It Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex magħrufa wkoll bħala t Tempji Megalitiċi ta Malta huma għadd ta tempji preistori
Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex

It-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex, magħrufa wkoll bħala t-Tempji Megalitiċi ta' Malta, huma għadd ta' tempji preistoriċi, u sitta minnhom ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO. Dawn it-tempji megalitiċi nbnew fi tliet perjodi distinti bejn wieħed u ieħor bejn is-sena 3600 Q.K. u s-sena 2500 Q.K. f'Malta u f'Għawdex. Kien jingħad li huma l-iktar istrutturi antiki wieqfa mingħajr tkaħħil fid-dinja, għall-inqas sal-iskoperta ta' Göbekli Tepe, fit-Turkija. L-arkeologi jemmnu li dawn il-kumplessi megalitiċi huma frott l-innovazzjonijiet lokali fi proċess ta' evoluzzjoni kulturali. Dan il-proċess wassal biex jinbnew diversi tempji fil-fażi ta' Ġgantija (3600-3000 Q.K.), sakemm intlaħaq l-iktar livell kkumplikat bil-kumpless kbir tat-Tempji ta' Ħal Tarxien, li baqa' jintuża sas-sena 2500 Q.K.. Wara din id-data, il-kultura tal-bini tat-tempji fil-Gżejjer Maltin għebet għalkollox.
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO | |
---|---|
Post | Malta |
Li jinkludi t-tempji li ġejjin: |
|
Kriterju | (iv) |
Referenza | 132ter |
Iskrizzjoni | 1980 (ir-raba' sessjoni) |
Estensjonijiet tas-sit | 1992, 2015 |
Erja | 3.155 ha |
Żona ta' lqugħ | 167 ha |
Etimoloġija
Ħafna mill-ismijiet tat-tempji megalitiċi għandhom rabta mal-ġebel (jew ġebel kbir: ħaġar) li ntuża biex inbnew, pereżempju Ta' Ħaġrat u Ħaġar Qim. Il-kelma 'Qim' tfisser hi forma arkajka li tfisser 'wieqaf'.
Ġan Franġisk Abela (1582-1655) magħruf bħala l-missier tal-istorja ta' Malta kien jemmen li t-tempji kienu nbnew minn ġganti, li wasslu għall-isem tat-tempji megalitiċi f'Għawdex, li kienu jitqiesu bħallikieku kienu xi torri tal-ġganti. Il-lingwist Malti Ġużè Aquilina kien jemmen li 'Mnajdra' (bl-Għarbi: منيدرة) kienet id-diminuttiv ta' 'mandra' (bl-Għarbi: مندرة), jiġifieri biċċa raba' mħawwel bis-siġar (bl-Għarbi kollokjali fl-Eġittu għandha l-istess tifsira); mandankollu, semma wkoll il-possibbiltà li 'Mnajdra' kienet ġejja mill-għerq Għarbi 'manzara' (bl-Għarbi: منظرة), jiġifieri 'post b'veduta sabiħa'. Illum nafu li mnajda hi d-diminuttiv ta' mandra, post fejn jinġabru u jieklu l-annimali. It-Tempji ta' Ħal Tarxien ingħataw dak l-isem minħabba l-lokalità li jinsabu fiha, iżda Tarxien jaf ġejja wkoll mill-għerq 'Tirix', jiġifieri ġebla kbira, forsi b'referenza proprju għallġebel tal-isess tempju.
