Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Erin Serracino Inglott twieled l Isla fis 16 ta Ottubru 1904 miet fit 22 ta Awwissu 1983 kien drammaturgu poeta rumanzie

Erin Serracino Inglott

  • Paġna Ewlenija
  • Erin Serracino Inglott
Erin Serracino Inglott
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Erin Serracino Inglott (twieled l-Isla fis-16 ta' Ottubru 1904 – miet fit-22 ta' Awwissu 1983) kien drammaturgu, poeta, rumanzier, kittieb ta' novelli, lessikografu, filologu u traduttur Malti.

Erin Serracino Inglott
Ħajja
Twelid 16 Ottubru 1904
Nazzjonalità Malta
Mewt 22 Awwissu 1983
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Ingliż
Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta

kittieb

traduttur

Bijografija

Erin kien bin Antonio Serracino u Pia Inglott. Studja fil-Liċeo (1915-1920) u fl-Università ta' Malta u ħa kors tal-Letteratura (1921-1924). Sa minn żgħożitu Erin kellu kilba għall-kotba. Daħal fis-Servizz Ċivili (1927-1963) u serva għal xi żmien bħala segretarju tal-Università ta' Malta.

Fl-1993 iżżewweġ lil Leonilda Gatt u ma baqax joqgħod l-Isla iżda mar joqgħod Bormla, fi Triq Santa Margerita u baqa' joqgħod hemm sakemm miet. Fi żmien il-gwerra iżda, kien mar joqgħod għal ftit żmien, Birkirkara. Kellhom ħamest itfal, tliet ibniet u żewġ subien. F'Bormla, Erin Serracino Inglott kien jattendi l-Literary and Debating Society, soċjetà maqtugħa għalkollox mill-attivitajiet politiċi li l-iskop ewlieni tagħha kien li jsiru laqgħat dwar il-kitba, il-movimenti letterarji u suġġetti oħra varji. B'hekk tħajjar biex isir membru tal-Akkademja tal-Malti. Kien jaf l-Ingliż, it-Taljan, il-Latin, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż u r-Russu.

Erin Serracino Inglott kellu tliet delizzji prinċipali: il-lingwa, l-iskakki u l-mużika. Dawn it-tliet delizzji kibru miegħu fl-interess u fl-importanza għax ma kienx jaf b'medjokrità u jieqaf hemm, imma kellu fih sens profond li kien iġiegħlu jħoss li kull xogħol li jidħol għalih għandu jkollu fuqu t-timbru tal-kompetenza u tal-kreatività.

Fl-iskakki Erin rebaħ il-kampjonat diversi drabi u fis-sena 1938 mar jikkompeti maċ-ċampjin dinji fejn ġab dro f'logħba li ħajritu jkompli miexi fit-triq tas-suċċess.

Għalkemm kien iqatta' ħafna sigħat jikteb, xorta kien isib il-ħin għall-familja. Kienu jgħidu r-rużarju flimkien, joħroġ mal-familja u wkoll jeħodhom jgħumu, basta x'ħin irid hu. Kien iħobb ħafna l-annimali u skont ibnu, Erin Serracino Inglott kellu ammorin li kien jgħid ir-rużarju magħhom. Kien wasal lejn l-aħħar tal-kitba tad-dizzjunarju, Il-Miklem Malti, meta miet fl-età ta' 78 sena.

Xogħlijiet

  • Il-miklem Malti – ġabra ta' kliem li jinsab fl-ilsien Malti mill-eqdem magħruf u miktub, ukoll dak li m'għadux jingħad, sal-iġded magħżul u milqugħ, li beda jingħad, miktub kif jixraq bit-tiswijiet meħtieġa, u mogħni bit-tifsir tan-nisel Semitiku jew Rumanz skont is-sengħa/ix-xogħol ta' Erin Serracino Inglott, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1975-1989.

Drammi

  • Razju Vidal, G. Muscat, Malta, 1941
  • Ir-raġel li ħadha mal-mewt, Malta, 1945
  • Il-barrani, A.C. Aquilina, Malta, 1956
  • Ir-raħeb, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1971
  • Ir-raġel li twieled mill-gdid (dramm fi tliet atti), Malta, 1971
  • Il-wiċċ u l-qalb (buzzett f'att wieħed), Malta, 1971
  • Il-bażużlu, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1978
  • Il-Kerjoti (u żewg drammi oħra), Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta, 1993

