Giovanni Battista Belzoni dʒoˈvanni batˈtista belˈtsoːni twieled fil 5 ta Novembru 1778 miet fit 3 ta Diċembru 1823 xi k
Giovanni Battista Belzoni

Giovanni Battista Belzoni ([dʒoˈvanni batˈtista belˈtsoːni]; twieled fil-5 ta' Novembru 1778 – miet fit-3 ta' Diċembru 1823), xi kultant magħruf bħala Belzoni l-Kbir, kien esporatur prolifiku u arkeologu pijunier Taljan tal-antikitajiet Eġizzjani. Huwa magħruf għat-tneħħija u għat-trasport lejn l-Ingilterra tal-bust ta' seba' tunnellati ta' , għat-tneħħija tar-ramel mid-daħla tat-tempju grandjuż ta' Abu Simbel, għall-iskoperta u għad-dokumentazzjoni tal-qabar ta' (li għadha s'issa magħrufa bħala l-"Qabar ta' Belzoni"), inkluż is-Sarkofagu ta' Seti I, u għax kien l-ewwel persuna li rnexxielha tidħol fil-, it-tieni l-ikbar mill-Piramidi Eġizzjani ta' Giza.
Giovanni Battista Belzoni | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | , 5 Novembru 1778, 1778 |
Nazzjonalità | Renju Unit |
Mewt | , 3 Diċembru 1823 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali () |
Familja | |
Konjuga/i | |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Ħajja bikrija
Belzoni twieled f', l-Italja. Missieru kien barbier li kellu erbatax-il wild. Il-familja tiegħu kienet minn Ruma u meta Belzoni kellu 16-il sena mar jaħdem hemmhekk, billi qal li kien se jistudja l-idrawlika. Huwa kien beħsiebu jsir patri, iżda fl-1798 l-okkupazzjoni tal-belt mit-truppi Franċiżi waslitu biex jitlaq minn Ruma u jibdel il-ħsieb dwar il-karriera f'ħajtu. Fl-1800 huwa mar jgħix fir-Repubblika Batavjana (issa n-Netherlands) fejn kien jaqla' l-għajxien tiegħu bħala barbier.
Fl-1803 huwa ħarab lejn l-Ingilterra biex jevita li jispiċċa l-ħabs. Hemmhekk huwa żżewweġ lil mara Ingliża, . Belzoni kien raġel twil ħafna, b'tul ta' sitt piedi u seba' pulzieri (2.01 metri). Sors partikolari jsostni li martu kienet twila ħafna wkoll, iżda s-sorsi l-oħra kollha jiddeskrivuha bħala mara b'tul normali. Il-koppja ngħaqdet f'ċirklu li kien jivvjaġġa minn post għall-ieħor. Għal xi żmien kienu obbligati jwettqu wirjiet ta' saħħa u ta' aġilità fil-fieri u fit-toroq ta' Londra biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Fl-1804 Belzoni kien involut f'ċirklu fl-Anfiteatru ta' Astley u ħa sehem f'varjetà ta' spettakli. Belzoni kellu interess fil-fantażmagorija u sperimenta bl-użu tal-lanterni maġiċi fl-ispettakli tiegħu.
Antikitajiet Eġizzjani
Fl-1812 huwa telaq mill-Ingilterra u wara diversi spettakli taċ-ċirklu fi Spanja, fil-Portugall u fi Sqallija, fl-1815 huwa mar Malta fejn iltaqa' ma' , emissarju tal-Paxà tal-Eġittu Muhammad Ali, li dak iż-żmien kien qed iwettaq programm ta' rkupru tal-art agrarja u xogħlijiet importanti tal-irrigazzjoni. Belzoni ried juri makkinarju idrawliku li kien ivvinta lil Muhammad Ali. Dan il-makkinarju kien jintuża biex itella' l-livell tal-ilma tan-Nil. Minkejja li l-esperiment b'dan il-makkinarju rnexxa, il-proġett ma ġiex approvat mill-Paxà. Belzoni, li kien spiċċa mingħajr impjieg, iddeċieda li jissokta bil-vjaġġi tiegħu. Fuq rakkomandazzjoni tal-Orjentalista huwa ntbagħat minn , il-Konslu Brittaniku għall-Eġittu, fir-Ramesseum ta' . Hemmhekk, b'ħila kbira rnexxielu jneħħi l-bust kolossali ta' Ramesses II, magħruf l-iktar bħala " iż-Żgħir". Belzoni ttrasporta l-monument lejn l-Ingilterra, u l-bust ta' seba' tunnellati għadu jintwera sa llum fil-British Museum f'Londra. Kien hemm bżonn 130 raġel li ħadmu għal 17-il jum biex ċaqilqu l-bust sax-xmara billi olzawh fuq zkuk kbar u letteralment ġew irromblati sax-xmara b'erba' ħbula distribwiti b'mod ugwali. Fl-ewwel jum, is-27 ta' Lulju, ġew koperti biss ftit metri, fit-tieni jum ġew koperti kważi 46 metru u kellhom jiġu mkissrin il-partijiet t'isfel ta' żewġ kolonni biex ikun jista' jiġi ttrasportat il-bust. Wara 137 metru, il-bust weħel fir-ramel, u kienet meħtieġa devjazzjoni ta' 274 metru fuq art iktar soda. Minn hemm 'il quddiem, kollox mexa iktar ħarir, u fit-12 ta' Awwissu, irnexxielu jwassal il-bust sax-xmara biex jitgħabba fuq dgħajsa u jiġi ttrasportat lejn l-Ingilterra. L-iskavi tiegħu u t-tneħħija tal-bust ta' Memnon iż-Żgħir u ta' ħaġriet oħra matul din l-ispedizzjoni ġew awtorizzati b'mod espliċitu minn mandat ta' Muhammad Ali nnifsu.
Belzoni wessa' l-investigazzjonijiet tiegħu għat-tempju l-kbir ta' Edfu, żar il-gżejjer ta' Elephantine u Philae, neħħa r-ramel minn quddiem id-daħla tat-tempju l-kbir ta' Abu Simbel (1817), wettaq skavi fit-tempju ta' Karnak, u fetaħ is-sepolkru ta' Seti I (li xi kultant għadu jissejjaħ "il-Qabar ta' Belzoni"). Huwa kien l-ewwel persuna li rnexxielu jidħol fil-Piramida ta' Khafre, it-tieni l-akbar piramida tal-kumpless ta' Giza, u l-ewwel Ewropew fiż-żminijiet moderni li żar l-Oasi ta' Bahariya. Huwa identifika wkoll il-fdalijiet ta' Berenice mal-Baħar l-Aħmar.
Fl-1819 huwa reġa' lura l-Ingilterra u s-sena ta' wara ppubblika rakkont dwar il-vjaġġi u l-iskoperti tiegħu msejjaħ Rakkont dwar l-Operazzjonijiet u l-Iskoperti Reċenti fi ħdan il-Piramidi, it-Tempji, l-Oqbra u l-Iskavi fl-Eġittu u fin-Nubja (bl-Ingliż: Narrative of the Operations and Recent Discoveries within the Pyramids, Temples, Tombs and Excavations in Egypt and Nubia). Matul l-1820 u l-1821 huwa organizza wirja ta' replika tal-Qabar ta' Seti I. Il-wirja ġiet organizzata fis-Sala Eġizzjana, Piccadilly, Londra. Fl-1822 Belzoni wera r-replika f'Pariġi.
Fl-1823 huwa reħielha għall-Punent tal-Afrika, bil-ħsieb li jivvjaġġa lejn Timbuktu, il-Mali. Minħabba li ma ngħatax il-permess li jgħaddi mill-Marokk, huwa għażel ir-rotta kostali tal-Golf tal-Guinea. Huwa wasal fir-Renju tal-Benin, iżda qabditu d-disinterija f'villaġġ imsejjaħ Gwato (issa ), u miet hemmhekk. Skont il-vjaġġatur magħruf huwa ġie misruq u nqatel. Fl-1829 l-armla tiegħu ppubblikat it-tpinġijiet tiegħu tal-oqbra rjali ta' Thebes.
Kommemorazzjoni
Medalja bi profil ta' Belzoni maħluqa minn ġiet fonduta fl-1821 minn Sir . Il-ħabib ta' Belzoni, Sir , kien introduċa l-artisti u s-suġġett. Snin wara, fl-1859 f'Padova, Ronalds ta pariri lill-iskultur dwar il-medaljun il-kbir li kien qed joħloq biex jikkommemora lil Belzoni f'raħal twelidu.
ħadimha ta' Belzoni fid-dokumentarju tal-BBC tal-2005 imsejjaħ Egypt.
kkompleta edizzjoni unika bħala studjuż dwar il-kitba tal-ivvjaġġar ta' Belzoni, u kienet is-suġġett tal-ispedizzjoni Horus fl-1988.
, poeta qrib , kiteb il-poeżija Address to the Mummy in Belzoni's Exhibition.
Referenzi
- ^ "Giovanni Battista Belzoni". web.archive.org. 2008-06-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-18. Miġbur 2021-11-04.
- ^ "Giovanni Belzoni". web.archive.org. 2011-04-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-04-11. Miġbur 2021-11-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Giovanni Battista Belzoni". web.archive.org. 2008-06-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-18. Miġbur 2021-11-04.
- ^ Stanley Mayes: The Great Belzoni, The Circus Strongman who Discovered Egypt's Treasures, ISBN 1-84511-333-0.
- ^ "Ancient Egypt and Archaeology Web Site - Ancient Egypt - European interest in Egypt ( Pasha Muhammad Ali, Bankes, Salt, Drovetti etc)". www.ancient-egypt.co.uk. Miġbur 2021-11-04.
- ^ "Ancient Egypt and Archaeology Web Site - Ancient Egypt - European interest in Egypt ( Pasha Muhammad Ali, Bankes, Salt, Drovetti etc)". www.ancient-egypt.co.uk. Miġbur 2021-11-04.
- ^ a b ċ Belzoni, Giovanni Battista. 3. Miġbur 2021-11-04.
- ^ Belzoni, Giovanni Battista (1835). Narrative of the Operations and Recent Discoveries Within the Pyramids, Temples, Tombs, and Excavations, in Egypt and Nubia: And of a Journey to the Coast of the Red Sea, in Search of the Ancient Berenkè; and Another to the Oasis of Jupiter Ammon (bl-Ingliż). Remy. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Blessington, Marguerite Countess of (1823). The Magic Lantern; Or, Sketches of Scenes in the Metropolis (bl-Ingliż). Longman, Hurst, Rees, Orme, and Brown. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Ronalds, B.F. (2016). Sir Francis Ronalds: Father of the Electric Telegraph. Londra: Imperial College Press. ISBN 978-1-78326-917-4.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Giovanni Battista Belzoni, X'inhi Giovanni Battista Belzoni? Xi tfisser Giovanni Battista Belzoni?
Giovanni Battista Belzoni dʒoˈvanni batˈtista belˈtsoːni twieled fil 5 ta Novembru 1778 miet fit 3 ta Diċembru 1823 xi kultant magħruf bħala Belzoni l Kbir kien esporatur prolifiku u arkeologu pijunier Taljan tal antikitajiet Eġizzjani Huwa magħruf għat tneħħija u għat trasport lejn l Ingilterra tal bust ta seba tunnellati ta għat tneħħija tar ramel mid daħla tat tempju grandjuz ta Abu Simbel għall iskoperta u għad dokumentazzjoni tal qabar ta li għadha s issa magħrufa bħala l Qabar ta Belzoni inkluz is Sarkofagu ta Seti I u għax kien l ewwel persuna li rnexxielha tidħol fil it tieni l ikbar mill Piramidi Eġizzjani ta Giza Giovanni Battista BelzoniĦajjaTwelid 5 Novembru 1778 1778Nazzjonalita Renju UnitMewt 3 Diċembru 1823Kawza tal mewt kawzi naturali FamiljaKonjuga iEdukazzjoniLingwi TaljanOkkupazzjoniOkkupazzjoniĦajja bikrijaBelzoni bħala artist b saħħtu taċ ċirklu Belzoni twieled f l Italja Missieru kien barbier li kellu erbatax il wild Il familja tiegħu kienet minn Ruma u meta Belzoni kellu 16 il sena mar jaħdem hemmhekk billi qal li kien se jistudja l idrawlika Huwa kien beħsiebu jsir patri izda fl 1798 l okkupazzjoni tal belt mit truppi Franċizi waslitu biex jitlaq minn Ruma u jibdel il ħsieb dwar il karriera f ħajtu Fl 1800 huwa mar jgħix fir Repubblika Batavjana issa n Netherlands fejn kien jaqla l għajxien tiegħu bħala barbier Fl 1803 huwa ħarab lejn l Ingilterra biex jevita li jispiċċa l ħabs Hemmhekk huwa zzewweġ lil mara Ingliza Belzoni kien raġel twil ħafna b tul ta sitt piedi u seba pulzieri 2 01 metri Sors partikolari jsostni li martu kienet twila ħafna wkoll izda s sorsi l oħra kollha jiddeskrivuha bħala mara b tul normali Il koppja ngħaqdet f ċirklu li kien jivvjaġġa minn post għall ieħor Għal xi zmien kienu obbligati jwettqu wirjiet ta saħħa u ta aġilita fil fieri u fit toroq ta Londra biex jaqilgħu l għajxien tagħhom Fl 1804 Belzoni kien involut f ċirklu fl Anfiteatru ta Astley u ħa sehem f varjeta ta spettakli Belzoni kellu interess fil fantazmagorija u sperimenta bl uzu tal lanterni maġiċi fl ispettakli tiegħu Antikitajiet EġizzjaniIċ ċaqliq tal bust ta Ramesses II Fl 1812 huwa telaq mill Ingilterra u wara diversi spettakli taċ ċirklu fi Spanja fil Portugall u fi Sqallija fl 1815 huwa mar Malta fejn iltaqa ma emissarju tal Paxa tal Eġittu Muhammad Ali li dak iz zmien kien qed iwettaq programm ta rkupru tal art agrarja u xogħlijiet importanti tal irrigazzjoni Belzoni ried juri makkinarju idrawliku li kien ivvinta lil Muhammad Ali Dan il makkinarju kien jintuza biex itella l livell tal ilma tan Nil Minkejja li l esperiment b dan il makkinarju rnexxa il proġett ma ġiex approvat mill Paxa Belzoni li kien spiċċa mingħajr impjieg iddeċieda li jissokta bil vjaġġi tiegħu Fuq rakkomandazzjoni tal Orjentalista huwa ntbagħat minn il Konslu Brittaniku għall Eġittu fir Ramesseum ta Hemmhekk b ħila kbira rnexxielu jneħħi l bust kolossali ta Ramesses II magħruf l iktar bħala iz Zgħir Belzoni ttrasporta l monument lejn l Ingilterra u l bust ta seba tunnellati għadu jintwera sa llum fil British Museum f Londra Kien hemm bzonn 130 raġel li ħadmu għal 17 il jum biex ċaqilqu l bust sax xmara billi olzawh fuq zkuk kbar u letteralment ġew irromblati sax xmara b erba ħbula distribwiti b mod ugwali Fl ewwel jum is 27 ta Lulju ġew koperti biss ftit metri fit tieni jum ġew koperti kwazi 46 metru u kellhom jiġu mkissrin il partijiet t isfel ta zewġ kolonni biex ikun jista jiġi ttrasportat il bust Wara 137 metru il bust weħel fir ramel u kienet meħtieġa devjazzjoni ta 274 metru fuq art iktar soda Minn hemm il quddiem kollox mexa iktar ħarir u fit 12 ta Awwissu irnexxielu jwassal il bust sax xmara biex jitgħabba fuq dgħajsa u jiġi ttrasportat lejn l Ingilterra L iskavi tiegħu u t tneħħija tal bust ta Memnon iz Zgħir u ta ħaġriet oħra matul din l ispedizzjoni ġew awtorizzati b mod espliċitu minn mandat ta Muhammad Ali nnifsu Il bust kolossali ta Ramesses II fil British Museum Belzoni wessa l investigazzjonijiet tiegħu għat tempju l kbir ta Edfu zar il gzejjer ta Elephantine u Philae neħħa r ramel minn quddiem id daħla tat tempju l kbir ta Abu Simbel 1817 wettaq skavi fit tempju ta Karnak u fetaħ is sepolkru ta Seti I li xi kultant għadu jissejjaħ il Qabar ta Belzoni Huwa kien l ewwel persuna li rnexxielu jidħol fil Piramida ta Khafre it tieni l akbar piramida tal kumpless ta Giza u l ewwel Ewropew fiz zminijiet moderni li zar l Oasi ta Bahariya Huwa identifika wkoll il fdalijiet ta Berenice mal Baħar l Aħmar Fl 1819 huwa reġa lura l Ingilterra u s sena ta wara ppubblika rakkont dwar il vjaġġi u l iskoperti tiegħu msejjaħ Rakkont dwar l Operazzjonijiet u l Iskoperti Reċenti fi ħdan il Piramidi it Tempji l Oqbra u l Iskavi fl Eġittu u fin Nubja bl Ingliz Narrative of the Operations and Recent Discoveries within the Pyramids Temples Tombs and Excavations in Egypt and Nubia Matul l 1820 u l 1821 huwa organizza wirja ta replika tal Qabar ta Seti I Il wirja ġiet organizzata fis Sala Eġizzjana Piccadilly Londra Fl 1822 Belzoni wera r replika f Pariġi L iskrizzjoni ta Belzoni fil qalba tal Piramida ta Khafre Fl 1823 huwa reħielha għall Punent tal Afrika bil ħsieb li jivvjaġġa lejn Timbuktu il Mali Minħabba li ma ngħatax il permess li jgħaddi mill Marokk huwa għazel ir rotta kostali tal Golf tal Guinea Huwa wasal fir Renju tal Benin izda qabditu d disinterija f villaġġ imsejjaħ Gwato issa u miet hemmhekk Skont il vjaġġatur magħruf huwa ġie misruq u nqatel Fl 1829 l armla tiegħu ppubblikat it tpinġijiet tiegħu tal oqbra rjali ta Thebes KommemorazzjoniMedalja bil profil ta Belzoni li tinsab fil British Museum Medalja bi profil ta Belzoni maħluqa minn ġiet fonduta fl 1821 minn Sir Il ħabib ta Belzoni Sir kien introduċa l artisti u s suġġett Snin wara fl 1859 f Padova Ronalds ta pariri lill iskultur dwar il medaljun il kbir li kien qed joħloq biex jikkommemora lil Belzoni f raħal twelidu ħadimha ta Belzoni fid dokumentarju tal BBC tal 2005 imsejjaħ Egypt kkompleta edizzjoni unika bħala studjuz dwar il kitba tal ivvjaġġar ta Belzoni u kienet is suġġett tal ispedizzjoni Horus fl 1988 poeta qrib kiteb il poezija Address to the Mummy in Belzoni s Exhibition Referenzi Giovanni Battista Belzoni web archive org 2008 06 18 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 06 18 Miġbur 2021 11 04 Giovanni Belzoni web archive org 2011 04 11 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 04 11 Miġbur 2021 11 04 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Giovanni Battista Belzoni web archive org 2008 06 18 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 06 18 Miġbur 2021 11 04 Stanley Mayes The Great Belzoni The Circus Strongman who Discovered Egypt s Treasures ISBN 1 84511 333 0 Ancient Egypt and Archaeology Web Site Ancient Egypt European interest in Egypt Pasha Muhammad Ali Bankes Salt Drovetti etc www ancient egypt co uk Miġbur 2021 11 04 Ancient Egypt and Archaeology Web Site Ancient Egypt European interest in Egypt Pasha Muhammad Ali Bankes Salt Drovetti etc www ancient egypt co uk Miġbur 2021 11 04 a b ċ Belzoni Giovanni Battista 3 Miġbur 2021 11 04 Belzoni Giovanni Battista 1835 Narrative of the Operations and Recent Discoveries Within the Pyramids Temples Tombs and Excavations in Egypt and Nubia And of a Journey to the Coast of the Red Sea in Search of the Ancient Berenke and Another to the Oasis of Jupiter Ammon bl Ingliz Remy Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Blessington Marguerite Countess of 1823 The Magic Lantern Or Sketches of Scenes in the Metropolis bl Ingliz Longman Hurst Rees Orme and Brown Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Ronalds B F 2016 Sir Francis Ronalds Father of the Electric Telegraph Londra Imperial College Press ISBN 978 1 78326 917 4