Storja
Dati
It-tempji kienu frott diversi fażijiet ta' kostruzzjoni mis-sena 3500 Q.K. sas-sena 2200 Q.K. Hemm evidenza li aktar qabel f'Malta kien hemm attività umana fil-Gżejjer Maltin mill-Perjodu Neolitiku (madwar 5000 - 3500 Q.K.); kif jixhdu l-biċċiet tal-fuħħar, il-fdalijiet ta' fuħħar u oġġetti oħra. L-eżerċizzju biex jiġu datati u mifhuma d-diversi fażijiet ta' attività fit-tempji mhuwiex wieħed faċli. Il-problema ewlenija hija li n-natura tas-siti stess hija evoluzzjonarja, u kull tempju suċċessiv li nbena ġab miegħu tibdil u iktar reqqa u ħila fl-iżvilupp arkitetturali. Barra minn hekk, f'xi każijiet, il-popli ta' Żmien il-Bronż li ġew wara, użaw l-istess siti ta' dawn it-tempji, u b'hekk dan l-aspett kompla kkonfonda l-ewwel riċerkaturi li ma kellhomx it-teknoloġija moderna biex permezz tar-radio carbon dating jaslu għad-data li fiha nbnew it-tempji megalitiċi. Sir Temi Żammit, arkeologu Malti importanti tas-seklu dsatax, kien ħaseb li t-tempji Neolitiċi kienu nbnew lejn is-sena 2800 Q.K. u li l-kultura ta' Żmien il-Bronż tat-Tempji ta' Ħal Tarxien kienet teżisti lejn is-sena 2000 Q.K. Għall-ewwel, dawn id-dati ġew ikkunsidrati żbaljati b'xi nofs millenju kull wieħed mill-istudjużi ta' warajh, iżda mbagħad, anke permezz tal-avvanz fit-teknoloġija, instab li Sir Temi Zammit kellu raġun. B'hekk intwera li t-teorija li kienet tressqet li l-arti tat-tempji megalitiċi kienet b'xi mod konnessa ma' kultura li kienet toriġina mill-Eġew ma kellha l-ebda bażi.
Fażijiet tal-bini tat-tempji
Kronoloġija preistorika tal-Gżejjer Maltin (Abbażi ta' analiżi avvanzata tal-faħam maħruq) | ||
Perjodu | Fażi | Dati Q.K. |
---|---|---|
Perjodu Neolitiku (5000-4100 Q.K.) | Għar Dalam | 5000-4500 Q.K. |
Skorba Griża | 4500-4400 Q.K. | |
Skorba Ħamra | 4400-4100 Q.K. | |
Perjodu tat-Tempji (4100–2500 Q.K.) | Żebbuġ | 4100–3800 Q.K. |
Mġarr | 3800-3600 Q.K. | |
Ġgantija | 3600-3000 Q.K. | |
Ħal Saflieni | 3300-3000 Q.K. | |
Ħal Tarxien | 3000-2500 Q.K. | |
Żmien il-Bronż (2500–700 Q.K.) | Ċimiterju ta' Ħal Tarxien | 2500–1500 Q.K. |
Borġ in-Nadur | 1500–700 Q.K. | |
Baħrija | 900–700 Q.K. |
L-iżvilupp tal-fażijiet kronoloġiċi, billi jiġi datat fdalijiet organiċi, qasam iż-żminijiet min-Neolitiku sa Żmien il-Bronż fil-Gżejjer Maltin f'għadd ta' fażijiet. L-ewwel evidenza ta' insedjamenti umani fin-Neolitiku tmur lura għall-fażi ta' Għar Dalam, madwar is-sena 5000 Q.K. Il-perjodu tal-kultura li wara ċertu żmien bdiet tibni t-tempji, bejn wieħed u ieħor mis-sena 4100 Q.K. sal-2500 Q.K. Dan il-perjodu jinqasam f'ħames fażijiet; madankollu, l-ewwel żewġ fażijiet, dak taż-Żebbuġ l-Imġarr ma nbnew l-ebda tempji.
Il-fażi ta' Ġgantija (3600-3200 Q.K.)
Il-fażi ta' Ġgantija hija msemmija wara t-tempji tal-Ġgantija f'Għawdex. Dan il-fażi jirrappreżenta żvilupp importanti fl-evoluzzjoni kulturali tan-Neolitiċi fil-Gżejjer Maltin. L-iktar tempji antiki ġew datati għal din il-fażi. Mill-pjanta wieħed jinnota l-għamla ta' żewġ apsidi, bħal kilwa, bħal dik tat-tempji tal-Lvant tal-Imġarr, Malta, li biż-żmien żviluppat fgħamla ta' tliet apsidi, bħal dik ta' Skorba, ta' Kordin u ta' diversi siti minuri, u f'għamla ta' ħames apsidi bħal dik tat-tempji tan-Nofsinhar tal-Ġgantija u tal-Lvant ta' Ħal Tarxien.
Il-fażi ta' Ħal Saflieni (3300-3000 Q.K.)
Il-fażi ta' Ħal Saflieni hija magħmula minn fażi tranżizzjonali bejn żewġ perjodi maġġuri ta' żvilupp. L-isem ġej mis-sit tal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni. Dan il-perjodu wasslilna l-istess karatteristiċi tal-għamliet tal-bċejjeċ tal-fuħħar tal-fażi ta' Ġgantija, iżda wasslilna wkoll skutelli bikoniċi ġodda.
Il-fażi ta' Ħal Tarxien (3150-2500 Q.K.)
Il-fażi ta' Ħal Tarxien tirrappreżenta l-quċċata taċ-ċivilizzazzjoni tal-kultura tat-tempji. Isem din il-fażi ġej mill-kumpless tat-tempji ta' Ħal Tarxien. L-aħħar żewġ stadji fl-iżvilupp tal-pjanta tat-tempji tappartjeni lil din il-fażi. It-tempju tal-Punent tal-Ġgantija, flimkien ma' unitajiet oħra fit-tempji ta' Ħal Tarxien, ta' Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, jirrappreżentaw l-istadju ta' qabel tal-aħħar fl-iżvilupp, jiġifieri l-introduzzjoni ta' niċċa baxxa minflok apsida fit-tarf tat-tempju. L-istadju finali jista' jiġi apprezzat biss f'tempju wieħed, jiġifieri l-unità ċentrali tat-tempji ta' Ħal Tarxien, bi tliet pari simmetriċi ta' apsidi. Il-kultura tat-tempji laħqet il-quċċata tagħha f'dan il-perjodu, kemm fir-rigward tas-sengħa fil-bċejjeċ tal-fuħħar, kif ukoll fir-rigward tad-dekorazzjoni tal-iskulturi, kemm dawk weqfin kif ukoll dawk imnaqqxin mal-ħitan.
It-tinqix forma ta' spirali li nstabu fit-tempji ta' Ħal Tarxien, jingħad li fl-imgħoddi kienu jiddekoraw it-tempji tal-Ġgantija wkoll, iżda b'xorti ħażina dawn spiċċaw kważi fix-xejn u jistgħu jiġu apprezzati biss f'sensiela ta' tpinġijiet li kien għamel l-artist fl-1829, immedjatament wara l-iskavi tat-tempji. Il-fażi ta' Ħal Tarxien hija kkaratterizzata minn varjetà rikka ta' għamliet ta' bċejjeċ tal-fuħħar u ta' teknika fil-mod kif kienu ddekorati. Il-biċċa l-kbira tal-għamliet tal-fuħħar f'din il-fażi kienu angolari, bi kważi l-ebda manku jew maqbad. It-tafal jidher li kien jitħejja sew u jitħalla fin-nar sakemm jibbies ħafna, filwaqt li s-superfiċe tal-bċejjeċ b'tinqix dekorattiv kienet tiġi illustrata ħafna wkoll (Ing. burnished). Din id-dekorazzjoni bit-tinqix baqgħet tintuża ħafna, iżda saret iktar elaborata u eleganti maż-żmien. L-iktar motiv popolari kien l-ispiral.
Arkitettura u kostruzzjoni
Il-kumplessi tat-tempji megalitiċi nbnew f'diversi postijiet madwar il-Gżejjer Maltin u matul firxa wiesgħa ta' snin. Filwaqt li kull sit individwali għandu l-karatteristiċi uniċi tiegħu, is-siti kollha għandhom arkitettura komuni bejniethom. Quddiem id-daħla tat-tempji kien ikun hemm biċċa art ovali li kienet tiġi ċċattjata jekk l-art kienet tinzerta ġejja għan-niżla. Fuq naħa waħda ta' din il-biċċa art kien ikun hemm il-faċċati tat-tempji, li kienu jħarsu lejn in-Nofsinhar jew lejn ix-Xlokk. Il-faċċati u l-ħitan interni tat-tempji kienu jkunu magħmula minn ortostati, jiġifieri ringiela ta' ħaġar wieqaf kbir.
