Il Buskett bl Ingliż Buskett Gardens bit Taljan Boschetto huwa waħda mill ftit żoni bl imsaġar f Malta u jinsab fil wied
Buskett

Il-Buskett (bl-Ingliż: Buskett Gardens; bit-Taljan: Boschetto) huwa waħda mill-ftit żoni bl-imsaġar f'Malta, u jinsab fil-wied għammiel ta' Wied il-Luq fis-Siġġiewi. Is-sit ta' 30 ettaru jinsab fil-Punent tas-Siġġiewi (Città Ferdinand) u kemm kemm fil-Lvant ta' Ħad-Dingli. Il-Palazz Verdala, residenza uffiċjali tal-President ta' Malta, jinsab fix-xifer tal-Buskett.
Storja
Il-Buskett oriġina mill-inqas fi żmien ta' wara r-Repubblika Rumana meta kienu jsiru ċelebrazzjonijiet sesswali tradizzjonali f'ġieħ l-allat. Meta l-Kristjaneżmu tal-Lvant nibet f'Malta, din il-festa pagana ġiet sostitwita b'ċelebrazzjoni Kristjana ta' San Pietru u San Pawl.
Fl-imgħoddi foresti indiġeni kienu jiksu l-art ta' Malta, iżda s-siġar inqatgħu għall-bini tal-vapuri fiż-żmien meta l-iġfna kienu jaqdfu fl-ilmijiet tal-Mediterran, u għal skopijiet agrikoli. Il-Buskett ġie mħawwel mill-Kavallieri ta' San Ġwann bħala riżerva tal-kaċċa.
F'Ġunju 1557, il-Gran Mastru Claude de la Sengle rtira fil-Buskett meta saħħtu bdiet tmur għall-agħar, u miet fl-Imdina xahrejn wara.
Deskrizzjoni
Il-Buskett kif fih imsaġar b'siġar ħorfija b'weraq wiesa', imsaġar b'siġar koniferi indiġeni, xagħri tat-tip sklerofilluż u makkja bl-arbuxelli, kif ukoll għelieqi bis-siġar tal-frott. Jikbru bosta siġriet u arbuxelli differenti, inkluż diversi siġar tal-frott. Il-Buskett huwa wieħed mill-iktar żoni ħodor f'Malta. Il-Buskett ikun fl-aqwa tiegħu fir-rebbiegħa; iżda s-siġar jipprovdi d-dell mill-qilla ta' nofs is-sajf u huwa post għall-kwiet għal mixja fix-xhur tax-xitwa.
Il-Buskett huwa popolari ħafna mal-Maltin, li spiss imorru għal mixjiet f'ambjent għall-kwiet jew għal xi picnic fid-dell tas-siġar. Fil-Buskett issir il-Festa tal-Imnarja li tiġi ċċelebrata fid-29 ta' Ġunju. Mijiet ta' nies jinġemgħu hemmhekk mil-lejla ta' qabel biex jieklu l-istuffat tradizzjonali Malti tal-fenek imsajjar fl-inbid, jisimgħu l-mużika u l-għana folkloristiċi tradizzjonali, kif ukoll il-banda, biex igawdu l-wirja agrikola annwali filgħodu.
Palazz Verdala
Il-Palazz Verdala jinsab fil-quċċata ta' għolja fix-xifer tal-Buskett. Inbena mill-Gran Mastru fl-1588 bħala residenza tas-sajf u loġġa tal-kaċċa. Il-binja issa tintuża bħala r-residenza tas-sajf tal-President ta' Malta. Il-palazz huwa għeliem u mhuwiex miftuħ għall-pubblika għajr f'okkażjonijiet rari.
Żona Importanti għall-Għasafar
Il-Buskett ġie identifikat bħala Żona Importanti għall-Għasafar (bl-Ingliż: Important Bird Area (IBA)) mill-BirdLife International minħabba li jappoġġa għadd kbir ta' speċijiet ta' għasafar, speċjalment għasafar tal-priża, u minħabba li jintuża bħala santwarju għall-għasafar li jpassu b'mod staġonali fuq l-arċipelagu Malti.
Ara wkoll
- Lista tal-għasafar ta' Malta
Referenzi
- ^ "Buskett Garden - Rabat, Malta". www.malta.com. Miġbur 2022-03-20.
- ^ McGill, Thomas (1839). A hand book, or guide, for strangers visiting Malta. Oxford University. p. 111.
- ^ "Buskett, the lungs of Malta | The Man Who Went To Malta". web.archive.org. 2014-09-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-09-07. Miġbur 2022-03-20.
- ^ "Senglea Local Council - Prominent Sengleans". www.islalocalcouncil.com. Miġbur 2022-03-20.
- ^ "BirdLife Data Zone". datazone.birdlife.org. Miġbur 2022-03-20.
- ^ "Buskett Woodland". Birdingplaces.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Buskett, X'inhi Buskett? Xi tfisser Buskett?
Il Buskett bl Ingliz Buskett Gardens bit Taljan Boschetto huwa waħda mill ftit zoni bl imsaġar f Malta u jinsab fil wied għammiel ta Wied il Luq fis Siġġiewi Is sit ta 30 ettaru jinsab fil Punent tas Siġġiewi Citta Ferdinand u kemm kemm fil Lvant ta Ħad Dingli Il Palazz Verdala residenza uffiċjali tal President ta Malta jinsab fix xifer tal Buskett Veduta tal Buskett mis SiġġiewiStorjaIl Buskett oriġina mill inqas fi zmien ta wara r Repubblika Rumana meta kienu jsiru ċelebrazzjonijiet sesswali tradizzjonali f ġieħ l allat Meta l Kristjanezmu tal Lvant nibet f Malta din il festa pagana ġiet sostitwita b ċelebrazzjoni Kristjana ta San Pietru u San Pawl Fl imgħoddi foresti indiġeni kienu jiksu l art ta Malta izda s siġar inqatgħu għall bini tal vapuri fiz zmien meta l iġfna kienu jaqdfu fl ilmijiet tal Mediterran u għal skopijiet agrikoli Il Buskett ġie mħawwel mill Kavallieri ta San Ġwann bħala rizerva tal kaċċa F Ġunju 1557 il Gran Mastru Claude de la Sengle rtira fil Buskett meta saħħtu bdiet tmur għall agħar u miet fl Imdina xahrejn wara DeskrizzjoniXi siġar tal Buskett Il Buskett kif fih imsaġar b siġar ħorfija b weraq wiesa imsaġar b siġar koniferi indiġeni xagħri tat tip sklerofilluz u makkja bl arbuxelli kif ukoll għelieqi bis siġar tal frott Jikbru bosta siġriet u arbuxelli differenti inkluz diversi siġar tal frott Il Buskett huwa wieħed mill iktar zoni ħodor f Malta Il Buskett ikun fl aqwa tiegħu fir rebbiegħa izda s siġar jipprovdi d dell mill qilla ta nofs is sajf u huwa post għall kwiet għal mixja fix xhur tax xitwa Il Buskett huwa popolari ħafna mal Maltin li spiss imorru għal mixjiet f ambjent għall kwiet jew għal xi picnic fid dell tas siġar Fil Buskett issir il Festa tal Imnarja li tiġi ċċelebrata fid 29 ta Ġunju Mijiet ta nies jinġemgħu hemmhekk mil lejla ta qabel biex jieklu l istuffat tradizzjonali Malti tal fenek imsajjar fl inbid jisimgħu l muzika u l għana folkloristiċi tradizzjonali kif ukoll il banda biex igawdu l wirja agrikola annwali filgħodu Palazz VerdalaIl Palazz Verdala Il Palazz Verdala jinsab fil quċċata ta għolja fix xifer tal Buskett Inbena mill Gran Mastru fl 1588 bħala residenza tas sajf u loġġa tal kaċċa Il binja issa tintuza bħala r residenza tas sajf tal President ta Malta Il palazz huwa għeliem u mhuwiex miftuħ għall pubblika għajr f okkazjonijiet rari Zona Importanti għall GħasafarIl Buskett ġie identifikat bħala Zona Importanti għall Għasafar bl Ingliz Important Bird Area IBA mill BirdLife International minħabba li jappoġġa għadd kbir ta speċijiet ta għasafar speċjalment għasafar tal priza u minħabba li jintuza bħala santwarju għall għasafar li jpassu b mod staġonali fuq l arċipelagu Malti Ara wkoll Lista tal għasafar ta MaltaReferenzi Buskett Garden Rabat Malta www malta com Miġbur 2022 03 20 McGill Thomas 1839 A hand book or guide for strangers visiting Malta Oxford University p 111 Buskett the lungs of Malta The Man Who Went To Malta web archive org 2014 09 07 Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 09 07 Miġbur 2022 03 20 Senglea Local Council Prominent Sengleans www islalocalcouncil com Miġbur 2022 03 20 BirdLife Data Zone datazone birdlife org Miġbur 2022 03 20 Buskett Woodland Birdingplaces eu bl Ingliz Miġbur 2022 03 20