Anton jew Antonio Diabelli twieled fil 5 ta Settembru 1781 miet fit 8 ta April 1858 kien pubblikatur editur u kompożitur
Anton Diabelli

Anton (jew Antonio) Diabelli (twieled fil-5 ta' Settembru 1781 – miet fit-8 ta' April 1858) kien pubblikatur, editur u kompożitur mużikali Awstrijaku. Fi żmienu kien magħruf l-iktar bħala pubblikatur, filwaqt li attwalment huwa magħruf l-iktar bħala l-kompożitur tal-waltz li abbażi tiegħu Ludwig van Beethoven kiteb is-sett ta' tlieta u tletin Varjazzjoni ta' Diabelli.
Anton Diabelli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | , 6 Settembru 1781 |
Nazzjonalità | |
Mewt | Vjenna, 8 April 1858 |
Post tad-dfin | |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Wilhelmsgymnasium (en) |
Lingwi | Ġermaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kompożitur |
Moviment artistiku | |
Strument/i tal-mużika | |
Ħajja bikrija
Diabelli twieled f' ħdejn Salzburg, li dak iż-żmien kienet tinsab fl-Arċiveskovat ta' Salzburg. Fi tfulitu kien iħobb il-mużika, u kien ikanta fil-kor tas-subien fil-Katidral ta' Salzburg fejn huwa maħsub li ngħata lezzjonijiet tal-mużika minn . Meta għalaq 19-il sena, Diabelli kien diġà kkompona diversi kompożizzjonijiet importanti, inkluż sitt quddisiet.
Diabelli ġie mħarreġ biex jidħol għal qassis u fl-1800 ingħaqad mal-monasteru f', il-Bavarja. Huwa baqa' hemmhekk sal-1803, meta l-Bavarja għalqet il-monasteri kollha tagħha.
Karriera
Fl-1803 Diabelli ttrasferixxa ruħu lejn Vjenna u beda jgħallem il-pjanu u l-kitarra, u sab xogħol bħala qarrej tal-provi għal pubblikatur mużikali. Matul dan il-perjodu huwa tgħallem in-negozju tal-pubblikazzjoni mużikali filwaqt li baqa' jikkomponi. Fl-1809 huwa kkompona l-opra komika tiegħu, Adam in der Klemme. Fl-1817 huwa fetaħ negozju tal-pubblikazzjoni mużikali u fl-1818 ifforma sħubija ma' biex flimkien joħolqu l-azjenda tal-pubblikazzjoni mużikali msejħa Cappi & Diabelli.
Cappi & Diabelli saret magħrufa ferm permezz tal-arranġament ta' xogħlijiet popolari biex ikunu jistgħu jindaqqu mid-dilettanti d-dar. Diabelli kien jinqala' ħafna fil-promozzjoni, u għażel mużika aċċessibbli b'mod wiesa' bħall-arranġamenti tal-opri famużi, il-mużika taż-żfin u l-kanzunetti teatrali komiċi popolari ġodda.
L-azjenda f'qasir żmien stabbiliet reputazzjoni tajba f'ambiti mużikali iktar serji permezz tax-xogħlijiet ta' Franz Schubert. Diabelli rrikonoxxa l-potenzjali tal-kompożitur u kien l-ewwel wieħed li ppubblika x-xogħol ta' Schubert b'"Erlkönig" fl-1821. L-azjenda ta' Diabelli kompliet tippubblika x-xogħol ta' Schubert sal-1823 meta argument bejn Cappi u Schubert temm in-negozju tagħhom flimkien. Is-sena ta' wara Diabelli u Cappi ma baqgħux sħab, u Diabelli vara azjenda ġdida tal-pubblikazzjoni mużikali, Diabelli & Co., fl-1824. Wara l-mewta bikrija ta' Schubert fl-1828, Diabelli xtara parti kbira tal-wirt mużikali enormi tal-kompożitur mingħand ħuh Ferdinand. Peress li Schubert kellu mijiet ta' xogħlijiet mhux ippubblikati, l-azjenda ta' Diabelli setgħet tkompli tippubblika xogħlijiet "ġodda" ta' Schubert għal iktar minn 30 sena wara l-mewt tal-kompożitur.
L-azjenda ta' Diabelli kibret matul ħajtu, qabel ma rtira fl-1851, meta ħalliha taħt il-kontroll ta' . Meta Diabelli miet fl-1858, Spina kompla jmexxi l-azjenda u ppubblika ħafna mużika ta' u . Fl-1872, l-azjenda ttieħdet minn u fl-1876 għamlet fużjoni mal-azjenda ta' li xtara l-azjenda fl-1879 u mexxiha hu stess u taha ismu.
