Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L opossum ta denbu sufi magħruf xjentifikament bħala Glironia venusta huwa mammiferu marsupjal tal familja Didelphidae f

Glironia

  • Paġna Ewlenija
  • Glironia
Glironia
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-opossum ta' denbu sufi, magħruf xjentifikament bħala Glironia venusta, huwa mammiferu marsupjal , tal-familja Didelphidae, fl-ordni Didelphimorphia nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Opossum ta' denbu sufi
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  ()
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruGlironia
speċi Glironia venusta
,
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Ħabitat Ekwador

Dan huwa speċi ta' opossum b'morfoloġija addatata għal ħajja fis-siġar u dejjem insab jgħix f'abitat ta' foresti tax-xita (jew pluvjali) f'elevazzjonijiet ta' bejn 300 u 1000 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.

Deskrizzjoni

L-Opossum ta' denbu sufi għandu l-pil kannella fl-oranġo, b'żewġ linji suwed fuq rasu madwar l-għajnejn għal fuq l-imnieħer li jiffurmaw maskra u linja oħra griża tifred lil dawn it-tnejn minn fuq l-imnieħer sal-widnejn bla pil lewn kannella skur fl-iswed. Glironia venusta adult jikber bejn 16 u 20.5 ċentimetri eskluż id-denb li jkun ġeneralment itwal mil-ġisem b'tul ta' bejn 19.5 u 20.5 ċentimetri. Uniku fost l-opossumi dan il-marsupjal għandu denb sufi u peluż ħafna kważi mat-tul kollu tiegħu, kemm man-naħa ta' fuq kif ukoll mal-ġnub u dan il-fattizz partikolari jintuża fl-isem komuni ta' din l-ispeċi.

Dan l-opossum huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, nettari, insetti, bajd u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.

Distribuzzjoni

Minn dan l-opossum rari inqabdu disa' eżemplari biss u l-aħħar wieħed kien maqbud fl-1989 (Tarifa u Anderson, 1997). Dan għandu distribuzzjoni ristretta u l-eżemplari kollha inqabdu fil-foresta tax-xita (jew pluvjali) tal- fil-Bolivja, il-Brażil, l-Ekwador u l-Peru.

Riproduzzjoni

Ftit li xejn hemm informazzjoni dwar ir-riproduzzjoni ta' Glironia venusta, ħlief li l-organi riproduttivi huma simili tal-opossumi tal-ġeneru . Il-mara għandha 4 mammae (sidra jew żejżiet) u dan juri li l-botna huma anqas numerużi minn dawk tal-biċċa l-kbira tal-possumi tas-sottofamilja Didelphinae. L-Opossum ta' denbu sufi mhuwiex mgħammar b'marsupju u dan jindika li l-frieħ sakemm jiżviluppaw dawn jinżammu imqabdin mal-pil fuq in-naħa taż-żaqq tal-omm.

Klassifikazzjoni

Dan il-ġeneru huwa monotipiku (jiġifieri huwa rappreżentat bi speċi waħda biss) u l-klassifikazzjoni tiegħu mhijiex mija fil-mija. Meta jkun ikklassifikat fil-familja Didelphidae, f'uħud mil-klassifikazzjonijiet ikun għalih waħdu fis-sottofamilja Glironiinae:

  • Ordni Didelphimorphia
    • Superfamilja Didelphoidea
      • Familja Didelphidae
        • Sottofamilja Glironiinae
          • Ġeneru Glironia
            • Opossum ta' denbu sufi, Glironia venusta

Fi klassifikazzjonijiet oħrajn ikun parti mis-sottofamilja Caluromyinae flimkien mal-opossumi sufin:

  • Ordni Didelphimorphia
    • Superfamilja Didelphoidea
      • Familja Didelphidae
        • Sottofamilja Caluromyinae
          • Ġeneru Glironia
            • Opossum ta' denbu sufi, Glironia venusta

Fi skemi oħrajn kemm-il darba jiġi kklassifikat fil-familja (is-sottofamilja Caluromyinae elevata f'livell ta' familja):

  • Ordni Didelphimorphia
    • Superfamilja Didelphoidea
      • Familja
        • Ġeneru Glironia
          • Opossum ta' denbu sufi, Glironia venusta

Fil-familja (is-sottofamilja Glironiinae elevata f'livell ta' familja) jinsab għalih waħdu:

  • Ordni Didelphimorphia
    • Superfamilja Didelphoidea
      • Familja
        • Ġeneru Glironia
          • Opossum ta' denbu sufi, Glironia venusta

Referenzi

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
  • Eisenberg, John F.; Kent H. Redford (2000). Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil.

Ħoloq esterni

  • Glironia venusta fuq il- 2006
  • Id-Databażi Palebijoloġika
  • Glironia venusta fuq is-sit tal-Mużew taż-Żooloġija tal-Università ta' Michigan

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 04 Lul, 2025 / 02:43

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Glironia, X'inhi Glironia? Xi tfisser Glironia?

L opossum ta denbu sufi magħruf xjentifikament bħala Glironia venusta huwa mammiferu marsupjal tal familja Didelphidae fl ordni Didelphimorphia nattiv tal kontinent tal Amerika t Isfel Opossum ta denbu sufiStat ta konservazzjoniRiskju minimu Klassifikazzjoni xjentifikaPhylumChordataKlassiMammaliaOrdniDidelphimorphiaFamiljaDidelphidaeĠeneruGlironia speċiGlironia venusta Distribuzzjoni ġeografikaInformazzjoni ġeneraliĦabitat Ekwador Dan huwa speċi ta opossum b morfoloġija addatata għal ħajja fis siġar u dejjem insab jgħix f abitat ta foresti tax xita jew pluvjali f elevazzjonijiet ta bejn 300 u 1000 metru l fuq mil livell tal baħar DeskrizzjoniL Opossum ta denbu sufi għandu l pil kannella fl oranġo b zewġ linji suwed fuq rasu madwar l għajnejn għal fuq l imnieħer li jiffurmaw maskra u linja oħra griza tifred lil dawn it tnejn minn fuq l imnieħer sal widnejn bla pil lewn kannella skur fl iswed Glironia venusta adult jikber bejn 16 u 20 5 ċentimetri eskluz id denb li jkun ġeneralment itwal mil ġisem b tul ta bejn 19 5 u 20 5 ċentimetri Uniku fost l opossumi dan il marsupjal għandu denb sufi u peluz ħafna kwazi mat tul kollu tiegħu kemm man naħa ta fuq kif ukoll mal ġnub u dan il fattizz partikolari jintuza fl isem komuni ta din l ispeċi Dan l opossum huwa annimal omnivoru u d dieta prinċipali tikkonsisti minn frott nettari insetti bajd u annimali vertebrati u invertebrati zgħar oħrajn Distribuzzjoni Minn dan l opossum rari inqabdu disa ezemplari biss u l aħħar wieħed kien maqbud fl 1989 Tarifa u Anderson 1997 Dan għandu distribuzzjoni ristretta u l ezemplari kollha inqabdu fil foresta tax xita jew pluvjali tal fil Bolivja il Brazil l Ekwador u l Peru Riproduzzjoni Ftit li xejn hemm informazzjoni dwar ir riproduzzjoni ta Glironia venusta ħlief li l organi riproduttivi huma simili tal opossumi tal ġeneru Il mara għandha 4 mammae sidra jew zejziet u dan juri li l botna huma anqas numeruzi minn dawk tal biċċa l kbira tal possumi tas sottofamilja Didelphinae L Opossum ta denbu sufi mhuwiex mgħammar b marsupju u dan jindika li l frieħ sakemm jizviluppaw dawn jinzammu imqabdin mal pil fuq in naħa taz zaqq tal omm KlassifikazzjoniDan il ġeneru huwa monotipiku jiġifieri huwa rapprezentat bi speċi waħda biss u l klassifikazzjoni tiegħu mhijiex mija fil mija Meta jkun ikklassifikat fil familja Didelphidae f uħud mil klassifikazzjonijiet ikun għalih waħdu fis sottofamilja Glironiinae Ordni Didelphimorphia Superfamilja Didelphoidea Familja Didelphidae Sottofamilja Glironiinae Ġeneru Glironia Opossum ta denbu sufi Glironia venusta Fi klassifikazzjonijiet oħrajn ikun parti mis sottofamilja Caluromyinae flimkien mal opossumi sufin Ordni Didelphimorphia Superfamilja Didelphoidea Familja Didelphidae Sottofamilja Caluromyinae Ġeneru Glironia Opossum ta denbu sufi Glironia venusta Fi skemi oħrajn kemm il darba jiġi kklassifikat fil familja is sottofamilja Caluromyinae elevata f livell ta familja Ordni Didelphimorphia Superfamilja Didelphoidea Familja Ġeneru Glironia Opossum ta denbu sufi Glironia venusta Fil familja is sottofamilja Glironiinae elevata f livell ta familja jinsab għalih waħdu Ordni Didelphimorphia Superfamilja Didelphoidea Familja Ġeneru Glironia Opossum ta denbu sufi Glironia venustaReferenziWilson D E Reeder D M Mammal Species of the World 3rd edition Johns Hopkins University Press ISBN 0 8018 8221 4 Eisenberg John F Kent H Redford 2000 Mammals of Neotropics Ecuador Bolivia and Brazil Ħoloq esterniGlironia venusta fuq il 2006 Id Databazi Palebijoloġika Glironia venusta fuq is sit tal Muzew taz Zooloġija tal Universita ta Michigan

L-aħħar artikli
  • Ġunju 17, 2025

    Repubblika Popolari taċ-Ċina

  • Ġunju 22, 2025

    Repubblika Popolari Ċiniża

  • Lulju 01, 2025

    Repubblika Irlandiża

  • Ġunju 14, 2025

    Repubblika Federali tal-Jugożlavja

  • Ġunju 08, 2025

    Repubblika Dominikana

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq