Palenque pronunzja bl Ispanjol pa leŋke bil Maja tal Bàakʼ ɓaːkʼ magħrufa fl antik ukoll bil lingwa Itza bħala Lakamhaʼ
Palenque

Palenque (pronunzja bl-Ispanjol: [pa'leŋke]; bil-Maja tal-: Bàakʼ [ɓaːkʼ]), magħrufa fl-antik ukoll bil-lingwa Itza bħala Lakamhaʼ (li tfisser litteralment "Ilma Kbir jew Ilmijiet Kbar"), kienet belt-stat tal-Maja fin-Nofsinhar tal-Messiku li spiċċat fix-xejn fis-seklu 8. Il-fdalijiet ta' Palenque jmorru lura għall-226 Q.K. sal-ħabta tas-799 W.K. Wara d-deklin tagħha, il-belt inħakmet mill-ġungla ta' siġar taċ-ċedru, tal-kawba u tas-sapodilla, iżda mbagħad ġiet skavata u rrestawrata. Tinsab qrib ix-xmara fl-istat Messikan ta' , madwar 130 kilometru (81 mil) fin-Nofsinhar ta' , 150 metru (490 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Ikollha medja ta' xi 2,160 millimetru (85 pulzier) ta' xita fis-sena u temperatura umduża ta' 26 °C (79 °F).
Palenque huwa sit b'daqs medju, iżgħar minn Tikal, Chichén Itzá jew , iżda fih fost l-ifjen arkitettura, skultura, soqfa u bassoriljievi mnaqqxa li qatt ipproduċew il-Maja. Ħafna mill-istorja ta' Palenque ġiet rikostruwita mill-qari tal-kitbiet ġeroglifiċi tal-Maja fuq il-bosta monumenti; issa l-istoriċi għandhom sekwenza twila tad-dinastija mexxejja ta' Palenque fis-seklu 5 u għarfien estensiv tar-rivalità tal-belt-stat ma' stati oħra bħal Calakmul u . L-iżjed mexxej famuż ta' Palenque kien K'inich Janaab Pakal jew Pacal il-Kbir. Il-qabar tiegħu nstab u ġie skavat fit-Tempju tal-Kitbiet Imnaqqxa. Sal-2005, iż-żona skoperta kienet tkopri sa 2.5 km2 (mil kwadru), iżda huwa stmat li inqas minn 10 % tal-erja totali tal-belt ġiet esplorata, u għad fadal iktar minn elf struttura li għadhom maħkuma u mgħottija mill-ġungla. Palenque laqgħet 920,470 viżitatur fl-2017.
Storja
Karattri mitoloġiċi b'diversi glifiċi emblematiċi fit-titli tagħhom jissuġġerixxu storja bikrija kumplessa. Pereżempju, Kʼukʼ Bahlam I, li suppost kien il-fundatur tad-dinastija ta' Palenque, jissejjaħ Toktan Ajaw fit-test tat-Tempju tas-Salib tal-Weraq.
L-istrutturi famużi li nafu bihom illum il-ġurnata x'aktarx jirrappreżentaw sforz ta' rikostruzzjoni wara l-attakki mill-belt ta' Calakmul u mill-istati alleati tagħha fil-599 u fis-611. Wieħed mill-figuri prinċipali responsabbli għar-rikostruzzjoni ta' Palenque u għal "rinaxximent" tal-arti u tal-arkitettura tal-belt huwa wkoll wieħed mill-iktar Ajaw tal-Maja li hu magħruf, Kʼinich Janaabʼ Pakal (jew Pacal il-Kbir), li mexxa mis-615 sas-683. Huwa magħruf permezz tal-monument funebri tiegħu mlaqqam it-Tempju tal-Kitbiet Imnaqqxa, minħabba test twil ippreservat li nstab fit-tempju. Fiż-żmien meta skava l-qabar ta' Pakal, dan kien l-iktar qabar rikk u ppreservat tajjeb mill-oqbra skavati xjentifikament u magħrufa dak iż-żmien tal-Amerki tal-qedem. Baqa' magħruf b'dan il-mod sal-iskoperta tal-oqbra rikki tal-Moche f', il-Perù, u l-iskoperti reċenti f'Copan, il-Ħonduras, u f'Calakmul, il-Messiku. Apparti l-attenzjoni li attira l-qabar ta' K'inich Janaab' Pakal lejn Palenque, il-belt hija storikament sinifikanti minħabba l-kitbiet ġeroglifiċi estensivi tal-Maja mwettqa matul ir-renji ta' Janaab' Pakal, ta' ibnu Kʼinich Kan Bahlam II, u tan-neputi tiegħu K'inich Akal Mo' Naab', u minħabba li huwa sit fejn u iktar 'il quddiem u fasslu l-ewwel lista dinastika ta' belt tal-Maja. Ix-xogħol ta' kif ukoll dak ta' Berlin, Schele, Mathews, u oħrajn, ta bidu għall-investigazzjonijiet storiċi intensivi li kkaratterizzaw ħafna mill-istudju dwar il-Maja tal-qedem mis-snin 60 tas-seklu 20 sa llum il-ġurnata. L-ikonografija estensiva u l-ġabra ta' testi ppermettew ukoll li jsir l-istudju tal-mitoloġija u tal-prattiki ritwali tal-perjodu Klassiku tal-Maja.
Mexxejja
Din li ġejja hija lista tal-mexxejja tal-Maja possibbli u magħrufa ta' Palenque, bid-dati tar-renji tagħhom.
Mexxejja mitoloġiċi u leġġendarji:
- ?-Muwaan Mat; għall-ħabta tal-2325 Q.K.
- Uk'ix Chan; għall-ħabta tad-987 Q.K.
- Casper; għall-ħabta tal-252 Q.K.
Dinastija ta' Palenque:
- K'uk' Bahlam I; 431 sal-ħabta tal-435 W.K.
- "Casper"; 435 sal-ħabta tal-487 W.K
- B'utz Aj Sak Chiik; 487 sal-ħabta tal-501 W.K.
- Ahkal Mo' Nahb I; 501–524 W.K.
- K'an Joy Chitam I; 529–565 W.K.
- Ahkal Mo' Nahb II; 565–570 W.K.
- Kan Bahlam I; 572–583 W.K.
- Yohl Ik'nal; 583–604 W.K. (mara)
- Ajen Yohl Mat; 605–612 W.K.
- Janahb Pakal; għall-ħabta tas-612 W.K. (kariga mhux ċerta)
- Sak K'uk'; 612–615 W.K. (mara)
- K'inich Janaab Pakal I; 615–683 W.K.
- K'inich Kan Bahlam II; 684–702 W.K.
- K'inich K'an Joy Chitam II; 702–711 W.K.
- K'inich Ahkal Mo' Nahb III; 721 sal-ħabta tas-736 W.K.
- K'inich Janaab Pakal II; għall-ħabta tas-742 W.K.
- K'inich Kan Bahlam III; għall-ħabta tas-751 W.K.
- K'inich K'uk' Bahlam II; 764 sal-ħabta tas-783 W.K.
- Janaab Pakal III; 799–? W.K.
Perjodu Klassiku Bikri
L-ewwel ajaw jew re ta' B'aakal li nafu bih kien K'uk Balam (li litteralment tfisser Ġagwar Quetzal), li mexxa lil Palenque għal erba' snin mill-431. Warajh laħaq re ieħor, imlaqqam "Casper" mill-arkeologi. Iż-żewġ rejiet ta' wara x'aktarx li kienu ulied "Casper". Ma tantx kien hemm tagħrif dwar l-ewwel re minnhom, B'utz Aj Sak Chiik, sal-1994, meta nstabet tavla b'deskrizzjoni ta' ritwal għar-re. L-ewwel tavla semmiet is-suċċessur tiegħu Ahkal Mo' Naab I bħala prinċep adolexxenti, u b'hekk huwa maħsub li kienu aħwa. Għal raġunijiet mhux magħrufa, Akhal Mo' Naab I kellu prestiġju kbir, u għalhekk ir-rejiet li ġew warajh kienu kburin li kienu d-dixxendenti tiegħu.
Meta Ahkal Mo' Naab I miet fil-524, kien hemm interrenju ta' erba' snin, qabel ma ġie inkurunat ir-re ta' wara f'Toktán fil-529. K'an Joy Chitam I rrenja għal 36 sena. Uliedu Ahkal Mo' Naab II u K'an B'alam I kienu l-ewwel rejiet li użaw it-titlu ta' Kinich, li jfisser "ix-xemx il-kbira". Dan it-titlu ntuża wkoll minn diversi rejiet oħra li ġew wara. B'alam ħaditlu postu fil-583 Yohl Ik'nal, li x'aktarx li kienet bintu. Il-kitbiet imnaqqxa li nstabu f'Palenque jiddokumentaw battalja li seħħet taħt ir-renju tagħha fejn truppi minn Calakmul invadew Palenque u serqu r-rikkezzi tal-belt, li kienet kisba militari bla preċedent. Dawn l-avvenimenti seħħew fil-599.
It-tieni rebħa ta' Calakmul fil-konfront ta' Palenque seħħet xi tnax-il sena wara, fis-611, matul ir-renju ta' Aj Ne' Yohl Mat, iben Yohl Iknal. F'din l-okkażjoni, ir-re ta' Calakmul daħal personalment f'Palenque, sabiex jikkonsolida d-diżastru militari sinifikanti, li ġie segwit minn epoka ta' diżordni politika. Aj Ne' Yohl Mat miet fis-612.
Perjodu Klassiku Aħħari
Palenque bdiet il-perjodu Klassiku Aħħari fid-diżordni minħabba t-telfiet li ġarrbet kontra Calakmul. Il-panewijiet bil-glifiċi fit-Tempju tal-Kitbiet Imnaqqxa, li jirreġistraw l-avvenimenti li seħħew dak iż-żmien, jirrakkontaw li xi ċerimonji reliġjużi annwali fundamentali ma sarux fis-613 u li f'dak il-punt: "Tilfet is-Sinjura Divina, tilef ir-re". Referenzi għall-gvern ta' dak iż-żmien ma nstabux.
Jingħad li x'aktarx wara l-mewt ta' Aj Ne' Yohl Mat, Janaab Pakal, imsejjaħ ukoll Pakal I, ħa l-poter bis-saħħa ta' ftehim politiku. Janaab Pakal wettaq il-funzjonijiet tal-ajaw (ir-re) iżda qatt ma ġie inkurunat. Warajh laħqet bintu fis-612, ir-reġina Sak K'uk', li rrenjat għal tliet snin biss sa ma binha ma kiber biżżejjed biex jirrenja hu. Jitqies li d-dinastija ġiet stabbilita mill-ġdid minn hemm 'il quddiem, u għalhekk Palenque reġgħet qabdet it-triq tal-glorja u ffjorixxiet mill-ġdid.
In-neputi ta' Janaab Pakal, K'inich Janaab' Pakal, magħruf ukoll bħala Pakal il-Kbir, huwa l-iżjed famuż fost ir-rejiet tal-Maja. Huwa beda jirrenja meta kellu 12-il sena wara li ommu Sak K'uk' irriżenjat minn reġina wara tliet snin biss, u b'hekk assuma l-poter hu. Pakal il-Kbir irrenja f'Palenque mis-615 sas-683, u ommu baqgħet forza importanti għall-ewwel 25 sena tar-renju tiegħu. Jaf anke rrenjat b'mod konġunt miegħu. Magħruf bħala l-favorit tal-allat, huwa wassal lil Palenque għal livelli ġodda ta' ġid u ta' sbuħija, minkejja li ħa l-poter meta l-belt ma kinitx fl-aqwa tagħha. Pakal iżżewweġ lill-prinċipessa ta' Oktán, Tzakbu Ajaw (magħrufa wkoll bħala Ahpo-Hel) fis-624 u flimkien kellhom tlett itfal.
Il-biċċa l-kbira tal-palazzi u tat-tempji ta' Palenque nbnew matul ir-renju tiegħu; il-belt iffjorixxiet bħal qatt qabel, u saħansitra qabżet lil Tikal. Il-kumpless ċentrali, magħruf bħala l-Palazz, tkabbar u ġie mmudellat mill-ġdid diversi drabi, b'mod partikolari fis-654, fis-661 u fis-668. F'din l-istruttura hemm test li jiddeskrivi kif f'dik l-epoka Palenque kienet alleata ġdida ta' Tikal u anke ta' , u li flimkien irnexxielhom jaqbdu lis-sitt rejiet għedewwa tal-alleanza.
Wara l-mewt ta' Pakal fis-683, ibnu l-kbir K'inich Kan B'alam laħaq warajh, u mbagħad warajh fis-702 laħaq ħuh, K'inich K'an Joy Chitam II. L-ewwel wieħed kompla x-xogħlijiet arkitettoniċi u skulturali li kien beda missieru, u lesta l-kostruzzjoni tal-qabar famuż ta' Pakal. Is-sarkofagu ta' Pakal, li nbena għal raġel twil ħafna, kien fih l-iżjed kollezzjoni rikka tal-ġada f'qabar tal-Maja. Fuq wiċċu tpoġġiet maskra tal-mużajk tal-ġada, u ma' ġismu tpoġġiet libsa magħmula mill-ġada, maħduma biċċa biċċa bl-idejn u miżmuma flimkien permezz ta' ħajtiet tad-deheb.
Barra minn hekk, K'inich Kan B'alam I beda proġetti ambizzjużi, inkluż il-Grupp tat-Tempju tas-Salib. Bis-saħħa ta' diversi xogħlijiet li nbdew taħt it-tmexxija tiegħu, issa għandna ritratti ta' dan ir-re, li nstabu f'diversi skulturi. Ħuh laħaq warajh u kompla bil-kostruzzjoni u bl-arti bl-istess entużjażmu, u wettaq ir-rikostruzzjoni u t-tkabbir tan-naħa tat-Tramuntana tal-Palazz. Grazzi għar-renju ta' dawn it-tliet rejiet, Palenque gawdiet seklu ta' tkabbir u ta' ġmiel.
Fis-711, Palenque nsterqet mir-renju ta' Toniná, u r-re anzjan K'inich K'an Joy Chitam II ttieħed bħala priġunier. Mhux magħruf x'kien id-destin finali tar-re, għalkemm x'aktarx ġie ġġustizzjat f'Toniná. Għal 10 snin ma kien hemm l-ebda re. Finalment, K'inich Ahkal Mo' Nab' III ġie inkurunat fis-722. Għalkemm ir-re l-ġdid kien parti mill-familja rjali, ma hemmx evidenza li kien eredi dirett ta' K'inich K'an Joy Chitam II. Jingħad għaldaqstant li l-inkurunazzjoni tiegħu kienet waqfa fil-linja dinastika, u x'aktarx li K'inich Ahkal Nab' wasal għall-poter wara snin ta' mmanuvrar u tiswir ta' alleanzi politiċi. Dan ir-re, ibnu u n-neputi tiegħu rrenjaw sal-aħħar tas-seklu 8. Ma tantx nafu wisq dwar dan il-perjodu, għajr li fost avvenimenti oħra, il-gwerra kontra Toniná kompliet, u nstabu ġeroglifiċi li jsemmu telfa ġdida ta' Palenque.
Okkażjonalment il-mexxejja tal-belt-stat kienu jkunu nisa. Is-Sinjura Sak K'uk' irrenjat f'Palenque għal mill-inqas tliet snin mis-612 W.K., qabel ma għaddiet it-tron lil binha. Madankollu, dawn il-mexxejja nisa kienu jingħataw attributi ta' rġiel. B'hekk, dawn in-nisa kienu jkunu iktar maskili u kienu jaqdu rwoli li tipikament kienu jkunu tal-irġiel.
Abbandun
Matul is-seklu 8, B'aakal kulma jmur esperjenzat diffikultajiet kbar, bl-istess mod bħall-biċċa l-kbira ta' bliet-stati Klassiċi oħra tal-Maja, u ma kien hemm l-ebda kostruzzjoni tal-elit fiċ-ċentru ċerimonjali wara t-800. Popolazzjoni agrikola kompliet tgħix hemmhekk għal xi ġenerazzjonijiet, u mbagħad is-sit ġie abbandunat u bil-mod il-mod inħakemm mill-foresta. Id-distett ma tantx kien popolat meta l-Ispanjoli waslu fis-snin 20 tas-seklu 16.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Pre-Ispanika u l-Park Nazzjonali ta' Palenque ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Arti u arkitettura
Dawn li ġejjin huma l-iktar strutturi importanti f'Palenque.
Tempju tal-Kitbiet Imnaqqxa
Il-kostruzzjoni tat-Tempju tal-Kitbiet Imnaqqxa x'aktarx li bdiet saħansitra fis-675 bħala l-monument funebri ta' Hanab-Pakal. It-tempju fih it-tieni l-itwal test glifiku magħruf mid-dinja tal-Maja (l-itwal test jinsab fit-Taraġ Ġeroglifiku f'Copan). It-Tempju tal-Kitbiet Imnaqqxa jirreġistra madwar 180 sena tal-istorja tal-belt mir-raba' sat-tnax-il K'atun. Il-qofol tar-rakkont jirreġistra r-ritwali ta' tmiem il-K'atun ta' K'inich Janaab' Pakal, iffukat fuq l-ikoni tad-divinitajiet patruni tal-belt magħrufa prożajkament b'mod kollettiv bħala t-Trijade ta' Palenque jew b'mod individwali bħala GI, GII u GIII.
Il-Piramida hija wiesgħa 60 metru, fonda 42.5 metru u għolja 27.2 metru. It-tempju tal-quċċata hija wiesgħa 25.5 metru, fonda 10.5 metri u għolja 11.4-il metru. L-ikbar ġebliet jiżnu bejn 12-il tunnellata u 15-il tunnellata. Dawn kienu jinsabu fil-quċċata tal-Piramida. Il-volum totali tal-Piramida u tat-tempju jammonta għal 32,500 metru kubu.
Fl-1952 Alberto Ruz Lhuillier neħħa tavla tal-ġebel mill-art tal-kamra ta' wara tat-tempju u żvela passaġġ (li mtela ftit qabel ma l-belt ġiet abbandunata u nfetaħ mill-ġdid mill-arkeologi) li permezz ta' taraġ twil iwassal sal-qabar ta' Pakal. Il-qabar innifsu huwa notevoli għas-sarkofagu l-kbir imnaqqax, għall-ornamenti rikki li jakkumpanjaw lil Pakal, u għall-iskultura tal-istukko li żżejjen il-ħitan tal-qabar. Xi ħaġa unika tal-qabar ta' Pakal huwa l-psikodott, li jitla' mill-qabar stess, jitla' t-taraġ u jgħaddi minn toqba fil-ġebel li tgħatti d-daħla tal-qaber. Dan il-psikodott x'aktarx huwa referenza fiżika għal kunċetti dwar it-tluq tar-ruħ fil-mument tal-mewt fl-eskatoloġija tal-Maja, fejn fil-kitbiet imnaqqxa tintuża l-frażi ochb'ihaj sak ik'il (beda t-triq bajda u wiesgħa) b'referenza għat-tluq tar-ruħ. Sejba bħal din hija tassew importanti għaliex għall-ewwel darba turi li l-użu tat-tempju ma kienx uniku. Dawn il-piramidi għall-ewwel darba ġew identifikati bħala tempji kif ukoll bħala strutturi funebri.
L-ikonografija tant diskussa tal-għatu tas-sarkofagu turi lil Pakal bħala wieħed mill-manifestazzjonijiet tal-alla tal-qamħirrum tal-Maja ħiereġ mill-morsa tad-dinja ta' wara l-mewt.
It-tempju għandu wkoll struttura ta' kanal li għadha ma ġietx mifhuma għalkollox mill-arkeologi. Ġie ssuġġerit li l-kanal jallinja mas-solstizju tax-xitwa u li x-xemx tiżreġ 'l isfel fuq il-qabar ta' Pakal.
Grupp ta' tempji ħdejn it-Tempju tas-Salib
It-Tempju tas-Salib, it-Tempju tax-Xemx u t-Tempju tas-Salib tal-Weraq huma grupp ta' tempji grazzjużi fuq piramidi mtarrġin, u kull wieħed minnhom għandu riljiev imnaqqax b'mod elaborat fil-kompartiment intern b'żewġ figuri li jippreżentaw oġġetti ritwali u effiġji lil ikona ċentrali. Interpretazzjonijiet iktar bikrin kienu argumentaw li l-figura ż-żgħira kienet dik ta' K'inich Janaab' Pakal filwaqt li l-figura l-kbira kienet dik ta' K'inich Kan B'ahlam. Madankollu, abbażi ta' fehim aħjar tal-ikonografija u tal-epigrafija issa nafu li t-tavla ċentrali turi żewġ xbihat ta' Kan B'ahlam. Il-figura ż-żgħira turi lil K'inich Kan B'ahlam matul ritwal tal-età ta' sitt snin filwaqt li l-figura l-kbira turih jieħu t-tron tal-età ta' 48 sena. Dawn it-tempji ssemmew minn esploraturi bikrin; l-immaġnijiet qishom slaleb fi tnejn mir-riljievi effettivament juru s-siġra tal-ħolqien fiċ-ċentru tad-dinja fil-mitoloġija tal-Maja.
Palazz
Il-Palazz, kumpless ta' diversi binjiet u btieħi konnessi u biswit xulxin, inbena minn diversi ġenerazzjonijiet fuq terrazza artifiċjali wiesgħa matul is-seklu 4. Il-Palazz intuża mill-aristokrazija tal-Maja għal funzjonijiet burokratiċi, għad-divertiment u għaċ-ċerimonji ritwalistiċi. Il-Palazz jinsab fiċ-ċentru tal-belt antika.
Fi ħdan il-Palazz hemm bosta skulturi u tinqix ta' bassoriljievi li ġew ikkonservati. L-iżjed karatteristika mhux tas-soltu u li tintgħaraf huwa t-torri ta' erba' sulari magħruf bħala t-Torri ta' Osservazzjoni. Bħal ħafna binjiet oħra fis-sit għandu saqaf qisu mansarda. L-arkata ppuntata b'għamla tal-ittra A huwa motiv arkitettoniku osservat fil-kumpless kollu. Dawn it-tip ta' arkati jirrikjedu ammont kbir ta' mases tal-ġebel u huma limitati għal porzjon dimensjonali żgħir ta' wisa' għall-għoli jipprovdu s-soqfa għoljin karatteristiċi u l-passaġġi dojoq. Il-Palazz kien mgħammar b'diversi banjijiet u sawni kbar fornuti bl-ilma ħelu permezz ta' sistema elaborata tal-ilma. Akkwedott mibni minn blokok kbar tal-ġebel b'volta għolja ta' tliet metri, jiddevja l-fluss tax-xmara Otulum biex jgħaddi minn taħt il-pjazza prinċipali. Il-Palazz huwa l-ikbar kumpless ta' binjiet f'Palenque b'bażi ta' 97 metru bi 73 metru.
Binjiet notevoli oħra
- It-Tempju tal-Kranju fih kranju mnaqqax fuq wieħed mill-pilastri tiegħu.
- It-Tempju XIII kien fih il-Qabar tar-Reġina l-Ħamra, mara nobbli mhux magħrufa, possibbilment il-mara ta' Pakal, li ġie skopert fl-1994. Il-fdalijiet fis-sarkofagu kienu miksijin għalkollox bi trab aħmar jgħajjat magħmul biċ-ċinabru.
- It-Tempju tal-Ġagwar (magħruf ukoll bħala t-Tempju tar-Riljiev is-Sabiħ) jinsab xi 200 metru fin-Nofsinhar tal-grupp prinċipali ta' tempji; l-isem tiegħu jirreferi għall-bassoriljiev elaborat ta' re bilqiegħda fuq it-tron bl-għamla ta' ġagwar.
- L-Istruttura XII fih bassoriljiev imnaqqax tal-Alla tal-Mewt.
- It-Tempju tal-Konti huwa tempju Klassiku eleganti ieħor ta' Palenque, li kiseb ismu mill-fatt li l-esploratur bikri għex fil-binja għal xi żmien, u Waldeck kien isostni li kien konti.
Is-sit fih ukoll għadd ta' tempji, oqbra u residenzi tal-elit oħra, uħud minnhom 'il bogħod sew miċ-ċentru tas-sit, spazju miftuħ għal-logħba tal-ballun Mesoamerikana, u pont tal-ġebel interessanti fuq ix-xmara Otulum taħt l-akkwedott.
Investigazzjonijiet moderni
Wara r-rakkont fil-qosor ta' rigward il-fdalijiet, ma ngħataw l-ebda attenzjoni qabel l-1773 meta eżamina lil Palenque u bagħat rapport lill-Kaptan Ġeneral f', imbagħad sar eżami ulterjuri fl-1784 fejn intqal li l-fdalijiet kienu ta' interess partikolari, u b'hekk sentejn wara l-arkitett ntbagħat flimkien ma' forza militari żgħira taħt il-Kurunell biex jeżamina s-sit iktar fid-dettall. Il-forza ta' Del Rio kissret diversi ħitan biex tara x'tista' ssib u kkawżat ħsara konsiderevoli lill-Palazz, filwaqt li Bernasconi għamel l-ewwel mappa tas-sit u pinġa wkoll kopji ta' wħud mill-bassoriljievi u mill-iskulturi. għamel iktar tpinġijiet fl-1807, u fl-1822 ġie ppubblikat f'Londra l-ktieb dwar Palenque, Descriptions of the Ruins of an Ancient City, discovered near Palenque, ibbażat fuq ir-rapporti ta' dawk l-aħħar żewġ spedizzjonijiet flimkien mat-tinqix abbażi tat-tpinġijiet ta' Bernasconi u ta' Castañedas; żewġ pubblikazzjonijiet oħra fl-1834 kien fihom deskrizzjonijiet u tpinġijiet dwar l-istess sorsi.
żar Palenque fl-1831, u bagħat rapport lill-gvern tal-Amerka Ċentrali. Huwa kien l-ewwel wieħed li nnota li l-figuri fl-arti antika ta' Palenque kienu qishom l-Amerikani Nattivi lokali; xi esploraturi bikrin oħra, anke snin wara, attribwew is-sit saħansitra lil popli distanti bħall-Eġizzjani, il- jew it-Tribujiet Mitlufa ta' Iżrael.
Fl-1832 Jean Frederic Waldeck qatta' sentejn f'Palenque u għamel diversi tpinġijiet, iżda l-biċċa l-kbira tax-xogħol tiegħu ma ġiex ippubblikat qabel l-1866. Sadanittant, fl-1840 u żaru s-sit fuq missjoni tal-gvernatur tal-Ħonduras Brittantika, u mbagħad żaruh John Lloyd Stephens u Frederick Catherwood li ppubblikaw rakkont bl-illustrazzjonijiet is-sena ta' wara li kien superjuri ferm għar-rakkonti preċedenti dwar il-fdalijiet.
ħa l-ewwel ritratti ta' Palenque fl-1858, u reġa' lura fl-1881-1882. rama tinda fil-fdalijiet fl-1890-1891 u ħa ritratti estensivi tal-arti u tal-kitbiet imnaqqxa kollha li seta' jsib, u għamel forom tal-karti u tal-ġibs ta' ħafna mill-kitbiet imnaqqxa, kif ukoll mapep u tpinġijiet dettaljati, u stabbilixxa standard għoli għall-investigaturi kollha l-oħra tal-ġejjieni. Maudslay tgħallem it-teknika tal-produzzjoni tal-forom tal-kartapesta mill-Franċiż Desire Charnay u applikaha fuq l-iskulturi.
Diversi spedizzjonijiet oħra żaru l-fdalijiet qabel Frans Blom tal-Università ta' Tulane fl-1923, li fassal mapep superjuri kemm tas-sit ewlieni kif ukoll ta' diversi fdalijiet periferiċi li qabel kienu ġew injorati, u bagħat rapport lill-gvern Messikan dwar rakkomandazzjonijiet rigward xogħol li seta' jsir biex il-fdalijiet jiġu ppreservati.
Mill-1949 sal-1952 Alberto Ruz Lhuillier issorvelja l-iskavi u l-konsolidazzjonijiet tas-sit għall-Istitut Nazzjonali tal-Antropoloġija u l-Istorja (INAH) tal-Messiku; kien Ruz Lhuillier l-ewwel persuna li ra l-qabar ta' Pakal il-Kbir wara elf sena. Ruz ħadem għal erba' snin fit-Tempju tal-Kitbiet Imnaqqxa qabel ma skopra l-qabar. Iktar xogħol tal-INAH sar minn fis-snin 70 tas-seklu 20.
Fl-1973, l-ewwel waħda mill-konferenzi produttivi ħafna dwar Palenque magħrufa bħala Mesa Redonda saret f'Palenque stess bis-saħħa tal-ispirazzjoni ta' ; minn dik is-sena 'l quddiem kull ftit snin studjużi ewlenin tal-Maja baqgħu jiltaqgħu f'Palenque biex jiddiskutu u jeżaminaw is-sejbiet ġodda fil-post. Sadanittant, Robertson kien qed iwettaq eżami dettaljat tal-arti kollha f'Palenque, inkluż ir-reġistrazzjoni tat-traċċi kollha ta' kulur fuq l-iskulturi.
Fis-snin 70 tas-seklu 20 inbena wkoll mużew żgħir fis-sit.
Fl-aħħar 15 jew 20 sena, ferm iktar mis-sit ġie skavat, iżda attwalment l-arkeologi jistmaw li 5 % biss tal-belt kollha ġiet skavata.
Fl-2010, ir-riċerkaturi tal-Università Statali ta' Pennsylvania, u , identifikaw l-Akkwedott ta' Piedras Bolas bħala akkwedott li jaħdem bil-pressa, li huwa l-iżjed wieħed bikri magħruf fid-Dinja l-Ġdida. Huwa akkwedott alimentat minn fawwara li jinsab fuq art wieqfa u li għandu żbokk ristrett li jikkawża l-ilma joħroġ bilfors, bil-pressa, sa għoli ta' sitt metri (20 pied). Ma rnexxielhomx jidentifikaw l-użu ta' din l-opra magħmula mill-bniedem.
F'Ġunju 2022, l-arkeologi mill-Istitut Nazzjonali tal-Antropoloġija u l-Istorja (INAH) tal-Messiku ħabbru l-iskoperta ta' statwa b'ras tal-ġibs twila disa' pulzieri ta' 1,300 sena li tindika lil Hun Hunahpu ta' età żgħira, l-alla mitoloġiku tal-qamħirrum tal-Maja. Il-qatgħa xagħar nofsha mqaxxra tal-figura li qisha l-qamħirrum misjur tagħti x'tifhem li jaf hija proprja tal-alla tal-qamħirrum. Ir-riċerkaturi jassumu li l-abitanti Maja ta' Palenque x'aktarx poġġew statwetta kbira tal-ġebel fuq għadira biex jirrappreżentaw id-daħla lejn id-dinja ta' wara l-mewt. Skont l-arkeologu , il-poplu tal-Maja simbolikament għalqu l-għadira billi kissru ftit mill-ġibs u poġġew fdalijiet tal-annimali, inkluż frammenti tal-fuħħar, fdalijiet tal-għadam imnaqqxa, qxur, ponot tal-vleġeġ tal-ossidjana, żibeġ, ħxejjex u oħrajn.
Park Nazzjonali ta' Palenque
Il-Park Nazzjonali ta' Palenque ġie ddeżinjat fl-1981 mill-gvern Messikan. Ikopri erja ta' 17.72 km2, li tinkorpora l-belt antika u l-għoljiet fin-Nofsinhar. Il-park jinkludi sit ta' kampeġġi għall-familja.
Biblijografija
- Berlin, Heinrich (1963). The Palenque Triad. Journal de la Société des Américanistes, n.s. 5(52):91–99. Paris.
- Carrasco, Michael D. (2005). The Mask Flange Iconographic Complex [electronic resource]: The Art, Ritual, and History of a Maya Sacred Image. Doctoral dissertation, The University of Texas at Austin. Available electronically from http://hdl.handle.net/2152/1027.
- Carrasco, Michael D. and Kerry Hull (2002). The Cosmogonic Symbolism of the Corbeled Vault in Maya Architecture. Mexicon Volume XXIV, No. 2, April.
- Fields, Virginia M. (1991). Iconographic heritage of the Maya Jester God. In Sixth Palenque Round Table, 1986. Virginia M. Fields, ed. pp. 167–174 Palenque Round Table (6 session, 1986) University of Oklahoma Press Norman.
- Freidel, David and Barbara Macleod (2000). "Creation Redux: new thoughts on Maya cosmology from epigraphy, iconography, and archaeology". PARI Journal 1(2):1–8, 18.
- Guenter, Stanley (n.d.). "The Tomb of K'inich Janaab Pakal: The Temple of the Inscriptions at Palenque" (PDF). Mesoweb Articles. Mesoweb. Retrieved 2008-02-04.
- Houston, Stephen (1996) Symbolic Sweatbaths of the Maya: Architectural Meaning in the Cross Group at Palenque, Mexico. Latin American Antiquity, 7(2), pp. 132–151.
- Kelley, David (1965). "The Birth of the Gods at Palenque". In Estudios de Cultura Maya 5, 93–134. México: Universidad Nacional Autónoma de Mexico.
- Lounsbury, Floyd G. (1976). "A Rationale for the Initial Date of the Temple of the Cross at Palenque". In The Art, Iconography, and Dynastic History of Palenque, Part III: Proceedings of the Segunda Mesa Redonda de Palenque, ed. Merle Greene Robertson, 211-224.Pebble Beach, Ca.: Robert Louis Stevenson School.
- Lounsbury, Floyd G. (1980). "Some Problems in the Interpretation of the Mythological Portion of the Hieroglyphic Text of the temple of the Cross at Palenque". In The Third Palenque Round Table, 1978, Part 2, ed. Merle Greene Robertson, 99-115. Palenque Round Table Series Vol. 5. Austin: University of Texas Press.
- Lounsbury, Floyd G. (1985). "The Identities of the Mythological Figures in the 'Cross Group' of Inscriptions at Palenque". In Fourth Round Table of Palenque, 1980, vol. 6, gen. ed. Merle Greene Robertson; vol. ed., Elizabeth P. Benson, 45-58. San Francisco: Pre-Columbian Art Research Institute.
- Martin, Simon; Nikolai Grube (2000). Chronicle of the Maya Kings and Queens: Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya. London and New York: Thames & Hudson. ISBN 0-500-05103-8. OCLC 47358325.
- Martin, Simon; Nikolai Grube (2008). Chronicle of the Maya Kings and Queens: Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya (2nd ed.). London and New York: Thames & Hudson. ISBN 9780500287262. OCLC 191753193.
- Mesoweb. "Muwaan Mat". Mesoweb Encyclopedia. Archived from the original on 4 March 2016. Retrieved 29 April 2009.
- Rands, Robert L. and Barbara C. Rands (1959) The Incensario Complex of Palenque, Chiapas. American Antiquity, 25 (2):225–236.
- Rands, Robert L., Ronald L. Bishop, and Garman Harbottle (1979). "Thematic and Compositional Variation in Palenque Region Incensarios". In Tercera Mesa Redonda de Palenque, Vol. IV, edited Merle Greene Robertson and Donnan C. Jeffers, 19–30. Palenque: Pre-Columbian Art Research, and Monterey: Herald Printers.
- Ringle, William M.; Thomas C. Smith-Stark (1996). A Concordance to the Inscriptions of Palenque, Chiapas, Mexico. MARI Publications, no. 62. New Orleans, Louisiana: Middle American Research Institute, Tulane University. ISBN 0-939238-93-4. OCLC 25630088.
- Robertson, Merle Greene (1991). The Sculpture of Palenque Vol. IV. Princeton University Press, Princeton.
- Ruz, Alberto Lhuillier (1958). Exploraciones arqueológicas en Palenque: 1953. Anales del Instituto Nacional de AntropologÌa e Historia. Vol. 10(39):69–116. Mexico.
- Sáenz, César A. (1956) Exploraciones en la Pirámide de la Cruz Foliada. Informe 5. Dirección de Monumentos Prehispánicos. Instituto Nacional de AntropologÌa e Historia, Mexico.
- Scarre, Chris (1999) The Seventy Wonders of the Ancient World. Thames and Hudson.
- Schele, Linda (1976), Accession Iconography of Chan-Bahlum in the Group of the Cross at Palenque. In The Art, Iconography, and Dynastic History of Palenque, Part III. Proceedings of the Segunda Mesa Redonda de Palenque, ed. Merle Greene Robertson, 9–34. Pebble Beach, Ca.: Robert Luis Stevenson School.
- Schele, Linda (1979), Genealogical Documentation in the Tri-Figure Panels at Palenque. In Tercera Mesa Redonda de Palenque, Vol. IV, edited Merle Greene Robertson, 41–70. Palenque: Pre-Columbian Art Research, and Monterey: Herald Printers.
- Schele, Linda (1985), "Some Suggested Readings of the Event and Office of Heir-Designate at Palenque". In Phoneticism in Mayan Hieroglyphic Writing, 287–307. Albany: Institute of Mesoamerican Studies, State University of New York at Albany.
- Schele, Linda (1986), "Architectural Development and Political History at Palenque". In City-States of the Maya: Art and Architecture, edited Elizabeth P. Benson, 110-138. Denver: Rocky Mountain Institute for Pre-Columbian Studies.
- Schele, Linda (1992), Notebook for the XVIth Maya Hieroglyphic Writing Workshop at Texas. Austin, Texas: University of Texas at Austin.
- Schele, Linda; David Freidel (1990). A Forest of Kings: The Untold Story of the Ancient Maya. New York: William Morrow. ISBN 0-688-07456-1. OCLC 21295769.
- Skidmore, Joel (2010). The Rulers of Palenque (PDF) (Fifth ed.). Mesoweb Publications. Retrieved 12 October 2015.
- Stuart, David (2005) The Inscriptions from Temple XIX at Palenque. Pre-Columbian Art Research Institute. ISBN 0-934051-10-0
- Stuart, David and Stephen Houston (1994) Classic Maya Place Names Studies. Pre-Columbian Art and Archaeology, 33. Washington, D.C.: Dumbarton Oaks Research Library and Collection.
- Archaeology of Native North America, 2010, Dean R. Snow, Prentice-Hall, New York.
- Robert Sharer (1983) "The Ancient Maya" Stanford, California: Stanford University.
Referenzi
- ^ Stuart, David; Houston, Stephen D. (1994). Classic Maya Place Names. Dumbarton Oaks. pp. 30–31. ISBN 978-0-88402-209-1.
- ^ Liendo-Stuardo, Rodrigo (2020). "Lakamha: The Place of "Big Waters" | The archaeology of the ancient city of Palenque, Mexico". In Hutson, Scott R.; Ardren, Traci (eds.). The Maya World. Routledge. p. 369. ISBN 978-1-351-02956-8.
- ^ a b "Palenque". web.archive.org. 2004-01-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-06. Miġbur 2022-08-15.
- ^ "Estadística de Visitantes". web.archive.org. 2012-07-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-07-08. Miġbur 2022-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Martin u Grube 2000.
- ^ Berlin 1959, 1965, 1968.
- ^ Mathews u Schele 1974.
- ^ Schele u Freidel 1990; Martin u Grube 2000.
- ^ Berlin 1963; Wald [Schele] 1999; Freidel et al. 1993; Freidel u Macleod 2000; Stuart 2005: Kapitlu 6
- ^ Stuart 1998.
- ^ Martin & Grube 2008, pp. 155–176.
- ^ Skidmore 2010, pp. 2–91.
- ^ Snow, Dean R (2010). Archaeology in North America. Prentice Hall. pp. 165–166.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Pre-Hispanic City and National Park of Palenque". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-15.
- ^ Schele and Mathews 1998:97–99.
- ^ Berlin 1963; Schele and Mathews 1998: 106; Carrasco 2005: 433.
- ^ Scarre 1999.
- ^ Schele and Mathews 1998: 115.
- ^ Bassie 1991.
- ^ "Penn State Live - Maya plumbing, first pressurized water feature found in New World". web.archive.org. 2013-02-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-02-08. Miġbur 2022-08-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Magazine, Smithsonian; Kuta, Sarah. "1,300-Year-Old Corn God Statue Shows How the Maya Worshipped Maize". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-15.
- ^ "Sculpted head of Mayan maize god uncovered in Mexico". The Jerusalem Post | JPost.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-15.
- ^ "Protected Planet | Palenque". Protected Planet. Miġbur 2022-08-15.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Palenque, X'inhi Palenque? Xi tfisser Palenque?
Palenque pronunzja bl Ispanjol pa leŋke bil Maja tal Baakʼ ɓaːkʼ magħrufa fl antik ukoll bil lingwa Itza bħala Lakamhaʼ li tfisser litteralment Ilma Kbir jew Ilmijiet Kbar kienet belt stat tal Maja fin Nofsinhar tal Messiku li spiċċat fix xejn fis seklu 8 Il fdalijiet ta Palenque jmorru lura għall 226 Q K sal ħabta tas 799 W K Wara d deklin tagħha il belt inħakmet mill ġungla ta siġar taċ ċedru tal kawba u tas sapodilla izda mbagħad ġiet skavata u rrestawrata Tinsab qrib ix xmara fl istat Messikan ta madwar 130 kilometru 81 mil fin Nofsinhar ta 150 metru 490 pied il fuq mil livell tal baħar Ikollha medja ta xi 2 160 millimetru 85 pulzier ta xita fis sena u temperatura umduza ta 26 C 79 F Kartolina ta Palenque Palenque huwa sit b daqs medju izgħar minn Tikal Chichen Itza jew izda fih fost l ifjen arkitettura skultura soqfa u bassoriljievi mnaqqxa li qatt ipproduċew il Maja Ħafna mill istorja ta Palenque ġiet rikostruwita mill qari tal kitbiet ġeroglifiċi tal Maja fuq il bosta monumenti issa l istoriċi għandhom sekwenza twila tad dinastija mexxejja ta Palenque fis seklu 5 u għarfien estensiv tar rivalita tal belt stat ma stati oħra bħal Calakmul u L izjed mexxej famuz ta Palenque kien K inich Janaab Pakal jew Pacal il Kbir Il qabar tiegħu nstab u ġie skavat fit Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa Sal 2005 iz zona skoperta kienet tkopri sa 2 5 km2 mil kwadru izda huwa stmat li inqas minn 10 tal erja totali tal belt ġiet esplorata u għad fadal iktar minn elf struttura li għadhom maħkuma u mgħottija mill ġungla Palenque laqgħet 920 470 vizitatur fl 2017 StorjaRiljiev fil Muzew ta Palenque li juri lil Upakal K inich iben K inich Ahkal Mo Naab III Karattri mitoloġiċi b diversi glifiċi emblematiċi fit titli tagħhom jissuġġerixxu storja bikrija kumplessa Perezempju Kʼukʼ Bahlam I li suppost kien il fundatur tad dinastija ta Palenque jissejjaħ Toktan Ajaw fit test tat Tempju tas Salib tal Weraq L istrutturi famuzi li nafu bihom illum il ġurnata x aktarx jirrapprezentaw sforz ta rikostruzzjoni wara l attakki mill belt ta Calakmul u mill istati alleati tagħha fil 599 u fis 611 Wieħed mill figuri prinċipali responsabbli għar rikostruzzjoni ta Palenque u għal rinaxximent tal arti u tal arkitettura tal belt huwa wkoll wieħed mill iktar Ajaw tal Maja li hu magħruf Kʼinich Janaabʼ Pakal jew Pacal il Kbir li mexxa mis 615 sas 683 Huwa magħruf permezz tal monument funebri tiegħu mlaqqam it Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa minħabba test twil ippreservat li nstab fit tempju Fiz zmien meta skava l qabar ta Pakal dan kien l iktar qabar rikk u ppreservat tajjeb mill oqbra skavati xjentifikament u magħrufa dak iz zmien tal Amerki tal qedem Baqa magħruf b dan il mod sal iskoperta tal oqbra rikki tal Moche f il Peru u l iskoperti reċenti f Copan il Ħonduras u f Calakmul il Messiku Apparti l attenzjoni li attira l qabar ta K inich Janaab Pakal lejn Palenque il belt hija storikament sinifikanti minħabba l kitbiet ġeroglifiċi estensivi tal Maja mwettqa matul ir renji ta Janaab Pakal ta ibnu Kʼinich Kan Bahlam II u tan neputi tiegħu K inich Akal Mo Naab u minħabba li huwa sit fejn u iktar il quddiem u fasslu l ewwel lista dinastika ta belt tal Maja Ix xogħol ta kif ukoll dak ta Berlin Schele Mathews u oħrajn ta bidu għall investigazzjonijiet storiċi intensivi li kkaratterizzaw ħafna mill istudju dwar il Maja tal qedem mis snin 60 tas seklu 20 sa llum il ġurnata L ikonografija estensiva u l ġabra ta testi ppermettew ukoll li jsir l istudju tal mitoloġija u tal prattiki ritwali tal perjodu Klassiku tal Maja Mexxejja K inich Kan B alam II wieħed mill bosta mexxejja ta Palenque Detall mit Tavla tat Tempju XVII Din li ġejja hija lista tal mexxejja tal Maja possibbli u magħrufa ta Palenque bid dati tar renji tagħhom Mexxejja mitoloġiċi u leġġendarji Muwaan Mat għall ħabta tal 2325 Q K Uk ix Chan għall ħabta tad 987 Q K Casper għall ħabta tal 252 Q K Dinastija ta Palenque K uk Bahlam I 431 sal ħabta tal 435 W K Casper 435 sal ħabta tal 487 W K B utz Aj Sak Chiik 487 sal ħabta tal 501 W K Ahkal Mo Nahb I 501 524 W K K an Joy Chitam I 529 565 W K Ahkal Mo Nahb II 565 570 W K Kan Bahlam I 572 583 W K Yohl Ik nal 583 604 W K mara Ajen Yohl Mat 605 612 W K Janahb Pakal għall ħabta tas 612 W K kariga mhux ċerta Sak K uk 612 615 W K mara K inich Janaab Pakal I 615 683 W K K inich Kan Bahlam II 684 702 W K K inich K an Joy Chitam II 702 711 W K K inich Ahkal Mo Nahb III 721 sal ħabta tas 736 W K K inich Janaab Pakal II għall ħabta tas 742 W K K inich Kan Bahlam III għall ħabta tas 751 W K K inich K uk Bahlam II 764 sal ħabta tas 783 W K Janaab Pakal III 799 W K Perjodu Klassiku Bikri Kitbiet imnaqqxa fuq zewġ kolonni interni tat Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa L ewwel ajaw jew re ta B aakal li nafu bih kien K uk Balam li litteralment tfisser Ġagwar Quetzal li mexxa lil Palenque għal erba snin mill 431 Warajh laħaq re ieħor imlaqqam Casper mill arkeologi Iz zewġ rejiet ta wara x aktarx li kienu ulied Casper Ma tantx kien hemm tagħrif dwar l ewwel re minnhom B utz Aj Sak Chiik sal 1994 meta nstabet tavla b deskrizzjoni ta ritwal għar re L ewwel tavla semmiet is suċċessur tiegħu Ahkal Mo Naab I bħala prinċep adolexxenti u b hekk huwa maħsub li kienu aħwa Għal raġunijiet mhux magħrufa Akhal Mo Naab I kellu prestiġju kbir u għalhekk ir rejiet li ġew warajh kienu kburin li kienu d dixxendenti tiegħu Meta Ahkal Mo Naab I miet fil 524 kien hemm interrenju ta erba snin qabel ma ġie inkurunat ir re ta wara f Toktan fil 529 K an Joy Chitam I rrenja għal 36 sena Uliedu Ahkal Mo Naab II u K an B alam I kienu l ewwel rejiet li uzaw it titlu ta Kinich li jfisser ix xemx il kbira Dan it titlu ntuza wkoll minn diversi rejiet oħra li ġew wara B alam ħaditlu postu fil 583 Yohl Ik nal li x aktarx li kienet bintu Il kitbiet imnaqqxa li nstabu f Palenque jiddokumentaw battalja li seħħet taħt ir renju tagħha fejn truppi minn Calakmul invadew Palenque u serqu r rikkezzi tal belt li kienet kisba militari bla preċedent Dawn l avvenimenti seħħew fil 599 It tieni rebħa ta Calakmul fil konfront ta Palenque seħħet xi tnax il sena wara fis 611 matul ir renju ta Aj Ne Yohl Mat iben Yohl Iknal F din l okkazjoni ir re ta Calakmul daħal personalment f Palenque sabiex jikkonsolida d dizastru militari sinifikanti li ġie segwit minn epoka ta dizordni politika Aj Ne Yohl Mat miet fis 612 Perjodu Klassiku Aħħari It Torri ta Osservazzjoni tal Palazz Palenque bdiet il perjodu Klassiku Aħħari fid dizordni minħabba t telfiet li ġarrbet kontra Calakmul Il panewijiet bil glifiċi fit Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa li jirreġistraw l avvenimenti li seħħew dak iz zmien jirrakkontaw li xi ċerimonji reliġjuzi annwali fundamentali ma sarux fis 613 u li f dak il punt Tilfet is Sinjura Divina tilef ir re Referenzi għall gvern ta dak iz zmien ma nstabux Jingħad li x aktarx wara l mewt ta Aj Ne Yohl Mat Janaab Pakal imsejjaħ ukoll Pakal I ħa l poter bis saħħa ta ftehim politiku Janaab Pakal wettaq il funzjonijiet tal ajaw ir re izda qatt ma ġie inkurunat Warajh laħqet bintu fis 612 ir reġina Sak K uk li rrenjat għal tliet snin biss sa ma binha ma kiber bizzejjed biex jirrenja hu Jitqies li d dinastija ġiet stabbilita mill ġdid minn hemm il quddiem u għalhekk Palenque reġgħet qabdet it triq tal glorja u ffjorixxiet mill ġdid In neputi ta Janaab Pakal K inich Janaab Pakal magħruf ukoll bħala Pakal il Kbir huwa l izjed famuz fost ir rejiet tal Maja Huwa beda jirrenja meta kellu 12 il sena wara li ommu Sak K uk irrizenjat minn reġina wara tliet snin biss u b hekk assuma l poter hu Pakal il Kbir irrenja f Palenque mis 615 sas 683 u ommu baqgħet forza importanti għall ewwel 25 sena tar renju tiegħu Jaf anke rrenjat b mod konġunt miegħu Magħruf bħala l favorit tal allat huwa wassal lil Palenque għal livelli ġodda ta ġid u ta sbuħija minkejja li ħa l poter meta l belt ma kinitx fl aqwa tagħha Pakal izzewweġ lill prinċipessa ta Oktan Tzakbu Ajaw magħrufa wkoll bħala Ahpo Hel fis 624 u flimkien kellhom tlett itfal Il biċċa l kbira tal palazzi u tat tempji ta Palenque nbnew matul ir renju tiegħu il belt iffjorixxiet bħal qatt qabel u saħansitra qabzet lil Tikal Il kumpless ċentrali magħruf bħala l Palazz tkabbar u ġie mmudellat mill ġdid diversi drabi b mod partikolari fis 654 fis 661 u fis 668 F din l istruttura hemm test li jiddeskrivi kif f dik l epoka Palenque kienet alleata ġdida ta Tikal u anke ta u li flimkien irnexxielhom jaqbdu lis sitt rejiet għedewwa tal alleanza Wara l mewt ta Pakal fis 683 ibnu l kbir K inich Kan B alam laħaq warajh u mbagħad warajh fis 702 laħaq ħuh K inich K an Joy Chitam II L ewwel wieħed kompla x xogħlijiet arkitettoniċi u skulturali li kien beda missieru u lesta l kostruzzjoni tal qabar famuz ta Pakal Is sarkofagu ta Pakal li nbena għal raġel twil ħafna kien fih l izjed kollezzjoni rikka tal ġada f qabar tal Maja Fuq wiċċu tpoġġiet maskra tal muzajk tal ġada u ma ġismu tpoġġiet libsa magħmula mill ġada maħduma biċċa biċċa bl idejn u mizmuma flimkien permezz ta ħajtiet tad deheb Barra minn hekk K inich Kan B alam I beda proġetti ambizzjuzi inkluz il Grupp tat Tempju tas Salib Bis saħħa ta diversi xogħlijiet li nbdew taħt it tmexxija tiegħu issa għandna ritratti ta dan ir re li nstabu f diversi skulturi Ħuh laħaq warajh u kompla bil kostruzzjoni u bl arti bl istess entuzjazmu u wettaq ir rikostruzzjoni u t tkabbir tan naħa tat Tramuntana tal Palazz Grazzi għar renju ta dawn it tliet rejiet Palenque gawdiet seklu ta tkabbir u ta ġmiel Veduta tal Palazz mill bitħa Fis 711 Palenque nsterqet mir renju ta Tonina u r re anzjan K inich K an Joy Chitam II ttieħed bħala priġunier Mhux magħruf x kien id destin finali tar re għalkemm x aktarx ġie ġġustizzjat f Tonina Għal 10 snin ma kien hemm l ebda re Finalment K inich Ahkal Mo Nab III ġie inkurunat fis 722 Għalkemm ir re l ġdid kien parti mill familja rjali ma hemmx evidenza li kien eredi dirett ta K inich K an Joy Chitam II Jingħad għaldaqstant li l inkurunazzjoni tiegħu kienet waqfa fil linja dinastika u x aktarx li K inich Ahkal Nab wasal għall poter wara snin ta mmanuvrar u tiswir ta alleanzi politiċi Dan ir re ibnu u n neputi tiegħu rrenjaw sal aħħar tas seklu 8 Ma tantx nafu wisq dwar dan il perjodu għajr li fost avvenimenti oħra il gwerra kontra Tonina kompliet u nstabu ġeroglifiċi li jsemmu telfa ġdida ta Palenque Maskra tar Reġina l Ħamra mill qabar li nstab fit Tempju XIII Okkazjonalment il mexxejja tal belt stat kienu jkunu nisa Is Sinjura Sak K uk irrenjat f Palenque għal mill inqas tliet snin mis 612 W K qabel ma għaddiet it tron lil binha Madankollu dawn il mexxejja nisa kienu jingħataw attributi ta rġiel B hekk dawn in nisa kienu jkunu iktar maskili u kienu jaqdu rwoli li tipikament kienu jkunu tal irġiel Abbandun Matul is seklu 8 B aakal kulma jmur esperjenzat diffikultajiet kbar bl istess mod bħall biċċa l kbira ta bliet stati Klassiċi oħra tal Maja u ma kien hemm l ebda kostruzzjoni tal elit fiċ ċentru ċerimonjali wara t 800 Popolazzjoni agrikola kompliet tgħix hemmhekk għal xi ġenerazzjonijiet u mbagħad is sit ġie abbandunat u bil mod il mod inħakemm mill foresta Id distett ma tantx kien popolat meta l Ispanjoli waslu fis snin 20 tas seklu 16 Sit ta Wirt DinjiIl Belt Pre Ispanika u l Park Nazzjonali ta Palenque ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1987 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta erba kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Arti u arkitetturaDawn li ġejjin huma l iktar strutturi importanti f Palenque Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa It Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa Il kostruzzjoni tat Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa x aktarx li bdiet saħansitra fis 675 bħala l monument funebri ta Hanab Pakal It tempju fih it tieni l itwal test glifiku magħruf mid dinja tal Maja l itwal test jinsab fit Taraġ Ġeroglifiku f Copan It Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa jirreġistra madwar 180 sena tal istorja tal belt mir raba sat tnax il K atun Il qofol tar rakkont jirreġistra r ritwali ta tmiem il K atun ta K inich Janaab Pakal iffukat fuq l ikoni tad divinitajiet patruni tal belt magħrufa prozajkament b mod kollettiv bħala t Trijade ta Palenque jew b mod individwali bħala GI GII u GIII Il Piramida hija wiesgħa 60 metru fonda 42 5 metru u għolja 27 2 metru It tempju tal quċċata hija wiesgħa 25 5 metru fonda 10 5 metri u għolja 11 4 il metru L ikbar ġebliet jiznu bejn 12 il tunnellata u 15 il tunnellata Dawn kienu jinsabu fil quċċata tal Piramida Il volum totali tal Piramida u tat tempju jammonta għal 32 500 metru kubu Fl 1952 Alberto Ruz Lhuillier neħħa tavla tal ġebel mill art tal kamra ta wara tat tempju u zvela passaġġ li mtela ftit qabel ma l belt ġiet abbandunata u nfetaħ mill ġdid mill arkeologi li permezz ta taraġ twil iwassal sal qabar ta Pakal Il qabar innifsu huwa notevoli għas sarkofagu l kbir imnaqqax għall ornamenti rikki li jakkumpanjaw lil Pakal u għall iskultura tal istukko li zzejjen il ħitan tal qabar Xi ħaġa unika tal qabar ta Pakal huwa l psikodott li jitla mill qabar stess jitla t taraġ u jgħaddi minn toqba fil ġebel li tgħatti d daħla tal qaber Dan il psikodott x aktarx huwa referenza fizika għal kunċetti dwar it tluq tar ruħ fil mument tal mewt fl eskatoloġija tal Maja fejn fil kitbiet imnaqqxa tintuza l frazi ochb ihaj sak ik il beda t triq bajda u wiesgħa b referenza għat tluq tar ruħ Sejba bħal din hija tassew importanti għaliex għall ewwel darba turi li l uzu tat tempju ma kienx uniku Dawn il piramidi għall ewwel darba ġew identifikati bħala tempji kif ukoll bħala strutturi funebri L ikonografija tant diskussa tal għatu tas sarkofagu turi lil Pakal bħala wieħed mill manifestazzjonijiet tal alla tal qamħirrum tal Maja ħiereġ mill morsa tad dinja ta wara l mewt It tempju għandu wkoll struttura ta kanal li għadha ma ġietx mifhuma għalkollox mill arkeologi Ġie ssuġġerit li l kanal jallinja mas solstizju tax xitwa u li x xemx tizreġ l isfel fuq il qabar ta Pakal Grupp ta tempji ħdejn it Tempju tas Salib It Tempju tas Salib It Tempju tas Salib it Tempju tax Xemx u t Tempju tas Salib tal Weraq huma grupp ta tempji grazzjuzi fuq piramidi mtarrġin u kull wieħed minnhom għandu riljiev imnaqqax b mod elaborat fil kompartiment intern b zewġ figuri li jipprezentaw oġġetti ritwali u effiġji lil ikona ċentrali Interpretazzjonijiet iktar bikrin kienu argumentaw li l figura z zgħira kienet dik ta K inich Janaab Pakal filwaqt li l figura l kbira kienet dik ta K inich Kan B ahlam Madankollu abbazi ta fehim aħjar tal ikonografija u tal epigrafija issa nafu li t tavla ċentrali turi zewġ xbihat ta Kan B ahlam Il figura z zgħira turi lil K inich Kan B ahlam matul ritwal tal eta ta sitt snin filwaqt li l figura l kbira turih jieħu t tron tal eta ta 48 sena Dawn it tempji ssemmew minn esploraturi bikrin l immaġnijiet qishom slaleb fi tnejn mir riljievi effettivament juru s siġra tal ħolqien fiċ ċentru tad dinja fil mitoloġija tal Maja Palazz Il Palazz u l Akkwedott Il Palazz kumpless ta diversi binjiet u btieħi konnessi u biswit xulxin inbena minn diversi ġenerazzjonijiet fuq terrazza artifiċjali wiesgħa matul is seklu 4 Il Palazz intuza mill aristokrazija tal Maja għal funzjonijiet burokratiċi għad divertiment u għaċ ċerimonji ritwalistiċi Il Palazz jinsab fiċ ċentru tal belt antika Is sala bl arkata ppuntata Fi ħdan il Palazz hemm bosta skulturi u tinqix ta bassoriljievi li ġew ikkonservati L izjed karatteristika mhux tas soltu u li tintgħaraf huwa t torri ta erba sulari magħruf bħala t Torri ta Osservazzjoni Bħal ħafna binjiet oħra fis sit għandu saqaf qisu mansarda L arkata ppuntata b għamla tal ittra A huwa motiv arkitettoniku osservat fil kumpless kollu Dawn it tip ta arkati jirrikjedu ammont kbir ta mases tal ġebel u huma limitati għal porzjon dimensjonali zgħir ta wisa għall għoli jipprovdu s soqfa għoljin karatteristiċi u l passaġġi dojoq Il Palazz kien mgħammar b diversi banjijiet u sawni kbar fornuti bl ilma ħelu permezz ta sistema elaborata tal ilma Akkwedott mibni minn blokok kbar tal ġebel b volta għolja ta tliet metri jiddevja l fluss tax xmara Otulum biex jgħaddi minn taħt il pjazza prinċipali Il Palazz huwa l ikbar kumpless ta binjiet f Palenque b bazi ta 97 metru bi 73 metru It Tempju tal Konti Binjiet notevoli oħra It Tempju tal Kranju fih kranju mnaqqax fuq wieħed mill pilastri tiegħu It Tempju XIII kien fih il Qabar tar Reġina l Ħamra mara nobbli mhux magħrufa possibbilment il mara ta Pakal li ġie skopert fl 1994 Il fdalijiet fis sarkofagu kienu miksijin għalkollox bi trab aħmar jgħajjat magħmul biċ ċinabru It Tempju tal Ġagwar magħruf ukoll bħala t Tempju tar Riljiev is Sabiħ jinsab xi 200 metru fin Nofsinhar tal grupp prinċipali ta tempji l isem tiegħu jirreferi għall bassoriljiev elaborat ta re bilqiegħda fuq it tron bl għamla ta ġagwar L Istruttura XII fih bassoriljiev imnaqqax tal Alla tal Mewt It Tempju tal Konti huwa tempju Klassiku eleganti ieħor ta Palenque li kiseb ismu mill fatt li l esploratur bikri għex fil binja għal xi zmien u Waldeck kien isostni li kien konti Is sit fih ukoll għadd ta tempji oqbra u residenzi tal elit oħra uħud minnhom il bogħod sew miċ ċentru tas sit spazju miftuħ għal logħba tal ballun Mesoamerikana u pont tal ġebel interessanti fuq ix xmara Otulum taħt l akkwedott Investigazzjonijiet moderniDetall ta riljiev tal Palazz impinġi minn Ricardo Almendariz matul l ispedizzjoni ta Del Rio fl 1787 Wara r rakkont fil qosor ta rigward il fdalijiet ma ngħataw l ebda attenzjoni qabel l 1773 meta ezamina lil Palenque u bagħat rapport lill Kaptan Ġeneral f imbagħad sar ezami ulterjuri fl 1784 fejn intqal li l fdalijiet kienu ta interess partikolari u b hekk sentejn wara l arkitett ntbagħat flimkien ma forza militari zgħira taħt il Kurunell biex jezamina s sit iktar fid dettall Il forza ta Del Rio kissret diversi ħitan biex tara x tista ssib u kkawzat ħsara konsiderevoli lill Palazz filwaqt li Bernasconi għamel l ewwel mappa tas sit u pinġa wkoll kopji ta wħud mill bassoriljievi u mill iskulturi għamel iktar tpinġijiet fl 1807 u fl 1822 ġie ppubblikat f Londra l ktieb dwar Palenque Descriptions of the Ruins of an Ancient City discovered near Palenque ibbazat fuq ir rapporti ta dawk l aħħar zewġ spedizzjonijiet flimkien mat tinqix abbazi tat tpinġijiet ta Bernasconi u ta Castanedas zewġ pubblikazzjonijiet oħra fl 1834 kien fihom deskrizzjonijiet u tpinġijiet dwar l istess sorsi zar Palenque fl 1831 u bagħat rapport lill gvern tal Amerka Ċentrali Huwa kien l ewwel wieħed li nnota li l figuri fl arti antika ta Palenque kienu qishom l Amerikani Nattivi lokali xi esploraturi bikrin oħra anke snin wara attribwew is sit saħansitra lil popli distanti bħall Eġizzjani il jew it Tribujiet Mitlufa ta Izrael Maskra tal ġada tar re K inich Janaab Pakal il Muzew Nazzjonali tal Antropoloġija u l Istorja il Belt tal Messiku Fl 1832 Jean Frederic Waldeck qatta sentejn f Palenque u għamel diversi tpinġijiet izda l biċċa l kbira tax xogħol tiegħu ma ġiex ippubblikat qabel l 1866 Sadanittant fl 1840 u zaru s sit fuq missjoni tal gvernatur tal Ħonduras Brittantika u mbagħad zaruh John Lloyd Stephens u Frederick Catherwood li ppubblikaw rakkont bl illustrazzjonijiet is sena ta wara li kien superjuri ferm għar rakkonti preċedenti dwar il fdalijiet ħa l ewwel ritratti ta Palenque fl 1858 u reġa lura fl 1881 1882 rama tinda fil fdalijiet fl 1890 1891 u ħa ritratti estensivi tal arti u tal kitbiet imnaqqxa kollha li seta jsib u għamel forom tal karti u tal ġibs ta ħafna mill kitbiet imnaqqxa kif ukoll mapep u tpinġijiet dettaljati u stabbilixxa standard għoli għall investigaturi kollha l oħra tal ġejjieni Maudslay tgħallem it teknika tal produzzjoni tal forom tal kartapesta mill Franċiz Desire Charnay u applikaha fuq l iskulturi Diversi spedizzjonijiet oħra zaru l fdalijiet qabel Frans Blom tal Universita ta Tulane fl 1923 li fassal mapep superjuri kemm tas sit ewlieni kif ukoll ta diversi fdalijiet periferiċi li qabel kienu ġew injorati u bagħat rapport lill gvern Messikan dwar rakkomandazzjonijiet rigward xogħol li seta jsir biex il fdalijiet jiġu ppreservati Mill 1949 sal 1952 Alberto Ruz Lhuillier issorvelja l iskavi u l konsolidazzjonijiet tas sit għall Istitut Nazzjonali tal Antropoloġija u l Istorja INAH tal Messiku kien Ruz Lhuillier l ewwel persuna li ra l qabar ta Pakal il Kbir wara elf sena Ruz ħadem għal erba snin fit Tempju tal Kitbiet Imnaqqxa qabel ma skopra l qabar Iktar xogħol tal INAH sar minn fis snin 70 tas seklu 20 K inich K an B alam II Chan Bahlam II Fl 1973 l ewwel waħda mill konferenzi produttivi ħafna dwar Palenque magħrufa bħala Mesa Redonda saret f Palenque stess bis saħħa tal ispirazzjoni ta minn dik is sena l quddiem kull ftit snin studjuzi ewlenin tal Maja baqgħu jiltaqgħu f Palenque biex jiddiskutu u jezaminaw is sejbiet ġodda fil post Sadanittant Robertson kien qed iwettaq ezami dettaljat tal arti kollha f Palenque inkluz ir reġistrazzjoni tat traċċi kollha ta kulur fuq l iskulturi Fis snin 70 tas seklu 20 inbena wkoll muzew zgħir fis sit Fl aħħar 15 jew 20 sena ferm iktar mis sit ġie skavat izda attwalment l arkeologi jistmaw li 5 biss tal belt kollha ġiet skavata Fl 2010 ir riċerkaturi tal Universita Statali ta Pennsylvania u identifikaw l Akkwedott ta Piedras Bolas bħala akkwedott li jaħdem bil pressa li huwa l izjed wieħed bikri magħruf fid Dinja l Ġdida Huwa akkwedott alimentat minn fawwara li jinsab fuq art wieqfa u li għandu zbokk ristrett li jikkawza l ilma joħroġ bilfors bil pressa sa għoli ta sitt metri 20 pied Ma rnexxielhomx jidentifikaw l uzu ta din l opra magħmula mill bniedem F Ġunju 2022 l arkeologi mill Istitut Nazzjonali tal Antropoloġija u l Istorja INAH tal Messiku ħabbru l iskoperta ta statwa b ras tal ġibs twila disa pulzieri ta 1 300 sena li tindika lil Hun Hunahpu ta eta zgħira l alla mitoloġiku tal qamħirrum tal Maja Il qatgħa xagħar nofsha mqaxxra tal figura li qisha l qamħirrum misjur tagħti x tifhem li jaf hija proprja tal alla tal qamħirrum Ir riċerkaturi jassumu li l abitanti Maja ta Palenque x aktarx poġġew statwetta kbira tal ġebel fuq għadira biex jirrapprezentaw id daħla lejn id dinja ta wara l mewt Skont l arkeologu il poplu tal Maja simbolikament għalqu l għadira billi kissru ftit mill ġibs u poġġew fdalijiet tal annimali inkluz frammenti tal fuħħar fdalijiet tal għadam imnaqqxa qxur ponot tal vleġeġ tal ossidjana zibeġ ħxejjex u oħrajn Park Nazzjonali ta PalenqueIl Park Nazzjonali ta Palenque ġie ddezinjat fl 1981 mill gvern Messikan Ikopri erja ta 17 72 km2 li tinkorpora l belt antika u l għoljiet fin Nofsinhar Il park jinkludi sit ta kampeġġi għall familja BiblijografijaBerlin Heinrich 1963 The Palenque Triad Journal de la Societe des Americanistes n s 5 52 91 99 Paris Carrasco Michael D 2005 The Mask Flange Iconographic Complex electronic resource The Art Ritual and History of a Maya Sacred Image Doctoral dissertation The University of Texas at Austin Available electronically from http hdl handle net 2152 1027 Carrasco Michael D and Kerry Hull 2002 The Cosmogonic Symbolism of the Corbeled Vault in Maya Architecture Mexicon Volume XXIV No 2 April Fields Virginia M 1991 Iconographic heritage of the Maya Jester God In Sixth Palenque Round Table 1986 Virginia M Fields ed pp 167 174 Palenque Round Table 6 session 1986 University of Oklahoma Press Norman Freidel David and Barbara Macleod 2000 Creation Redux new thoughts on Maya cosmology from epigraphy iconography and archaeology PARI Journal 1 2 1 8 18 Guenter Stanley n d The Tomb of K inich Janaab Pakal The Temple of the Inscriptions at Palenque PDF Mesoweb Articles Mesoweb Retrieved 2008 02 04 Houston Stephen 1996 Symbolic Sweatbaths of the Maya Architectural Meaning in the Cross Group at Palenque Mexico Latin American Antiquity 7 2 pp 132 151 Kelley David 1965 The Birth of the Gods at Palenque In Estudios de Cultura Maya 5 93 134 Mexico Universidad Nacional Autonoma de Mexico Lounsbury Floyd G 1976 A Rationale for the Initial Date of the Temple of the Cross at Palenque In The Art Iconography and Dynastic History of Palenque Part III Proceedings of the Segunda Mesa Redonda de Palenque ed Merle Greene Robertson 211 224 Pebble Beach Ca Robert Louis Stevenson School Lounsbury Floyd G 1980 Some Problems in the Interpretation of the Mythological Portion of the Hieroglyphic Text of the temple of the Cross at Palenque In The Third Palenque Round Table 1978 Part 2 ed Merle Greene Robertson 99 115 Palenque Round Table Series Vol 5 Austin University of Texas Press Lounsbury Floyd G 1985 The Identities of the Mythological Figures in the Cross Group of Inscriptions at Palenque In Fourth Round Table of Palenque 1980 vol 6 gen ed Merle Greene Robertson vol ed Elizabeth P Benson 45 58 San Francisco Pre Columbian Art Research Institute Martin Simon Nikolai Grube 2000 Chronicle of the Maya Kings and Queens Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya London and New York Thames amp Hudson ISBN 0 500 05103 8 OCLC 47358325 Martin Simon Nikolai Grube 2008 Chronicle of the Maya Kings and Queens Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya 2nd ed London and New York Thames amp Hudson ISBN 9780500287262 OCLC 191753193 Mesoweb Muwaan Mat Mesoweb Encyclopedia Archived from the original on 4 March 2016 Retrieved 29 April 2009 Rands Robert L and Barbara C Rands 1959 The Incensario Complex of Palenque Chiapas American Antiquity 25 2 225 236 Rands Robert L Ronald L Bishop and Garman Harbottle 1979 Thematic and Compositional Variation in Palenque Region Incensarios In Tercera Mesa Redonda de Palenque Vol IV edited Merle Greene Robertson and Donnan C Jeffers 19 30 Palenque Pre Columbian Art Research and Monterey Herald Printers Ringle William M Thomas C Smith Stark 1996 A Concordance to the Inscriptions of Palenque Chiapas Mexico MARI Publications no 62 New Orleans Louisiana Middle American Research Institute Tulane University ISBN 0 939238 93 4 OCLC 25630088 Robertson Merle Greene 1991 The Sculpture of Palenque Vol IV Princeton University Press Princeton Ruz Alberto Lhuillier 1958 Exploraciones arqueologicas en Palenque 1953 Anales del Instituto Nacional de AntropologIa e Historia Vol 10 39 69 116 Mexico Saenz Cesar A 1956 Exploraciones en la Piramide de la Cruz Foliada Informe 5 Direccion de Monumentos Prehispanicos Instituto Nacional de AntropologIa e Historia Mexico Scarre Chris 1999 The Seventy Wonders of the Ancient World Thames and Hudson Schele Linda 1976 Accession Iconography of Chan Bahlum in the Group of the Cross at Palenque In The Art Iconography and Dynastic History of Palenque Part III Proceedings of the Segunda Mesa Redonda de Palenque ed Merle Greene Robertson 9 34 Pebble Beach Ca Robert Luis Stevenson School Schele Linda 1979 Genealogical Documentation in the Tri Figure Panels at Palenque In Tercera Mesa Redonda de Palenque Vol IV edited Merle Greene Robertson 41 70 Palenque Pre Columbian Art Research and Monterey Herald Printers Schele Linda 1985 Some Suggested Readings of the Event and Office of Heir Designate at Palenque In Phoneticism in Mayan Hieroglyphic Writing 287 307 Albany Institute of Mesoamerican Studies State University of New York at Albany Schele Linda 1986 Architectural Development and Political History at Palenque In City States of the Maya Art and Architecture edited Elizabeth P Benson 110 138 Denver Rocky Mountain Institute for Pre Columbian Studies Schele Linda 1992 Notebook for the XVIth Maya Hieroglyphic Writing Workshop at Texas Austin Texas University of Texas at Austin Schele Linda David Freidel 1990 A Forest of Kings The Untold Story of the Ancient Maya New York William Morrow ISBN 0 688 07456 1 OCLC 21295769 Skidmore Joel 2010 The Rulers of Palenque PDF Fifth ed Mesoweb Publications Retrieved 12 October 2015 Stuart David 2005 The Inscriptions from Temple XIX at Palenque Pre Columbian Art Research Institute ISBN 0 934051 10 0 Stuart David and Stephen Houston 1994 Classic Maya Place Names Studies Pre Columbian Art and Archaeology 33 Washington D C Dumbarton Oaks Research Library and Collection Archaeology of Native North America 2010 Dean R Snow Prentice Hall New York Robert Sharer 1983 The Ancient Maya Stanford California Stanford University Referenzi Stuart David Houston Stephen D 1994 Classic Maya Place Names Dumbarton Oaks pp 30 31 ISBN 978 0 88402 209 1 Liendo Stuardo Rodrigo 2020 Lakamha The Place of Big Waters The archaeology of the ancient city of Palenque Mexico In Hutson Scott R Ardren Traci eds The Maya World Routledge p 369 ISBN 978 1 351 02956 8 a b Palenque web archive org 2004 01 01 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 06 06 Miġbur 2022 08 15 Estadistica de Visitantes web archive org 2012 07 08 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 07 08 Miġbur 2022 08 15 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Martin u Grube 2000 Berlin 1959 1965 1968 Mathews u Schele 1974 Schele u Freidel 1990 Martin u Grube 2000 Berlin 1963 Wald Schele 1999 Freidel et al 1993 Freidel u Macleod 2000 Stuart 2005 Kapitlu 6 Stuart 1998 Martin amp Grube 2008 pp 155 176 Skidmore 2010 pp 2 91 Snow Dean R 2010 Archaeology in North America Prentice Hall pp 165 166 a b Centre UNESCO World Heritage Pre Hispanic City and National Park of Palenque UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 08 15 Schele and Mathews 1998 97 99 Berlin 1963 Schele and Mathews 1998 106 Carrasco 2005 433 Scarre 1999 Schele and Mathews 1998 115 Bassie 1991 Penn State Live Maya plumbing first pressurized water feature found in New World web archive org 2013 02 08 Arkivjat mill oriġinal fl 2013 02 08 Miġbur 2022 08 15 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Magazine Smithsonian Kuta Sarah 1 300 Year Old Corn God Statue Shows How the Maya Worshipped Maize Smithsonian Magazine bl Ingliz Miġbur 2022 08 15 Sculpted head of Mayan maize god uncovered in Mexico The Jerusalem Post JPost com bl Ingliz Miġbur 2022 08 15 Protected Planet Palenque Protected Planet Miġbur 2022 08 15