Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Egon Schiele twieled fit 12 ta Ġunju 1890 miet fil 31 ta Ottubru 1918 kien pittur figurattiv importanti Awstrijak tas se

Egon Schiele

  • Paġna Ewlenija
  • Egon Schiele
Egon Schiele
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Egon Schiele (twieled fit-12 ta' Ġunju 1890 – miet fil-31 ta' Ottubru 1918) kien pittur figurattiv importanti Awstrijak tas-seklu 20. Il-pitturi u d-disinji tiegħu magħrufa għall-intensità, mimlija forom u figuri mibrumin u mgħawġin, jagħmluh wieħed mill-aqwa esponenti tal-Espressjoniżmu. Minħabba din l-intensità f'xogħlu u l-mewt bikrija tiegħu, fl-immaġinazzjoni tal-poplu sar jissimbolizza "l-artista ttormentat". Schiele pinġa xi mitt ritratt tiegħu nnifsu.

Egon Schiele
Ħajja
Isem propju Egon Leo Adolf Ludwig Schiele
Twelid (en) , 12 Ġunju 1890
Nazzjonalità
Grupp etniku
Mewt Vjenna, 31 Ottubru 1918
Post tad-dfin (en)
Kawża tal-mewt kawżi naturali ()
Familja
Konjuga/i (en)
Koppja/i (mul)
Aħwa
uri
  • (en)
    (en)
Edukazzjoni
Alma mater Akademie der bildenden Künste Wien
Lingwi Ġermaniż
Għalliema (mul)
(mul)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni



fotografu
arkitett
Parteċipant
  • Documenta III (en)
Post tax-xogħol (mul)
Vjenna
Český Krumlov
Influwenzat minn (mul)
Moviment
Moviment artistiku
(en)


Bijografija

Edukazzjoni

Egon Schiele twieled Tulln fuq id-Danubu. Missieru, Adolf, kien jaħdem mal-Ferroviji Statali Awstrijaċi bħala kap tal-istazzjon; ommu, Marie, kienet minn Krumau fil-Boemja. Meta kien tifel kien imur l-iskola mmexxija minn Stift Klosterneuburg fejn dak li kien jgħallmu l-arti, K.L. Strauch, induna bit-talent artistiku tiegħu u nkoraġġih ħafna.

Meta Schiele kellu 15-il sena, missieru miet u kien jieħu ħsiebu zijuh (ħu ommu), Leopold Czihaczec, li kien inkwitat ħafna bin-nuqqas ta' interess ta' Schiele fl-iskola, imma fl-istess ħin induna bil-passjoni u talent li kellu għall-arti. Fl-1906 Schiele daħal il- Kunstgewerbeschule (l-iSkola ta' l-Arti u l- ), Vjenna, fejn kien studja. Fl-ewwel sena hemm, Schiele ntbagħat l-Akademie der Bildenden Künste, Vjenna, akkademja iżjed tradizzjonali, fuq l-insistenza ta' xi membri tal-fakultà. Hemm studja il-pittura u d-disin, imma l-konservatoriżmu tal-iskola xebbgħu u telaq fl-1909.

L-ewwel wirjiet

Fl-1907, Schiele sar jaf 'il Gustav Klimt. Klimt kien jgħin l-artisti żagħżagħ b'ġenerożità kbira u ħa interess speċjali f'Schiele minħabba t-talent li ra fih u kien jixtri d-disinji tiegħu, ipartat x'uhud ma' tiegħu stess, isiblu l-mudelli u jintroduċih ma' nies li kienu interessati jixtru x-xogħol tiegħu. Introduċa 'l Schiele wkoll mal-"Wiener Werkstätte", il-grupp tal-arti u l-artiġġjanat li kellu x'jaqsam mas-Seċessjoni Vjenniża. Fl-1908 Schiele kellu l-ewwel wirja f'Klosterneuburg. Is-sena ta' wara ħalla l-Akkademja, meta spiċċa t-tielet sena u ma' xi studenti mxebbgħin bħalu, waqqaf il- "Neukunstgruppe" (Grupp tal-Arti l-Ġdida). Fl-istess sena, 1909, Klimt stieden 'il Schiele biex juri xi xogħol tiegħu fil-Kunstschau ta' Vjenna, fejn kien hemm pitturi ta' , u Vincent van Gogh fost oħrajn. F'dawn ix-xogħlijiet l-istil tiegħu, ħieles mill-irbit tar-regoli riġidi u l-konvenzjonijiet tal-akkademja, kien diġà sar espressjonista. Ma' ġenb ritratti ta' ħbiebu u tiegħu stess, wera pitturi li fihom irrappreżenta l-fiżiċità tal-ġisem permezz ta' tagħwiġ aggressiv tal-figuri. Schiele beda jesplora mhux biss il-forma umana imma wkoll is-sesswalità umana li b'din id-distorsjoni tal-forom għamilha ossessjoni erotika u taha tensjoni mimlija emozzjoni qawwija. Schiele uża linja taqta' u inċisiva biex jesprimi t-turmenti tiegħu. Il-kulur f'idejh kiseb valur awtonomu, mhux naturalistiku imma ħadrani, b'riżultati partikularment effikaċi fin-numru kbir ta' akkwarelli u disinji ta' tensjoni alluċinata.

Ħafna nies sabu l-frankezza tax-xogħol tiegħu allarmanti.

Kontroversja

Fl-1911, Schiele ltaqa' ma' tfajla ta' sbatax-il sena, Valerie (Wally) Neuzil. Din marret toqgħod miegħu Vjenna u qagħditlu mudella għall-pitturi l-iżjed impressjonanti. Ma tantx nafu fuqha ħlief li qabel kienet timmudella għal Gustav Klimt u setgħet kienet waħda minn namrati tiegħu. Schiele u Wally riedu jaħarbu minn dak li kienu jqisuh l-ambjent magħluq ta' Vjenna u marru joqogħdu fil-belt żgħira ta' Český Krumlov (Krumau) fil-Boemja t'isfel (fejn illum hemm mużew dedikat lil Schiele). Minkejja li Schiele kien jaf xi nies, għax ommu kienet twieldet hemm, il-mod kif kienu jgħixu qajjem ħafna għagħa fost ir-reżidenti u dawn ġegħluhom iħallu l-belt.

Schiele fittex studju rħis u ambjent li jispirah u dawn sabhom Neulengbach, 35-il km lejn il-punent ta' Vjenna u mar joqgħod hemm ma' Wally. Il-mod kif kienu jgħixu Schiele u Wally qajjem ħafna storbju fil-belt u f'April tal-1912 arrestawh għall-korruzzjoni ta' minorenni. Meta l-pulizija ġew l-istudju biex jarrestawh, ikkonfiskaw iżjed minn mitt disinn li kkonsidraw pornografiċi u tefgħuh il-ħabs sakemm tela' l-qorti. Meta deher quddiem l-imħallef l-akkużi ta' seduzzjoni u rapiment waqqagħhom imma sabu ħati li wera disinji erotiċi fejn jistgħu jarawhom it-tfal. L-imħallef ħaraq waħda mid-disinji fuq xemgħa fil-qorti stess, imma billi Schiele diġà kien għamel wieħed u għoxrin ġurnata maqful, tah sentenza ta' tlett ijiem il-ħabs biss. Waqt li kien il-ħabs Schiele pinġa serje ta' 12-il pittura li juru l-ħruxija taċ-ċelel tal-ħabs.

Fl-1914 Schiele ltaqa' ma' Edith Harms li kienet toqgħod fl-istess triq faċċata tal-istudju u li kienet it-tifla ta' mastru-ċavettier. Is-sena ta' wara telaq 'il Wally u tgħarras ‘l Edith u minkejja xi oppożizzjoni mill-familja tagħha, iżżewiġha f'Ġunju ta' 1915.

