Ghadamès Ghadames jew Ghadamis ɡəˈdæmɪs bil Berberu ʕadémis bl Għarbi غدامس bil Libjan vernakolari ɣdāməs bil Latin Cida
Ghadamès

Ghadamès, Ghadames jew Ghadamis (/ɡəˈdæmɪs/; bil-Berberu: ʕadémis; bl-Għarbi: غدامس, bil-Libjan vernakolari: ɣdāməs, bil-Latin: Cidamus, Cydamus, bit-Taljan: Gadames) huwa raħal Berberu b'oażi fid-Distrett ta' Nalut tar-reġjun tat-Tripolitanja fil-Majjistral tal-Libja.
Il-lingwa indiġena ta' Ghadames hija l-lingwa ta' Ghadamès, lingwa Berbera.
Ghadamès, magħruf bħala l-"perla tad-deżert", jinsab f'oażi. Huwa wieħed mill-eqdem irħula pre-Saħarjani u eżempju straordinarju ta' insedjament tradizzjonali. L-arkitettura domestika tiegħu hija kkaratterizzata minn diviżjoni vertikali tal-funzjonijiet: il-pjan terran jintuża għall-ħżin tal-provvisti; sular ieħor jintuża għall-familja, sqaqien imsaqqfa li joħolqu kważi network taħt l-art ta' passaġġi; u fuq nett, terrazzi fil-beraħ irriżervati għan-nisa.
Ġeografija
Ghadames tinsab madwar 462 kilometru (287 mil) fil-Lbiċ ta' Tripli, qrib il-fruntieri mal-Alġerija u mat-Tuneżija. Ghadames tinsab fil-fruntieri mal-Provinċja ta' Illizi, l-Alġerija u mal-Governorat ta' Tataouine, it-Tuneżija.
L-oażi għandha popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ, l-iktar Berberi. Il-parti l-antika tar-raħal, imdawra b'ħajt, tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Kull wieħed mis-seba' klans li kienu jgħixu fiċ-ċentru storiku tar-raħal kellu d-distrett tiegħu stess, u f'kull wieħed minnhom kien hemm pjazza pubblika fejn kienu jsiru l-festi.
Klima
Ghadames għandu klima sħuna tad-deżert skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen (BWh) bi sjuf sħan b'temperatura għolja medja ta' madwar 41 °C (105.8 °F) f'Lulju, l-iktar xahar sħun tas-sena, kif ukoll xtiewi kesħin (b'varjazzjoni għolja binhar). Ir-raħal ma tantx ikollu preċipitazzjoni matul is-sena, bi preċipitazzjoni annwali medja ta' 73.1 mm (1.30 pulzier) biss.
Data klimatika għal Ghadames (1961-1990, temp. estremi fl-1913-1993) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 32.0 (89.6) | 35.0 (95.0) | 41.3 (106.3) | 48.0 (118.4) | 52.0 (125.6) | 55.2 (131.4) | 53.4 (128.1) | 52.4 (126.3) | 50.0 (122.0) | 48.0 (118.4) | 39.0 (102.2) | 30.4 (86.7) | 55.2 (131.4) |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 17.6 (63.7) | 20.7 (69.3) | 24.4 (75.9) | 29.7 (85.5) | 34.6 (94.3) | 39.8 (103.6) | 40.3 (104.5) | 39.8 (103.6) | 36.4 (97.5) | 30.0 (86.0) | 23.8 (74.8) | 18.2 (64.8) | 29.6 (85.3) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 8.4 (47.1) | 9.2 (48.6) | 12.2 (54.0) | 16.8 (62.2) | 23.6 (74.5) | 27.9 (82.2) | 28.7 (83.7) | 29.0 (84.2) | 25.6 (78.1) | 19.2 (66.6) | 14.0 (57.2) | 9.9 (49.8) | 18.7 (65.7) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 3.6 (38.5) | 5.7 (42.3) | 9.0 (48.2) | 13.8 (56.8) | 17.8 (64.0) | 22.3 (72.1) | 22.4 (72.3) | 22.5 (72.5) | 20.1 (68.2) | 15.0 (59.0) | 9.0 (48.2) | 4.4 (39.9) | 13.8 (56.8) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −6.9 (19.6) | −8.0 (17.6) | −2.6 (27.3) | 0.0 (32.0) | 6.0 (42.8) | 7.8 (46.0) | 10.8 (51.4) | 13.0 (55.4) | 10.0 (50.0) | 1.4 (34.5) | −4.0 (24.8) | −6.0 (21.2) | −8.0 (17.6) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 5.0 (0.20) | 4.6 (0.18) | 6.8 (0.27) | 3.6 (0.14) | 2.3 (0.09) | 0.1 (0.00) | 0.0 (0.0) | 0.3 (0.01) | 0.8 (0.03) | 4.0 (0.16) | 2.1 (0.08) | 3.4 (0.13) | 33 (1.29) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) | 1.1 | 1.2 | 1.5 | 0.9 | 0.4 | 0.2 | 0.1 | 0.1 | 0.2 | 1.0 | 0.8 | 1.2 | 8.7 |
Umdità relattiva medja (%) | 52 | 41 | 36 | 28 | 26 | 22 | 22 | 23 | 29 | 35 | 47 | 53 | 34 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 248.0 | 240.1 | 257.3 | 273.0 | 313.1 | 309.0 | 372.0 | 353.4 | 273.0 | 263.5 | 246.0 | 232.5 | 3,380.9 |
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum | 8.0 | 8.5 | 8.3 | 9.1 | 10.1 | 10.3 | 12.0 | 11.4 | 9.1 | 8.5 | 8.2 | 7.5 | 9.3 |
Sors 1: WMO | |||||||||||||
Sors 2: Deutscher Wetterdienst (estremi u umdità), Arab Meteorology Book (xemx biss). |
Storja
Eri tal-qedem
Ġie ssuġġerit, abbażi ta' evidenza arkeoloġika, li din iż-żona ilha insedjata mir-raba' millenju Q.K., u r-raħal huwa wieħed mill-eqdem insedjamenti pre-Saħarjani. Il-pożizzjoni tiegħu qrib sors tal-ilma f'nofs id-deżert kienet importanti għall-insedjaturi kollha fl-inħawi.
L-ewwel rekords bil-miktub dwar Ghadames imorru lura għal żmien ir-Rumani meta l-insedjament kien magħruf bħala Cydamus, li minnu oriġina l-isem modern ta' Ghadames. Fis-seklu 1 Q.K., il-prokonslu Ruman invada lil Cydamus matul ir-renju tal-imperatur . Gwarniġjon Ruman permanenti ġie stabbilit matul ir-renju tal-imperatur , u l-imperatur stess jaf żar l-insedjament għall-ħabta tal-202 W.K. Madankollu, ir-Rumani rtiraw mill-inħawi ftit deċennji wara matul il-kriżi tas-seklu 3.
Matul is-seklu 6, kien hemm isqof li mar jgħix fl-oażi, wara li l-popolazzjoni ġiet ikkonvertita għall-Kristjaneżmu mill-missjunarji Biżantini. Ir-raħal sar fortizza tal-ereżija Donatista sal-konkwista mill-Għarab Musulmani.
Fl-aħħar tas-seklu 7, Ghadames kien immexxi mill-Għarab Musulmani. F'dan iż-żmien il-popolazzjoni malajr ikkonvertiet għall-Iżlam u Ghadames kellu rwol importanti bħala bażi għall-kummerċ Trans-Saħarjan sas-seklu 19.
Etimoloġija
L-etimoloġija ta' isem ir-raħal Ghadames hija marbuta mill-qrib ħafna mal-istorja tiegħu. Huwa maħsub li l-isem Ghadames oriġinarjament kien marbut mal-isem tat-tribù Berbera antika ta' Tidamensi, tribù minn Fezzan. Huwa maħsub ukoll li l-isem Tidamensi ġie mibdul mir-Rumani invażuri għall-isem Cydamus, li mbagħad witta t-triq għall-isem Ghadames.
Mis-seklu 20 sal-preżent
F'Ottubru 1911, ftit wara li faqqgħet il-Gwerra bejn l-Italja u t-Turkija, Ghadames ġie okkupat mis-suldati Taljani li kienu qed jimmarċjaw minn Tripli. Madankollu, iż-żamma tal-Italja fuq ir-raħal ġiet interrotta diversi drabi sa Ġunju 1915, meta rewwixta ġenerali fil-Libja kollha wasslet biex il-gwarniġjon Taljan jirtira minn Ghadames lejn il-fortizza ta' Tripli. Il-kontroll effettiv fuq ir-raħal reġa' nkiseb f'Diċembru 1918, iżda r-ribelljoni f'Fezzan żammet lil Ghadames fi stat ta' emerġenza sal-1923.
Fl-1943, il-Forzi Ħielsa Franċiżi okkupaw lil Ghadames u l-inħawi tal-madwar fil-parti tan-Nofsinhar tal-eks kolonja Taljana tal-Libja, u ffurmaw it-Territorju Militari ta' Fezzan-Ghadames sal-indipendenza Libjana fl-1951. Ghadames sar il-belt kapitali tat-territorju matul dan iż-żmien.
Fis-snin 70 tas-seklu 20, il-gvern bena djar ġodda 'l barra miċ-ċentru storiku tar-raħal. Madankollu, bosta abitanti rritornaw fiċ-ċentru storiku tar-raħal matul is-sajf, peress li l-arkitettura tiegħu tipprovdi protezzjoni aħjar mis-sħana.
Fl-istess żmien, ir-reġista għażel lil Ghadames biex jiġbed ix-xeni fuq ġewwa tal-belt ta' Medina f'The Message, dramm epiku Iżlamiku.
Matul il-Gwerra Ċivili Libjana, il-forzi tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali daħlu fir-raħal fit-30 ta' Awwissu 2011, wara assedju mill-istess forzi li kien ilu għaddej mill-bidu tal-kunflitt. Sal-2011, ir-raħal kien taħt il-kontroll tat-truppi indipendenti. Wara li r-raħal inħataf mill-Armata Nazzjonali Libjana, il-komunità Tuareg kollha ġiet obbligata taħrab, f'att ta' tindif etniku.
Sit ta' Wirt Dinji
Ir-Raħal Antik ta' Ghadames ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986. Iċ-ċentru storiku tar-raħal tbattal mill-abitanti tiegħu matul is-snin 90 tas-seklu 20, u b'hekk il-binjiet antiki ssograw li jikkrollaw minħabba nuqqas ta' manutenzjoni. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu fl-2016 flimkien ma' erba' siti oħra fil-Libja, minħabba l-ħsara kkawżata mill-Gwerra Ċivili Libjana fil-pajjiż u t-theddida li ssir iktar ħsara lis-siti kulturali.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Gallerija
- Abitazzjoni żgħira minn ġewwa.
- Veduta mill-bjut taċ-ċentru storiku tar-raħal.
- Pixxina tal-Ilma ta' Fawwara fiċ-ċentru storiku tar-raħal.
- Id-daħla taċ-ċentru storiku tar-raħal.
- Is-siġar tal-frott fiċ-ċentru storiku tar-raħal.
Referenzi
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Ghadamès". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-31.
- ^ WMO. "World Weather Information Service". World Weather Information Service (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-31.
- ^ "Klimatafel" (PDF).
- ^ "Sunshine" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-03-04. Miġbur 2023-10-31.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ghadamès, X'inhi Ghadamès? Xi tfisser Ghadamès?
Ghadames Ghadames jew Ghadamis ɡeˈdaemɪs bil Berberu ʕademis bl Għarbi غدامس bil Libjan vernakolari ɣdames bil Latin Cidamus Cydamus bit Taljan Gadames huwa raħal Berberu b oazi fid Distrett ta Nalut tar reġjun tat Tripolitanja fil Majjistral tal Libja Iċ ċentru storiku tar raħal bis siġar tal palm Il lingwa indiġena ta Ghadames hija l lingwa ta Ghadames lingwa Berbera Ghadames magħruf bħala l perla tad dezert jinsab f oazi Huwa wieħed mill eqdem irħula pre Saħarjani u ezempju straordinarju ta insedjament tradizzjonali L arkitettura domestika tiegħu hija kkaratterizzata minn divizjoni vertikali tal funzjonijiet il pjan terran jintuza għall ħzin tal provvisti sular ieħor jintuza għall familja sqaqien imsaqqfa li joħolqu kwazi network taħt l art ta passaġġi u fuq nett terrazzi fil beraħ irrizervati għan nisa ĠeografijaGhadames tinsab madwar 462 kilometru 287 mil fil Lbiċ ta Tripli qrib il fruntieri mal Alġerija u mat Tunezija Ghadames tinsab fil fruntieri mal Provinċja ta Illizi l Alġerija u mal Governorat ta Tataouine it Tunezija L oazi għandha popolazzjoni ta madwar 10 000 ruħ l iktar Berberi Il parti l antika tar raħal imdawra b ħajt tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Kull wieħed mis seba klans li kienu jgħixu fiċ ċentru storiku tar raħal kellu d distrett tiegħu stess u f kull wieħed minnhom kien hemm pjazza pubblika fejn kienu jsiru l festi KlimaGhadames għandu klima sħuna tad dezert skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen BWh bi sjuf sħan b temperatura għolja medja ta madwar 41 C 105 8 F f Lulju l iktar xahar sħun tas sena kif ukoll xtiewi kesħin b varjazzjoni għolja binhar Ir raħal ma tantx ikollu preċipitazzjoni matul is sena bi preċipitazzjoni annwali medja ta 73 1 mm 1 30 pulzier biss Data klimatika għal Ghadames 1961 1990 temp estremi fl 1913 1993 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 32 0 89 6 35 0 95 0 41 3 106 3 48 0 118 4 52 0 125 6 55 2 131 4 53 4 128 1 52 4 126 3 50 0 122 0 48 0 118 4 39 0 102 2 30 4 86 7 55 2 131 4 Temp għolja rekord f C F 17 6 63 7 20 7 69 3 24 4 75 9 29 7 85 5 34 6 94 3 39 8 103 6 40 3 104 5 39 8 103 6 36 4 97 5 30 0 86 0 23 8 74 8 18 2 64 8 29 6 85 3 Temp medja ta kuljum f C F 8 4 47 1 9 2 48 6 12 2 54 0 16 8 62 2 23 6 74 5 27 9 82 2 28 7 83 7 29 0 84 2 25 6 78 1 19 2 66 6 14 0 57 2 9 9 49 8 18 7 65 7 Temp baxxa medja f C F 3 6 38 5 5 7 42 3 9 0 48 2 13 8 56 8 17 8 64 0 22 3 72 1 22 4 72 3 22 5 72 5 20 1 68 2 15 0 59 0 9 0 48 2 4 4 39 9 13 8 56 8 Temp baxxa medja f C F 6 9 19 6 8 0 17 6 2 6 27 3 0 0 32 0 6 0 42 8 7 8 46 0 10 8 51 4 13 0 55 4 10 0 50 0 1 4 34 5 4 0 24 8 6 0 21 2 8 0 17 6 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 5 0 0 20 4 6 0 18 6 8 0 27 3 6 0 14 2 3 0 09 0 1 0 00 0 0 0 0 0 3 0 01 0 8 0 03 4 0 0 16 2 1 0 08 3 4 0 13 33 1 29 Medja ta jiem bil preċipitazzjoni 0 1 mm 1 1 1 2 1 5 0 9 0 4 0 2 0 1 0 1 0 2 1 0 0 8 1 2 8 7 Umdita relattiva medja 52 41 36 28 26 22 22 23 29 35 47 53 34 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 248 0 240 1 257 3 273 0 313 1 309 0 372 0 353 4 273 0 263 5 246 0 232 5 3 380 9 Medja ta sigħat ta xemx kuljum 8 0 8 5 8 3 9 1 10 1 10 3 12 0 11 4 9 1 8 5 8 2 7 5 9 3 Sors 1 WMO Sors 2 Deutscher Wetterdienst estremi u umdita Arab Meteorology Book xemx biss StorjaId djar ta Ghadames huma magħmula bit tajn bil ġebla tal ġir u biz zkuk tas siġar tal palm bi sqaqien imsaqqfa bejniethom biex jipprovdu d dell u l kenn mis sħana tas sajf Eri tal qedem Ġie ssuġġerit abbazi ta evidenza arkeoloġika li din iz zona ilha insedjata mir raba millenju Q K u r raħal huwa wieħed mill eqdem insedjamenti pre Saħarjani Il pozizzjoni tiegħu qrib sors tal ilma f nofs id dezert kienet importanti għall insedjaturi kollha fl inħawi L ewwel rekords bil miktub dwar Ghadames imorru lura għal zmien ir Rumani meta l insedjament kien magħruf bħala Cydamus li minnu oriġina l isem modern ta Ghadames Fis seklu 1 Q K il prokonslu Ruman invada lil Cydamus matul ir renju tal imperatur Gwarniġjon Ruman permanenti ġie stabbilit matul ir renju tal imperatur u l imperatur stess jaf zar l insedjament għall ħabta tal 202 W K Madankollu ir Rumani rtiraw mill inħawi ftit deċennji wara matul il krizi tas seklu 3 Matul is seklu 6 kien hemm isqof li mar jgħix fl oazi wara li l popolazzjoni ġiet ikkonvertita għall Kristjanezmu mill missjunarji Bizantini Ir raħal sar fortizza tal erezija Donatista sal konkwista mill Għarab Musulmani Fl aħħar tas seklu 7 Ghadames kien immexxi mill Għarab Musulmani F dan iz zmien il popolazzjoni malajr ikkonvertiet għall Izlam u Ghadames kellu rwol importanti bħala bazi għall kummerċ Trans Saħarjan sas seklu 19 Etimoloġija L etimoloġija ta isem ir raħal Ghadames hija marbuta mill qrib ħafna mal istorja tiegħu Huwa maħsub li l isem Ghadames oriġinarjament kien marbut mal isem tat tribu Berbera antika ta Tidamensi tribu minn Fezzan Huwa maħsub ukoll li l isem Tidamensi ġie mibdul mir Rumani invazuri għall isem Cydamus li mbagħad witta t triq għall isem Ghadames Mis seklu 20 sal prezent F Ottubru 1911 ftit wara li faqqgħet il Gwerra bejn l Italja u t Turkija Ghadames ġie okkupat mis suldati Taljani li kienu qed jimmarċjaw minn Tripli Madankollu iz zamma tal Italja fuq ir raħal ġiet interrotta diversi drabi sa Ġunju 1915 meta rewwixta ġenerali fil Libja kollha wasslet biex il gwarniġjon Taljan jirtira minn Ghadames lejn il fortizza ta Tripli Il kontroll effettiv fuq ir raħal reġa nkiseb f Diċembru 1918 izda r ribelljoni f Fezzan zammet lil Ghadames fi stat ta emerġenza sal 1923 Fl 1943 il Forzi Ħielsa Franċizi okkupaw lil Ghadames u l inħawi tal madwar fil parti tan Nofsinhar tal eks kolonja Taljana tal Libja u ffurmaw it Territorju Militari ta Fezzan Ghadames sal indipendenza Libjana fl 1951 Ghadames sar il belt kapitali tat territorju matul dan iz zmien Fis snin 70 tas seklu 20 il gvern bena djar ġodda l barra miċ ċentru storiku tar raħal Madankollu bosta abitanti rritornaw fiċ ċentru storiku tar raħal matul is sajf peress li l arkitettura tiegħu tipprovdi protezzjoni aħjar mis sħana Fl istess zmien ir reġista għazel lil Ghadames biex jiġbed ix xeni fuq ġewwa tal belt ta Medina f The Message dramm epiku Izlamiku Matul il Gwerra Ċivili Libjana il forzi tal Kunsill Tranzizzjonali Nazzjonali daħlu fir raħal fit 30 ta Awwissu 2011 wara assedju mill istess forzi li kien ilu għaddej mill bidu tal kunflitt Sal 2011 ir raħal kien taħt il kontroll tat truppi indipendenti Wara li r raħal inħataf mill Armata Nazzjonali Libjana il komunita Tuareg kollha ġiet obbligata taħrab f att ta tindif etniku Sit ta Wirt DinjiVeduta panoramika ta Ghadames Ir Raħal Antik ta Ghadames ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1986 Iċ ċentru storiku tar raħal tbattal mill abitanti tiegħu matul is snin 90 tas seklu 20 u b hekk il binjiet antiki ssograw li jikkrollaw minħabba nuqqas ta manutenzjoni Is sit tnizzel fil lista tas siti fil periklu fl 2016 flimkien ma erba siti oħra fil Libja minħabba l ħsara kkawzata mill Gwerra Ċivili Libjana fil pajjiz u t theddida li ssir iktar ħsara lis siti kulturali Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta kriterju wieħed tal għazla tal UNESCO il kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli GallerijaAbitazzjoni zgħira minn ġewwa Veduta mill bjut taċ ċentru storiku tar raħal Pixxina tal Ilma ta Fawwara fiċ ċentru storiku tar raħal Id daħla taċ ċentru storiku tar raħal Is siġar tal frott fiċ ċentru storiku tar raħal Referenzi a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Old Town of Ghadames UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 31 WMO World Weather Information Service World Weather Information Service bl Ingliz Miġbur 2023 10 31 Klimatafel PDF Sunshine PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2016 03 04 Miġbur 2023 10 31