Diabelli miet fi Vjenna meta kellu 76 sena.
Kompożizzjonijiet
Diabelli kkompona għadd ta' xogħlijiet mużikali klassiċi magħrufa sew, inkluż operetta msejħa Adam in der Klemme, diversi quddisiet, kanzunetti u diversi xogħlijiet mużikali bil-pjanu u bil-kitarra klassika. Numerikament, ix-xogħlijiet tiegħu bil-kitarra jiffurmaw l-ikbar parti tax-xogħlijiet tiegħu. Ix-xogħlijiet mużikali tiegħu għall-pjanu b'erba' idejn huma popolari.
Il-kompożizzjoni ta' Diabelli Pjaċiri taż-Żgħożija: Sitt Sonatini hija kollezzjoni ta' sitt sonatini dwar taqbida bejn forzi opposti mhux magħrufa. Dan huwa ssuġġerit permezz tal-bidla f'daqqa u frekwenti fid-dinamika minn forte għal piano. Meta tiġi indikata d-dinamika forte, il-pjanist suppost jevoka sens ta' kattiverja, u b'hekk joħroġ fid-dieher l-antagonista. F'kuntrast ma' dan, il-markaturi tad-dinamika piano jirrappreżentaw il-protagonista.
Varjazzjonijiet ta' Diabelli
Attwalment Diabelli huwa magħruf l-iktar għall-kompożizzjoni li effettivament inkitbet bħala parti minn ġrajja ta' avventura. Fl-1819, bħala idea ta' promozzjoni, huwa ddeċieda li jippubblika volum ta' varjazzjonijiet ta' waltz "patrijottiku" li kien kiteb apposta għal dan l-iskop, b'varjazzjoni waħda minn kull kompożitur Awstrijaku importanti li kienu għadu ħaj dak iż-żmien, kif ukoll minn diversi kompożituri sinifikanti mhux Awstrijaċi. Il-kontributi kkombinati ġew ippubblikati f'antoloġija msejħa Vaterländischer Künstlerverein. Wieħed u ħamsin kompożitur wieġbu bix-xogħlijiet tagħhom, inkluż Beethoven, Schubert, l-Arċiduka Rudolfu tal-Awstrija, (iż-żgħir), Moritz, il-Prinċep ta' Dietrichstein, il-Baruni Heinrich Eduard Josef von Lannoy, il-Baruni Ignaz Franz von Mosel, , Johann Nepomuk Hummel, , , u li kellu biss tmien snin (għalkemm milli jidher Liszt ma kienx ġie mistieden personalment, iżda l-għalliem tiegħu Czerny irranġalu biex ikun involut). Czerny ġie mqabbad ukoll jikteb coda. Madankollu, Beethoven, minflok ipprovda varjazzjoni waħda biss, ipprovda 33 waħda, u tiegħu ffurmaw il-Parti I ta' Vaterländischer Künstlerverein. Jikkostitwixxu wħud mill-iżjed xogħlijiet bil-pjanu apprezzati ġeneralment ta' Beethoven u l-ikbar sett ta' varjazzjonijiet ta' dak iż-żmien, u ġeneralment huma magħrufa sempliċement bħala l-Varzjazzjonijiet ta' Diabelli, Op. 120. Il-50 varjazzjoni l-oħra ġew ippubblikati bħala l-Parti II ta' Vaterländischer Künstlerverein.
Kultura
Sonatina ta' Diabelli, x'aktar is-Sonatina bl-F maġġuri, Op. 168, Nru. 1 (I: Moderato cantabile), tipprovdi t-titlu u motiv għar-rumanz Franċiż Moderato Cantabile ta' .
Mużika ppubblikata u iktar qari
- Xogħlijiet ta' Anton Diabelli bil-kitarra – katalogu tematiku b'introduzzjoni; Teżi tad-Dottorat ta' (l-Akkademja Sibelius; 1996)
- Xogħlijiet ta' Anton Diabelli bil-Kitarra: Katalogu Tematiku ta' Jukka Savijoki (Editions Orphée)
- Kollezzjoni ta' mużika bil-kitarra ta' Rischel & Birket-Smith, Det Kongelige Bibliotek, id-Danimarka
- Kollezzjoni ta' Boije, Il-Librerija Mużikali tal-Iżvezja
- www.karadar.com/Dictionary/diabelli.html
- Xogħlijiet b'xejn ta' Anton Diabelli fl-International Music Score Library Project (IMSLP)
- Xogħlijiet b'xejn ta' Anton Diabelli fil-Choral Public Domain Library (ChoralWiki)
- Xogħlijiet b'xejn ta' Anton Diabelli fil-Mutopia Project
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Anton Diabelli, X'inhi Anton Diabelli? Xi tfisser Anton Diabelli?
Anton jew Antonio Diabelli twieled fil 5 ta Settembru 1781 miet fit 8 ta April 1858 kien pubblikatur editur u kompozitur muzikali Awstrijaku Fi zmienu kien magħruf l iktar bħala pubblikatur filwaqt li attwalment huwa magħruf l iktar bħala l kompozitur tal waltz li abbazi tiegħu Ludwig van Beethoven kiteb is sett ta tlieta u tletin Varjazzjoni ta Diabelli Anton DiabelliĦajjaTwelid 6 Settembru 1781NazzjonalitaMewt Vjenna 8 April 1858Post tad dfinEdukazzjoniAlma mater Wilhelmsgymnasium en Lingwi ĠermanizOkkupazzjoniOkkupazzjoni kompoziturMoviment artistikuStrument i tal muzikaĦajja bikrijaDiabelli twieled f ħdejn Salzburg li dak iz zmien kienet tinsab fl Arċiveskovat ta Salzburg Fi tfulitu kien iħobb il muzika u kien ikanta fil kor tas subien fil Katidral ta Salzburg fejn huwa maħsub li ngħata lezzjonijiet tal muzika minn Meta għalaq 19 il sena Diabelli kien diġa kkompona diversi kompozizzjonijiet importanti inkluz sitt quddisiet Diabelli ġie mħarreġ biex jidħol għal qassis u fl 1800 ingħaqad mal monasteru f il Bavarja Huwa baqa hemmhekk sal 1803 meta l Bavarja għalqet il monasteri kollha tagħha KarrieraFl 1803 Diabelli ttrasferixxa ruħu lejn Vjenna u beda jgħallem il pjanu u l kitarra u sab xogħol bħala qarrej tal provi għal pubblikatur muzikali Matul dan il perjodu huwa tgħallem in negozju tal pubblikazzjoni muzikali filwaqt li baqa jikkomponi Fl 1809 huwa kkompona l opra komika tiegħu Adam in der Klemme Fl 1817 huwa fetaħ negozju tal pubblikazzjoni muzikali u fl 1818 ifforma sħubija ma biex flimkien joħolqu l azjenda tal pubblikazzjoni muzikali msejħa Cappi amp Diabelli Cappi amp Diabelli saret magħrufa ferm permezz tal arranġament ta xogħlijiet popolari biex ikunu jistgħu jindaqqu mid dilettanti d dar Diabelli kien jinqala ħafna fil promozzjoni u għazel muzika aċċessibbli b mod wiesa bħall arranġamenti tal opri famuzi il muzika taz zfin u l kanzunetti teatrali komiċi popolari ġodda L azjenda f qasir zmien stabbiliet reputazzjoni tajba f ambiti muzikali iktar serji permezz tax xogħlijiet ta Franz Schubert Diabelli rrikonoxxa l potenzjali tal kompozitur u kien l ewwel wieħed li ppubblika x xogħol ta Schubert b Erlkonig fl 1821 L azjenda ta Diabelli kompliet tippubblika x xogħol ta Schubert sal 1823 meta argument bejn Cappi u Schubert temm in negozju tagħhom flimkien Is sena ta wara Diabelli u Cappi ma baqgħux sħab u Diabelli vara azjenda ġdida tal pubblikazzjoni muzikali Diabelli amp Co fl 1824 Wara l mewta bikrija ta Schubert fl 1828 Diabelli xtara parti kbira tal wirt muzikali enormi tal kompozitur mingħand ħuh Ferdinand Peress li Schubert kellu mijiet ta xogħlijiet mhux ippubblikati l azjenda ta Diabelli setgħet tkompli tippubblika xogħlijiet ġodda ta Schubert għal iktar minn 30 sena wara l mewt tal kompozitur L azjenda ta Diabelli kibret matul ħajtu qabel ma rtira fl 1851 meta ħalliha taħt il kontroll ta Meta Diabelli miet fl 1858 Spina kompla jmexxi l azjenda u ppubblika ħafna muzika ta u Fl 1872 l azjenda ttieħdet minn u fl 1876 għamlet fuzjoni mal azjenda ta li xtara l azjenda fl 1879 u mexxiha hu stess u taha ismu Diabelli miet fi Vjenna meta kellu 76 sena KompozizzjonijietDiabelli kkompona għadd ta xogħlijiet muzikali klassiċi magħrufa sew inkluz operetta msejħa Adam in der Klemme diversi quddisiet kanzunetti u diversi xogħlijiet muzikali bil pjanu u bil kitarra klassika Numerikament ix xogħlijiet tiegħu bil kitarra jiffurmaw l ikbar parti tax xogħlijiet tiegħu Ix xogħlijiet muzikali tiegħu għall pjanu b erba idejn huma popolari Il kompozizzjoni ta Diabelli Pjaċiri taz Zgħozija Sitt Sonatini hija kollezzjoni ta sitt sonatini dwar taqbida bejn forzi opposti mhux magħrufa Dan huwa ssuġġerit permezz tal bidla f daqqa u frekwenti fid dinamika minn forte għal piano Meta tiġi indikata d dinamika forte il pjanist suppost jevoka sens ta kattiverja u b hekk joħroġ fid dieher l antagonista F kuntrast ma dan il markaturi tad dinamika piano jirrapprezentaw il protagonista Varjazzjonijiet ta Diabelli Attwalment Diabelli huwa magħruf l iktar għall kompozizzjoni li effettivament inkitbet bħala parti minn ġrajja ta avventura Fl 1819 bħala idea ta promozzjoni huwa ddeċieda li jippubblika volum ta varjazzjonijiet ta waltz patrijottiku li kien kiteb apposta għal dan l iskop b varjazzjoni waħda minn kull kompozitur Awstrijaku importanti li kienu għadu ħaj dak iz zmien kif ukoll minn diversi kompozituri sinifikanti mhux Awstrijaċi Il kontributi kkombinati ġew ippubblikati f antoloġija msejħa Vaterlandischer Kunstlerverein Wieħed u ħamsin kompozitur wieġbu bix xogħlijiet tagħhom inkluz Beethoven Schubert l Arċiduka Rudolfu tal Awstrija iz zgħir Moritz il Prinċep ta Dietrichstein il Baruni Heinrich Eduard Josef von Lannoy il Baruni Ignaz Franz von Mosel Johann Nepomuk Hummel u li kellu biss tmien snin għalkemm milli jidher Liszt ma kienx ġie mistieden personalment izda l għalliem tiegħu Czerny irranġalu biex ikun involut Czerny ġie mqabbad ukoll jikteb coda Madankollu Beethoven minflok ipprovda varjazzjoni waħda biss ipprovda 33 waħda u tiegħu ffurmaw il Parti I ta Vaterlandischer Kunstlerverein Jikkostitwixxu wħud mill izjed xogħlijiet bil pjanu apprezzati ġeneralment ta Beethoven u l ikbar sett ta varjazzjonijiet ta dak iz zmien u ġeneralment huma magħrufa sempliċement bħala l Varzjazzjonijiet ta Diabelli Op 120 Il 50 varjazzjoni l oħra ġew ippubblikati bħala l Parti II ta Vaterlandischer Kunstlerverein KulturaSonatina ta Diabelli x aktar is Sonatina bl F maġġuri Op 168 Nru 1 I Moderato cantabile tipprovdi t titlu u motiv għar rumanz Franċiz Moderato Cantabile ta Muzika ppubblikata u iktar qariXogħlijiet ta Anton Diabelli bil kitarra katalogu tematiku b introduzzjoni Tezi tad Dottorat ta l Akkademja Sibelius 1996 Xogħlijiet ta Anton Diabelli bil Kitarra Katalogu Tematiku ta Jukka Savijoki Editions Orphee Kollezzjoni ta muzika bil kitarra ta Rischel amp Birket Smith Det Kongelige Bibliotek id Danimarka Kollezzjoni ta Boije Il Librerija Muzikali tal Izvezja www karadar com Dictionary diabelli html Xogħlijiet b xejn ta Anton Diabelli fl International Music Score Library Project IMSLP Xogħlijiet b xejn ta Anton Diabelli fil Choral Public Domain Library ChoralWiki Xogħlijiet b xejn ta Anton Diabelli fil Mutopia ProjectReferenzi a b Anton Diabelli Songs Albums Reviews Bio amp More AllMusic bl Ingliz Miġbur 2022 04 07