Il gżira ta Delos pronunzja ˈdiːlɒs bil Grieg Δήλος ˈðilos bil Grieg Attiku Δῆλος bil Grieg Doriku Δᾶλος qrib il gżira t
Delos

Il-gżira ta' Delos (pronunzja: /ˈdiːlɒs/; bil-Grieg: Δήλος [ˈðilos]; bil-Grieg Attiku: Δῆλος, bil-Grieg Doriku: Δᾶλος), qrib il-gżira ta' , lejn in-nofs tal-arċipelagu taċ-, fiha wieħed mill-iżjed siti arkeoloġiċi, storiċi u mitoloġiċi importanti fil-Greċja. L-iskavi fil-gżira huma fost l-iżjed estensivi fil-Mediterran; għadu qed isir xi xogħol taħt it-tmexxija tal-Eforat tal-Antikitajiet taċ-Ċikladi, u bosta mill-artefatti li nstabu jinsabu għall-wiri fil-Mużew Arkeoloġiku ta' Delos u fil-Mużew Arkeoloġiku Nazzjonali ta' Ateni.
Delos | |
---|---|
Greċja | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Greċja |
Decentralized administration of Greece | Amministrazzjoni Deċentralizzata tal-Eġew |
Administrative region of Greece | Reġjun tan-Nofsinhar tal-Eġew |
Akrata | Unità Reġjonali ta' Mykonos |
Municipality of Greece | Muniċipalità ta' Mykonos |
Ismijiet oriġinali | Δήλος |
Kodiċi postali | 846 00 |
Ġeografija | |
Koordinati | 37°23′28″N 25°16′16″E / 37.39121°N 25.27122°EKoordinati: 37°23′28″N 25°16′16″E / 37.39121°N 25.27122°E |
Delos Delos (Greece) | |
Superfiċjenti | 350.64 hectare |
Għoli | 112 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 24 abitanti (2011) |
Delos kellha pożizzjoni importanti bħala santwarju mqaddes għal millenju qabel ma l-mitoloġija Griega Olimpika għamlitha l-post tat-twelid ta' Apollo u ta' . Mill-Port Sagru tagħha, ix-xefaq juri t-tliet tumbati koniċi li identifikaw il-pajsaġġi meqjusa sagri għal divinità (x'aktarx ) f'siti oħra: wieħed minnhom, li għadu jissejjaħ bl-isem Pre-Grieg tiegħu, huwa l-Muntanja Cynthus, u fil-quċċata tagħha hemm santwarju ta' Żeus.
Fl-1990 Delos tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, bis-saħħa li s-sit arkeoloġiku eċċezzjonali "huwa xhieda ta' port kożmopolitu kbir tal-Mediterran", u minħabba l-influwenza tas-sit fuq l-iżvilupp tal-arkitettura Griega, kif ukoll l-importanza sagra tal-gżira fil-Greċja Antika kollha.
Storja
Greċja Antika
Mill-investigazzjoni tal-għorfiet tal-ġebel tal-qedem li nstabu fil-gżira ħareġ li kienet ilha abitata mit-tielet millenju Q.K. Thucydides jidentifika l-abitanti oriġinali bħala pirati Karjani li eventwalment sfaw imkeċċija mir-Re ta' Kreta. Skont l-Odissea, il-gżira diġà kienet famuża bħala l-post tat-twelid tal-allat tewmin Apollo u (għalkemm hemm xi konfużjoni rigward il-post tat-twelid ta' Artemide li jaf kien Delos jew ).
Bejn id-900 Q.K. u l-100 W.K., Delos kienet ċentru ewlieni ta' qima, fejn kienu meqjuma l-allat u , omm l-allat tewmin Apollo u Artemide. Eventwalment, Delos kisbet importanza reliġjuża Pan-Ellenika, u inizjalment saret post ta' pellegrinaġġi reliġjużi għall-Joniċi.
Għadd ta' "purifikazzjonijiet" kienu jsiru mill-belt-stat ta' Ateni f'tentattiv biex il-gżira tkun idonea għall-qima tal-allat. L-ewwel waħda seħħet fis-seklu 6 Q.K., taħt it-tmexxija tat-tirann , li ordna li l-oqbra kollha qrib it-tempju jitħaffru u l-katavri ttieħdu lejn gżira oħra fil-qrib. Fis-seklu 5 Q.K., matul is-sitt sena tal-Gwerra Peleponniża u skont l-ordni mill-Oraklu ta' Delphi, il-gżira kollha ġiet ippurifikata bit-tneħħija tal-katavri kollha. Eventwalment inħareġ digriet ġdid li kien jipprojbixxi d-dfin jew it-twellid fil-gżira minħabba l-importanza sagra tagħha, u biex jippreserva n-newtralità tagħha fil-kummerċ biex b'hekk ħadd ma seta' jiddikjara s-sjieda permezz ta' wirt. Eżatt wara din il-purifikazzjoni, hemmhekk ġie ċċelebrat l-ewwel festival ta' kull ħames snin tal-logħob ta' Delos. Erba' snin wara, l-abitanti kollha tal-gżira ġew ittrasferiti lejn Adramyttium fl-Asja bħala purifikazzjoni ulterjuri.
Wara l-Gwerer Persjani, il-gżira saret il-post naturali fejn kienet issir il-Lega ta' Delos, stabbilita fl-478 Q.K., sabiex isiru l-kungressi fit-tempju (kwartier separat kien irriżervat għall-barranin u għas-santwarji għall-allat barranin). It-teżor komuni tal-lega kien jinżamm hawnhekk ukoll sal-454 Q.K., meta ttrasferih lejn Ateni.
Matul il-perjodu Ellenistiku, kolonja tal-Feniċi stabbilita sew fil-gżira kellha relazzjonijiet kummerċjali estensivi.
Il-gżira ma kellha l-ebda kapaċità produttiva għall-ikel, għall-fibri jew għall-injam, li kollha kienu jiġu importati. Ammont limitat ta' ilma kien jiġi sfruttat permezz ta' sistema estensiva ta' ċisterni u akkwedotti, bjar, u drenaġġi. Diversi reġjuni kienu jarmaw l-agorae (swieq).
kiteb li l-Griegi kienu jużaw il-proverbju "ᾌδεις ὥσπερ εἰς Δῆλον πλέων", li jfisser li tkanta qisek qed tbaħħar lejn Delos b'referenza għal xi ħadd li jkun kuntent, hieni u qed jieħu pjaċir.
kiteb li ġew stabbiliti l-Misteri ta' Delos (simili għall-Misteri Eleusinjani).
Żmien ir-Rumani
Strabo stqarr li fil-166 Q.K., ir-Rumani kkonvertew Delos f'port ħieles, li parzjalment kienet motivata mit-tir li jxekklu l-kummerċ ta' Rodi, li dak iż-żmien kienet fil-mira tal-ostilità Rumana. Fil-167 jew fil-166 Q.K., wara r-rebħa tar-Rumani fit-Tielet Gwerra tal-Maċedonja, ir-Repubblika Rumana ċediet il-gżira ta' Delos lil Ateni, li keċċiet il-biċċa l-kbira tal-abitanti oriġinali. Il-merkanti Rumani xtraw għexieren ta' eluf ta' skjavi maħtufa mill-pirati Ċiliċjani jew maqbuda fil-gwerer wara li sfaxxa l-Imperu tas-Selewċidi. Saret iċ-ċentru tal-kummerċ tal-iskjavi, bl-ikbar suq tal-iskjavi fl-inħawi.
Il-qerda ta' mir-Rumani fil-146 Q.K. wasslet biex Delos mill-inqas tassumi parzjalment ir-rwol ta' Korinzju bħala ċ-ċentru kummerċjali ewlieni tal-Greċja, iżda l-prosperità kummerċjali, l-attività tal-kostruzzjoni, u l-popolazzjoni ta' Delos, battiet b'mod sinifikanti wara li l-gżira ġiet attakkata mill-qawwiet ta' ta' Pontus fit-88 u d-69 Q.K., matul il-Gwerer ta' Mithridates ma' Ruma. Qabel tmiem l-ewwel seklu Q.K., ir-rotot kummerċjali kienu nbidlu; Delos ġiet sostitwita minn Puteoli bħala l-enfasi ewlenija tal-kummerċ Taljan mal-Lvant, u bħala ċentru tal-qima wkoll, u b'hekk għaddiet minn deklin kbir.
Minkejja d-deklin tagħha, Delos żammet parti mill-popolazzjoni fil-perjodu bikri tal-Imperu Ruman. (8,33,2), kiteb fit-tieni seklu W.K., u ddikjara li Delos kienet diżabitata għajr għal xi ftit kustodji tas-santwarji. Instabet evidenza ta' banjijiet, muniti, akkwedott, djar residenzjali u tal-elit, diversi knejjes, bażiliki u monasteru tar-Rumani, kollha mill-ewwel sas-sitt seklu W.K., li madankollu ma tissuġġerix li l-gżira kienet abitati kontinwament dak iż-żmien. Il-bċejjeċ tal-fuħħar li nstabu jindikaw li prodotti, bħall-inbid u ż-żejt, baqgħu jiġu importati miċ-ċentri reġjonali. Barra minn hekk, għadd ta' preses tal-inbid instabu qalb il-fdalijiet tal-belt antika li jmorru lura għal dan il-perjodu, u dawn jissuġġerixxu li l-popolazzjoni dak iż-żmien kienet twettaq produzzjoni vitikulturali konsiderevoli.
Delos eventwalment ġiet abbandunata għall-ħabta tas-seklu 8 W.K.
Sit ta' Wirt Dinji
Delos ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1990.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; il-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Attrazzjonijiet ewlenin
- Il-lag sagru ċirkolari żgħir, li issa jitħalla niexef apposta fil-gżira sabiex tiġi evitata r-riproduzzjoni tan-nemus tal-malarja, huwa karatteristika topografika li ddeterminat il-kollokazzjoni ta' karatteristiċi li ġew wara.
- Il-Funtana ta' Minos kienet bir pubbliku rettangolari mħaffer fil-blat, b'kolonna ċentrali; ifformalizzat il-fawwara sagra fil-forma tas-seklu 6 Q.K. attwali, li ġiet rikostruwita fil-166 Q.K., skont kitba mnaqqxa. Madwaru hemm ħitan b'filati tal-ġebel; l-ilma għadu aċċessibbli permezz ta' xi taraġ fuq naħa minnhom.
- Instabu diversi pjazez tas-swieq; l-Agora Ellenistika tal-Kompetaljasti qrib il-Port Sagru għad fiha t-toqob tal-arbli tas-suq fil-pavimentar. Hemm ukoll diversi statwi u kolonni ta' żewġ xirkiet tal-merkanti Italiċi.
- It-Tempju ta' Delos, iddedikat lil Apollo, huwa eżempju klassiku tal-ordni Doriku. Maġenb it-tempju, fl-imgħoddi kien hemm kouros kolossali ta' Apollo, li għad fadal xi partijiet biss. Għad hemm partijiet ta' fuq tad-dahar u tal-pelvi li jmorru lura għas-seklu 6 Q.K., u hemm id li qed tinżamm fil-mużew lokali, u sieq fil-.
- It-Terrazza tal-Iljuni, iddedikat ukoll lil Apollo min-nies ta' ftit qabel is-600 Q.K. Oriġinarjament kellha 9-12-il iljun gwardjan tal-irħam tul il-Mogħdija Sagra; wieħed tneħħa u attwalment jinsab fuq id-daħla prinċipali tal-Arsenal Venezjan. L-iljuni joħolqu mogħdija monumentali qisha l-mogħdija Eġizzjana tal-isfinġi. Sfinġi Grieg jinsab fil-Mużew ta' Delos. Attwalment għad fadal seba' ljuni oriġinali fit-terrazza.
- L-Oikos ta' Naxos (id-Dar ta' Naxos), l-ewwel kwartier tas-seklu 6 Q.K., b'sala twila b'mogħdija ċentrali bil-kolonni Joniċi, zuntier fil-Punent bi stil triplu in antis, u prostasi tal-irħam fil-Lvant ta' nofs is-seklu 6 Q.K.
- L-Istabbiliment tal-Posejdonjasti, stabbiliment tal-"Koinon tal-merkanti, tal-bennejja tal-bastimenti u tal-ħaddiema Posejdonjasti Beritjani", matul is-snin bikrin tal-eġemonija Rumana, lejn l-aħħar tas-seklu 2 Q.K. Flimkien mat-trijade protettivi tagħhom ta' Baal/Posejdone, Astarte/Afrodite u Eshmun/Asklepju, żiedu Roma.
- It-Tempju Doriku ta' Isis inbena fuq għolja fil-bidu ta' żmien ir-Rumani għall-qima tat-trinità familjari ta' Isis, ta' Serapsis ta' Lixandra, u ta' Anubis.
- It-Tempju ta' Era, għall-ħabta tal-500 Q.K., huwa rikostruzzjoni ta' Heraion iktar bikri fis-sit.
- Id-Dar ta' Dijoniżju hija dar privata lussuża tas-seklu 2 famuża għall-mużajk tal-art ta' Dijoniżju riekeb pantera.
- Id-Dar tad-Dniefel għandha isem simili għall-mużajk tal-atriju, fejn l-eroti jidhru rekbin id-dniefel; is-sid Feniċju kkummissjona mużajk tal-art ta' Tanit fil-vestibolu tiegħu.
- L-iStoivadeion iddedikat lil Dijoniżju fih statwa tal-alla tal-inbid u l-qawwa tal-ħajja. Fuq kull naħa tal-pjattaforma, hemm pilastru li jirfed għamla fallika kolossali, is-simbolu ta' Dijoniżju. Il-pilastru tan-Nofsinhar, li huwa mżejjen b'riljievi ta' xeni ta' Dijoniżju, inbena għall-ħabta tat-300 Q.K. bħala ċelebrazzjoni ta' spettaklu teatrali rebbieħ. L-istatwa ta' Dijoniżju oriġinarjament kienet tinsab maġenb dawk ta' żewġ atturi tal-Paposilenoi (ikkonservata fil-Mużew Arkeoloġiku ta' Delos). It-teatru tal-irħam huwa rikostruzzjoni ta' wieħed iktar antik, li nbena ftit wara t-300 Q.K.
- Is-"Sinagoga ta' Delos", il-fdalijiet ta' dik li fl-imgħoddi kienet maħsuba li kienet sinagoga Sammaritana antika.
Popolazzjoni
Iċ-ċensiment Grieg tal-2001 irrapporta popolazzjoni ta' 14-il abitant li jgħixu fil-gżira. Amministrattivament, il-gżira tagħmel parti mill-muniċipalità ta' Mýkonos.
Skont għadd iktar reċenti, fl-2011 il-gżira kellha 24 abitant.
Gallerija
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Delos". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-20.
- ^ Thucydides, I,8.
- ^ Thucydides, III,104.
- ^ Thucydides, V,1.
- ^ Thucydides, I,96.
- ^ Boussac, Marie-Françoise (1982). "À propos de quelques sceaux déliens". Bulletin de correspondance hellénique (bil-Franċiż). 106 (1): 445–446. doi:10.3406/bch.1982.1923. ISSN 0007-4217.
- ^ Suda, alpha, 455.
- ^ Iamblichus, Life of Pythagoras, § 28.151.
- ^ Tang, Birgit (2005), Delos, Carthage, Ampurias: the Housing of Three Mediterranean Trading Centres, Ruma: L'Erma di Bretschneider (Accademia di Danimarca), p. 14, ISBN 8882653056.
- ^ Tang, Birgit (2005), Delos, Carthage, Ampurias: the Housing of Three Mediterranean Trading Centres, Ruma: L'Erma di Bretschneider (Accademia di Danimarca), pp. 14, 32, ISBN 8882653056.
- ^ DODD, EMLYN K. (2020). ROMAN AND LATE ANTIQUE WINE PRODUCTION IN THE EASTERN MEDITERRANEAN : a comparative ... archaeological study at antiochia ad cragum. ARCHAEOPRESS. ISBN 978-1-78969-403-1.
- ^ Le Quéré, Enora (2015). Les Cyclades sous l'Empire romain : histoire d'une renaissance. Impr. Université Rennes 2). Rennes: Presses universitaires de Rennes. ISBN 978-2-7535-4045-3.
- ^ DODD, EMLYN K. (2020). ROMAN AND LATE ANTIQUE WINE PRODUCTION IN THE EASTERN MEDITERRANEAN : a comparative ... archaeological study at antiochia ad cragum. [Place of publication not identified]: ARCHAEOPRESS. ISBN 978-1-78969-403-1.
- ^ Gruben G., Griechische Tempel und Heiligtümer, Münich, 2001.
- ^ Gazette numismatique suisse. 1992. p. 124.
- ^ Carter, Jane B. (1997). "Thiasos and Marzeaḥ". In Langdon, Susan (ed.). New Light on a Dark Age. University of Missouri Press. p. 99. ISBN 9780826210999.
- ^ Hephaistos. 2006. p. 129.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Delos, X'inhi Delos? Xi tfisser Delos?
Il gzira ta Delos pronunzja ˈdiːlɒs bil Grieg Dhlos ˈdilos bil Grieg Attiku Dῆlos bil Grieg Doriku Dᾶlos qrib il gzira ta lejn in nofs tal arċipelagu taċ fiha wieħed mill izjed siti arkeoloġiċi storiċi u mitoloġiċi importanti fil Greċja L iskavi fil gzira huma fost l izjed estensivi fil Mediterran għadu qed isir xi xogħol taħt it tmexxija tal Eforat tal Antikitajiet taċ Ċikladi u bosta mill artefatti li nstabu jinsabu għall wiri fil Muzew Arkeoloġiku ta Delos u fil Muzew Arkeoloġiku Nazzjonali ta Ateni Delos GreċjaAmministrazzjoniStat sovranGreċjaDecentralized administration of GreeceAmministrazzjoni Deċentralizzata tal EġewAdministrative region of GreeceReġjun tan Nofsinhar tal EġewAkrataUnita Reġjonali ta MykonosMunicipality of GreeceMuniċipalita ta MykonosIsmijiet oriġinali DhlosKodiċi postali 846 00ĠeografijaKoordinati 37 23 28 N 25 16 16 E 37 39121 N 25 27122 E 37 39121 25 27122 Koordinati 37 23 28 N 25 16 16 E 37 39121 N 25 27122 E 37 39121 25 27122DelosDelos Greece Superfiċjenti 350 64 hectareGħoli 112 mDemografijaPopolazzjoni 24 abitanti 2011 Delos kellha pozizzjoni importanti bħala santwarju mqaddes għal millenju qabel ma l mitoloġija Griega Olimpika għamlitha l post tat twelid ta Apollo u ta Mill Port Sagru tagħha ix xefaq juri t tliet tumbati koniċi li identifikaw il pajsaġġi meqjusa sagri għal divinita x aktarx f siti oħra wieħed minnhom li għadu jissejjaħ bl isem Pre Grieg tiegħu huwa l Muntanja Cynthus u fil quċċata tagħha hemm santwarju ta Zeus Fl 1990 Delos tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO bis saħħa li s sit arkeoloġiku eċċezzjonali huwa xhieda ta port kozmopolitu kbir tal Mediterran u minħabba l influwenza tas sit fuq l izvilupp tal arkitettura Griega kif ukoll l importanza sagra tal gzira fil Greċja Antika kollha StorjaGreċja Antika Mill investigazzjoni tal għorfiet tal ġebel tal qedem li nstabu fil gzira ħareġ li kienet ilha abitata mit tielet millenju Q K Thucydides jidentifika l abitanti oriġinali bħala pirati Karjani li eventwalment sfaw imkeċċija mir Re ta Kreta Skont l Odissea il gzira diġa kienet famuza bħala l post tat twelid tal allat tewmin Apollo u għalkemm hemm xi konfuzjoni rigward il post tat twelid ta Artemide li jaf kien Delos jew Bejn id 900 Q K u l 100 W K Delos kienet ċentru ewlieni ta qima fejn kienu meqjuma l allat u omm l allat tewmin Apollo u Artemide Eventwalment Delos kisbet importanza reliġjuza Pan Ellenika u inizjalment saret post ta pellegrinaġġi reliġjuzi għall Joniċi Veduta ġenerali ta Delos Delos fuq il lemin u Rineia qalb iċ Ċikladi Għadd ta purifikazzjonijiet kienu jsiru mill belt stat ta Ateni f tentattiv biex il gzira tkun idonea għall qima tal allat L ewwel waħda seħħet fis seklu 6 Q K taħt it tmexxija tat tirann li ordna li l oqbra kollha qrib it tempju jitħaffru u l katavri ttieħdu lejn gzira oħra fil qrib Fis seklu 5 Q K matul is sitt sena tal Gwerra Peleponniza u skont l ordni mill Oraklu ta Delphi il gzira kollha ġiet ippurifikata bit tneħħija tal katavri kollha Eventwalment inħareġ digriet ġdid li kien jipprojbixxi d dfin jew it twellid fil gzira minħabba l importanza sagra tagħha u biex jippreserva n newtralita tagħha fil kummerċ biex b hekk ħadd ma seta jiddikjara s sjieda permezz ta wirt Ezatt wara din il purifikazzjoni hemmhekk ġie ċċelebrat l ewwel festival ta kull ħames snin tal logħob ta Delos Erba snin wara l abitanti kollha tal gzira ġew ittrasferiti lejn Adramyttium fl Asja bħala purifikazzjoni ulterjuri Wara l Gwerer Persjani il gzira saret il post naturali fejn kienet issir il Lega ta Delos stabbilita fl 478 Q K sabiex isiru l kungressi fit tempju kwartier separat kien irrizervat għall barranin u għas santwarji għall allat barranin It tezor komuni tal lega kien jinzamm hawnhekk ukoll sal 454 Q K meta ttrasferih lejn Ateni Matul il perjodu Ellenistiku kolonja tal Feniċi stabbilita sew fil gzira kellha relazzjonijiet kummerċjali estensivi Il gzira ma kellha l ebda kapaċita produttiva għall ikel għall fibri jew għall injam li kollha kienu jiġu importati Ammont limitat ta ilma kien jiġi sfruttat permezz ta sistema estensiva ta ċisterni u akkwedotti bjar u drenaġġi Diversi reġjuni kienu jarmaw l agorae swieq kiteb li l Griegi kienu juzaw il proverbju ᾌdeis ὥsper eἰs Dῆlon plewn li jfisser li tkanta qisek qed tbaħħar lejn Delos b referenza għal xi ħadd li jkun kuntent hieni u qed jieħu pjaċir kiteb li ġew stabbiliti l Misteri ta Delos simili għall Misteri Eleusinjani Zmien ir Rumani Il Gzira ta Delos 1847 Strabo stqarr li fil 166 Q K ir Rumani kkonvertew Delos f port ħieles li parzjalment kienet motivata mit tir li jxekklu l kummerċ ta Rodi li dak iz zmien kienet fil mira tal ostilita Rumana Fil 167 jew fil 166 Q K wara r rebħa tar Rumani fit Tielet Gwerra tal Maċedonja ir Repubblika Rumana ċediet il gzira ta Delos lil Ateni li keċċiet il biċċa l kbira tal abitanti oriġinali Il merkanti Rumani xtraw għexieren ta eluf ta skjavi maħtufa mill pirati Ċiliċjani jew maqbuda fil gwerer wara li sfaxxa l Imperu tas Selewċidi Saret iċ ċentru tal kummerċ tal iskjavi bl ikbar suq tal iskjavi fl inħawi It teatru Il qerda ta mir Rumani fil 146 Q K wasslet biex Delos mill inqas tassumi parzjalment ir rwol ta Korinzju bħala ċ ċentru kummerċjali ewlieni tal Greċja izda l prosperita kummerċjali l attivita tal kostruzzjoni u l popolazzjoni ta Delos battiet b mod sinifikanti wara li l gzira ġiet attakkata mill qawwiet ta ta Pontus fit 88 u d 69 Q K matul il Gwerer ta Mithridates ma Ruma Qabel tmiem l ewwel seklu Q K ir rotot kummerċjali kienu nbidlu Delos ġiet sostitwita minn Puteoli bħala l enfasi ewlenija tal kummerċ Taljan mal Lvant u bħala ċentru tal qima wkoll u b hekk għaddiet minn deklin kbir Minkejja d deklin tagħha Delos zammet parti mill popolazzjoni fil perjodu bikri tal Imperu Ruman 8 33 2 kiteb fit tieni seklu W K u ddikjara li Delos kienet dizabitata għajr għal xi ftit kustodji tas santwarji Instabet evidenza ta banjijiet muniti akkwedott djar residenzjali u tal elit diversi knejjes baziliki u monasteru tar Rumani kollha mill ewwel sas sitt seklu W K li madankollu ma tissuġġerix li l gzira kienet abitati kontinwament dak iz zmien Il bċejjeċ tal fuħħar li nstabu jindikaw li prodotti bħall inbid u z zejt baqgħu jiġu importati miċ ċentri reġjonali Barra minn hekk għadd ta preses tal inbid instabu qalb il fdalijiet tal belt antika li jmorru lura għal dan il perjodu u dawn jissuġġerixxu li l popolazzjoni dak iz zmien kienet twettaq produzzjoni vitikulturali konsiderevoli Delos eventwalment ġiet abbandunata għall ħabta tas seklu 8 W K Sit ta Wirt DinjiIt Terrazza tal Iljuni Delos ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1990 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta erba kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem il kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju L Agora tal Kompetaljasti Id Dar ta Dijonizju Attrazzjonijiet ewleninIl lag sagru ċirkolari zgħir li issa jitħalla niexef apposta fil gzira sabiex tiġi evitata r riproduzzjoni tan nemus tal malarja huwa karatteristika topografika li ddeterminat il kollokazzjoni ta karatteristiċi li ġew wara Il Funtana ta Minos kienet bir pubbliku rettangolari mħaffer fil blat b kolonna ċentrali ifformalizzat il fawwara sagra fil forma tas seklu 6 Q K attwali li ġiet rikostruwita fil 166 Q K skont kitba mnaqqxa Madwaru hemm ħitan b filati tal ġebel l ilma għadu aċċessibbli permezz ta xi taraġ fuq naħa minnhom Instabu diversi pjazez tas swieq l Agora Ellenistika tal Kompetaljasti qrib il Port Sagru għad fiha t toqob tal arbli tas suq fil pavimentar Hemm ukoll diversi statwi u kolonni ta zewġ xirkiet tal merkanti Italiċi It Tempju ta Delos iddedikat lil Apollo huwa ezempju klassiku tal ordni Doriku Maġenb it tempju fl imgħoddi kien hemm kouros kolossali ta Apollo li għad fadal xi partijiet biss Għad hemm partijiet ta fuq tad dahar u tal pelvi li jmorru lura għas seklu 6 Q K u hemm id li qed tinzamm fil muzew lokali u sieq fil It Terrazza tal Iljuni iddedikat ukoll lil Apollo min nies ta ftit qabel is 600 Q K Oriġinarjament kellha 9 12 il iljun gwardjan tal irħam tul il Mogħdija Sagra wieħed tneħħa u attwalment jinsab fuq id daħla prinċipali tal Arsenal Venezjan L iljuni joħolqu mogħdija monumentali qisha l mogħdija Eġizzjana tal isfinġi Sfinġi Grieg jinsab fil Muzew ta Delos Attwalment għad fadal seba ljuni oriġinali fit terrazza L Oikos ta Naxos id Dar ta Naxos l ewwel kwartier tas seklu 6 Q K b sala twila b mogħdija ċentrali bil kolonni Joniċi zuntier fil Punent bi stil triplu in antis u prostasi tal irħam fil Lvant ta nofs is seklu 6 Q K L Istabbiliment tal Posejdonjasti stabbiliment tal Koinon tal merkanti tal bennejja tal bastimenti u tal ħaddiema Posejdonjasti Beritjani matul is snin bikrin tal eġemonija Rumana lejn l aħħar tas seklu 2 Q K Flimkien mat trijade protettivi tagħhom ta Baal Posejdone Astarte Afrodite u Eshmun Asklepju ziedu Roma It Tempju Doriku ta Isis inbena fuq għolja fil bidu ta zmien ir Rumani għall qima tat trinita familjari ta Isis ta Serapsis ta Lixandra u ta Anubis It Tempju ta Era għall ħabta tal 500 Q K huwa rikostruzzjoni ta Heraion iktar bikri fis sit Id Dar ta Dijonizju hija dar privata lussuza tas seklu 2 famuza għall muzajk tal art ta Dijonizju riekeb pantera Id Dar tad Dniefel għandha isem simili għall muzajk tal atriju fejn l eroti jidhru rekbin id dniefel is sid Feniċju kkummissjona muzajk tal art ta Tanit fil vestibolu tiegħu L iStoivadeion iddedikat lil Dijonizju fih statwa tal alla tal inbid u l qawwa tal ħajja Fuq kull naħa tal pjattaforma hemm pilastru li jirfed għamla fallika kolossali is simbolu ta Dijonizju Il pilastru tan Nofsinhar li huwa mzejjen b riljievi ta xeni ta Dijonizju inbena għall ħabta tat 300 Q K bħala ċelebrazzjoni ta spettaklu teatrali rebbieħ L istatwa ta Dijonizju oriġinarjament kienet tinsab maġenb dawk ta zewġ atturi tal Paposilenoi ikkonservata fil Muzew Arkeoloġiku ta Delos It teatru tal irħam huwa rikostruzzjoni ta wieħed iktar antik li nbena ftit wara t 300 Q K Is Sinagoga ta Delos il fdalijiet ta dik li fl imgħoddi kienet maħsuba li kienet sinagoga Sammaritana antika PopolazzjoniIċ ċensiment Grieg tal 2001 irrapporta popolazzjoni ta 14 il abitant li jgħixu fil gzira Amministrattivament il gzira tagħmel parti mill muniċipalita ta Mykonos Skont għadd iktar reċenti fl 2011 il gzira kellha 24 abitant GallerijaReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Delos UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 04 20 Thucydides I 8 Thucydides III 104 Thucydides V 1 Thucydides I 96 Boussac Marie Francoise 1982 A propos de quelques sceaux deliens Bulletin de correspondance hellenique bil Franċiz 106 1 445 446 doi 10 3406 bch 1982 1923 ISSN 0007 4217 Suda alpha 455 Iamblichus Life of Pythagoras 28 151 Tang Birgit 2005 Delos Carthage Ampurias the Housing of Three Mediterranean Trading Centres Ruma L Erma di Bretschneider Accademia di Danimarca p 14 ISBN 8882653056 Tang Birgit 2005 Delos Carthage Ampurias the Housing of Three Mediterranean Trading Centres Ruma L Erma di Bretschneider Accademia di Danimarca pp 14 32 ISBN 8882653056 DODD EMLYN K 2020 ROMAN AND LATE ANTIQUE WINE PRODUCTION IN THE EASTERN MEDITERRANEAN a comparative archaeological study at antiochia ad cragum ARCHAEOPRESS ISBN 978 1 78969 403 1 Le Quere Enora 2015 Les Cyclades sous l Empire romain histoire d une renaissance Impr Universite Rennes 2 Rennes Presses universitaires de Rennes ISBN 978 2 7535 4045 3 DODD EMLYN K 2020 ROMAN AND LATE ANTIQUE WINE PRODUCTION IN THE EASTERN MEDITERRANEAN a comparative archaeological study at antiochia ad cragum Place of publication not identified ARCHAEOPRESS ISBN 978 1 78969 403 1 Gruben G Griechische Tempel und Heiligtumer Munich 2001 Gazette numismatique suisse 1992 p 124 Carter Jane B 1997 Thiasos and Marzeaḥ In Langdon Susan ed New Light on a Dark Age University of Missouri Press p 99 ISBN 9780826210999 Hephaistos 2006 p 129