Il-Gwerra

L-Ewwel Gwerra Dinjija kienet għada sejra u tlett ijiem wara t-tieġ ta' Schiele, bagħtu għalih għas-servizz militari. L-uffiċjali tal-armata rrispettaw it-talent artistiku tiegħu u ttrattawh tajjeb. Hekk, qatt ma kellu jmur jiġġieled. Kull ma kellu x'jgħamel kien li joqgħod għassa mal-priġunieri tal-gwerra Russi u għalhekk seta' jkompli jpinġi. Fl-1917 irritorna Vjenna fejn seta' jikkonċentra fuq il-karriera tiegħu. Ix-xogħol prolifiku ta' dak iż-żmien juri l-maturità ta' artista li kellu ħakma totali fuq it-talenti tiegħu. Fl-1918 stednuh jieħu sehem fid-49 wirja tas-Seċessjoni li saret Vjenna u aċċettawlu ħamsin pittura li dendlu fis-sala prinċipali. Din l-esibizzjoni kienet suċċess kbir għal Schiele u wara l-prezzijiet tal-pitturi tiegħu għolew ħafna u kellu bosta kummissjonijiet għar-ritratti. Fl-istess sena kellu wirjiet li rnexxew ħafna ukoll, Zürich, Praga u Dresden.

Schiele ħa parti f'bosta wirjiet ta' gruppi, fosthom dawk tal-Neukunstgruppe f'Praga fl-1910, Budapest, is-Sonderbund u Kolonja fl-1912 u bosta esibizzjonijiet Seċessjonisti f'Munich mill-1911 ‘l hemm. Fl-1913, il-Galerie Hans Goltz, Munich, tellgħet l-ewwel wirja ta' Schiele waħdu. Esibizzjoni oħra ta' Schiele waħdu saret Pariġi fl-1914.

Fir-rebbiegħa ta' l-1918, l-influwenza Spanjola, li biha mietu iżjed minn 20 miljun ruħ fl-Ewropa, waslet Vjenna. Edith li kienet ilha tqila sitt xhur, ħaditha u mietet fit-28 ta' Ottubru. Schiele miet ukoll tlett ijiem biss wara martu; kellu 28 sena. Fit-tlett ijiem bejn il-mewt ta' martu u tiegħu, Schiele ħażżeż xi ritratti tagħha; dawn kienu l-aħħar xogħlijiet tiegħu.

Ix-xogħol

Dan hu tipiku ħafna, bl-linji kważi mnaqqxin, qawwijin, enerġitiċi u żguri minnhom nfishom, xi drabi vjolenti. Schiele jpinġi l-ġisem uman b'mod remarkabbli li l-iskeletru ma jinħebiex taħt il-laħam, d-disinn isegwi l-loġika tal-movimenti u l-qagħda, u hekk joħroġ tliet dimensjonijiet, minflok tnejn bħal ma jiġri spiss fil-każ ta' pitturi oħra. Schiele kien jistudja l-qagħda tal-pazjenti fl-isptar psikjatriku kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-marjunetti bl-ispag. Ir-ritratti u n-nudi tiegħu huma maqbudin f'pożi mhux tas-soltu, xi drabi qishom karikaturi u xi minn daqqiet għandhom ix-xeħta ta' pupi "bla ġogi".

Schiele pinġa xi mitt awtoritratt, xi minn daqqiet juri ruħu għarwien, wiċċu mixrub u tturmentat, jew imwerreċ ikrah, allużjoni umoristika għal kunjomu "schielen" li bil-Ġermaniz tfisser "twerriċa", u xi kritiċi ostili ipprofitaw ruħhom minn din il-logħba tal-kliem.

Il-pitturi tiegħu bla dubju kienu u għadhom jipprovokaw ‘il min jarahom, iqajmu fihom ċertu "malaise" minħabba r-referenza għall-mewt u l-erotiżmu, imma wkoll minħabba l-kuluri ħadranin tad-dekompożizzjoni u t-taħsir.

Gallerija

  • Dar fil-ġenb tal-muntanja (1907)
  • Omm midfuna (1910)
  • Ritratt ta' Eduard Kosmack (1910)
  • Awtoritratt bil-libsa sewda (1910)
  • Tfal (1911)
  • Il-Profeta (1911)
  • Xemx tal-Ħarifa u sigar (1912)
  • Il-Kardinal u-soru (1912)
  • Agunija (1912)
  • Siġar tal-Ħarifa fir-riħ (1912)
  • Ir-raff il-qadim (1913)
  • Il-Pont (1913)
  • Omm żagħżugħa (1914)
  • Twieqi (1914)
  • Il-mitħna l-qadima (1916)
  • Omm b'żewġt itfal (1915-1917)
  • Mara minduda (1917)
  • Tfajla bil-kalzetti griżi (1917)
  • Ritratt ta' Albert Paris von Gütersloh (1918)
  • Il-familja (1918)

Ħoloq esterni

  • "Leopold Museum, Vienna" Leopold Museum, Vjenna, fih l-ikbar kollezzjoni tax-xogħol ta' Schiele.
  • "Oesterreichische Galerie, Belvedere" The Oesterreichische Galerie, Belvedere, Vjenna, fiha waħda mill-ikbar kollezzjonijiet tax-xogħol ta' Schiele.
  • "Live Flesh" Rivista tax-xogħol ta' Schiele minn Arthur Danto f' The Nation (Stati Uniti).
  • "Neue Galerie for German and Austrian Art (New York)"

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 24 Ġun, 2025 / 21:44

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Egon Schiele, X'inhi Egon Schiele? Xi tfisser Egon Schiele?

Egon Schiele twieled fit 12 ta Ġunju 1890 miet fil 31 ta Ottubru 1918 kien pittur figurattiv importanti Awstrijak tas seklu 20 Il pitturi u d disinji tiegħu magħrufa għall intensita mimlija forom u figuri mibrumin u mgħawġin jagħmluh wieħed mill aqwa esponenti tal Espressjonizmu Minħabba din l intensita f xogħlu u l mewt bikrija tiegħu fl immaġinazzjoni tal poplu sar jissimbolizza l artista ttormentat Schiele pinġa xi mitt ritratt tiegħu nnifsu Egon SchieleĦajjaIsem propju Egon Leo Adolf Ludwig SchieleTwelid en 12 Ġunju 1890NazzjonalitaGrupp etnikuMewt Vjenna 31 Ottubru 1918Post tad dfin en Kawza tal mewt kawzi naturali FamiljaKonjuga i en Koppja i mul Aħwa uri en en EdukazzjoniAlma mater Akademie der bildenden Kunste WienLingwi ĠermanizGħalliema mul mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni fotografu arkitettParteċipant Documenta III en Post tax xogħol mul Vjenna Cesky KrumlovInfluwenzat minn mul MovimentMoviment artistiku en BijografijaEdukazzjoni Egon Schiele twieled Tulln fuq id Danubu Missieru Adolf kien jaħdem mal Ferroviji Statali Awstrijaċi bħala kap tal istazzjon ommu Marie kienet minn Krumau fil Boemja Meta kien tifel kien imur l iskola mmexxija minn Stift Klosterneuburg fejn dak li kien jgħallmu l arti K L Strauch induna bit talent artistiku tiegħu u nkoraġġih ħafna Meta Schiele kellu 15 il sena missieru miet u kien jieħu ħsiebu zijuh ħu ommu Leopold Czihaczec li kien inkwitat ħafna bin nuqqas ta interess ta Schiele fl iskola imma fl istess ħin induna bil passjoni u talent li kellu għall arti Fl 1906 Schiele daħal il Kunstgewerbeschule l iSkola ta l Arti u l Vjenna fejn kien studja Fl ewwel sena hemm Schiele ntbagħat l Akademie der Bildenden Kunste Vjenna akkademja izjed tradizzjonali fuq l insistenza ta xi membri tal fakulta Hemm studja il pittura u d disin imma l konservatorizmu tal iskola xebbgħu u telaq fl 1909 Awtoritratt ta Egon Schiele L ewwel wirjiet Fl 1907 Schiele sar jaf il Gustav Klimt Klimt kien jgħin l artisti zagħzagħ b ġenerozita kbira u ħa interess speċjali f Schiele minħabba t talent li ra fih u kien jixtri d disinji tiegħu ipartat x uhud ma tiegħu stess isiblu l mudelli u jintroduċih ma nies li kienu interessati jixtru x xogħol tiegħu Introduċa l Schiele wkoll mal Wiener Werkstatte il grupp tal arti u l artiġġjanat li kellu x jaqsam mas Seċessjoni Vjenniza Fl 1908 Schiele kellu l ewwel wirja f Klosterneuburg Is sena ta wara ħalla l Akkademja meta spiċċa t tielet sena u ma xi studenti mxebbgħin bħalu waqqaf il Neukunstgruppe Grupp tal Arti l Ġdida Fl istess sena 1909 Klimt stieden il Schiele biex juri xi xogħol tiegħu fil Kunstschau ta Vjenna fejn kien hemm pitturi ta u Vincent van Gogh fost oħrajn F dawn ix xogħlijiet l istil tiegħu ħieles mill irbit tar regoli riġidi u l konvenzjonijiet tal akkademja kien diġa sar espressjonista Ma ġenb ritratti ta ħbiebu u tiegħu stess wera pitturi li fihom irrapprezenta l fiziċita tal ġisem permezz ta tagħwiġ aggressiv tal figuri Schiele beda jesplora mhux biss il forma umana imma wkoll is sesswalita umana li b din id distorsjoni tal forom għamilha ossessjoni erotika u taha tensjoni mimlija emozzjoni qawwija Schiele uza linja taqta u inċisiva biex jesprimi t turmenti tiegħu Il kulur f idejh kiseb valur awtonomu mhux naturalistiku imma ħadrani b rizultati partikularment effikaċi fin numru kbir ta akkwarelli u disinji ta tensjoni alluċinata Ħafna nies sabu l frankezza tax xogħol tiegħu allarmanti Kontroversja Fl 1911 Schiele ltaqa ma tfajla ta sbatax il sena Valerie Wally Neuzil Din marret toqgħod miegħu Vjenna u qagħditlu mudella għall pitturi l izjed impressjonanti Ma tantx nafu fuqha ħlief li qabel kienet timmudella għal Gustav Klimt u setgħet kienet waħda minn namrati tiegħu Schiele u Wally riedu jaħarbu minn dak li kienu jqisuh l ambjent magħluq ta Vjenna u marru joqogħdu fil belt zgħira ta Cesky Krumlov Krumau fil Boemja t isfel fejn illum hemm muzew dedikat lil Schiele Minkejja li Schiele kien jaf xi nies għax ommu kienet twieldet hemm il mod kif kienu jgħixu qajjem ħafna għagħa fost ir rezidenti u dawn ġegħluhom iħallu l belt Schiele fittex studju rħis u ambjent li jispirah u dawn sabhom Neulengbach 35 il km lejn il punent ta Vjenna u mar joqgħod hemm ma Wally Il mod kif kienu jgħixu Schiele u Wally qajjem ħafna storbju fil belt u f April tal 1912 arrestawh għall korruzzjoni ta minorenni Meta l pulizija ġew l istudju biex jarrestawh ikkonfiskaw izjed minn mitt disinn li kkonsidraw pornografiċi u tefgħuh il ħabs sakemm tela l qorti Meta deher quddiem l imħallef l akkuzi ta seduzzjoni u rapiment waqqagħhom imma sabu ħati li wera disinji erotiċi fejn jistgħu jarawhom it tfal L imħallef ħaraq waħda mid disinji fuq xemgħa fil qorti stess imma billi Schiele diġa kien għamel wieħed u għoxrin ġurnata maqful tah sentenza ta tlett ijiem il ħabs biss Waqt li kien il ħabs Schiele pinġa serje ta 12 il pittura li juru l ħruxija taċ ċelel tal ħabs Fl 1914 Schiele ltaqa ma Edith Harms li kienet toqgħod fl istess triq faċċata tal istudju u li kienet it tifla ta mastru ċavettier Is sena ta wara telaq il Wally u tgħarras l Edith u minkejja xi oppozizzjoni mill familja tagħha izzewiġha f Ġunju ta 1915 Il Gwerra L Ewwel Gwerra Dinjija kienet għada sejra u tlett ijiem wara t tieġ ta Schiele bagħtu għalih għas servizz militari L uffiċjali tal armata rrispettaw it talent artistiku tiegħu u ttrattawh tajjeb Hekk qatt ma kellu jmur jiġġieled Kull ma kellu x jgħamel kien li joqgħod għassa mal priġunieri tal gwerra Russi u għalhekk seta jkompli jpinġi Fl 1917 irritorna Vjenna fejn seta jikkonċentra fuq il karriera tiegħu Ix xogħol prolifiku ta dak iz zmien juri l maturita ta artista li kellu ħakma totali fuq it talenti tiegħu Fl 1918 stednuh jieħu sehem fid 49 wirja tas Seċessjoni li saret Vjenna u aċċettawlu ħamsin pittura li dendlu fis sala prinċipali Din l esibizzjoni kienet suċċess kbir għal Schiele u wara l prezzijiet tal pitturi tiegħu għolew ħafna u kellu bosta kummissjonijiet għar ritratti Fl istess sena kellu wirjiet li rnexxew ħafna ukoll Zurich Praga u Dresden Schiele ħa parti f bosta wirjiet ta gruppi fosthom dawk tal Neukunstgruppe f Praga fl 1910 Budapest is Sonderbund u Kolonja fl 1912 u bosta esibizzjonijiet Seċessjonisti f Munich mill 1911 l hemm Fl 1913 il Galerie Hans Goltz Munich tellgħet l ewwel wirja ta Schiele waħdu Esibizzjoni oħra ta Schiele waħdu saret Pariġi fl 1914 Fir rebbiegħa ta l 1918 l influwenza Spanjola li biha mietu izjed minn 20 miljun ruħ fl Ewropa waslet Vjenna Edith li kienet ilha tqila sitt xhur ħaditha u mietet fit 28 ta Ottubru Schiele miet ukoll tlett ijiem biss wara martu kellu 28 sena Fit tlett ijiem bejn il mewt ta martu u tiegħu Schiele ħazzez xi ritratti tagħha dawn kienu l aħħar xogħlijiet tiegħu Ix xogħolDan hu tipiku ħafna bl linji kwazi mnaqqxin qawwijin enerġitiċi u zguri minnhom nfishom xi drabi vjolenti Schiele jpinġi l ġisem uman b mod remarkabbli li l iskeletru ma jinħebiex taħt il laħam d disinn isegwi l loġika tal movimenti u l qagħda u hekk joħroġ tliet dimensjonijiet minflok tnejn bħal ma jiġri spiss fil kaz ta pitturi oħra Schiele kien jistudja l qagħda tal pazjenti fl isptar psikjatriku kif ukoll il pozizzjonijiet tal marjunetti bl ispag Ir ritratti u n nudi tiegħu huma maqbudin f pozi mhux tas soltu xi drabi qishom karikaturi u xi minn daqqiet għandhom ix xeħta ta pupi bla ġogi Schiele pinġa xi mitt awtoritratt xi minn daqqiet juri ruħu għarwien wiċċu mixrub u tturmentat jew imwerreċ ikrah alluzjoni umoristika għal kunjomu schielen li bil Ġermaniz tfisser twerriċa u xi kritiċi ostili ipprofitaw ruħhom minn din il logħba tal kliem Il pitturi tiegħu bla dubju kienu u għadhom jipprovokaw il min jarahom iqajmu fihom ċertu malaise minħabba r referenza għall mewt u l erotizmu imma wkoll minħabba l kuluri ħadranin tad dekompozizzjoni u t taħsir GallerijaDar fil ġenb tal muntanja 1907 Omm midfuna 1910 Ritratt ta Eduard Kosmack 1910 Awtoritratt bil libsa sewda 1910 Tfal 1911 Il Profeta 1911 Xemx tal Ħarifa u sigar 1912 Il Kardinal u soru 1912 Agunija 1912 Siġar tal Ħarifa fir riħ 1912 Ir raff il qadim 1913 Il Pont 1913 Omm zagħzugħa 1914 Twieqi 1914 Il mitħna l qadima 1916 Omm b zewġt itfal 1915 1917 Mara minduda 1917 Tfajla bil kalzetti grizi 1917 Ritratt ta Albert Paris von Gutersloh 1918 Il familja 1918 Ħoloq esterni Leopold Museum Vienna Leopold Museum Vjenna fih l ikbar kollezzjoni tax xogħol ta Schiele Oesterreichische Galerie Belvedere The Oesterreichische Galerie Belvedere Vjenna fiha waħda mill ikbar kollezzjonijiet tax xogħol ta Schiele Live Flesh Rivista tax xogħol ta Schiele minn Arthur Danto f The Nation Stati Uniti Neue Galerie for German and Austrian Art New York

L-aħħar artikli
  • Ġunju 17, 2025

    Paolino Vassallo

  • Ġunju 21, 2025

    Paola

  • Ġunju 13, 2025

    Paolo Pace

  • Ġunju 20, 2025

    Paolo Maldini

  • Ġunju 15, 2025

    Pandemija tal-COVID-19 tal-2019–20

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq