Fray Bentos pronunzja bl Ispanjol fɾaj ˈβentos hija l belt kapitali tad Dipartiment ta Río Negro fil Lbiċ tal Urugwaj fi
Fray Bentos

Fray Bentos (pronunzja bl-Ispanjol: [fɾaj ˈβentos]) hija l-belt kapitali tad-Dipartiment ta' Río Negro, fil-Lbiċ tal-Urugwaj, fil-fruntiera mal-Arġentina, qrib il-belt ta' , l-Arġentina. Il-port ta' Fray Bentos jinsab max-xmara Uruguay u huwa wieħed mill-iżjed portijiet importanti tal-pajjiż. Il-belt tospita l-ewwel kampus tal-Università Teknoloġika, biswit il-kumpless industrijali rilevanti storikament ta' Anglo, li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015.
Fray Bentos | |
---|---|
Urugwaj | |
Amministrazzjoni | |
Department of Uruguay | Dipartiment ta' Río Negro |
Kodiċi postali | 65000 |
Ġeografija | |
Koordinati | 33°08′S 58°18′W / 33.13°S 58.3°WKoordinati: 33°08′S 58°18′W / 33.13°S 58.3°W |
Fray Bentos Fray Bentos (Uruguay) | |
Għoli | 23 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 24,406 abitanti (2011) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | Is-SibtambUTCIs-Sibt |
Waħda mill-ikbar fabbriki tal-karta fid-dinja tinsab qrib Fray Bentos u l-Pont ta' Libertador General San Martín; din kienet fil-mira tal-ikbar diżgwid politiku bejn l-Urugwaj u l-Arġentina fis-seklu 21.
Il-belt tinsab qrib il-fruntiera mal-Arġentina u madwar 160 kilometru (99 mil) fit-Tramuntana ta' Buenos Aires, u 309 kilometri (192 mil) fil-Majjistral ta' Montevideo, il-belt kapitali tal-Urugwaj.
Il-belt ġiet stabbilita bħala "Villa Independencia" permezz tad-Digriet tas-16 ta' April 1859. Saret il-belt kapitali tad-Dipartiment ta' Río Negro fis-7 ta' Lulju 1860 permezz tal-Att tal-Liġi Nru 1,475 u l-istatus tagħha ġie elevat għal "Ciudad" (belt) fis-16 ta' Lulju 1900 permezz tal-Att tal-Liġi Nru 2,656. L-isem attwali tagħha, li jfisser "Fra Benedittu", oriġina minn isem patri solitarju.
Storikament, l-industrija prinċipali ta' Fray Bentos kienet l-ipproċessar tal-laħam. Impjant industrijali tal-proprjetà ta' Societe de Fray Bentos Giebert & Cie., magħrufa bħala l-Liebig Extract of Meat Company (LEMCO), ġie stabbilit fil-belt fl-1863. L-impjant ingħalaq fl-1979, wara 117-il sena ta' tħaddim. F'Marzu 2005, fis-sit infetaħ mużew tal-istorja lokali.
Fil-madwar ta' Fray Bentos seħħet il-ħabta tat-Titjira 2553 ta' Austral, li fiha mietu 74 ruħ (69 passiġġier u 5 membri tal-ekwipaġġ) fl-10 ta' Ottubru 1997.
Fil-5 ta' Lulju 2015, il-kwartier Barrio Anglo tal-belt, is-sit tal-impjant industrijali, tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala l-"Pajsaġġ Industrijali ta' Fray Bentos".
Popolazzjoni
Fl-2011 Fray Bentos kellha popolazzjoni ta' 24,406 persuni.
Sena | Popolazzjoni |
---|---|
1908 | 7,359 |
1963 | 17,094 |
1975 | 19,407 |
1985 | 19,862 |
1996 | 21,959 |
2004 | 23,122 |
2011 | 24,406 |
Sors: l-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika tal-Urugwaj.
Ekonomija
Fl-1899 kumpanija magħrufa bħala "Frigorífico Anglo del Uruguay" (spiss magħrufa sempliċement bħala "Anglo") li oriġinat minn Lemco, bdiet tipproduċi l-corned beef hemmhekk, li kien jinbiegħ bħala "Fray Bentos Corned Beef" fir-Renju Unit. Ħamsin sena wara, il-kumpanija ddiversifikat u bdiet tipproduċi sopop, pulpetti tal-laħam u frott tal-landa. Matul is-snin 90 tas-seklu 20, l-enfasi nxteħtet fuq it-torti u l-pudini, u l-kumpanija ttieħdet f'idejn il-Campbell Soup Company. Fl-2006, "Campbells UK" ġiet akkwistata minn Premier Foods. Id-ditta "Fray Bentos" issa hija proprjetà ta' Baxters fir-Renju Unit, li timmanifattura sensiela ta' prodotti fl-Iskozja. Il-Campbell Soup Company timmanifattura u tbigħ torti tal-laħam u tal-fwied tad-ditta Fray Bentos fl-Awstralja.
Fl-2008, il-Grupp Marfrig b'sjieda Brażiljana ħabbar il-ftuħ mill-ġdid ta' waħda mill-fabbriki relatata mal-fabbrika ta' Liebig u l-produzzjoni mill-ġdid għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-laħam, għalkemm b'volum ferm iżgħar minn dak tal-fabbrika oriġinali.
Diżgwid politiku minħabba l-fabbrika tal-karta
Botnia S.A., sussidjarja tal-korporazzjoni Finlandiża Metsä-Botnia, bniet fabbrika kbira tal-karta (tal-polpa taċ-ċelluloża) fi Fray Bentos biex tiġi prodotta l-polpa mbajda tal-ewkaliptu. Il-produzzjoni bdiet f'Novembru 2007, u l-ewwel vjeġġi tal-prodott saru f'Diċembru 2007 mill-port ta' Nueva Palmira. L-investment fil-proġett kien jammonta għal madwar biljun dollaru Amerikan. Diversi gruppi qajmu tħassib rigward l-effetti ta' din il-fabbrika u ta' fabbriki oħra tal-karta fuq ix-xmara Uruguay, li tnixxi bejn l-Urugwaj u l-Arġentina, kif ukoll jekk l-Arġentina ġietx innotifikata biżżejjed minn qabel rigward il-kostruzzjoni.
Fit-30 ta' April 2005, madwar 40,000 dimostrant minn Entre Ríos, l-Arġentina, flimkien ma' gruppi ambjentalisti miż-żewġ pajjiżi, għamlu dimostrazzjonijiet fil-pont li jikkollega ż-żewġ pajjiżi flimkien. Iktar 'il quddiem, bejn għaxra u ħmistax-il persuna mill-Arġentina imblukkaw it-triq fil-pont internazzjonali biex jagħmlu pressjoni fuq il-gvern tal-Urugwaj biex iwaqqaf il-produzzjoni fil-fabbrika, bl-għajta li kienet se tniġġes ferm ix-xmara Uruguay. Fl-20 ta' Diċembru 2005, studju tal- kkonkluda li l-fabbrika ma kienx se jkollha impatt negattiv fuq l-ambjent jew fuq it-turiżmu fiż-żewġ pajjiżi. Il-fabbrika tal-karta bdiet topera f'Novembru 2007.
Trasport
L-Ajruport ta' Villa Independencia jaqdi lil Fray Bentos, iżda ma għandux servizz tal-ajru kummerċjali.
Mużewijiet u kultura
Fi Fray Bentos hemm il-Mużew tar-Rivoluzzjoni Industrijali fi ħdan il-fabbrika tal-ipproċessar tal-laħam tal-Liebig Extract of Meat Company, fejn fl-imgħoddi kienu jaħdmu eluf ta' nies. Meta l-fabbrika ngħalqet, is-sit ġie kkonvertit f'mużew, bil-makkinarju oriġinali, u b'artefatti soċjali u kulturali tar-rivoluzzjoni teknoloġika fi Fray Bentos. Għall-wiri fil-mużew hemm ukoll il-makkinarju li kien jintuża fil-proċess tal-ipproċessar tal-laħam u tal-estratti tal-laħam, il-binjiet, magna tal-ippumpjar tal-ilma Merryweather tal-1893, impjant sħiħ tal-għeluq tal-prodotti f'bottijiet, impjant tat-tisjir tal-laħam, laboratorju, eċċ.
Barra minn hekk, hemm mużew iddedikat lill-artist , li twieled fil-belt.
Attrazzjoni kulturali oħra huwa t-Teatru ta' Miguel Young.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Pajsaġġ Industrijali ta' Fray Bentos ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Fray Bentos għandha t-tornew tal-futbol tagħha stess, magħruf bħala l-Liga Departamental de Fútbol de Río Negro, li ġie stabbilit fl-1912, li jinkludi 14-il tim. Fost l-iżjed notevoli hemm il-Fray Bentos Fútbol Club, il-Club Atlético Anglo u l-Laureles Fútbol Club.
Nies notevoli
- José Pedro Barrán (1934–2009), storiku;
- Carlos Demasi (twieled fit-22 ta' Awwissu 1949), storiku;
- Federico Elduayen (twieled fil-25 ta' Ġunju 1977), plejer tal-futbol;
- Carlos Fischer (1903–1969), politiku, membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Gvern 1955–1959;
- Walter Pelletti (twieled fil-31 ta' Mejju 1966), eks plejer tal-futbol;
- Gastón Ramírez (twieled fit-2 ta' Diċembru 1990), plejer tal-futbol;
- Luis Alberto Solari (twieled fis-17 ta' Ottubru 1918 – miet fit-13 ta' Ottubru 1993), pittur u inċiżur;
- Juan Manuel Tenuta (1924–2013), attur;
- Juan José Timón (twieled fit-18 ta' Novembru 1937 – miet fit-13 ta' Lulju 2001), ċiklist;
- Lucas Torreira, (twieled fil-11 ta' Frar 1996), plejer tal-futbol.
Ġemellaġġ
Fray Bentos hija ġemellata ma':
- , il-Paragwaj.
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Fray Bentos, X'inhi Fray Bentos? Xi tfisser Fray Bentos?
Fray Bentos pronunzja bl Ispanjol fɾaj ˈbentos hija l belt kapitali tad Dipartiment ta Rio Negro fil Lbiċ tal Urugwaj fil fruntiera mal Arġentina qrib il belt ta l Arġentina Il port ta Fray Bentos jinsab max xmara Uruguay u huwa wieħed mill izjed portijiet importanti tal pajjiz Il belt tospita l ewwel kampus tal Universita Teknoloġika biswit il kumpless industrijali rilevanti storikament ta Anglo li tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2015 Fray Bentos UrugwajAmministrazzjoniDepartment of UruguayDipartiment ta Rio NegroKodiċi postali 65000ĠeografijaKoordinati 33 08 S 58 18 W 33 13 S 58 3 W 33 13 58 3 Koordinati 33 08 S 58 18 W 33 13 S 58 3 W 33 13 58 3Fray BentosFray Bentos Uruguay Għoli 23 mDemografijaPopolazzjoni 24 406 abitanti 2011 Informazzjoni oħraFondazzjoni Is SibtambUTCIs Sibt Waħda mill ikbar fabbriki tal karta fid dinja tinsab qrib Fray Bentos u l Pont ta Libertador General San Martin din kienet fil mira tal ikbar dizgwid politiku bejn l Urugwaj u l Arġentina fis seklu 21 ĠeografijaIl belt tinsab qrib il fruntiera mal Arġentina u madwar 160 kilometru 99 mil fit Tramuntana ta Buenos Aires u 309 kilometri 192 mil fil Majjistral ta Montevideo il belt kapitali tal Urugwaj StorjaIl belt ġiet stabbilita bħala Villa Independencia permezz tad Digriet tas 16 ta April 1859 Saret il belt kapitali tad Dipartiment ta Rio Negro fis 7 ta Lulju 1860 permezz tal Att tal Liġi Nru 1 475 u l istatus tagħha ġie elevat għal Ciudad belt fis 16 ta Lulju 1900 permezz tal Att tal Liġi Nru 2 656 L isem attwali tagħha li jfisser Fra Benedittu oriġina minn isem patri solitarju Storikament l industrija prinċipali ta Fray Bentos kienet l ipproċessar tal laħam Impjant industrijali tal proprjeta ta Societe de Fray Bentos Giebert amp Cie magħrufa bħala l Liebig Extract of Meat Company LEMCO ġie stabbilit fil belt fl 1863 L impjant ingħalaq fl 1979 wara 117 il sena ta tħaddim F Marzu 2005 fis sit infetaħ muzew tal istorja lokali Fil madwar ta Fray Bentos seħħet il ħabta tat Titjira 2553 ta Austral li fiha mietu 74 ruħ 69 passiġġier u 5 membri tal ekwipaġġ fl 10 ta Ottubru 1997 Fil 5 ta Lulju 2015 il kwartier Barrio Anglo tal belt is sit tal impjant industrijali tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO bħala l Pajsaġġ Industrijali ta Fray Bentos PopolazzjoniFl 2011 Fray Bentos kellha popolazzjoni ta 24 406 persuni Sena Popolazzjoni 1908 7 359 1963 17 094 1975 19 407 1985 19 862 1996 21 959 2004 23 122 2011 24 406 Sors l Istitut Nazzjonali tal Istatistika tal Urugwaj EkonomijaImpjant tal ipproċessar tal laħam fi Fray Bentos Fl 1899 kumpanija magħrufa bħala Frigorifico Anglo del Uruguay spiss magħrufa sempliċement bħala Anglo li oriġinat minn Lemco bdiet tipproduċi l corned beef hemmhekk li kien jinbiegħ bħala Fray Bentos Corned Beef fir Renju Unit Ħamsin sena wara il kumpanija ddiversifikat u bdiet tipproduċi sopop pulpetti tal laħam u frott tal landa Matul is snin 90 tas seklu 20 l enfasi nxteħtet fuq it torti u l pudini u l kumpanija ttieħdet f idejn il Campbell Soup Company Fl 2006 Campbells UK ġiet akkwistata minn Premier Foods Id ditta Fray Bentos issa hija proprjeta ta Baxters fir Renju Unit li timmanifattura sensiela ta prodotti fl Iskozja Il Campbell Soup Company timmanifattura u tbigħ torti tal laħam u tal fwied tad ditta Fray Bentos fl Awstralja Fl 2008 il Grupp Marfrig b sjieda Braziljana ħabbar il ftuħ mill ġdid ta waħda mill fabbriki relatata mal fabbrika ta Liebig u l produzzjoni mill ġdid għall esportazzjoni tal prodotti tal laħam għalkemm b volum ferm izgħar minn dak tal fabbrika oriġinali Dizgwid politiku minħabba l fabbrika tal karta Botnia S A sussidjarja tal korporazzjoni Finlandiza Metsa Botnia bniet fabbrika kbira tal karta tal polpa taċ ċelluloza fi Fray Bentos biex tiġi prodotta l polpa mbajda tal ewkaliptu Il produzzjoni bdiet f Novembru 2007 u l ewwel vjeġġi tal prodott saru f Diċembru 2007 mill port ta Nueva Palmira L investment fil proġett kien jammonta għal madwar biljun dollaru Amerikan Diversi gruppi qajmu tħassib rigward l effetti ta din il fabbrika u ta fabbriki oħra tal karta fuq ix xmara Uruguay li tnixxi bejn l Urugwaj u l Arġentina kif ukoll jekk l Arġentina ġietx innotifikata bizzejjed minn qabel rigward il kostruzzjoni Fit 30 ta April 2005 madwar 40 000 dimostrant minn Entre Rios l Arġentina flimkien ma gruppi ambjentalisti miz zewġ pajjizi għamlu dimostrazzjonijiet fil pont li jikkollega z zewġ pajjizi flimkien Iktar il quddiem bejn għaxra u ħmistax il persuna mill Arġentina imblukkaw it triq fil pont internazzjonali biex jagħmlu pressjoni fuq il gvern tal Urugwaj biex iwaqqaf il produzzjoni fil fabbrika bl għajta li kienet se tniġġes ferm ix xmara Uruguay Fl 20 ta Diċembru 2005 studju tal kkonkluda li l fabbrika ma kienx se jkollha impatt negattiv fuq l ambjent jew fuq it turizmu fiz zewġ pajjizi Il fabbrika tal karta bdiet topera f Novembru 2007 TrasportL Ajruport ta Villa Independencia jaqdi lil Fray Bentos izda ma għandux servizz tal ajru kummerċjali Muzewijiet u kulturaFi Fray Bentos hemm il Muzew tar Rivoluzzjoni Industrijali fi ħdan il fabbrika tal ipproċessar tal laħam tal Liebig Extract of Meat Company fejn fl imgħoddi kienu jaħdmu eluf ta nies Meta l fabbrika ngħalqet is sit ġie kkonvertit f muzew bil makkinarju oriġinali u b artefatti soċjali u kulturali tar rivoluzzjoni teknoloġika fi Fray Bentos Għall wiri fil muzew hemm ukoll il makkinarju li kien jintuza fil proċess tal ipproċessar tal laħam u tal estratti tal laħam il binjiet magna tal ippumpjar tal ilma Merryweather tal 1893 impjant sħiħ tal għeluq tal prodotti f bottijiet impjant tat tisjir tal laħam laboratorju eċċ Barra minn hekk hemm muzew iddedikat lill artist li twieled fil belt Attrazzjoni kulturali oħra huwa t Teatru ta Miguel Young Sit ta Wirt DinjiIl Pajsaġġ Industrijali ta Fray Bentos ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2015 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem SportFray Bentos għandha t tornew tal futbol tagħha stess magħruf bħala l Liga Departamental de Futbol de Rio Negro li ġie stabbilit fl 1912 li jinkludi 14 il tim Fost l izjed notevoli hemm il Fray Bentos Futbol Club il Club Atletico Anglo u l Laureles Futbol Club Nies notevoliJose Pedro Barran 1934 2009 storiku Carlos Demasi twieled fit 22 ta Awwissu 1949 storiku Federico Elduayen twieled fil 25 ta Ġunju 1977 plejer tal futbol Carlos Fischer 1903 1969 politiku membru tal Kunsill Nazzjonali tal Gvern 1955 1959 Walter Pelletti twieled fil 31 ta Mejju 1966 eks plejer tal futbol Gaston Ramirez twieled fit 2 ta Diċembru 1990 plejer tal futbol Luis Alberto Solari twieled fis 17 ta Ottubru 1918 miet fit 13 ta Ottubru 1993 pittur u inċizur Juan Manuel Tenuta 1924 2013 attur Juan Jose Timon twieled fit 18 ta Novembru 1937 miet fit 13 ta Lulju 2001 ċiklist Lucas Torreira twieled fil 11 ta Frar 1996 plejer tal futbol ĠemellaġġFray Bentos hija ġemellata ma il Paragwaj Referenzi a b ċ d Fray Bentos Industrial Landscape UNESCO whc unesco org Miġbur 2025 02 13