Traduzzjonijiet

  • It-taħbila tal-kamra s-safra, rumanz ta' (Mystere de la chambre jaune). Giov. Muscat, Malta, 1947
  • Dante Alighieri: Id-divina commedia bil-Malti. L-infern. xxxix Stamperija tal-Gvern, Malta, 1964
  • Il-qarnita: ġrajja oħra ta' Routetabille miktuba minn Gaston Leroux, Stamperija Nazzjonali, Malta, 1972

Poeżija

  • Is-sabiħ u l-ikrah (1939)
  • Ix-xita (1945)
  • Nemel (1946)
  • Xi ħaġa baqa' (1947)
  • Lil G. B. S (1947)
  • Ġesù u l-Madliena (1948)
  • Sunetti tal-gwerra (1948)
  • Talba lil ommi mejta (1950)
  • Xejn... (1950)
  • Jahweh (1967)
  • Lill-mewt (1967)

Ix-xita

L-iżjed poeżija popolari ta' Erin Serracino Inglott hi bla dubju Ix-xita (1945):

Dix-xita
li tinżel
kull mita
jiftlilha,
u traxxax
u tbexxex
u xxarrab
u tħarrab
lin-nies
bla qies,
jagħtini
ngħidilha:
Ja xita
ħallini,
mur saqqi
u baqqi
l-għelieqi,
il-ġwiebi
u l-bwieqi
fawwarhom
l-imxarab
imliehom
isqihom
kemm tiflaħ
u lili
ħallili
l-mistrieħ,
f'ġieħ l-erwieħ!



Kif jasal
is-Sibt
u nkun ħsibt
għal ħarġa,
kif ninżel
it-tarġa
tal-bieb,
u bla ħsieb
nitgħaxxaq
bis-sema
sabiħ
u narah
li ma fih
ebda sħaba;
u noħroġ
mid-dar
bla għata
għax tisreġ
ix-xemx
u ħlief sħana
ma hemmx;
u moħħi
mistrieħ
jien immur
fuq is-sur
jew indur
fuq xi bur,
mingħajr ħsieb
ma' xi ħbieb,
dix-xita
li tinżel
kull mita
jiftlilha,
taraha
tibdielek
tqattarlek
tiżdiedlek
toktorlok
traxxaxlek
tbexxixlek
tlanġaslek
u lili
taħsilni
xxarrabni
tgħawwimni
tkarkarni,
bla basra,
jaħasra,
nsir għasra…
U mxarrab
imħarrab,
imċaflas,
imċarċar,
imċallas,
imċallam,
imċappas,
ikolli
bħal ħmar
ninġabar
bis-sabar
id-dar
fejn in-nar!





Jagħtini
ngħidilha:
Ja xita
ħallini,
mur saqqi
u baqqi
l-għelieqi,
il-ġwiebi
u l-bwieqi
fawwarhom
l-imxarab
imliehom
isqihom
kemm tiflaħ
u lili
ħallili
l-mistrieħ,
f'ġieħ l-erwieħ!







Jekk jiena
nkun ħsibt
u barra
nkun ġibt
biex nitgħatta
u nitgeżwer,
għax nilmaħ
minn kmieni
lis-sema
sewdieni
u l-ilma
tax-xita
ġejjieni,
u noħroġ
bil-"ħassa"
taħt idi
imrassa,
mixdud
b'żarbun
taċ-ċfales
u t-tjun,
titħajjar
dix-xita
li tinżel
kull mita
jiftlilha,
jibdielha
li tinżel,
u, flokha,
fis-sema
taraha
toħroġlok
tisriġlek
taħraqlek
ix-xemx!
U lili
taqlini
tikwini
taħmini
tixwini;
bla basra
jaħasra
nsir għasra
bil-għaraq,
u mleffef
imkebbeb
imfesdaq
imlenbeb
imqartas
imfisqi
imdagħdagħ
għarqan
u għatxan
lehġien
u għajjien
ikolli
bħal ħmar
ninġabar
bis-sabar
id-dar!









Jagħtini
ngħidilha:
Ja xita
li tinżel
kull mita
jiftillek,
int issa
ridt tibqa'
maħġuba
mgħottija
maħruba
moħbija?
Ħallihom
l-għelieqi
u l-bwieqi
u l-ġwiebi
u qattar
u raxxax
u bexxex
u lanġas
u xarrab
lix-xemx,
u lili
ħallili
l-mistrieħ
f'ġieħ l-erwieħ!

Novelli

  • Dwiem, Il-Malti, Settembru 1944

Artikli oħra

  • Ħsibijiet imxerrda, Il-Malti, Mejju, 1940
  • Nisel, Il-Malti, Mejju, 1947
  • Il-palk ta' żgħużiti, 1966
  • Fehmti Dwar Xi Problemi fl-Ortografija tal-Malti, Il-Malti, 1977

Referenzi

  1. ^ "Erin Serracino Inglott (minn intervista li saret lil ibnu Mario), L-Akkademja tal-Malti". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-08-20. Miġbur 2013-03-06.
  2. ^ Alexander Alekhine vs Erin Serracino-Inglott Għawdex, Malta 1935
  3. ^ "Past Malta Champions - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2021-01-08. Miġbur 2022-12-30.
  4. ^ "Il-palk ta' żgħużiti". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-04-24. Miġbur 2013-03-06.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 18 Ġun, 2025 / 18:07

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Erin Serracino Inglott, X'inhi Erin Serracino Inglott? Xi tfisser Erin Serracino Inglott?

Erin Serracino Inglott twieled l Isla fis 16 ta Ottubru 1904 miet fit 22 ta Awwissu 1983 kien drammaturgu poeta rumanzier kittieb ta novelli lessikografu filologu u traduttur Malti Erin Serracino Inglott Erin Serracino InglottĦajjaTwelid 16 Ottubru 1904Nazzjonalita MaltaMewt 22 Awwissu 1983EdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaLingwi Malti Ingliz TaljanOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta kittieb tradutturBijografijaErin kien bin Antonio Serracino u Pia Inglott Studja fil Liċeo 1915 1920 u fl Universita ta Malta u ħa kors tal Letteratura 1921 1924 Sa minn zgħozitu Erin kellu kilba għall kotba Daħal fis Servizz Ċivili 1927 1963 u serva għal xi zmien bħala segretarju tal Universita ta Malta Fl 1993 izzewweġ lil Leonilda Gatt u ma baqax joqgħod l Isla izda mar joqgħod Bormla fi Triq Santa Margerita u baqa joqgħod hemm sakemm miet Fi zmien il gwerra izda kien mar joqgħod għal ftit zmien Birkirkara Kellhom ħamest itfal tliet ibniet u zewġ subien F Bormla Erin Serracino Inglott kien jattendi l Literary and Debating Society soċjeta maqtugħa għalkollox mill attivitajiet politiċi li l iskop ewlieni tagħha kien li jsiru laqgħat dwar il kitba il movimenti letterarji u suġġetti oħra varji B hekk tħajjar biex isir membru tal Akkademja tal Malti Kien jaf l Ingliz it Taljan il Latin il Franċiz l Ispanjol il Ġermaniz u r Russu Erin Serracino Inglott kellu tliet delizzji prinċipali il lingwa l iskakki u l muzika Dawn it tliet delizzji kibru miegħu fl interess u fl importanza għax ma kienx jaf b medjokrita u jieqaf hemm imma kellu fih sens profond li kien iġiegħlu jħoss li kull xogħol li jidħol għalih għandu jkollu fuqu t timbru tal kompetenza u tal kreativita Fl iskakki Erin rebaħ il kampjonat diversi drabi u fis sena 1938 mar jikkompeti maċ ċampjin dinji fejn ġab dro f logħba li ħajritu jkompli miexi fit triq tas suċċess Għalkemm kien iqatta ħafna sigħat jikteb xorta kien isib il ħin għall familja Kienu jgħidu r ruzarju flimkien joħroġ mal familja u wkoll jeħodhom jgħumu basta x ħin irid hu Kien iħobb ħafna l annimali u skont ibnu Erin Serracino Inglott kellu ammorin li kien jgħid ir ruzarju magħhom Kien wasal lejn l aħħar tal kitba tad dizzjunarju Il Miklem Malti meta miet fl eta ta 78 sena XogħlijietIl miklem Malti ġabra ta kliem li jinsab fl ilsien Malti mill eqdem magħruf u miktub ukoll dak li m għadux jingħad sal iġded magħzul u milqugħ li beda jingħad miktub kif jixraq bit tiswijiet meħtieġa u mogħni bit tifsir tan nisel Semitiku jew Rumanz skont is sengħa ix xogħol ta Erin Serracino Inglott Klabb Kotba Maltin Malta 1975 1989 Drammi Razju Vidal G Muscat Malta 1941 Ir raġel li ħadha mal mewt Malta 1945 Il barrani A C Aquilina Malta 1956 Ir raħeb Klabb Kotba Maltin Malta 1971 Ir raġel li twieled mill gdid dramm fi tliet atti Malta 1971 Il wiċċ u l qalb buzzett f att wieħed Malta 1971 Il bazuzlu Klabb Kotba Maltin Malta 1978 Il Kerjoti u zewg drammi oħra Pubblikazzjonijiet Indipendenza Malta 1993 Traduzzjonijiet It taħbila tal kamra s safra rumanz ta Mystere de la chambre jaune Giov Muscat Malta 1947 Dante Alighieri Id divina commedia bil Malti L infern xxxix Stamperija tal Gvern Malta 1964 Il qarnita ġrajja oħra ta Routetabille miktuba minn Gaston Leroux Stamperija Nazzjonali Malta 1972 Poezija Is sabiħ u l ikrah 1939 Ix xita 1945 Nemel 1946 Xi ħaġa baqa 1947 Lil G B S 1947 Ġesu u l Madliena 1948 Sunetti tal gwerra 1948 Talba lil ommi mejta 1950 Xejn 1950 Jahweh 1967 Lill mewt 1967 Ix xita L izjed poezija popolari ta Erin Serracino Inglott hi bla dubju Ix xita 1945 Dix xita li tinzel kull mita jiftlilha u traxxax u tbexxex u xxarrab u tħarrab lin nies bla qies jagħtini ngħidilha Ja xita ħallini mur saqqi u baqqi l għelieqi il ġwiebi u l bwieqi fawwarhom l imxarab imliehom isqihom kemm tiflaħ u lili ħallili l mistrieħ f ġieħ l erwieħ Kif jasal is Sibt u nkun ħsibt għal ħarġa kif ninzel it tarġa tal bieb u bla ħsieb nitgħaxxaq bis sema sabiħ u narah li ma fih ebda sħaba u noħroġ mid dar bla għata għax tisreġ ix xemx u ħlief sħana ma hemmx u moħħi mistrieħ jien immur fuq is sur jew indur fuq xi bur mingħajr ħsieb ma xi ħbieb dix xita li tinzel kull mita jiftlilha taraha tibdielek tqattarlek tizdiedlek toktorlok traxxaxlek tbexxixlek tlanġaslek u lili taħsilni xxarrabni tgħawwimni tkarkarni bla basra jaħasra nsir għasra U mxarrab imħarrab imċaflas imċarċar imċallas imċallam imċappas ikolli bħal ħmar ninġabar bis sabar id dar fejn in nar Jagħtini ngħidilha Ja xita ħallini mur saqqi u baqqi l għelieqi il ġwiebi u l bwieqi fawwarhom l imxarab imliehom isqihom kemm tiflaħ u lili ħallili l mistrieħ f ġieħ l erwieħ Jekk jiena nkun ħsibt u barra nkun ġibt biex nitgħatta u nitgezwer għax nilmaħ minn kmieni lis sema sewdieni u l ilma tax xita ġejjieni u noħroġ bil ħassa taħt idi imrassa mixdud b zarbun taċ ċfales u t tjun titħajjar dix xita li tinzel kull mita jiftlilha jibdielha li tinzel u flokha fis sema taraha toħroġlok tisriġlek taħraqlek ix xemx U lili taqlini tikwini taħmini tixwini bla basra jaħasra nsir għasra bil għaraq u mleffef imkebbeb imfesdaq imlenbeb imqartas imfisqi imdagħdagħ għarqan u għatxan lehġien u għajjien ikolli bħal ħmar ninġabar bis sabar id dar Jagħtini ngħidilha Ja xita li tinzel kull mita jiftillek int issa ridt tibqa maħġuba mgħottija maħruba moħbija Ħallihom l għelieqi u l bwieqi u l ġwiebi u qattar u raxxax u bexxex u lanġas u xarrab lix xemx u lili ħallili l mistrieħ f ġieħ l erwieħ Novelli Dwiem Il Malti Settembru 1944 Artikli oħra Ħsibijiet imxerrda Il Malti Mejju 1940 Nisel Il Malti Mejju 1947 Il palk ta zgħuziti 1966 Fehmti Dwar Xi Problemi fl Ortografija tal Malti Il Malti 1977Referenzi Erin Serracino Inglott minn intervista li saret lil ibnu Mario L Akkademja tal Malti Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 08 20 Miġbur 2013 03 06 Alexander Alekhine vs Erin Serracino Inglott Għawdex Malta 1935 Past Malta Champions Malta Chess Federation bl Ingliz 2021 01 08 Miġbur 2022 12 30 Il palk ta zgħuziti Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 04 24 Miġbur 2013 03 06

L-aħħar artikli
  • Ġunju 15, 2025

    Tazza tal-Libertà

  • Ġunju 17, 2025

    Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013

  • Ġunju 15, 2025

    Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009

  • Ġunju 08, 2025

    Tazza tal-Konfederazzjonijiet

  • Ġunju 16, 2025

    Tazza tal-Indipendenza

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq