Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

San Ġlormu 347 430 kien saċerdot Nisrani u wieħed mis Santi Padri imsejħin Apoloġisti Magħruf l aktar għat traduzzjoni t

San Ġilormu

  • Paġna Ewlenija
  • San Ġilormu
San Ġilormu
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

San Ġlormu (347-430) kien saċerdot Nisrani u wieħed mis-Santi Padri, imsejħin Apoloġisti. Magħruf l-aktar għat-traduzzjoni tal-Bibbja għal-Latin imsejħa il-Vulgata.

San Ġlormu

San Ġlormu fl-istudju, ta' .
Twelid 347
(forsi Strido Dalmatiae, fuq il-fruntiera bejn id-Dalmazja u Pannonja
Mewt 420
Betlem,
L-ikbar Bażilika ta' Santa Maria Maggiore, Ruma
30 ta' Diċembru
Attributi Kurċifiss, kappell ta' Kardinal, iljun, ras ta' mewt
arkeoloġi, bibljotekarji, tradutturi u studjużi in ġenerali

Bin Ewsebju, Nisrani konvint, Ġlormu twieled fil-belt żgħira mdawra bis-swar ta' Stridonja, bejn id-Dalmazja u l-Pannonja, forsi ħdejn Ljubljana tal-lum. Meta kellu madwar 29 sena, il- qerdu l-belt ta' Stridonja. Huwa rnexxielu jagħmel kemm ħbieb kif ukoll għedewwa fil-bliet tal-qrib ta' Akwilea u Konkordja. Ħuh Pawlinjanu u oħtu, it-tnejn iżgħar minnu, qabdu bħalu l-ħajja monastika. Missieru Ewsebju kien Nisrani ta' tjieba kbira.

Edukazzjoni

Kien missieru stess missieru li tah l-ewwel edukazzjoni, iżda wara ddependa ħafna mill-benefatturi tiegħu biex kompla javvanza fl-istudji tiegħu. Qrib is-snin 360-367 hu mar Ruma u hemmhekk studja l-grammatika u wara r-retorika. Hu jgħid li s-surmast tiegħu kien Elio Donatu, imma l-kitbiet tiegħu juru li kien midħla sewwa ta' u ta' Virġilju. F'Ruma wkoll beda jitgħallem il-Grieg, imma mbagħad ipperfezzjona ruħu f'din il-lingwa meta mar fil-Lvant. Fil-fatt hu qatt ma rnexxielu jitgħallem il-letteratura klassika Griega. F'żgħożitu, meta hu kien għadu mhux mgħammed, stinka biex jitgħallem l-elementi bażiċi tal-filosofija, imma qatt ma mexa ħafna 'l quddiem fiha.

Ħajja Monastika

Jingħad li qabel ma tgħammed Ġirolmu għadda xi żmien fin-namur ma' diversi xebbiet, iżda fl-istess żmien kellu xi ħbieb kompatrijotti tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu u Eljodoru, li kienu jmorru miegħu kull nhar ta' Ħadd biex iżuru l-oqbra tal- u tal-. Kien f'din l-istess belt ta' Ruma li Ġirolmu tgħammed. Wara dan mar sa Treviri (Treves) fuq il-Moselle, mhux bogħod mill-fruntiera bejn il-Ġermanja u Franza, bil-ħsieb li jsib xortih f'din il-belt imperjali. Bla ma stenna, iżda, sab ruħu f'ambjent li kien iħajjar lil dak li jkun għall-ħajja monastika ta' stil Orjentali, li hawnhekk kienet fl-aqwa tagħha. Hawn ukoll għamel xi żmien jikkopja x-xogħlijiet ta' Ilarju ta' Poitiers.

Qrib is-sena 370 Ġirolmu reġa' lura lejn Stridonja ma' xi ħbieb tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu, Evagriju, Eromazju u Eljodoru, u għex magħhom ħajja rtirata taħt id-direzzjoni tal-Isqof Valerjanu ta' Akwilea. Ġirolmu ddeskriva din il-ħajja monastika bħala ħajja tant armonika li kien iħossha daqs li kieku kienet ‘kor tal-henjin'.

Imma din l-‘hena' nbidlet malajr f'ħajja ta' tilwim bejn il-ħbieb, l-aktar minħabba l-lingwaġġ aħrax li kien juża ma' ħbiebu l-istess Ġirolmu li kien għadu qed jesperimenta fl-axxetiżmu nisrani. Imma t-tilwim kellu wkoll l-aspett tajjeb għax Ġirolmu u sieħbu Rufinu qatgħuha li jmorru f'pellegrinaġġ qaddis biex jesperimentaw il-ħajja monastika fl-Orjent. Evagriju, min-naħa tiegħu, qatagħha li jerġa' lura lejn Antijokja pajjiżu. Dan kien fis-sena 373. Ġirolmu x'aktarx li vvjaġġa miegħu u flimkien għaddew mill-Kappadoċja u minn Antijokja.

Ġirolmu qatta' xi żmien fid-deżert ta' Kalcide, fis-Sud ta' Aleppo fis-Sirja. Hemmhekk kien hemm wieħed Lhudi li kien ikkonverta għall-Kristjaniżmu u li beda jgħallmu l-ilsien tiegħu.

Kien hawnhekk li Ġirolmu beda t-tieni novizzjat tiegħu fl-eremitaġġ. Hekk kif bdieh hu sejjaħ lil ħbiebu biex jissieħbu miegħu fid-deżert, imma fil-fatt irnexxielu jdum hemm inqas minn sentejn, jiġifieri mis-sena 375 sas-sena 377. Dan kollu minħabba l-fatt li l-kultura Rumana ta' Ġirolmu kienet għal kollox differenti minn dik tal-eremiti Griegi Orjentali. Minħabba f'hekk qamu ħafna kontroversji bejn Ġirolmu u l-eremiti tal-post. Ġirolmu tant kien ċert mill-fidi Rumana tiegħu li lanqas biss kien jiġih f'rasu li jipprova jifhem il-fidi ortodossa tagħhom.

Saċerdot

F'dan iż-żmien Antijokja kienet tbaqbaq bix-xiżma. Evagriju, wieħed mill-ħbieb ta' Ġirolmu, ingħaqad mal-grupp li kien tbiegħed mit-tagħlim tal-. Kien f'dan l-ambjent, u wara l-esperjenza tal-eremitaġġ ta' Kalcide, li Ġirolmu aċċetta li jkun ordnat saċerdot mill-Isqof Pawlinu li ma kellux komunità lil min jaqdi minħabba li kien qed imexxi grupp żgħir ultraniċen (jiġiferi li kien tbiegħed mit-tagħlim ta' Niċea).

L-esperjenza tad-deżert serviet ta' ħafna ġid għal Ġirolmu. Min-naħa hu ħa ċerta spiritwalita', u mill-oħra tħarreġ fil-Grieg u fil-Lhudi, żewġ lingwi li kellhom jgħinuh ħafna iżjed 'il quddiem. Fl-istess żmien Rufinu mar u baqa' l-Eġittu, filwaqt li Bonosu mar jgħix bħala eremita fil-gżira ta' Illirja.

Fiż-żmien li għadda fid-deżert ta' Kalċide, Ġirolmu kellu ‘viżjoni' li fiha hu deher quddiem it-tribunal ta' Kristu u kien akkużat li baqa' iktar Ċiċeronjan milli Nisrani. Hu nstab ħati ta' din l-akkuża u kien imsawwat ħafna drabi bil-frosta. Hu semma din il-ġrajja liż-żagħżugħa Ewstokjo fl-Ittra 22, 30 bil-ħsieb li jħajjarha tiddedika ruħha għall-istudju tal-Bibbja. Minkejja din il-kriżi psikoloġika li għadda minnha, Ġirolmu baqa' xorta waħda jdaħħal fil-kitba u fid-diskorsi tiegħu siltiet mill-awturi klassiċi pagani. Iktar tard hu kellu kontroversja ma' Rufinu, u dan semmielu l-frugħa tal-‘viżjoni'.

Il-Knisja ta' Antijokja f'dak iż-żmien kienet maqsuma f'żewġ partiti, imma l- baqgħet tiżviluppa bla tbatija fiż-żewġ fergħat. L-Isqof Melezju kellu koadjutur jismu Dijodoru li wara sar Isqof ta' Tarsu. Dan waqqaf l-iskola Antijokena imma, minħabba li kien membru tal-partit oppost, Ġirolmu tah il-ġenb. Minflok Ġirolmu kien imur għal-lezzjonijiet tal-eseġeżi għand wieħed jismu Apollinar ta' Laodiċea, ħabib kbir tal-Isqof Pawlinu, li d-duttrina tiegħu dwar l-Inkarnazzjoni ġa kienet qed issir suspettuża imma kien għadu ma qatax għal kollox l-irbit mal-Knisja Kattolika.

Segretarju tal-Papa

Qrib is-sena 380 l-Isqof Pawlinu mar Kostantinopli għand l-Imperatur il-ġdid Teodosju biex dan jagħraf l-awtorita' tiegħu bħala isqof. L-Isqof Melezju kien qed jixjieħ, imma ma rriżenjax. Imbagħad ġara li Pawlinu, flimkien mal-protettur tiegħu Epifanju ta' Ċipru u s-segretarju tiegħu Ġirolmu, mar Ruma sabiex jitlob l-għajnuna tal-Papa Damasu (366-383). Meta waslu Ruma l-Papa, li kien qrib it-tmenin sena ried il-paċi, u għalhekk ħatar lil Ġirolmu bħala s-segretarju tiegħu.

Waqt li kien Ruma Ġirolmu wessa' l-appostolat tiegħu hekk li daħal fis-salotti tal-aristokrazija femminili, fid-dar tar-romol Marcella u Pawla, omm ix-xbejba Ewstokjo. Hawnhekk ukoll Ġirolmu sab rabbi li beda jgħallmu Lhudi aktar avvanzat u tah ukoll ħafna kotba fuqiex jistudja. B'hekk Ġirolmu seta' jsaħħaħ il-gruppi bibliċi tiegħu u jgħallem il-Lhudi bażiku lil dawn in-nisa benefatturi tiegħu. Fl-istess żmien fil-Belt Eterna kien hemm propaganda qawwija ta' ħajja axxetika minn gruppi opposti li kienu dejjem lesti biex jikkritikaw u jniggżu lil xulxin. Hekk nibtu ħafna disputi brillanti bejn mexxejja ta' gruppi opposti, ittri devoti li juru livell għoli fl-istudju bibliku u axxetiku, u kitbiet satiriċi minn diversi membri tal-kleru. Ġirolmu kien imdaħħal f'dan kollu u sab ruħu f'karriera eċċezzjonali. Minħabba dan hu daħħal f'rasu li wara l-Papa Damasu I bilfors kien se jkun hu s-suċċessur tiegħu.

Fil-fatt f'Diċembru tas-sena 384 kien hemm l-elezzjoni tal-Papa l-ġdid u ntgħażel il-Papa Siriċju (384-399). Ġirolmu ried l-art tibilgħu. Meta sab ruħu mdawwar minn nies li kienu kontra tiegħu, fis-sajf tas-sena 385 hu farfar it-trab minn mas-sandli tiegħu kontra l-belt li kienet tant ostili għalih u kontra ‘s-senat tal-Fariżej' li kellu l-kuraġġ jikkalunjawh minħabba l-ħbiberija li kellu mal-aristokrazija femminili ta' Ruma.

Jitlaq minn Ruma

Ftit wara li Ġirolmu telaq minn Ruma, telqu wkoll Pawla u bintha Ewstokjo li mbagħad laħquh f'Reggio Calabria. Minn hemm marru flimkien sa Ċipru fejn qagħdu għand Epifanju ta' Salamina li kien ħabib tagħhom. Wara marru Antijokja u qagħdu għand Evagriju, ħabib antik ta' Ġirolmu. Aktar tard telqu lejn l-Eġittu fejn il-matruna Pawla tat xi flus lir-reliġjużi ta' hemm wara li ħallewha ‘dduq il-ġenna tal-eremiti' Eġizzjani. Fl-istess okkażjoni Ġirolmu ġie f'kuntatt mal-injożi Oriġenista jew l-għarfien tal-misteri spiritwali li kellu Didimu l-Għami taħt l-influwenza tat-tagħlim ta' .

Ħajja Monastika f'Betlehem

Fis-sajf tas-sena 386 twaqqfet komunità axxetika għall-irġiel u oħra għan-nisa f' taħt id-direzzjoni spiritwali ta' Ġirolmu. Huma kienu 'l bogħod kemm mill-istorbju tal-belt ta' Ġerusalemm u kemm mill-Għolja taż-Żebbuġ fejn kien hemm il-komunita' axxetika ta' Rufinu u dik tan-nisa li magħhom kienet tgħix il-benefattriċi tiegħu Melanja. Jidher li Ġirolmu fittex li fil-komunitajiet tiegħu tal-irġiel u tan-nisa jkun hemm l-ispiritwalita' ta' Oriġene. Il-monasterju tan-nisa baqa' jitmexxa tista' tgħid għal kollox bil-mentalita' Rumana. Fil-fatt il-monasteru kien maqsum fi tliet klassijiet ta' reliġjużi, skont il-klassi soċjali li minnha kienu ġejjin il-membri femminili. Barra minn dan kellhom foresterija biex iżommu hemm il-pellegrini u l-mistednin tagħhom. Ftit 'il bogħod mill-monasterju ta' Ġirolmu kien hemm il-biblioteka eċċezzjonali ta' Ċesarija, li kienet twaqqfet minn Oriġene u wara miżjuda b'ħafna manuskritti oħra minn Ewsebju.

Fil-komunità ta' Ġirolmu f'Betlehem kien hemm ħafna attività letterarja. Kien hemm traduzzjonijiet tal-kotba tal-Bibbja, adattamenti ta' studji eseġetiċi, kif ukoll il-kitba ta' rumanzi dwar il-ħajjiet ta' xi qaddisin li kienu jgħixu fil-monasteru. Fl-istudji t-Testment il-Qadim kien jingħata aktar importanza mit-Testment il-Ġdid, u l-Lhudi aktar mill-Grieg. Fil-bidu kienet tingħata ħafna importanza lill-istorja tal-Knisja, imma wara ftit din tista' tgħid li serviet biss għall-kitba tal-opra ta' Ġirolmu L-Irġiel Magħrufa. Kien jiġu wkoll diskussi suġġetti ta' attwalità, l-iktar taħt forma ta' polemika.

Fis-sena 393 wieħed jismu Atarbju beda jdur il-monasterji u jitlob lir-reliġjużi li jiffirmaw dikjarazzjoni kontra Oriġene li kien ilu mejjet mis-sena 253. Ġirolmu qabad u ffirma, imma Rufinu ma ffirmax. Imbagħad fil-festa tad-Dedikazzjoni tal-Qabar Imqaddes, f'Settembru tas-sena 393, Epifanju ta' Salamina għamel serje ta' omeliji u fl-aħħar, fir-rebbiegħa tas-sena 394, ordna lil Pawlinjanu, ħu Ġirolmu, biex jiddisprezza d-drittijiet tal-isqof tal-post. Ftit wara ġiet l-iskomunika ta' Ġirolmu. Fl-Għid tas-sena 397, wara li kien għamel penitenza u ta l-paċi lil Rufinu, Ġirolmu kien rikonċiljat mal-Knisja.

Il-Vulgata

żgur li isem San Ġlormu jibqa' marbut mat-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja u l-istudju tagħha. Ħbiebu nkoraġġewh biex jagħmel traduzzjoni mill-oriġinal tal-Iskrittura kollha, ħidma kbira li swietlu tlieta u għoxrin sena minn ħajtu u li diversi drabi kien se jaqta' qalbu minnha, iżda t-tenaċità tiegħu ta' studjuż għenitu biex iwassalha sa tmiem, xi ħaġa li ġrat ukoll lill-Professur Pietru Pawl Saydon li elf u ħames mitt sena wara daħal waħdu għall-istess biċċa xogħol meta qaleb l-Iskrittura mill-oriġinal għall-Malti.

Fis-seklu sittax, il- iddikjara l-Vulgata ta' Ġlormu bħala t-test Latin awtentiku tal-Knisja Kattolika.

Fis-sena 397 Santu Wistin kiteb ittra lil Ġirolmu u fiha faħħar it-traduzzjoni u l-eseġeżi tiegħu, ukoll jekk għamel hekk b'xi riserva. Ġirolmu ma fehemx mill-ewwel x'importanza kellu dan l-isqof żagħżugħ. Wistin reġa' kitiblu fis-sena 402 u Ġirolmu wieġeb bl-aħrax għal dak li seta' jara bħala kritika għax-xogħol tiegħu. Wistin kien umli u ssaporta l-kliem aħrax ta' Ġirolmu. Imma sa fl-aħħar huma għaqqdu l-forzi tagħhom kontra li kien l-għadu komuni tagħhom.

Fis-sena 399 miet il-Papa Siriċju u laħaq warajh Anastasju I (399-401) li wera ruħu favur Ġirolmu u mill-ġdid laqgħu tajjeb. Ħames snin wara mietet Santa Pawla; Ġirolmu ħassha wisq it-telfa tagħha. Imbagħad fl-24 ta' Awissu tas-sena 410 waqgħet Ruma. Pelaġju ħalla l-Afrika u mar Ġerusalemm. Fis-sena 414 Ġirolmu tkellem kontra tiegħu u minħabba f'hekk grupp ta' terroristi Pelaġjani sentejn wara ħarqulu l-monasteri tiegħu. Fis-sena 417 il-Konċilju ta' Antijokja keċċa lil Pelaġju mill-Palestina.

San Ġirolmu li hu ġustament speċjalment għal dik li hi xjenza Biblika. Hu għamel użu tajjeb fil-kitba tiegħu kemm mill-ilsien Lhudi u kemm mill-Grieg li hu tgħallem sewwa, u għalhekk seta' jkollu kuntatt mal-kotba tal-Knisja Griega u mat-testi oriġinali tal-Iskrittura; dan hu vantaġġ għall-Knisja Latina. Iżda baqa' tista' tgħid għomru kollu traduttur u mhux kittieb ta' xogħlijiet oriġinali. Għalhekk hu ftit batut għal dak li hu indipendenza tal-ħsieb. L-influwenza tiegħu fuq l-iżvilupp tat-teoloġiji ma kinitx kbira għax ma kienx ħassieb oriġinali bħal Santu Wistin u San Tumas t'Aquino. Iżda ddefenda t-Tradizzjoni b'għerf kbir u kien difensur tal-awtorità tal-Knisja u tal-maġisteru. Il-personalità tiegħu kienet verament tidher fil-kitbiet tiegħu u fl-istil qawwi tiegħu u kien surmast għall-proża nisranija futura.

San Ġirolmu miet qrib Betlhem fit-30 ta' Settembru tas-sena 419.

San Ġlormu fl-Arti

Fl-arti, San Ġlormu ħafna drabi huwa rappreżentat bħala wieħed mill-erba' Dutturi Latini tal-Knisja flimkien ma' Santu Wistin, Sant'Ambroġju u . Billi għal xi żmien kien Segretarju tal-Papa, jiġi raffigurat anakronistikament bl-ilbies ta' kardinal. Anke meta jitpinġa bħala eremit nofsu mneżża', bis-salib, kranju u Bibbja, ma jonqosx il-kappell aħmar tal-kardinali jew xi sinjal ieħor kardinalizju. Spiss jiġi raffigurat ma' ljun, ħabba storja medjevali li tgħid li neħħa xewka minn sieq ta' ljun - Skont il-leġġenda, darba waqt li kien qed jgħallem daħallu ljun fil-klassi. Id-dixxipli kollha għosfru, iżda Ġlormu neħħielu xewka minn siequ u nfaxxahielu, u bħala ringrazzjament l-iljun baqa' miegħu ghal dejjem.- u ġieli ma' simbolu tal-għerf u l-istudju. L-istrumenti tal-kitba u t-tromba tal-ġudizzju finali huma wkoll parti mill-ikonografija tiegħu.

San Ġlormu tal-Caravaggio

San Ġlormu li tinsab fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta hija pittura tat-Taljan Michelangelo Merisi da Caravaggio u saret fl-1607 jew 1608. Pittura oħra ta' San Ġlormu tal-Caravaggio hija dik li hemm fil-Galleria Borghese f'Ruma li saret sena jew sentejn qabel dik ta' Malta.

Fl-aħħar jum tas-sena 1984 din il-pittura nsterqet mill-Kon-Katidral billi tqattgħet b'mus. Biex ħarġuha, il-ħallelin irrumblawha u għamlu ħsara lill-kulur. Patri Marius Zerafa, li kienet Kuratur tal-Mużewijiet, ħadem qatigħ biex tinstab. Huwa ppubblika ktieb, Caravaggio Diaries, dwar is-serqa, it-tfittxija u s-sejba. Jeżistu 'voice recordings' tal-ħallelin jheddu lill-istess Zerafa illi l-pittura qed tiġi mbiċċra jekk ma tingħatax is-somma mitluba, fejn anke kienu jibagħtulu biċċiet tal-canvas imqatta'. Il-pittura kienet ħarġet minn Malta illegalment biex tiġi rkantata imma wara diversi attentivi li fallew, reġgħet daħlet fil-gżira.

Ħoloq esterni

  • Il-Vulgata sħiħa
  • Il-Pittura ta' San Ġlormu tal-Caravaggio f'Malta
  • Intervista ma' Patri Marius Zerafa fuq is-serqa tal-pittura ta' San Ġlormu

Referenzi

  1. ^ Scheck, Thomas P. (2008). Commentary on Matthew. The Fathers of the Church. Vol. 117. ISBN 978-0-8132-0117-7. p. 5.
  2. ^ Ward, Maisie (1950). Saint Jerome. London: Sheed & Ward. p. 7.
  3. ^ Streeter, Tom (2006). The Church and Western Culture: An Introduction to Church History. AuthorHouse. p. 102.
  4. ^ "A Select Library of Nicene and Post-Nicene Fathers of the Christian Church ... - Google Knihy". web.archive.org. 2014-07-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-07-11. Miġbur 2022-09-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Williams, Megan Hale (2006). The Monk and the Book: Jerome and the Making of Christian Scholarship. Chicago: U of Chicago Press. ISBN 978-0-226-89900-8.
  6. ^ Pevarello, Daniele (2013). The Sentences of Sextus and the origins of Christian ascetiscism. Tübingen: Mohr Siebeck. ISBN 978-3-16-152579-7. p. 1.
  7. ^ Kelly, J.N.D. (1975). Jerome: His Life, Writings, and Controversies. New York: Harper & Row. pp. 13-14.
  8. ^ "St. Jerome, Commentary on Daniel (1958) pp. 15-157". www.tertullian.org.
  9. ^ Louth, Andrew (2022). "Jerome". The Oxford Dictionary of the Christian Church. Oxford University Press. pp. 872–873. ISBN 978-0-19-263815-1.
  10. ^ "Saint Jerome in His Study · The Walters Art Museum · Works of Art". web.archive.org. 2012-09-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-09-18. Miġbur 2022-09-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ "Saint Jerome". web.archive.org. 2014-04-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-04-29. Miġbur 2022-09-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 00:30

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar San Ġilormu, X'inhi San Ġilormu? Xi tfisser San Ġilormu?

San Ġlormu 347 430 kien saċerdot Nisrani u wieħed mis Santi Padri imsejħin Apoloġisti Magħruf l aktar għat traduzzjoni tal Bibbja għal Latin imsejħa il Vulgata San ĠlormuSan Ġlormu fl istudju ta Twelid 347 forsi Strido Dalmatiae fuq il fruntiera bejn id Dalmazja u PannonjaMewt 420 Betlem L ikbar Bazilika ta Santa Maria Maggiore Ruma30 ta DiċembruAttributi Kurċifiss kappell ta Kardinal iljun ras ta mewtarkeoloġi bibljotekarji tradutturi u studjuzi in ġenerali Bin Ewsebju Nisrani konvint Ġlormu twieled fil belt zgħira mdawra bis swar ta Stridonja bejn id Dalmazja u l Pannonja forsi ħdejn Ljubljana tal lum Meta kellu madwar 29 sena il qerdu l belt ta Stridonja Huwa rnexxielu jagħmel kemm ħbieb kif ukoll għedewwa fil bliet tal qrib ta Akwilea u Konkordja Ħuh Pawlinjanu u oħtu it tnejn izgħar minnu qabdu bħalu l ħajja monastika Missieru Ewsebju kien Nisrani ta tjieba kbira EdukazzjoniKien missieru stess missieru li tah l ewwel edukazzjoni izda wara ddependa ħafna mill benefatturi tiegħu biex kompla javvanza fl istudji tiegħu Qrib is snin 360 367 hu mar Ruma u hemmhekk studja l grammatika u wara r retorika Hu jgħid li s surmast tiegħu kien Elio Donatu imma l kitbiet tiegħu juru li kien midħla sewwa ta u ta Virġilju F Ruma wkoll beda jitgħallem il Grieg imma mbagħad ipperfezzjona ruħu f din il lingwa meta mar fil Lvant Fil fatt hu qatt ma rnexxielu jitgħallem il letteratura klassika Griega F zgħozitu meta hu kien għadu mhux mgħammed stinka biex jitgħallem l elementi baziċi tal filosofija imma qatt ma mexa ħafna l quddiem fiha Ħajja MonastikaJingħad li qabel ma tgħammed Ġirolmu għadda xi zmien fin namur ma diversi xebbiet izda fl istess zmien kellu xi ħbieb kompatrijotti tiegħu bħal Bonosu Rufinu u Eljodoru li kienu jmorru miegħu kull nhar ta Ħadd biex izuru l oqbra tal u tal Kien f din l istess belt ta Ruma li Ġirolmu tgħammed Wara dan mar sa Treviri Treves fuq il Moselle mhux bogħod mill fruntiera bejn il Ġermanja u Franza bil ħsieb li jsib xortih f din il belt imperjali Bla ma stenna izda sab ruħu f ambjent li kien iħajjar lil dak li jkun għall ħajja monastika ta stil Orjentali li hawnhekk kienet fl aqwa tagħha Hawn ukoll għamel xi zmien jikkopja x xogħlijiet ta Ilarju ta Poitiers Qrib is sena 370 Ġirolmu reġa lura lejn Stridonja ma xi ħbieb tiegħu bħal Bonosu Rufinu Evagriju Eromazju u Eljodoru u għex magħhom ħajja rtirata taħt id direzzjoni tal Isqof Valerjanu ta Akwilea Ġirolmu ddeskriva din il ħajja monastika bħala ħajja tant armonika li kien iħossha daqs li kieku kienet kor tal henjin Imma din l hena nbidlet malajr f ħajja ta tilwim bejn il ħbieb l aktar minħabba l lingwaġġ aħrax li kien juza ma ħbiebu l istess Ġirolmu li kien għadu qed jesperimenta fl axxetizmu nisrani Imma t tilwim kellu wkoll l aspett tajjeb għax Ġirolmu u sieħbu Rufinu qatgħuha li jmorru f pellegrinaġġ qaddis biex jesperimentaw il ħajja monastika fl Orjent Evagriju min naħa tiegħu qatagħha li jerġa lura lejn Antijokja pajjizu Dan kien fis sena 373 Ġirolmu x aktarx li vvjaġġa miegħu u flimkien għaddew mill Kappadoċja u minn Antijokja Ġirolmu qatta xi zmien fid dezert ta Kalcide fis Sud ta Aleppo fis Sirja Hemmhekk kien hemm wieħed Lhudi li kien ikkonverta għall Kristjanizmu u li beda jgħallmu l ilsien tiegħu Kien hawnhekk li Ġirolmu beda t tieni novizzjat tiegħu fl eremitaġġ Hekk kif bdieh hu sejjaħ lil ħbiebu biex jissieħbu miegħu fid dezert imma fil fatt irnexxielu jdum hemm inqas minn sentejn jiġifieri mis sena 375 sas sena 377 Dan kollu minħabba l fatt li l kultura Rumana ta Ġirolmu kienet għal kollox differenti minn dik tal eremiti Griegi Orjentali Minħabba f hekk qamu ħafna kontroversji bejn Ġirolmu u l eremiti tal post Ġirolmu tant kien ċert mill fidi Rumana tiegħu li lanqas biss kien jiġih f rasu li jipprova jifhem il fidi ortodossa tagħhom SaċerdotF dan iz zmien Antijokja kienet tbaqbaq bix xizma Evagriju wieħed mill ħbieb ta Ġirolmu ingħaqad mal grupp li kien tbiegħed mit tagħlim tal Kien f dan l ambjent u wara l esperjenza tal eremitaġġ ta Kalcide li Ġirolmu aċċetta li jkun ordnat saċerdot mill Isqof Pawlinu li ma kellux komunita lil min jaqdi minħabba li kien qed imexxi grupp zgħir ultraniċen jiġiferi li kien tbiegħed mit tagħlim ta Niċea L esperjenza tad dezert serviet ta ħafna ġid għal Ġirolmu Min naħa hu ħa ċerta spiritwalita u mill oħra tħarreġ fil Grieg u fil Lhudi zewġ lingwi li kellhom jgħinuh ħafna izjed il quddiem Fl istess zmien Rufinu mar u baqa l Eġittu filwaqt li Bonosu mar jgħix bħala eremita fil gzira ta Illirja Fiz zmien li għadda fid dezert ta Kalċide Ġirolmu kellu vizjoni li fiha hu deher quddiem it tribunal ta Kristu u kien akkuzat li baqa iktar Ċiċeronjan milli Nisrani Hu nstab ħati ta din l akkuza u kien imsawwat ħafna drabi bil frosta Hu semma din il ġrajja liz zagħzugħa Ewstokjo fl Ittra 22 30 bil ħsieb li jħajjarha tiddedika ruħha għall istudju tal Bibbja Minkejja din il krizi psikoloġika li għadda minnha Ġirolmu baqa xorta waħda jdaħħal fil kitba u fid diskorsi tiegħu siltiet mill awturi klassiċi pagani Iktar tard hu kellu kontroversja ma Rufinu u dan semmielu l frugħa tal vizjoni Il Knisja ta Antijokja f dak iz zmien kienet maqsuma f zewġ partiti imma l baqgħet tizviluppa bla tbatija fiz zewġ fergħat L Isqof Melezju kellu koadjutur jismu Dijodoru li wara sar Isqof ta Tarsu Dan waqqaf l iskola Antijokena imma minħabba li kien membru tal partit oppost Ġirolmu tah il ġenb Minflok Ġirolmu kien imur għal lezzjonijiet tal eseġezi għand wieħed jismu Apollinar ta Laodiċea ħabib kbir tal Isqof Pawlinu li d duttrina tiegħu dwar l Inkarnazzjoni ġa kienet qed issir suspettuza imma kien għadu ma qatax għal kollox l irbit mal Knisja Kattolika Segretarju tal PapaQrib is sena 380 l Isqof Pawlinu mar Kostantinopli għand l Imperatur il ġdid Teodosju biex dan jagħraf l awtorita tiegħu bħala isqof L Isqof Melezju kien qed jixjieħ imma ma rrizenjax Imbagħad ġara li Pawlinu flimkien mal protettur tiegħu Epifanju ta Ċipru u s segretarju tiegħu Ġirolmu mar Ruma sabiex jitlob l għajnuna tal Papa Damasu 366 383 Meta waslu Ruma l Papa li kien qrib it tmenin sena ried il paċi u għalhekk ħatar lil Ġirolmu bħala s segretarju tiegħu Waqt li kien Ruma Ġirolmu wessa l appostolat tiegħu hekk li daħal fis salotti tal aristokrazija femminili fid dar tar romol Marcella u Pawla omm ix xbejba Ewstokjo Hawnhekk ukoll Ġirolmu sab rabbi li beda jgħallmu Lhudi aktar avvanzat u tah ukoll ħafna kotba fuqiex jistudja B hekk Ġirolmu seta jsaħħaħ il gruppi bibliċi tiegħu u jgħallem il Lhudi baziku lil dawn in nisa benefatturi tiegħu Fl istess zmien fil Belt Eterna kien hemm propaganda qawwija ta ħajja axxetika minn gruppi opposti li kienu dejjem lesti biex jikkritikaw u jniggzu lil xulxin Hekk nibtu ħafna disputi brillanti bejn mexxejja ta gruppi opposti ittri devoti li juru livell għoli fl istudju bibliku u axxetiku u kitbiet satiriċi minn diversi membri tal kleru Ġirolmu kien imdaħħal f dan kollu u sab ruħu f karriera eċċezzjonali Minħabba dan hu daħħal f rasu li wara l Papa Damasu I bilfors kien se jkun hu s suċċessur tiegħu Fil fatt f Diċembru tas sena 384 kien hemm l elezzjoni tal Papa l ġdid u ntgħazel il Papa Siriċju 384 399 Ġirolmu ried l art tibilgħu Meta sab ruħu mdawwar minn nies li kienu kontra tiegħu fis sajf tas sena 385 hu farfar it trab minn mas sandli tiegħu kontra l belt li kienet tant ostili għalih u kontra s senat tal Farizej li kellu l kuraġġ jikkalunjawh minħabba l ħbiberija li kellu mal aristokrazija femminili ta Ruma Jitlaq minn RumaOrdo seu regula Ftit wara li Ġirolmu telaq minn Ruma telqu wkoll Pawla u bintha Ewstokjo li mbagħad laħquh f Reggio Calabria Minn hemm marru flimkien sa Ċipru fejn qagħdu għand Epifanju ta Salamina li kien ħabib tagħhom Wara marru Antijokja u qagħdu għand Evagriju ħabib antik ta Ġirolmu Aktar tard telqu lejn l Eġittu fejn il matruna Pawla tat xi flus lir reliġjuzi ta hemm wara li ħallewha dduq il ġenna tal eremiti Eġizzjani Fl istess okkazjoni Ġirolmu ġie f kuntatt mal injozi Oriġenista jew l għarfien tal misteri spiritwali li kellu Didimu l Għami taħt l influwenza tat tagħlim ta Ħajja Monastika f Betlehem Fis sajf tas sena 386 twaqqfet komunita axxetika għall irġiel u oħra għan nisa f taħt id direzzjoni spiritwali ta Ġirolmu Huma kienu l bogħod kemm mill istorbju tal belt ta Ġerusalemm u kemm mill Għolja taz Zebbuġ fejn kien hemm il komunita axxetika ta Rufinu u dik tan nisa li magħhom kienet tgħix il benefattriċi tiegħu Melanja Jidher li Ġirolmu fittex li fil komunitajiet tiegħu tal irġiel u tan nisa jkun hemm l ispiritwalita ta Oriġene Il monasterju tan nisa baqa jitmexxa tista tgħid għal kollox bil mentalita Rumana Fil fatt il monasteru kien maqsum fi tliet klassijiet ta reliġjuzi skont il klassi soċjali li minnha kienu ġejjin il membri femminili Barra minn dan kellhom foresterija biex izommu hemm il pellegrini u l mistednin tagħhom Ftit il bogħod mill monasterju ta Ġirolmu kien hemm il biblioteka eċċezzjonali ta Ċesarija li kienet twaqqfet minn Oriġene u wara mizjuda b ħafna manuskritti oħra minn Ewsebju Fil komunita ta Ġirolmu f Betlehem kien hemm ħafna attivita letterarja Kien hemm traduzzjonijiet tal kotba tal Bibbja adattamenti ta studji eseġetiċi kif ukoll il kitba ta rumanzi dwar il ħajjiet ta xi qaddisin li kienu jgħixu fil monasteru Fl istudji t Testment il Qadim kien jingħata aktar importanza mit Testment il Ġdid u l Lhudi aktar mill Grieg Fil bidu kienet tingħata ħafna importanza lill istorja tal Knisja imma wara ftit din tista tgħid li serviet biss għall kitba tal opra ta Ġirolmu L Irġiel Magħrufa Kien jiġu wkoll diskussi suġġetti ta attwalita l iktar taħt forma ta polemika Fis sena 393 wieħed jismu Atarbju beda jdur il monasterji u jitlob lir reliġjuzi li jiffirmaw dikjarazzjoni kontra Oriġene li kien ilu mejjet mis sena 253 Ġirolmu qabad u ffirma imma Rufinu ma ffirmax Imbagħad fil festa tad Dedikazzjoni tal Qabar Imqaddes f Settembru tas sena 393 Epifanju ta Salamina għamel serje ta omeliji u fl aħħar fir rebbiegħa tas sena 394 ordna lil Pawlinjanu ħu Ġirolmu biex jiddisprezza d drittijiet tal isqof tal post Ftit wara ġiet l iskomunika ta Ġirolmu Fl Għid tas sena 397 wara li kien għamel penitenza u ta l paċi lil Rufinu Ġirolmu kien rikonċiljat mal Knisja Il Vulgata zgur li isem San Ġlormu jibqa marbut mat traduzzjoni tiegħu tal Bibbja u l istudju tagħha Ħbiebu nkoraġġewh biex jagħmel traduzzjoni mill oriġinal tal Iskrittura kollha ħidma kbira li swietlu tlieta u għoxrin sena minn ħajtu u li diversi drabi kien se jaqta qalbu minnha izda t tenaċita tiegħu ta studjuz għenitu biex iwassalha sa tmiem xi ħaġa li ġrat ukoll lill Professur Pietru Pawl Saydon li elf u ħames mitt sena wara daħal waħdu għall istess biċċa xogħol meta qaleb l Iskrittura mill oriġinal għall Malti Fis seklu sittax il iddikjara l Vulgata ta Ġlormu bħala t test Latin awtentiku tal Knisja Kattolika Fis sena 397 Santu Wistin kiteb ittra lil Ġirolmu u fiha faħħar it traduzzjoni u l eseġezi tiegħu ukoll jekk għamel hekk b xi riserva Ġirolmu ma fehemx mill ewwel x importanza kellu dan l isqof zagħzugħ Wistin reġa kitiblu fis sena 402 u Ġirolmu wieġeb bl aħrax għal dak li seta jara bħala kritika għax xogħol tiegħu Wistin kien umli u ssaporta l kliem aħrax ta Ġirolmu Imma sa fl aħħar huma għaqqdu l forzi tagħhom kontra li kien l għadu komuni tagħhom Fis sena 399 miet il Papa Siriċju u laħaq warajh Anastasju I 399 401 li wera ruħu favur Ġirolmu u mill ġdid laqgħu tajjeb Ħames snin wara mietet Santa Pawla Ġirolmu ħassha wisq it telfa tagħha Imbagħad fl 24 ta Awissu tas sena 410 waqgħet Ruma Pelaġju ħalla l Afrika u mar Ġerusalemm Fis sena 414 Ġirolmu tkellem kontra tiegħu u minħabba f hekk grupp ta terroristi Pelaġjani sentejn wara ħarqulu l monasteri tiegħu Fis sena 417 il Konċilju ta Antijokja keċċa lil Pelaġju mill Palestina San Ġirolmu li hu ġustament speċjalment għal dik li hi xjenza Biblika Hu għamel uzu tajjeb fil kitba tiegħu kemm mill ilsien Lhudi u kemm mill Grieg li hu tgħallem sewwa u għalhekk seta jkollu kuntatt mal kotba tal Knisja Griega u mat testi oriġinali tal Iskrittura dan hu vantaġġ għall Knisja Latina Izda baqa tista tgħid għomru kollu traduttur u mhux kittieb ta xogħlijiet oriġinali Għalhekk hu ftit batut għal dak li hu indipendenza tal ħsieb L influwenza tiegħu fuq l izvilupp tat teoloġiji ma kinitx kbira għax ma kienx ħassieb oriġinali bħal Santu Wistin u San Tumas t Aquino Izda ddefenda t Tradizzjoni b għerf kbir u kien difensur tal awtorita tal Knisja u tal maġisteru Il personalita tiegħu kienet verament tidher fil kitbiet tiegħu u fl istil qawwi tiegħu u kien surmast għall proza nisranija futura San Ġirolmu miet qrib Betlhem fit 30 ta Settembru tas sena 419 San Ġlormu fl ArtiFl arti San Ġlormu ħafna drabi huwa rapprezentat bħala wieħed mill erba Dutturi Latini tal Knisja flimkien ma Santu Wistin Sant Ambroġju u Billi għal xi zmien kien Segretarju tal Papa jiġi raffigurat anakronistikament bl ilbies ta kardinal Anke meta jitpinġa bħala eremit nofsu mnezza bis salib kranju u Bibbja ma jonqosx il kappell aħmar tal kardinali jew xi sinjal ieħor kardinalizju Spiss jiġi raffigurat ma ljun ħabba storja medjevali li tgħid li neħħa xewka minn sieq ta ljun Skont il leġġenda darba waqt li kien qed jgħallem daħallu ljun fil klassi Id dixxipli kollha għosfru izda Ġlormu neħħielu xewka minn siequ u nfaxxahielu u bħala ringrazzjament l iljun baqa miegħu ghal dejjem u ġieli ma simbolu tal għerf u l istudju L istrumenti tal kitba u t tromba tal ġudizzju finali huma wkoll parti mill ikonografija tiegħu San Ġlormu tal Caravaggio San Ġlormu li tinsab fl Oratorju tal Kon Katidral ta San Ġwann il Belt Valletta hija pittura tat Taljan Michelangelo Merisi da Caravaggio u saret fl 1607 jew 1608 Pittura oħra ta San Ġlormu tal Caravaggio hija dik li hemm fil Galleria Borghese f Ruma li saret sena jew sentejn qabel dik ta Malta Fl aħħar jum tas sena 1984 din il pittura nsterqet mill Kon Katidral billi tqattgħet b mus Biex ħarġuha il ħallelin irrumblawha u għamlu ħsara lill kulur Patri Marius Zerafa li kienet Kuratur tal Muzewijiet ħadem qatigħ biex tinstab Huwa ppubblika ktieb Caravaggio Diaries dwar is serqa it tfittxija u s sejba Jezistu voice recordings tal ħallelin jheddu lill istess Zerafa illi l pittura qed tiġi mbiċċra jekk ma tingħatax is somma mitluba fejn anke kienu jibagħtulu biċċiet tal canvas imqatta Il pittura kienet ħarġet minn Malta illegalment biex tiġi rkantata imma wara diversi attentivi li fallew reġgħet daħlet fil gzira Ħoloq esterniIl Vulgata sħiħa Il Pittura ta San Ġlormu tal Caravaggio f Malta Intervista ma Patri Marius Zerafa fuq is serqa tal pittura ta San ĠlormuReferenzi Scheck Thomas P 2008 Commentary on Matthew The Fathers of the Church Vol 117 ISBN 978 0 8132 0117 7 p 5 Ward Maisie 1950 Saint Jerome London Sheed amp Ward p 7 Streeter Tom 2006 The Church and Western Culture An Introduction to Church History AuthorHouse p 102 A Select Library of Nicene and Post Nicene Fathers of the Christian Church Google Knihy web archive org 2014 07 11 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 07 11 Miġbur 2022 09 30 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Williams Megan Hale 2006 The Monk and the Book Jerome and the Making of Christian Scholarship Chicago U of Chicago Press ISBN 978 0 226 89900 8 Pevarello Daniele 2013 The Sentences of Sextus and the origins of Christian ascetiscism Tubingen Mohr Siebeck ISBN 978 3 16 152579 7 p 1 Kelly J N D 1975 Jerome His Life Writings and Controversies New York Harper amp Row pp 13 14 St Jerome Commentary on Daniel 1958 pp 15 157 www tertullian org Louth Andrew 2022 Jerome The Oxford Dictionary of the Christian Church Oxford University Press pp 872 873 ISBN 978 0 19 263815 1 Saint Jerome in His Study The Walters Art Museum Works of Art web archive org 2012 09 18 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 09 18 Miġbur 2022 09 30 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Saint Jerome web archive org 2014 04 29 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 04 29 Miġbur 2022 09 30 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    It-Tieni Gwerra Dinjija

  • Ġunju 08, 2025

    Isaac Newton

  • Ġunju 09, 2025

    Istat ta' New York

  • Ġunju 06, 2025

    Irlanda ta' Fuq

  • Ġunju 08, 2025

    Ir-Rivoluzzjoni Franċiża

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq