Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Ġino Muscat Azzopardi

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ġino Muscat Azzopardi, (Belt Valletta, 19 ta’ Ottubru, 1899 - Tas-Sliema, 7 ta’ Marzu 1982).
Ġino Muscat Azzopardi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 19 Ottubru 1899 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | Tas-Sliema, 7 Marzu 1982 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Familja | |
Missier | Ġużè Muscat Azzopardi |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb poeta traduttur |
Bin Ġużè u Antonia mwielda Fenech, Ġino studja fil-Kulleġġ Stella Maris u l-Liceo. Minn età żgħira, wera ġibda kbira għall-kitba bil-Malti. Din l-imħabba għall-“ħlewwa tal-Lsien għażiż”, “dak in-nar li kibes qabel fija”, jesprimiha missieru Ġuże fis-sunett “Lil Ġinu tiegħi”(1918).
Palk
Fl-1920 ħa post ħuh Ivo fl-Assemblea Nazzjonali bħala rappreżentant tal-kumpanija drammatika ‘Les Amateurs’. Fil-fatt l-ikbar passjoni tiegħu kien il-palk u tista’ tgħid li qatta’ ħajtu jikteb u jippubblika xogħlijiet soċjali f’att wieħed, ipprova jagħti xejra moderna lill-palk Malti. Huwa kien sar midħla tal-palk meta kien ingħaqad mal-kumpanija ‘Malta Risolta’.
Fl-1944 sar direttur tal-kumpanija teatrali ‘Indipendenza’. Fl-istess sena nħatar ko-direttur ta’ kumpanija teatrali oħra bl-isem ta’ ‘Ribalta’ fejn irriżenja fl-1956 meta sar l-ewwel chairman tal-Kumitat tar-Restawr tat-Teatru Manoel.
Awtur
Iżda x-xogħol li bih sar magħruf mal-pubbliku Malti kien ir-rumanz Anġli tan-Niket (1938) li kien ressaq għall-konkors tal-1935.
Barra li kiteb ukoll bosta novelli, radio plays u poeżiji, qaleb għall-Malti xi xogħlijiet barranin fosthom ir-rumanz ta’ Georges Semenon Maigret u Ġ-Dukessa (1968) u dak ta’ Alexandre Dumas ż-żgħir Marguerite Gautier (1977).
Fl-1956, flimkien ma’ ħuh Ivo, ħareġ ġabra ta’ sunetti ta’ missieru u fl-1946 waqqaf il-Premju ‘Ġuże Muscat Azzopardi’ b’tifkira ta’ missieru, l-ewwel president tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti. Hu stess kien ko-fundatur ta’ l-Għaqda u iktar tard ġie maħtur president onorarju tagħha kif ukoll ta’ l-Għaqda Letterarja Maltija.
Fl-1975, flimkien ma’ martu Anna, ħareġ il-ktieb Kif Ngħiduha li fih jiġbor l-idjomi kollha Maltin.
Politika
Bħal missieru, Ġino Muscat Azzopardi kien attiv ħafna fix-xena politika. Fl-għoxrinijiet ingħaqad mal-Partit Laburista u ħareġ għall-elezzjoni tal-1927.
Fis-sena 1945 huwa ppreżenta lill-Partit Laburista fl-Assemblea Leġislattiva.
Kien direttur tal-gazzetti Labour Opinion (1924-26), Il-Kotra (1926-27) u Dr. Xekkek (1925-34), gazzetta satirika u Ix-Xewka.
Kien attiv ukoll fil-qasam kulturali bħala Chairman tal-Kumitat tat-Teatru Manoel (1948 u 1976) u tal-Panel tad-Drama tar-Rediffusion u tal-Board taċ-Ċensuri tal-Films (1955-58), u eżaminatur f’konkorsi letterarji. Ingħata wkoll karigi onorarji f’diversi kumitati fosthom ta’ l-akkademja tal-Malti. Huwa kien direttur ukoll ta’ kumpanija kummerċjali u membru tal-MPFA, il-kamra tal-Kummerċ, is-Soċjetà għall-Għomja u ta’ l-Awtorità tax-Xandir (1964-67).
Ġino Muscat Azzopardi miet fid-dar tiegħu tas-Sliema fis-7 ta’ Marzu 1982. Ħuh kien Ivo Muscat Azzopardi li miet f’San Ġiljan fit-13 ta’ Diċembru, 1965.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġino Muscat Azzopardi, X'inhi Ġino Muscat Azzopardi? Xi tfisser Ġino Muscat Azzopardi?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Ġino Muscat Azzopardi Belt Valletta 19 ta Ottubru 1899 Tas Sliema 7 ta Marzu 1982 Ġino Muscat AzzopardiĦajjaTwelid Valletta 19 Ottubru 1899Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt Tas Sliema 7 Marzu 1982Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataFamiljaMissier Ġuze Muscat AzzopardiEdukazzjoniLingwi Malti InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittieb poeta traduttur Bin Ġuze u Antonia mwielda Fenech Ġino studja fil Kulleġġ Stella Maris u l Liceo Minn eta zgħira wera ġibda kbira għall kitba bil Malti Din l imħabba għall ħlewwa tal Lsien għaziz dak in nar li kibes qabel fija jesprimiha missieru Ġuze fis sunett Lil Ġinu tiegħi 1918 PalkFl 1920 ħa post ħuh Ivo fl Assemblea Nazzjonali bħala rapprezentant tal kumpanija drammatika Les Amateurs Fil fatt l ikbar passjoni tiegħu kien il palk u tista tgħid li qatta ħajtu jikteb u jippubblika xogħlijiet soċjali f att wieħed ipprova jagħti xejra moderna lill palk Malti Huwa kien sar midħla tal palk meta kien ingħaqad mal kumpanija Malta Risolta Fl 1944 sar direttur tal kumpanija teatrali Indipendenza Fl istess sena nħatar ko direttur ta kumpanija teatrali oħra bl isem ta Ribalta fejn irrizenja fl 1956 meta sar l ewwel chairman tal Kumitat tar Restawr tat Teatru Manoel AwturIzda x xogħol li bih sar magħruf mal pubbliku Malti kien ir rumanz Anġli tan Niket 1938 li kien ressaq għall konkors tal 1935 Barra li kiteb ukoll bosta novelli radio plays u poeziji qaleb għall Malti xi xogħlijiet barranin fosthom ir rumanz ta Georges Semenon Maigret u Ġ Dukessa 1968 u dak ta Alexandre Dumas z zgħir Marguerite Gautier 1977 Fl 1956 flimkien ma ħuh Ivo ħareġ ġabra ta sunetti ta missieru u fl 1946 waqqaf il Premju Ġuze Muscat Azzopardi b tifkira ta missieru l ewwel president tal Għaqda tal Kittieba tal Malti Hu stess kien ko fundatur ta l Għaqda u iktar tard ġie maħtur president onorarju tagħha kif ukoll ta l Għaqda Letterarja Maltija Fl 1975 flimkien ma martu Anna ħareġ il ktieb Kif Ngħiduha li fih jiġbor l idjomi kollha Maltin PolitikaBħal missieru Ġino Muscat Azzopardi kien attiv ħafna fix xena politika Fl għoxrinijiet ingħaqad mal Partit Laburista u ħareġ għall elezzjoni tal 1927 Fis sena 1945 huwa pprezenta lill Partit Laburista fl Assemblea Leġislattiva Kien direttur tal gazzetti Labour Opinion 1924 26 Il Kotra 1926 27 u Dr Xekkek 1925 34 gazzetta satirika u Ix Xewka Kien attiv ukoll fil qasam kulturali bħala Chairman tal Kumitat tat Teatru Manoel 1948 u 1976 u tal Panel tad Drama tar Rediffusion u tal Board taċ Ċensuri tal Films 1955 58 u ezaminatur f konkorsi letterarji Ingħata wkoll karigi onorarji f diversi kumitati fosthom ta l akkademja tal Malti Huwa kien direttur ukoll ta kumpanija kummerċjali u membru tal MPFA il kamra tal Kummerċ is Soċjeta għall Għomja u ta l Awtorita tax Xandir 1964 67 Ġino Muscat Azzopardi miet fid dar tiegħu tas Sliema fis 7 ta Marzu 1982 Ħuh kien Ivo Muscat Azzopardi li miet f San Ġiljan fit 13 ta Diċembru 1965