kap tas Servizz tal Antikitajiet Eġizzjani kien irrakkomanda lil Carter lil Lord Carnarvon peress li kien jaf li kien se japplika metodi arkeoloġiċi u sistemi ta reġistrazzjoni moderni Carter f qasir zmien zviluppa relazzjoni tajba ta ħidma mal kap tiegħu mas Sinjura Burghclere oħt Carnarvon u osserva li għas sittax il sena ta wara z zewġ irġiel ħadmu flimkien b xorti li mhux dejjem daħqitilhom izda kienu dejjem magħqudin mhux biss mill għan komuni tagħhom imma wkoll mir rispett u mill affezzjoni reċiproka tagħhom Fl 1914 Lord Carnarvon irċieva l konċessjoni li jwettaq l iskavi fil Wied tar Rejiet Carter mexxa x xogħol u wettaq tfittxija sistematika għal kwalunkwe qabar li ma kienx ġie skopert fl ispedizzjonijiet preċedenti b mod partikolari dak tal Faragħun Tutankhamun Madankollu l iskavi ma damux ma ġew interrotti ħesrem mill Ewwel Gwerra Dinjija u Carter qatta s snin tal gwerra jaħdem għall Gvern Brittaniku bħala kurrier u traduttur diplomatiku Mimli entuzjazmu huwa kompla x xogħol tal iskavi tiegħu lejn l aħħar tal 1917 Sal 1922 Lord Carnarvon beda jgerger minħabba n nuqqas ta rizultati wara diversi snin ta ftit sejbiet Wara li kkunsidra li jirtira l finanzjament tiegħu Carnarvon qabel wara diskussjoni ma Carter li kien se jiffinanzja staġun wieħed ieħor ta ħidma fil Wied tar Rejiet Carter irritorna fil Wied tar Rejiet u investiga linja ta għorfiet li kien abbanduna ftit staġuni qabel L ekwipaġġ ikklirja l għorfiet u r radam tal blat ta taħthom Fl 4 ta Novembru 1922 bi zball tifel zgħir li kien iġibilhom l ilma tgerbeb f ġebla li inzertat kienet il parti ta fuq ta taraġ imnaqqax fil blat Carter ordna li t taraġ jiġi mikxuf billi jitneħħa r radam tal blat sa ma nstabet il parti ta fuq ta daħla mkaħħla bit tajn Id daħla kienet imnaqqxa b siġilli ovali bil ġeroglifiċi Eġizzjani magħrufa bħala cartouche Carter ordna li t taraġ jerġa jiġi jintradam u bagħat lil Carnarvon li wasal mill Ingilterra ġimagħtejn u nofs wara fit 23 ta Novembru akkumpanjat mat tifla tiegħu KV62 fil Wied tar Rejiet Fl 24 ta Novembru 1922 it taraġ kollu ġie mnaddaf mir radam u ġie zvelat siġill bil cartouche ta Tutankhamun man naħa ta barra tad daħla Din id daħla tneħħiet u l kuritur ta warajha mimli radam ġie mnaddaf sakemm ġiet zvelata d daħla tal qabar innifsu Fis 26 ta Novembru Carter flimkien ma Carnarvon Evelyn u l assistent għamel toqba ċkejkna fir rokna ta fuq fin naħa tax xellug fid daħla bi trapan li nanntu kienet tatu bħala rigal meta għalaq 17 il sena Huwa seta jnemmes x kien hemm fuq in naħa l oħra tat toqba permezz tad dawl ta xemgħa u ra li ħafna tezori tad deheb u tal ebanu kienu għadhom f posthom Huwa kien għadu ma jafx jekk kienx sab qabar jew sempliċement maħzen antik izda kien lemaħ daħla ssiġillata promettenti bejn zewġ statwi għassiesa Carnarvon staqsa Tista tara xi ħaġa U Carter wieġeb Iva affarijiet mill isbaħ Carter fil fatt kien skopra l qabar ta Tutankhamun li sussegwentement ġiet iddezinjata l kodiċi KV62 Imbagħad l aċċess sikur għall qabar ġie zgurat sabiex ikun jista jidħol l għada fil prezenza ta uffiċjal tad Dipartiment Eġizzjan tal Antikitajiet Madankollu dik il lejla Carter Carnarvon Evelyn u Callender milli jidher għamlu zjara mhux awtorizzata u saru l ewwel nies fiz zminijiet moderni li daħlu fil qabar Xi sorsi jissuġġerixxu li l grupp kien daħal ukoll fil kompartiment funebri ta ġewwa nett Skont dawn l istess sorsi kien hemm toqba zgħira fid daħla ssiġillata tal kompartiment u Carter Carnarvon u Evelyn daħlu mbe minnha L għada filgħodu fis 27 ta Novembru spezzjonaw il qabar fil prezenza ta uffiċjal Eġizzjan Callender rama t tidwil bl elettriku u xeħet dawl fuq ammont kbir ta oġġetti fosthom kawċes indurati sniedaq troni u niċeċ Huma raw ukoll evidenza ta zewġ kompartimenti oħra inkluz id daħla ssiġillata sal kompartiment funebri ta ġewwa nett mgħassa minn zewġ statwi ta Tutankhamun b daqs ta bniedem Minkejja l evidenza ta zgassaturi fi zmien il qedem il qabar kien prattikament intatt u fl aħħar mill aħħar instab li kien fih iktar minn 5 000 oġġett Fid 29 ta Novembru il qabar infetaħ uffiċjalment fil prezenza ta għadd ta dinjitarji mistednin u uffiċjali Eġizzjani Malli nduna x kien id daqs u l portata tal kompitu li kellu quddiemu Carter fittex l għajnuna mingħand tat tim tal iskavi tal Muzew Metropolitan li kien qed jaħdem fil qrib li aċċetta minnufih li jsellfu numru ta membri tal persunal tiegħu fosthom u l fotografu arkeoloġiku filwaqt li l gvern Eġizzjan sellfu l kimiku analitiku Id diversi xhur ta wara qattgħuhom jikkatalogaw u jikkonservaw il kontenut tal antikamra taħt is supervizjoni spiss stressanti ta id direttur ġenerali tad Dipartiment tal Antikitajiet Fis 16 ta Frar 1923 Carter fetaħ id daħla ssiġillata u kkonferma li kienet tagħti għal kompartiment funebri li kien fih is sarkofagu ta Tutankhamun Il qabar kien ikkunsidrat l iktar qabar ta faragħun ippreservat tajjeb u l iktar wieħed intatt li qatt instab fil Wied tar Rejiet u l iskoperta ġiet koperta b ħerqa mill istampa dinjija Madakollu a skapitu ta gazzetti oħra Lord Carnarvon biegħ id drittijiet eskluzivi tar rapportar lil The Times biss ta dik il gazzetta tħalla joqgħod fil post u d deskrizzjonijiet ċari tiegħu għenu biex Carter jistabbilixxi r reputazzjoni tiegħu mal pubbliku Brittaniku Id dar ta Carter f Luxor Lejn l aħħar ta Frar 1923 kien hemm bruda fir relazzjoni bejn Lord Carnarvon u Carter li x aktarx ġiet ikkawzata minn dizgwid dwar il ġestjoni tas supervizjoni tal awtoritajiet Eġizzjani u din waqfet l iskavi temporanjament Ix xogħol reġa kompla fil bidu ta Marzu wara li Lord Carnarvon skuza ruħu ma Carter Iktar tard dak ix xahar Lord Carnarvon laqqat sepsi jew infezzjoni tad demm fis soġġorn tiegħu f Luxor ħdejn is sit tal qabar Huwa miet fil Kajr fil 5 ta April 1923 Is Sinjura Carnarvon zammet il konċessjoni tar raġel tagħha fil Wied tar Rejiet u b hekk Carter seta jkompli bix xogħol tiegħu Il valutazzjoni u l ikkatalogar metikoluz ta eluf ta oġġetti fil qabar min naħa ta Carter damu kwazi għaxar snin il biċċa l kbira tal oġġetti ttieħdu fil fil Kajr Kien hemm diversi pawzi fix xogħol inkluz waħda li damet kwazi sena fl 1924 1925 ikkawzata minn dizgwid dwar dak li Carter qies bħala kontroll eċċessiv tal iskavi mis Servizz tal Antikitajiet Eġizzjani L awtoritajiet Eġizzjani eventwalment qablu li Carter għandu jlesti l ikklirjar tal qabar Dan ix xogħol baqa għaddej sal 1929 u xi xogħol finali baqa sejjer sa Frar 1932 Minkejja l importanza tas sejba arkeoloġika tiegħu Carter ma rċieva l ebda unur mill gvern Brittaniku Madankollu fl 1926 huwa ngħata l Ordni tan it tielet klassi mir Re tal Eġittu Huwa ngħata wkoll Dottorat Onorarju fix Xjenza mill Universita ta Yale u sħubija onorarja fir Real Academia de la Historia of Madrid Spanja Carter kiteb għadd ta kotba dwar l Eġittoloġija matul il karriera tiegħu inkluz il Ħames Snin Esplorazzjoni f Tebe bl Ingliz Five Years Exploration at Thebes li kitbu flimkien ma Lord Carnarvon fl 1912 fejn iddeskrivew l iskavi bikrin tagħhom u rendikont popolari fi tliet volumi tal iskoperta u l iskavi tal qabar ta Tutankhamun Huwa ta wkoll sensiela ta lekċers b illustrazzjonijiet dwar l iskavi inkluz tour fl 1924 tar Renju Unit Franza Spanja u l Istati Uniti Għal lekċers fil Belt ta New York u fi bliet oħra tal Istati Uniti attendew udjenzi kbar u entuzjasti u dawn qanqlu l Eġittomanija Amerikana tant li l President talab biex jattendi lekċer privata Ħajja personaliCarter seta jkun stramb fil kumpanija tan nies b mod partikolari ma dawk ta klassi soċjali ogħla Spiss kien ikun ta zaqqu fommu u ammetta li kienet taqbizlu malajr li kienet karatteristika li spiss kienet twassal għal dizgwidi inkluz il Kwistjoni ta Saqqara Affair tal 1905 u d dizgwid tal 1924 1925 mal awtoritajiet Eġizzjani L għajdut li Carter kellu relazzjoni ma Evelyn Herbert bint il ħames Konti ta Carnarvon iktar il quddiem ġiet miċħuda minn Evelyn stess li qalet lil bintha Patricia li għall ewwel kien jimmeraviljani u iktar il quddiem kont pjuttost nibza minnu u ma tantx kienet tieħu pjaċir bid determinazzjoni ta Carter li jidħol bejnha u bejn missierha Iktar reċentement it tmien Konti ċaħad l idea u ddeskriva lil Carter bħala wieħed li jħobb joqgħod waħdu eks kollega ta Carter fil ġie kkwotat li qal li hu kien jaf xi ħaġa dwar Carter li ma setax jizvela u dan tqies bħala possibbilta li Plenderleith kien jemmen li Carter kien omosesswali Madankollu ma hemm l ebda evidenza li Carter kien iħobb ikollu xi relazzjonijiet mill qrib matul ħajtu kollha u qatt ma zzewweġ jew kellu t tfal Il qabar ta Howard CarterLejn l aħħar ta ħajtuWara li tlesta l ikklirjar tal qabar fl 1932 Carter irtira mix xogħol tal iskavi Hu baqa jgħix fid dar tiegħu ħdejn Luxor fix xitwa u kellu appartament f Londra izda kif l interess f Tutankhamun majna huwa għex ezistenza pjuttost izolata ma ftit ħbieb tal qalb tiegħu Huwa kien għamilha ta negozjant part time kemm għall kollezzjonisti kif ukoll għall muzewijiet għal numru ta snin Huwa kompla jkollu dan ir rwol u ħadem għall Muzew tal Arti ta u għall Istitut tal Arti ta MewtCarter miet bil marda ta Hodgkin fl appartament li kellu Londra f 49 Albert Court ħdejn ir Royal Albert Hall nhar it 2 ta Marzu 1939 meta kellu 64 sena Huwa ndifen fiċ Ċimiterju ta Putney Vale f Londra fis 6 ta Marzu u disa persuni attendew għall funeral tiegħu L epitaffju fuq il lapida tal qabar tiegħu jistqarr J Alla l ispirtu tiegħek jgħix j Alla tqatta miljuni ta snin inti li tħobb lil Tebe bilqiegħda b wiċċek lejn ir riħ tat Tramuntana u b għajnejk mimlijin ferħ kwotazzjoni meħuda mill Kalċi tax Xewqat ta Tutankhamun u Ja lejl ifrex il ġwienaħ tiegħek fuqi bħall kwiekeb li ma jispiċċaw qatt Plakka blu f 19 il Ġonna ta Collingham Kensington Londra Fil 5 ta Lulju 1939 ġie approvat proċess uffiċjali li jipprova li testment huwa awtentiku fil konfront tal Eġittologu Henry Burton u lill pubblikatur Carter jiġi deskritt bħala Howard Carter ta Luxor l Eġittu ta Fuq l Afrika u ta 49 Albert Court Kensington Grove Kensington Londra Il patrimonju tiegħu ġie stmat li kien jammonta għal 2 002 It tieni proċess uffiċjali tat testment ġie approvat u nħareġ fil Kajr fl 1 ta Settembru 1939 Fir rwol tiegħu bħala ezekutur testamentarju Burton identifika mill inqas 18 il oġġett fil kollezzjoni tal antikitajiet ta Carter li kien ħa mill qabar ta Tutankhamun mingħajr awtorizzazzjoni Peress li din kienet kwistjoni sensittiva li setgħet taffettwa r relazzjonijiet bejn ir Renju Unit u l Eġittu Burton talab parir espert u finalment irrakkomanda li l oġġetti jiġu pprezentati jew jinbiegħu b mod diskret lill Muzew Metropolitan tal Arti Il biċċa l kbira tal oġġetti marru f dan il muzew jew fil Muzew Eġizzjan fil Kajr L oġġetti tal Muzew Metropolitan iktar il quddiem ġew irritornati lill Eġittu Għazla ta pubblikazzjonijietThe Discovery of the Tomb of Tutankhamen 1923 miktub flimkien ma A C Mace The Tomb of Tutankhamun Volume I Search Discovery and Clearance of the Antechamber 1923 miktub flimkien ma A C Mace The Tomb of Tutankhamun Volume II Burial Chamber amp Mummy 1927 The Tomb of Tutankhamun Volume III Treasury amp Annex 1933 Kultura popolariL iskoperta tal qabar ta Tutankhamun min naħa ta Carter qanqlet l interess popolari fl Eġittu Antik l hekk imsejħa Eġittomanija u ħolqot it Tutmanija li influwenzat il kant u l moda popolari Carter sfrutta dan l interess mizjud biex jippromwovi l kotba tiegħu dwar l iskoperta u t tour tal lekċers tiegħu fir Renju Unit fl Amerka u fl Ewropa L interess beda jbatti f nofs is snin 30 tas seklu 20 izda mill bidu tas snin 70 tas seklu 20 it tours tal wirjiet tal artefatti tal qaber wasslu għal zieda kbira fil popolarita Dan ġie rifless fid drammi televizivi fil films u fil kotba fejn ix xogħol ta Carter u l iskoperta tal qabar ġew deskritti b livelli varji ta preċizjoni Element komuni fir rapprezentazzjonijiet popolari tal iskavi kien l idea ta seħta Carter b mod konsistenti ċaħad dan l għajdut u kkummenta li s sentiment tal Eġittologu mhuwiex wieħed ta biza izda ta rispett u ta stagħġib ezattament il kontra ta superstizzjonijiet boloh Filmografija Carter ġie deskritt jew imsemmi f bosta films u produzzjonijiet televizivi jew radjofoniċi Fid dramm radjofoniku tal BBC The Tomb of Tutankhamen miktub minn u li xxandar għall ewwel darba fl 1949 il vuċi tiegħu fid dramm hija ta Fil film tal Columbia Pictures Television The Curse of King Tut s Tomb 1980 fejn il parti tiegħu jaħdimha Fil film tal 1981 Sphinx fejn il parti tiegħu jaħdimha Fil films ta Lucasfilm TV Young Indiana Jones and the Curse of the Jackal 1992 u Young Indiana Jones and the Treasure of the Peacock s Eye 1995 fejn il parti tiegħu jaħdimha Fid dokumentarju tal IMAX Mysteries of Egypt 1998 fejn il parti tiegħu jaħdimha Fil film tat televizjoni The Tutankhamun Conspiracy 2001 fejn il parti tiegħu jaħdimha F episodju tad dramm dokumentarju tal 2005 tal BBC Egypt fejn il parti tiegħu jaħdimha Jissemma fl 2008 fil Big Finish Radio Drama Forty five titlu fis sensiela ta Doctor Who u l vuċi tiegħu hija ta Bħala l karattru prinċipali fil minisensiela tal 2016 tal ITV Tutankhamun fejn il parti tiegħu jaħdimha Letteratura Jissemma fil volum 13 ta Herge ta The Adventures of Tintin The Seven Crystal Balls 1948 Issir parodija tiegħu fil ktieb tal 1979 Motel of the Mysteries ta b personaġġ fil ktieb imsejjaħ Howard Carson Huwa personaġġ prinċipali fil ktieb tal 1992 ta The Tutankhamun Affair Il ktieb tal 2010 ta u ta The Murder of King Tut jiffoka fuq it tfittxija ta Carter għall qabar ta Tutankhamun Huwa l personaġġ prinċipali fir rumanz ta A Cloudy Day on the West Side Fir rumanz storiku tal 2011 ta Wedding of the Season it telegramma ta Carter lill Eġittologu Brittaniku fittizju id Duka ta tirrapporta l iskoperta ta taraġ ta qabar ġdid u toħloq kunflitt fir rumanz Jissemma fir rumanz tal 2014 ta The Visitors ħolqien mill ġdid tal kaċċa għall qabar ta Tutankhamun fil Wied tar Rejiet tal Eġittu Huwa l personaġġ prinċipali fil ktieb tal lingwa Ġermaniza tal 2001 ta Der Konig von Luxor Ir Re ta Luxor Oħrajn Estratt b parafrazi mid djarju ta Carter tas 26 ta Novembru 1922 jintuza bħala t test sempliċi għall Parti 3 tal iskultura kriptata Kryptos fil Kwartieri Ġenerali tas CIA f Langley Virginia l Istati Uniti Fid 9 ta Mejju 2012 kkommemorat għeluq is snin ta Carter b doodle Sorsi u iktar qariCarnarvon Fiona 2007 Carnarvon amp Carter The story of the two Englishmen who discovered the tomb of Tutankhamun Highclere Enterprises Carter Howard Mace Arthur 1923 The tomb of Tut Ankh Amen volume 1 London OCLC 471731240 Cross William 2006 Carnarvon Carter and Tutankhamun Revisited The Hidden Truths and Doomed Relationships The author ISBN 1 905914 36 9 Ford Barbara 1995 Howard Carter Searching for King Tut New York Freeman amp Company ISBN 0 7167 6587 X Hawass Zahi 2018 Tutankhamun Treasures of the Golden Pharaoh Melcher Media New York ISBN 978 1 59591 1001 Hoving Thomas 1978 Tutankhamun The Untold Story New York Simon amp Schuster ISBN 9780671243050 James T G H 2012 Howard Carter The Path to Tutankhamun London Tauris Parke Paperbacks ISBN 978 1 86064 615 7 Lucas Alfred 1942 Notes on some of the objects from the tomb of Tutankhamun Annales du Service des Antiquites de l Egypte 41 Newberry P E 1939 Howard Carter obituary Journal of Egyptian Archaeology vol 25 no 1 June 1939 Egypt Exploration Society London Paine Michael Cities of the Dead fiction Howard Carter as narrator copyright by John Curlovich Charter Books Publishing 1988 ISBN 1 55773 009 1 Peck William H The Discoverer of the Tomb of Tutankhamun and the Detroit Institute of Arts Journal of the Society for the Study of Egyptian Antiquities Vol XI No 2 March 1981 pp 65 67 Price Bill 2007 Tutankhamun Egypt s Most Famous Pharaoh Pocket Essentials Hertfordshire ISBN 978 1842432402 Reeves Nicholas Taylor John H 1992 Howard Carter before Tutankhamun London British Museum ISBN 0810931869 Vandenberg Philipp Der vergessene Pharao Unternehmen Tut ench Amun grosste Abenteuer der Archaologie Orbis 1978 ISBN 3570031195 translated as The Forgotten Pharaoh The Discovery of Tutankhamun London Hodder and Stoughton 1980 ISBN 0340246642 Wilkinson Toby 2020 A World Beneath the Sands Adventurers and Archaeologists in the Golden Age of Egyptology Hardbook London Picador ISBN 978 1 5098 5870 5 Winstone H V F 2006 Howard Carter and the discovery of the tomb of Tutankhamun Rev edn Barzan Manchester ISBN 1 905521 04 9 OCLC 828501310 Referenzi Newberry P E 1939 Howard Carter obituary Journal of Egyptian Archaeology vol 25 no 1 Ġunju 1939 Egypt Exploration Society Londra p 67

L-aħħar artikli
  • Lulju 10, 2025

    Liebru ta' denbu abjad

  • Lulju 12, 2025

    Liebru ta' Yarkand

  • Lulju 10, 2025

    Liebru ta' Hainan

  • Lulju 10, 2025

    Liebru ta' Burma

  • Lulju 08, 2025

    Liebru sufi

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq