Abu Simbel huwa sit arkeoloġiku magħmul minn żewġ tempji mnaqqxin fil blat fil villaġġ ta Abu Simbel bl Għarbi أبو سمبل
Abu Simbel

Abu Simbel huwa sit arkeoloġiku magħmul minn żewġ tempji mnaqqxin fil-blat fil-villaġġ ta' Abu Simbel (bl-Għarbi: أبو سمبل), fil-Governorat ta' , fin-Nofsinhar tal-Eġittu ħdejn il-fruntiera mas-Sudan. Dawn iż-żewġ tempji issa jinsabu max-xatt tal-Punent tal-Lag ta' Nasser, madwar 230 kilometru fil-Lbiċ minn Aswan (madwar 300 kilometru bit-triq). Il-kumpless huwa parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO msejjaħ "Monumenti Nubjani", li huwa magħmul minn diversi monumenti bejn Abu Simbel sa (ħdejn Aswan), u jinkludu Amada, Wadi es-Sebua, u siti Nubjani oħra. Iż-żewġ tempji ta' Abu Simbel oriġinarjament ġew imnaqqxin mill-blat fil-muntanja fis-seklu 13 Q.K., matul ir-renju tad-19-il dinastija tal-Faragħun . Dawn it-tempji kienu jservu bħala monument dejjiemi għall-Faragħun Ramesses II. Martu u uliedhom jidhru mnaqqxin fi statwi iżgħar ħdejn riġlejh, peress li kienu jitqiesu inqas importanti u ma ngħatawx l-istess pożizzjoni bħala skala. It-tempji jfakkru r-rebħa tal-Faragħun fil-Battalja ta' Kadesh. Il-figuri enormi mnaqqxin fil-blat saru ikoniċi.
Il-kumpless kollu ġie rilokat fl-1968 taħt is-superviżjoni ta' arkeologu Pollakk, , miċ-Ċentru Pollakk tal-Arkeoloġija Mediterranja tal-Università ta' Varsavja, u tressaq fuq għolja artifiċjali magħmula minn struttura sferika, ferm 'il fuq mill-ġibjun tad-Diga l-Għolja ta' Aswan. Ir-rilokazzjoni tat-tempji kienet meħtieġa għaliex inkella kienu jiġu mgħerrqa bil-ħolqien tal-Lag ta' Nasser, il-ġibjun artifiċjali enormi tal-ilma li fforma wara l-kostruzzjoni tad-Diga l-Għolja ta' Aswan fuq ix-xmara . Il-proġett twettaq bħala parti mill-Kampanja ta' Salvataġġ tal-Monumenti Nubjani tal-UNESCO.
Storja
Kostruzzjoni
Matul ir-renju tiegħu, Ramesses II wettaq programm estensiv ta' kostruzzjoni kullimkien fl-Eġittu u fil-parti ta' Nubja taħt il-kontroll tal-Eġittu. Nubja kienet importanti ħafna għall-Eġizzjani għaliex kienet sors ta' deheb u bosta oġġetti kummerċjali prezzjużi oħra. Għalhekk, il-Faragħun bena diversi tempji grandjużi hemmhekk biex jimpressjona lin-Nubjani s-setgħa tal-Eġittu u biex il-poplu ta' Nubja jiġi Eġizzjanizzat. L-iżjed tempji prominenti huma t-tempji mnaqqxin fil-blat ħdejn il-villaġġ modern ta' Abu Simbel, fit-Tieni Ċarċara tan-Nil, il-fruntiera bejn Nubja t'Isfel u Nubja ta' Fuq. Il-kumpless ta' Abu Simbel jinkludi żewġ tempji, it-Tempju l-Kbir, iddedikat lil Ramesses II nnifsu, u t-Tempju ż-Żgħir, iddedikat lill-mara ewlenija tiegħu r-Reġina Nefertari.
Il-kostruzzjoni tal-kumpless tat-tempji beda għall-ħabta tal-1264 Q.K. u dam għal madwar 20 sena, sal-1244 Q.K. Kien magħruf bħala t-"Tempju ta' Ramesses, maħbub minn Amun".
Skoperta mill-ġdid
Bit-trapass taż-żmien, it-tempji ma baqgħux jintużaw u eventwalment tgħattew bir-ramel. Sas-seklu 6 Q.K., ir-ramel kien diġà għatta l-istatwi tat-tempju prinċipali sa rkopptejhom. It-tempju ntesa sal-1813, meta r-riċerkatur Żvizzeru sab il-freġju ta' fuq tat-tempju prinċipali. Burckhardt tkellem dwar l-iskoperta tiegħu mal-esploratur Taljan Giovanni Belzoni, li vvjaġġa sas-sit, iżda ma rnexxielux iħaffer daħla għat-tempju. Belzoni rritorna fl-1817, u din id-darba rnexxielu jidħol fil-kumpless. Deskrizzjoni dettaljata tat-tempji, flimkien ma' tpinġijiet kontemporanji, jinstabu fid-Deskrizzjoni tal-Eġittu (bl-Ingliż:Description of Egypt) ta' (1825-1828).
Rilokazzjoni
Fl-1959 bdiet kampanja internazzjonali ta' ġbir tad-donazzjonijiet biex jiġu salvati l-monumenti ta' Nubja: l-iktar relitti tan-Nofsinhar ta' din iċ-ċivilizzazzjoni umana tal-qedem kienu mhedda miż-żieda fil-livell tal-ilma tan-Nil li kienu waslu biex jirriżultaw mill-kostruzzjoni tad-Diga l-Għolja ta' Aswan.
Skema partikolari biex jiġu salvati t-tempji kienet ibbażata fuq idea ta' li tinbena diga tal-ilma ħelu trasparenti madwar it-tempji, bl-ilma fiha miżmum sal-għoli tan-Nil. Kellu jkun hemm kompartimenti taħt l-ilma biex wieħed ikun jista' jara t-tempji. Fl-1962 l-idea ssarrfet f'proposta mill-arkitetti u u mill-inġinier ċivili . Dawn qiesu li l-olzar tat-tempji kien jinjora l-effett tal-erożjoni tal-blat ramli mill-irjieħ tad-deżert. Madankollu, il-proposta, għalkemm ġie rikonoxxut li kienet waħda tassew eleganti, ġiet irrifjutata.
Is-salvataġġ tat-tempji ta' Abu Simbel beda fl-1964 minn tim multinazzjonali ta' arkeologi, inġiniera u operaturi tas-sengħa li kienu kapaċi jaħdmu b'tagħmir tqil. Dawn kollha ġibdu ħabel wieħed taħt il-qafas tal-UNESCO. Il-proġett sewa xi 40 miljun dollaru Amerikan dak iż-żmien (ugwali għal 300 miljun dollaru Amerikan ekwivalenti fl-2017). Bejn l-1964 u l-1968, is-sit kollu ġie ssegat f'blokok kbar (sa 30 tunnellata, b'medja ta' 20 tunnellata kull blokka), żarmat, olzat u assemblat mill-ġdid f'post ġdid xi 65 metru 'l fuq u xi 200 metru lura mix-xmara, f'waħda mill-akbar sfidi tal-inġinerija arkeoloġika fl-istorja. Xi strutturi ġew saħansitra salvati minn taħt l-ilma tal-Lag ta' Nasser. Illum, it-tempji jżuruhom ftit mijiet ta' turisti kuljum. Bosta viżitaturi jaslu wkoll bl-ajruplan f'ajruport li nbena apposta għal min jixtieq iżur it-tempji, jew inkella bit-triq minn Aswan li hi l-eqreb belt.
Il-kumpless jikkonsisti minn żewġ tempji. It-Tempju l-Kbir huwa ddedikat lil Ra-Harakhty, Ptah u Amun, it-tliet allat statali tal-Eġittu dak iż-żmien, u fih erba' statwi kbar ta' Ramesses II mal-faċċata. It-Tempju ż-Żgħir huwa ddedikat lill-alla femminili Hathor, ippersonifikata f'Nefertari, il-mara maħbuba ewlenija ta' Ramesses II fost il-bosta nisa li kellu. It-tempji attwalment huma miftuħin għall-pubbliku.
It-Tempju l-Kbir
It-Tempju l-Kbir ta' Abu Simbel, li ħa xi 20 sena biex inbena, tlesta għall-ħabta tal-24 sena tar-renju ta' Ramesses il-Kbir (li tikkorrispondi għall-1265 Q.K.). It-tempju ġie ddedikat lill-allat Amun, Ra-Horakhty, u Ptah, kif ukoll lil Ramesses divinizzat stess. Ġeneralment jiġi kkunsidrat bħala l-iktar tempju grandjuż u sabiħ mit-tempji kkummissjonati matul ir-renju ta' Ramesses II, u wieħed mill-isbaħ fl-Eġittu.
Daħla
Maġenb id-daħla unika tat-tempju hemm erba' statwi kolossali ta' 20 metru, u kull waħda tirrappreżenta lil Ramesses II bilqiegħda fuq tron u liebes il-kuruna doppja tal-Eġittu ta' Fuq u t'Isfel. L-ewwel statwa fuq ix-xellug tad-daħla ġarrbet xi ħsarat minħabba terremot li wassal biex ras u sider l-istatwa jikkrollaw; dawn il-biċċiet li kkrollaw ma ġewx irrestawrati fuq l-istatwa matul ir-rilokazzjoni iżda minflok tqiegħdu qrib saqajn l-istatwa fil-pożizzjonijiet kif kienu nstabu oriġinarjament. Maġenb riġlejn Ramesses II hemm għadd ta' statwi iżgħar oħra; l-ebda waħda minnhom mhi ogħla minn irkopptejn il-faragħun, u juru: il-mara ewlenija tiegħu, Nefertari Meritmut; ir-reġina omm tiegħu ; l-ewwel żewġ ulied subien tiegħu, u ; u l-ewwel sitt ulied bniet tiegħu: , , , , u .
Il-faċċata wara l-istatwi kolossali hija għolja 33 metru u wiesgħa 38 metru. Għandha freġju bi 22 iqimu tlugħ ix-xemx b'dirgħajhom mgħollijin u bi stele li tfakkar iż-żwieġ ta' Ramesses II ma' bint ir-Re , li ssiġilla l-paċi bejn l-Eġittu u l-.
Fuq id-daħla stess hemm immaġnijiet b'bassoriljiev tar-re jqim lil Ra Horakhty b'ras ta' falkun, u hemm statwa tiegħu f'niċċa kbira. Ra jżomm il-user bil-ġeroglifiċi u rixa f'idu l-leminija, b'Maat (l-alla tal-verità u tal-ġustizzja) f'idu x-xellugija; din hija kriptogramma għal isem Ramesses II fuq it-tron, User-Maat-Re.
Ġewwa
Il-parti ta' ġewwa tat-tempju għandha l-istess tqassim triangolari li għandhom il-biċċa l-kbira tat-tempji Eġizzjani antiki, bi kmamar li jiċkienu mid-daħla sas-santwarju. It-tempju għandu struttura kumplessa u pjuttost mhux tas-soltu minħabba li fih bosta kompartimenti fil-ġnub. Is-sala ipostila (li xi kultant tissejjaħ pronaos) hija twila 18-il metru u hija wiesgħa 16.7-il metru; hija mirfuda minn tmien pilastri enormi ta' Osiris b'Ramesses divinizzat u kkollegat mal-alla Osiris, l-alla tal-fertilità, tal-agrikultura, tal-ħajja wara l-mewt, tal-mejtin, tal-qawmien mill-mewt, tal-ħajja u tal-veġetazzjoni, biex tiġi indikata n-natura dejjiema tal-faragħun. L-istatwi kolossali mal-ħajt tan-naħa tax-xellug għandhom il-kuruna l-bajda tal-Eġittu ta' Fuq, filwaqt li dawk fuq in-naħa opposta lebsin il-kuruna doppja tal-Eġittu ta' Fuq u t'Isfel. Il-bassoriljievi fuq il-ħitan tal-pronaos juru xeni ta' battalji fil-kampanji militari li ħa sehem fihom Ramesses II. Il-biċċa l-kbira tal-iskulturi huma ddedikati lill-Battalja ta' Kadesh, fuq ix-xmara fis-Sirja tal-lum, fejn re Eġizzjan kien iġġieled kontra l-Ittiti. L-iktar riljiev famuż juri re fuq il-karru tiegħu jispara l-vleġeġ kontra l-għedewwa tiegħu huma u jaħarbu, huma u jittieħdu bħala priġunieri. Xeni oħra juru r-rebħiet Eġizzjani fil-Libja u f'Nubja.
Mis-sala ipostila, wieħed jidħol fit-tieni sala bil-pilastri, b'erba' pilastri mżejna b'xeni mill-isbaħ ta' offerti lill-allat. Hemm xeni ta' Ramesses u Nefertari bid-dgħajjes sagri ta' Amun u ta' Ra-Horakhty. Din is-sala tagħti aċċess għal vestibolu trasversali, u fin-nofs tiegħu hemm id-daħla tas-santwarju. Hawnhekk, fuq ħajt iswed, hemm skulturi mnaqqxin fil-blat ta' erba' figuri bilqiegħda: Ra-Horakhty, ir-re divinizzat Ramesses, u l-allat Amun Ra u Ptah. Ra-Horakhty, Amun Ra u Ptah kienu d-divinitajiet prinċipali f'dak il-perjodu u ċ-ċentri tat-twemmin tagħhom kienu jinsabu f'Heliopolis, f'Thebes u f'Memphis rispettivament.
Allinjament max-Xemx
Jingħad li l-assi tat-tempju ġie ppożizzjonat mill-arkitetti Eġizzjani tal-qedem b'tali mod li fit-22 ta' Ottubru u fit-22 ta' Frar, ir-raġġi tax-xemx jippenetraw is-santwarju u l-iskulturi mal-ħajt ta' wara jiġu jiddu kollha, għajr l-istatwa ta' Ptah, alla kkollegat mal-mejtin u li dejjem kien jibqa' fid-dlam. Diversi nies jinġabru f'Abu Simbel f'dawn il-jiem biex jaraw dan l-avveniment b'għajnejhom.
Allegatament, dawn id-dati huma d-data ta' għeluq snin ir-re u l-jum meta kien inkurunat, rispettivament. Ma hemm l-ebda evidenza diretta li tappoġġa din l-allegazzjoni. Madankollu, huwa loġiku li wieħed jassumi li dawn id-dati kellhom xi rabta ma' avveniment sinifikanti. Fil-fatt, skont il-kalkoli li saru abbażi tat-tlugħ eljakali tal-istilla Sirius (Sothis) u l-iskrizzjonijiet li nstabu mill-arkeologi, din id-data x'aktarx li kienet it-22 ta' Ottubru. Din l-immaġni tar-re ġiet imsaħħa u rivitalizzata mill-enerġija tal-istilla solari, u Ramesses divinizzat il-Kbir seta' b'hekk jieħu postu ħdejn Amun-Ra u Ra-Horakhty.
Minħabba d-deriva akkumulata tat-Tropiku tal-Qabru minħabba l-preċessjoni assjali tad-Dinja f'dawn l-aħħar tliet millenji, id-data tal-avveniment kienet differenti meta nbena t-tempju. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li t-tempju ġie rilokat mill-konfigurazzjoni oriġinali tiegħu, u b'hekk l-allinjament attwali jaf mhuwiex daqshekk preċiż daqs dak oriġinali.
Graffiti bil-Grieg
Graffiti magħruf miktub bil-Grieg fuq ir-riġel tax-xellug tal-istatwa kolossali bilqiegħda ta' Ramesses II, fuq in-naħa tan-Nofsinhar tad-daħla tat-tempju jgħid hekk:
Meta r-Re Psammetichus () ġie fuq il-Gżira Elephantine, dan inkiteb minn dawk li baħħru ma' Psammetichus iben Teokle, u waslu lil hinn minn Kerkis sakemm tippermetti x-xmara. Dawk li kienu jitkellmu b'ilsna barranin (il-Griegi u l-Karjani li naqqxu isimhom ukoll fuq il-monument) kienu mmexxija minn Potasimto, u l-Eġizzjani minn Amasis."
Kerkis kienet tinsab ħdejn il-Ħames Ċarċara tan-Nil li kienet parti mir-Renju Kuxita.
It-Tempju ż-Żgħir
It-tempju ta' Hathor u Nefertari, magħruf ukoll bħala t-Tempju ż-Żgħir, inbena madwar 100 metru fil-Grigal tat-Tempju ta' Ramesses II u ġie ddedikat lill-alla Hathor u lill-mara ewlenija ta' Ramesses II, Nefertari. Din kienet fil-fatt it-tieni darba fl-istorja Eġizzjana tal-qedem li tempju ġie ddedikat lil reġina. L-ewwel darba, Akhenaten iddedika tempju lill-mara rjali tiegħu, Nefertiti. Il-faċċata mnaqqxa fil-blat hija mżejna b'żewġ gruppi ta' statwi kolossali li huma sseparati b'daħla kbira. L-istatwi, kemxejn iktar għoljin minn 10 metri, huma tar-re u tar-reġina tiegħu. Fuq in-naħa l-oħra tal-portal hemm żewġ statwi tar-re, darba liebes il-kuruna l-bajda tal-Eġittu ta' Fuq (l-istatwa kolossali tan-Nofsinhar) u darba liebes il-kuruna doppja (l-istatwa kolossali tat-Tramuntana); maġenbhom hemm statwi tar-reġina.
B'mod notevoli, din hija waħda mill-ftit drabi fl-arti Eġizzjana fejn l-istatwi tar-re u tar-reġina tiegħu għandhom daqs ugwali. Tradizzjonalment, l-istatwi tal-irġejjen kienu jkunu qrib dawk tal-faragħun, iżda qatt ma kienu jkunu itwal minn irkopptejh. Ramesses II mar f'Abu Simbel ma' martu fl-24 sena tar-renju tiegħu. L-istess bħal fit-Tempju l-Kbir tar-re, hemm statwi żgħar tal-prinċepijiet u tal-prinċipessi ħdejn il-ġenituri tagħhom. F'dan il-każ jinsabu ppożizzjonati b'mod simetriku: fuq in-naħa tan-Nofsinhar (fuq ix-xellug kif wieħed iħares lejn id-daħla) hemm, mix-xellug għal-lemin, il-prinċepijiet Meryatum u Meryre, il-prinċipessi Meritamen u Henuttawy, u l-prinċepijiet Pareherwenemef u Amun-her-khepeshef, filwaqt li fuq in-naħa tat-Tramuntana hemm l-istess figuri imma bl-ordni inversa. Il-pjanta tat-Tempju ż-Żgħir hija verżjoni ssimplifikata ta' dik tat-Tempju l-Kbir.
Bħal fit-Tempju l-Kbir iddedikat lir-re, is-sala ipostila fit-Tempju ż-Żgħir hija mirfuda minn sitt pilastri; madankollu, f'dan il-każ, mhumiex pilastri ta' Osiris b'immaġnijiet tar-re, iżda huma mżejna b'xeni mar-reġina ddoqq is-sistri (strument sagru għall-alla Hathor), flimkien mal-allat Horus, Khnum, Khonsu, u Thoth, u mal-allat femminili Hathor, Isis, Maat, Mut ta' Asher, Satis u Taweret; f'xena minnhom Ramesses II jidher jippreżenta xi fjuri jew inċens jaqbad. Il-kapitelli tal-pilastri għandhom wiċċ l-alla Hathor fuqhom; din it-tip ta' kolonna hija magħrufa bħala ta' Hathor. Il-bassoriljievi fis-sala bil-pilastri juru d-divinizzazzjoni tar-re, il-qerda tal-għedewwa tiegħu fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar (f'dawn ix-xeni r-re huwa akkumpanjat minn martu), u r-reġina tagħmel offerti lill-allat femminili Hathor u Mut. Is-sala ipostila hija segwita minn vestibolu, u l-aċċess għalih jingħata permezz ta' tliet bibien kbar. Mal-ħitan tan-Nofsinhar u tat-Tramuntana ta' dan il-kompartiment hemm żewġ bassoriljievi grazzjużi u poetiċi tar-re u tar-reġina tiegħu jippreżentaw pjanti tal-papiru lil Hathor, li tidher bħala baqra tbaħħar fost il-papiru. Mal-ħajt tal-Punent, Ramesses II u Nefertari jidhru qed jagħmlu offerti lill-alla Horus u lid-divinitajiet tal-Ċarċara — Satis, Anubis u Khnum.
Is-santwarju mnaqqax fil-blat u ż-żewġ kompartiment fil-ġnub huma kkollegati mal-vestibolu trasversali u huma allinjati mal-assi tat-tempju. Il-bassoriljievi mal-ħitan tal-ġnub tas-santwarju ż-żgħir jirrappreżentaw xeni ta' offerti lil diversi allat mill-faragħun jew mir-reġina. Mal-ħajt ta' wara, li jinsab fil-Punent tul l-assi tat-tempju, hemm niċċa li fiha Hathor, b'għamla ta' baqra divina, jidher bħal donnu ħierġa mill-muntanja: l-alla femminili li tidher bħala l-patrun tat-tempju ddedikat lilha u lir-reġina Nefertari, li għandha rabta intima mal-alla femminili.
Klima
Is-sistema tal-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen-Geiger tikklassifika l-klima ta' Abu Simbel bħala waħda sħuna ta' deżert (BWh).
Data klimatika għal Abu Simbel | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 23.6 (74.5) | 26 (79) | 30.2 (86.4) | 35.3 (95.5) | 39.1 (102.4) | 40.6 (105.1) | 40.2 (104.4) | 40.2 (104.4) | 38.7 (101.7) | 36 (97) | 29.7 (85.5) | 24.9 (76.8) | 33.7 (92.7) |
Temp. medja kuljum f'°C (°F) | 16.4 (61.5) | 18.2 (64.8) | 22.1 (71.8) | 27 (81) | 31 (88) | 32.7 (90.9) | 32.7 (90.9) | 32.9 (91.2) | 31.4 (88.5) | 28.8 (83.8) | 22.7 (72.9) | 18.1 (64.6) | 26.2 (79.2) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 9.2 (48.6) | 10.4 (50.7) | 14.1 (57.4) | 18.8 (65.8) | 23 (73) | 24.8 (76.6) | 25.3 (77.5) | 25.7 (78.3) | 24.2 (75.6) | 21.6 (70.9) | 15.8 (60.4) | 11.4 (52.5) | 18.7 (65.6) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) |
Medja ta' jiem bix-xita | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
Medja ta' sigħat ta' xemx | 10 | 10 | 10 | 10 | 11 | 11 | 11 | 11 | 10 | 10 | 10 | 10 | 10 |
Sors 1: Climate-Data.org | |||||||||||||
Sors 2: Weather to Travel għas-sigħat ta' xemx u għall-jiem bix-xita |
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Monumenti Nubjani minn Abu Simbel sa Philae, inkluż iż-żewġ tempji ta' Abu Simbel, ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet" u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Referenzi
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Nubian Monuments from Abu Simbel to Philae". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-24.
- ^ a b "Abu Simbel". pcma.uw.edu.pl. Miġbur 2021-11-24.
- ^ Verner, Miroslav. Temple of the Word: Sanctuaries, Cults and Mysteries of Ancient Egypt. (Cairo: The American University in Cairo Press, 2013).
- ^ a b Hawass, Zahi. The Mysteries of Abu Simbel. (Cairo: The American University in Cairo Press, 2000).
- ^ Lane E, "Descriptions of Egypt," American University in Cairo Press. pp. 493-502.
- ^ Fry Drew Knight Creamer, 1978, Londra, Lund Humphries
- ^ Inc, Time. LIFE (bl-Ingliż). Time Inc. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Fitzgerald, Stephanie (2008). Ramses II: Egyptian Pharaoh, Warrior and Builder. New York: Compass Point Books. ISBN 978-0-7565-3836-1.
- ^ a b ċ d e f ġ g Alberto Siliotti, Egypt: temples, people, gods, 1994.
- ^ a b ċ d Ania Skliar, Grosse kulturen der welt-Ägypten, 2005.
- ^ "NASA" (PDF).
- ^ "King Psammetichus II (Psamtik II) of Egypt's 26th Dynasty". www.touregypt.net. Miġbur 2021-11-24.
- ^ Britannica, p. 756.
- ^ "Abu Simbel climate: Average Temperature, weather by month, Abu Simbel weather averages - Climate-Data.org". en.climate-data.org. Miġbur 2021-11-24.
- ^ Weather2Travel.com. "Holiday Weather Averages & Forecast". Weather2Travel.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-24.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Abu Simbel, X'inhi Abu Simbel? Xi tfisser Abu Simbel?
Abu Simbel huwa sit arkeoloġiku magħmul minn zewġ tempji mnaqqxin fil blat fil villaġġ ta Abu Simbel bl Għarbi أبو سمبل fil Governorat ta fin Nofsinhar tal Eġittu ħdejn il fruntiera mas Sudan Dawn iz zewġ tempji issa jinsabu max xatt tal Punent tal Lag ta Nasser madwar 230 kilometru fil Lbiċ minn Aswan madwar 300 kilometru bit triq Il kumpless huwa parti mis Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO msejjaħ Monumenti Nubjani li huwa magħmul minn diversi monumenti bejn Abu Simbel sa ħdejn Aswan u jinkludu Amada Wadi es Sebua u siti Nubjani oħra Iz zewġ tempji ta Abu Simbel oriġinarjament ġew imnaqqxin mill blat fil muntanja fis seklu 13 Q K matul ir renju tad 19 il dinastija tal Faragħun Dawn it tempji kienu jservu bħala monument dejjiemi għall Faragħun Ramesses II Martu u uliedhom jidhru mnaqqxin fi statwi izgħar ħdejn riġlejh peress li kienu jitqiesu inqas importanti u ma ngħatawx l istess pozizzjoni bħala skala It tempji jfakkru r rebħa tal Faragħun fil Battalja ta Kadesh Il figuri enormi mnaqqxin fil blat saru ikoniċi Id daħla tat Tempju l Kbir ta Abu Simbel Il kumpless kollu ġie rilokat fl 1968 taħt is supervizjoni ta arkeologu Pollakk miċ Ċentru Pollakk tal Arkeoloġija Mediterranja tal Universita ta Varsavja u tressaq fuq għolja artifiċjali magħmula minn struttura sferika ferm il fuq mill ġibjun tad Diga l Għolja ta Aswan Ir rilokazzjoni tat tempji kienet meħtieġa għaliex inkella kienu jiġu mgħerrqa bil ħolqien tal Lag ta Nasser il ġibjun artifiċjali enormi tal ilma li fforma wara l kostruzzjoni tad Diga l Għolja ta Aswan fuq ix xmara Il proġett twettaq bħala parti mill Kampanja ta Salvataġġ tal Monumenti Nubjani tal UNESCO StorjaKostruzzjoni L istatwa ta Ramesses II fit Tempju l Kbir ta Abu Simbel qed jiġi assemblat mill ġdid wara li t tempju kollu ġie mċaqlaq fl 1967 biex jiġi salvat mill għargħar Matul ir renju tiegħu Ramesses II wettaq programm estensiv ta kostruzzjoni kullimkien fl Eġittu u fil parti ta Nubja taħt il kontroll tal Eġittu Nubja kienet importanti ħafna għall Eġizzjani għaliex kienet sors ta deheb u bosta oġġetti kummerċjali prezzjuzi oħra Għalhekk il Faragħun bena diversi tempji grandjuzi hemmhekk biex jimpressjona lin Nubjani s setgħa tal Eġittu u biex il poplu ta Nubja jiġi Eġizzjanizzat L izjed tempji prominenti huma t tempji mnaqqxin fil blat ħdejn il villaġġ modern ta Abu Simbel fit Tieni Ċarċara tan Nil il fruntiera bejn Nubja t Isfel u Nubja ta Fuq Il kumpless ta Abu Simbel jinkludi zewġ tempji it Tempju l Kbir iddedikat lil Ramesses II nnifsu u t Tempju z Zgħir iddedikat lill mara ewlenija tiegħu r Reġina Nefertari Il kostruzzjoni tal kumpless tat tempji beda għall ħabta tal 1264 Q K u dam għal madwar 20 sena sal 1244 Q K Kien magħruf bħala t Tempju ta Ramesses maħbub minn Amun Skoperta mill ġdid Bit trapass taz zmien it tempji ma baqgħux jintuzaw u eventwalment tgħattew bir ramel Sas seklu 6 Q K ir ramel kien diġa għatta l istatwi tat tempju prinċipali sa rkopptejhom It tempju ntesa sal 1813 meta r riċerkatur Zvizzeru sab il freġju ta fuq tat tempju prinċipali Burckhardt tkellem dwar l iskoperta tiegħu mal esploratur Taljan Giovanni Belzoni li vvjaġġa sas sit izda ma rnexxielux iħaffer daħla għat tempju Belzoni rritorna fl 1817 u din id darba rnexxielu jidħol fil kumpless Deskrizzjoni dettaljata tat tempji flimkien ma tpinġijiet kontemporanji jinstabu fid Deskrizzjoni tal Eġittu bl Ingliz Description of Egypt ta 1825 1828 Rilokazzjoni Mudell fuq skala li juri l pozizzjoni oriġinali u attwali tat tempji fir rigward tal livell tal ilma fil Muzew Nubjan f Aswan Fl 1959 bdiet kampanja internazzjonali ta ġbir tad donazzjonijiet biex jiġu salvati l monumenti ta Nubja l iktar relitti tan Nofsinhar ta din iċ ċivilizzazzjoni umana tal qedem kienu mhedda miz zieda fil livell tal ilma tan Nil li kienu waslu biex jirrizultaw mill kostruzzjoni tad Diga l Għolja ta Aswan Skema partikolari biex jiġu salvati t tempji kienet ibbazata fuq idea ta li tinbena diga tal ilma ħelu trasparenti madwar it tempji bl ilma fiha mizmum sal għoli tan Nil Kellu jkun hemm kompartimenti taħt l ilma biex wieħed ikun jista jara t tempji Fl 1962 l idea ssarrfet f proposta mill arkitetti u u mill inġinier ċivili Dawn qiesu li l olzar tat tempji kien jinjora l effett tal erozjoni tal blat ramli mill irjieħ tad dezert Madankollu il proposta għalkemm ġie rikonoxxut li kienet waħda tassew eleganti ġiet irrifjutata Is salvataġġ tat tempji ta Abu Simbel beda fl 1964 minn tim multinazzjonali ta arkeologi inġiniera u operaturi tas sengħa li kienu kapaċi jaħdmu b tagħmir tqil Dawn kollha ġibdu ħabel wieħed taħt il qafas tal UNESCO Il proġett sewa xi 40 miljun dollaru Amerikan dak iz zmien ugwali għal 300 miljun dollaru Amerikan ekwivalenti fl 2017 Bejn l 1964 u l 1968 is sit kollu ġie ssegat f blokok kbar sa 30 tunnellata b medja ta 20 tunnellata kull blokka zarmat olzat u assemblat mill ġdid f post ġdid xi 65 metru l fuq u xi 200 metru lura mix xmara f waħda mill akbar sfidi tal inġinerija arkeoloġika fl istorja Xi strutturi ġew saħansitra salvati minn taħt l ilma tal Lag ta Nasser Illum it tempji jzuruhom ftit mijiet ta turisti kuljum Bosta vizitaturi jaslu wkoll bl ajruplan f ajruport li nbena apposta għal min jixtieq izur it tempji jew inkella bit triq minn Aswan li hi l eqreb belt Il kumpless jikkonsisti minn zewġ tempji It Tempju l Kbir huwa ddedikat lil Ra Harakhty Ptah u Amun it tliet allat statali tal Eġittu dak iz zmien u fih erba statwi kbar ta Ramesses II mal faċċata It Tempju z Zgħir huwa ddedikat lill alla femminili Hathor ippersonifikata f Nefertari il mara maħbuba ewlenija ta Ramesses II fost il bosta nisa li kellu It tempji attwalment huma miftuħin għall pubbliku It Tempju l KbirDetall tal babbwini mnaqqxa It Tempju l Kbir ta Abu Simbel li ħa xi 20 sena biex inbena tlesta għall ħabta tal 24 sena tar renju ta Ramesses il Kbir li tikkorrispondi għall 1265 Q K It tempju ġie ddedikat lill allat Amun Ra Horakhty u Ptah kif ukoll lil Ramesses divinizzat stess Ġeneralment jiġi kkunsidrat bħala l iktar tempju grandjuz u sabiħ mit tempji kkummissjonati matul ir renju ta Ramesses II u wieħed mill isbaħ fl Eġittu Daħla Maġenb id daħla unika tat tempju hemm erba statwi kolossali ta 20 metru u kull waħda tirrapprezenta lil Ramesses II bilqiegħda fuq tron u liebes il kuruna doppja tal Eġittu ta Fuq u t Isfel L ewwel statwa fuq ix xellug tad daħla ġarrbet xi ħsarat minħabba terremot li wassal biex ras u sider l istatwa jikkrollaw dawn il biċċiet li kkrollaw ma ġewx irrestawrati fuq l istatwa matul ir rilokazzjoni izda minflok tqiegħdu qrib saqajn l istatwa fil pozizzjonijiet kif kienu nstabu oriġinarjament Maġenb riġlejn Ramesses II hemm għadd ta statwi izgħar oħra l ebda waħda minnhom mhi ogħla minn irkopptejn il faragħun u juru il mara ewlenija tiegħu Nefertari Meritmut ir reġina omm tiegħu l ewwel zewġ ulied subien tiegħu u u l ewwel sitt ulied bniet tiegħu u Il faċċata wara l istatwi kolossali hija għolja 33 metru u wiesgħa 38 metru Għandha freġju bi 22 iqimu tlugħ ix xemx b dirgħajhom mgħollijin u bi stele li tfakkar iz zwieġ ta Ramesses II ma bint ir Re li ssiġilla l paċi bejn l Eġittu u l Fuq id daħla stess hemm immaġnijiet b bassoriljiev tar re jqim lil Ra Horakhty b ras ta falkun u hemm statwa tiegħu f niċċa kbira Ra jzomm il user bil ġeroglifiċi u rixa f idu l leminija b Maat l alla tal verita u tal ġustizzja f idu x xellugija din hija kriptogramma għal isem Ramesses II fuq it tron User Maat Re Ġewwa Il parti ta ġewwa tat tempju għandha l istess tqassim triangolari li għandhom il biċċa l kbira tat tempji Eġizzjani antiki bi kmamar li jiċkienu mid daħla sas santwarju It tempju għandu struttura kumplessa u pjuttost mhux tas soltu minħabba li fih bosta kompartimenti fil ġnub Is sala ipostila li xi kultant tissejjaħ pronaos hija twila 18 il metru u hija wiesgħa 16 7 il metru hija mirfuda minn tmien pilastri enormi ta Osiris b Ramesses divinizzat u kkollegat mal alla Osiris l alla tal fertilita tal agrikultura tal ħajja wara l mewt tal mejtin tal qawmien mill mewt tal ħajja u tal veġetazzjoni biex tiġi indikata n natura dejjiema tal faragħun L istatwi kolossali mal ħajt tan naħa tax xellug għandhom il kuruna l bajda tal Eġittu ta Fuq filwaqt li dawk fuq in naħa opposta lebsin il kuruna doppja tal Eġittu ta Fuq u t Isfel Il bassoriljievi fuq il ħitan tal pronaos juru xeni ta battalji fil kampanji militari li ħa sehem fihom Ramesses II Il biċċa l kbira tal iskulturi huma ddedikati lill Battalja ta Kadesh fuq ix xmara fis Sirja tal lum fejn re Eġizzjan kien iġġieled kontra l Ittiti L iktar riljiev famuz juri re fuq il karru tiegħu jispara l vleġeġ kontra l għedewwa tiegħu huma u jaħarbu huma u jittieħdu bħala priġunieri Xeni oħra juru r rebħiet Eġizzjani fil Libja u f Nubja Mis sala ipostila wieħed jidħol fit tieni sala bil pilastri b erba pilastri mzejna b xeni mill isbaħ ta offerti lill allat Hemm xeni ta Ramesses u Nefertari bid dgħajjes sagri ta Amun u ta Ra Horakhty Din is sala tagħti aċċess għal vestibolu trasversali u fin nofs tiegħu hemm id daħla tas santwarju Hawnhekk fuq ħajt iswed hemm skulturi mnaqqxin fil blat ta erba figuri bilqiegħda Ra Horakhty ir re divinizzat Ramesses u l allat Amun Ra u Ptah Ra Horakhty Amun Ra u Ptah kienu d divinitajiet prinċipali f dak il perjodu u ċ ċentri tat twemmin tagħhom kienu jinsabu f Heliopolis f Thebes u f Memphis rispettivament Allinjament max Xemx Detall tal uċuħ tal istatwi ewlenin Jingħad li l assi tat tempju ġie ppozizzjonat mill arkitetti Eġizzjani tal qedem b tali mod li fit 22 ta Ottubru u fit 22 ta Frar ir raġġi tax xemx jippenetraw is santwarju u l iskulturi mal ħajt ta wara jiġu jiddu kollha għajr l istatwa ta Ptah alla kkollegat mal mejtin u li dejjem kien jibqa fid dlam Diversi nies jinġabru f Abu Simbel f dawn il jiem biex jaraw dan l avveniment b għajnejhom Allegatament dawn id dati huma d data ta għeluq snin ir re u l jum meta kien inkurunat rispettivament Ma hemm l ebda evidenza diretta li tappoġġa din l allegazzjoni Madankollu huwa loġiku li wieħed jassumi li dawn id dati kellhom xi rabta ma avveniment sinifikanti Fil fatt skont il kalkoli li saru abbazi tat tlugħ eljakali tal istilla Sirius Sothis u l iskrizzjonijiet li nstabu mill arkeologi din id data x aktarx li kienet it 22 ta Ottubru Din l immaġni tar re ġiet imsaħħa u rivitalizzata mill enerġija tal istilla solari u Ramesses divinizzat il Kbir seta b hekk jieħu postu ħdejn Amun Ra u Ra Horakhty Minħabba d deriva akkumulata tat Tropiku tal Qabru minħabba l preċessjoni assjali tad Dinja f dawn l aħħar tliet millenji id data tal avveniment kienet differenti meta nbena t tempju Dan huwa kkonfermat ukoll mill fatt li t tempju ġie rilokat mill konfigurazzjoni oriġinali tiegħu u b hekk l allinjament attwali jaf mhuwiex daqshekk preċiz daqs dak oriġinali Graffiti bil Grieg Graffiti magħruf miktub bil Grieg fuq ir riġel tax xellug tal istatwa kolossali bilqiegħda ta Ramesses II fuq in naħa tan Nofsinhar tad daħla tat tempju jgħid hekk Meta r Re Psammetichus ġie fuq il Gzira Elephantine dan inkiteb minn dawk li baħħru ma Psammetichus iben Teokle u waslu lil hinn minn Kerkis sakemm tippermetti x xmara Dawk li kienu jitkellmu b ilsna barranin il Griegi u l Karjani li naqqxu isimhom ukoll fuq il monument kienu mmexxija minn Potasimto u l Eġizzjani minn Amasis Kerkis kienet tinsab ħdejn il Ħames Ċarċara tan Nil li kienet parti mir Renju Kuxita It Tempju z ZgħirIt Tempju z Zgħir wara r rilokazzjoni It tempju ta Hathor u Nefertari magħruf ukoll bħala t Tempju z Zgħir inbena madwar 100 metru fil Grigal tat Tempju ta Ramesses II u ġie ddedikat lill alla Hathor u lill mara ewlenija ta Ramesses II Nefertari Din kienet fil fatt it tieni darba fl istorja Eġizzjana tal qedem li tempju ġie ddedikat lil reġina L ewwel darba Akhenaten iddedika tempju lill mara rjali tiegħu Nefertiti Il faċċata mnaqqxa fil blat hija mzejna b zewġ gruppi ta statwi kolossali li huma sseparati b daħla kbira L istatwi kemxejn iktar għoljin minn 10 metri huma tar re u tar reġina tiegħu Fuq in naħa l oħra tal portal hemm zewġ statwi tar re darba liebes il kuruna l bajda tal Eġittu ta Fuq l istatwa kolossali tan Nofsinhar u darba liebes il kuruna doppja l istatwa kolossali tat Tramuntana maġenbhom hemm statwi tar reġina B mod notevoli din hija waħda mill ftit drabi fl arti Eġizzjana fejn l istatwi tar re u tar reġina tiegħu għandhom daqs ugwali Tradizzjonalment l istatwi tal irġejjen kienu jkunu qrib dawk tal faragħun izda qatt ma kienu jkunu itwal minn irkopptejh Ramesses II mar f Abu Simbel ma martu fl 24 sena tar renju tiegħu L istess bħal fit Tempju l Kbir tar re hemm statwi zgħar tal prinċepijiet u tal prinċipessi ħdejn il ġenituri tagħhom F dan il kaz jinsabu ppozizzjonati b mod simetriku fuq in naħa tan Nofsinhar fuq ix xellug kif wieħed iħares lejn id daħla hemm mix xellug għal lemin il prinċepijiet Meryatum u Meryre il prinċipessi Meritamen u Henuttawy u l prinċepijiet Pareherwenemef u Amun her khepeshef filwaqt li fuq in naħa tat Tramuntana hemm l istess figuri imma bl ordni inversa Il pjanta tat Tempju z Zgħir hija verzjoni ssimplifikata ta dik tat Tempju l Kbir Nefertari toffri sistri strumenti muzikali lill alla bilqiegħda Hathor freġju ġewwa t Tempju z Zgħir Bħal fit Tempju l Kbir iddedikat lir re is sala ipostila fit Tempju z Zgħir hija mirfuda minn sitt pilastri madankollu f dan il kaz mhumiex pilastri ta Osiris b immaġnijiet tar re izda huma mzejna b xeni mar reġina ddoqq is sistri strument sagru għall alla Hathor flimkien mal allat Horus Khnum Khonsu u Thoth u mal allat femminili Hathor Isis Maat Mut ta Asher Satis u Taweret f xena minnhom Ramesses II jidher jipprezenta xi fjuri jew inċens jaqbad Il kapitelli tal pilastri għandhom wiċċ l alla Hathor fuqhom din it tip ta kolonna hija magħrufa bħala ta Hathor Il bassoriljievi fis sala bil pilastri juru d divinizzazzjoni tar re il qerda tal għedewwa tiegħu fit Tramuntana u fin Nofsinhar f dawn ix xeni r re huwa akkumpanjat minn martu u r reġina tagħmel offerti lill allat femminili Hathor u Mut Is sala ipostila hija segwita minn vestibolu u l aċċess għalih jingħata permezz ta tliet bibien kbar Mal ħitan tan Nofsinhar u tat Tramuntana ta dan il kompartiment hemm zewġ bassoriljievi grazzjuzi u poetiċi tar re u tar reġina tiegħu jipprezentaw pjanti tal papiru lil Hathor li tidher bħala baqra tbaħħar fost il papiru Mal ħajt tal Punent Ramesses II u Nefertari jidhru qed jagħmlu offerti lill alla Horus u lid divinitajiet tal Ċarċara Satis Anubis u Khnum Is santwarju mnaqqax fil blat u z zewġ kompartiment fil ġnub huma kkollegati mal vestibolu trasversali u huma allinjati mal assi tat tempju Il bassoriljievi mal ħitan tal ġnub tas santwarju z zgħir jirrapprezentaw xeni ta offerti lil diversi allat mill faragħun jew mir reġina Mal ħajt ta wara li jinsab fil Punent tul l assi tat tempju hemm niċċa li fiha Hathor b għamla ta baqra divina jidher bħal donnu ħierġa mill muntanja l alla femminili li tidher bħala l patrun tat tempju ddedikat lilha u lir reġina Nefertari li għandha rabta intima mal alla femminili Klima Is sistema tal klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Geiger tikklassifika l klima ta Abu Simbel bħala waħda sħuna ta dezert BWh Data klimatika għal Abu Simbel Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja medja f C F 23 6 74 5 26 79 30 2 86 4 35 3 95 5 39 1 102 4 40 6 105 1 40 2 104 4 40 2 104 4 38 7 101 7 36 97 29 7 85 5 24 9 76 8 33 7 92 7 Temp medja kuljum f C F 16 4 61 5 18 2 64 8 22 1 71 8 27 81 31 88 32 7 90 9 32 7 90 9 32 9 91 2 31 4 88 5 28 8 83 8 22 7 72 9 18 1 64 6 26 2 79 2 Temp baxxa medja f C F 9 2 48 6 10 4 50 7 14 1 57 4 18 8 65 8 23 73 24 8 76 6 25 3 77 5 25 7 78 3 24 2 75 6 21 6 70 9 15 8 60 4 11 4 52 5 18 7 65 6 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 Medja ta jiem bix xita 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 Medja ta sigħat ta xemx 10 10 10 10 11 11 11 11 10 10 10 10 10 Sors 1 Climate Data org Sors 2 Weather to Travel għas sigħat ta xemx u għall jiem bix xitaSit ta Wirt DinjiIl Monumenti Nubjani minn Abu Simbel sa Philae inkluz iz zewġ tempji ta Abu Simbel ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Referenzi a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Nubian Monuments from Abu Simbel to Philae UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 11 24 a b Abu Simbel pcma uw edu pl Miġbur 2021 11 24 Verner Miroslav Temple of the Word Sanctuaries Cults and Mysteries of Ancient Egypt Cairo The American University in Cairo Press 2013 a b Hawass Zahi The Mysteries of Abu Simbel Cairo The American University in Cairo Press 2000 Lane E Descriptions of Egypt American University in Cairo Press pp 493 502 Fry Drew Knight Creamer 1978 Londra Lund Humphries Inc Time LIFE bl Ingliz Time Inc Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Fitzgerald Stephanie 2008 Ramses II Egyptian Pharaoh Warrior and Builder New York Compass Point Books ISBN 978 0 7565 3836 1 a b ċ d e f ġ g Alberto Siliotti Egypt temples people gods 1994 a b ċ d Ania Skliar Grosse kulturen der welt Agypten 2005 NASA PDF King Psammetichus II Psamtik II of Egypt s 26th Dynasty www touregypt net Miġbur 2021 11 24 Britannica p 756 Abu Simbel climate Average Temperature weather by month Abu Simbel weather averages Climate Data org en climate data org Miġbur 2021 11 24 Weather2Travel com Holiday Weather Averages amp Forecast Weather2Travel com bl Ingliz Miġbur 2021 11 24