Iċ-ċentru tal-faċċati s-soltu kien ikollu spazju għad-daħla tat-tempji permezz ta' daħla trilitika ewlenija, jiġifieri par ortostati b'ħaġra kbira mimduda fuqhom. Diversi daħliet trilitiċi oħra jiffurmaw passaġġ, li dejjem kien ikun pavimentat bil-ġebel. Dan il-passaġġ iwassal għal spazju miftuħ, li mbagħad jagħti għall-ispazju li jmiss tat-tempji, li jagħti għal par kompartimenti f'għamla tal-ittra D, li s-soltu jiġu riferiti bħala 'apsidi', kull waħda fuqkull naħa tal-passaġġ. L-ispazju bejn il-ħitan tal-apsidi u l-ħajt ta' barra nett, ġeneralment kien jiġi mimli b'xi ġebel żgħir u ħamrija, u xi kultant bi fdalijiet oħra bħal bċejjeċ imkissrin tal-fuħħar.
Il-varjazzjoni prinċipali fit-tempji hija l-għadd ta' apsidi tagħhom, li kien ivarja minn tliet apsidi sa sitt apsidi. It-tempji bi tliet apsidi kienu jkunu miftuħin direttament mill-ispazju ċentrali f' għamla ta' trifolju. F'ċertu tempji iktar kumplessi, kien jinbena t-tieni passaġġ, bl-istess tip ta' kostruzzjoni trilitika, li mill-ewwel par ta' apsidi kien iwassal għat-tieni par, u mbagħad jagħti għall-ħames apsida ċentrali jew inkela għal niċċa. F'każ partikolari, fit-tempju ċentrali ta' Ħal Tarxien, il-ħames apsida jew niċċa ġiet sostitwita minn passaġġ ulterjuri, li jagħti għal par aħħari ta' apsidi flok apsida ċentrali waħda. Il-pjanta tipika tat-tempji tgħinna niskopru mat-tletin tempju madwar il-Gżejjer Maltin, allavolja hemm ċertu varjazzjoni kemm fl-għadd ta' apsidi kif ukoll fit-tul kumplessiv tat-tempji, li jvarja bejn 6.5 metri fit-tempju tal-Lvant tal-Imnajdra għal 23 metru fit-tempju ċentrali ta' Ħal Tarxien li fih sitt apsidi.
Bosta drabi, il-ħitan esterni kienu jkunu magħmula minn ħaġar ġej mill-ewwel saff tal-blat tal-Gżejjer Maltin, jiġifieri blat tal-qawwi ta' fuq, li huwa ferm iktar iebes mill-franka li kienet tintuża għas-sezzjonijiet interni tat-tempji. Il-franka, peress li hija iktar ratba, kienet tintuża għall-element dekorattivi fit-tempji, bħal ngħidu aħna t-tinqix. Dawn il-karatteristiċi s-ġieli kienu jkunu mnaqqxa b'riljiev, li jirrrappreżentaw veġetazzjoni jew annimali. Ġieli kien ikollhom motivi bi spirali. Għalkemm fil-forma attwali tagħhom it-tempji mhumiex imsaqqfin, l-esperti jemmnu li dawn it-tempji kienu xi darba masqqfa jew bil-ġebel inkella bi travi tal-injam u tafal biex jagħlaq.
Sit ta' Wirt Dinji
Fl-1980, it-tempji ta' Ġgantija (f'Għawdex) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO. Imbagħad, fl-1992, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO estenda dan is-sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra. Dawn huma t-tempji ta' Ħaġar Qim (il-Qrendi, Malta), tal-Imnajdra (il-Qrendi, Malta), Ta' Ħaġrat (l-Imġarr, Malta), ta' Skorba (iż-, Malta) u ta' Ħal Tarxien (Ħal Tarxien, Malta).
L-UNESCO ddeżinjat dawn is-sitt tempji megalitiċi ta' Malta u Għawdex bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed abbażi tal-kriterju (iv) tal-kriterji tal-għażla tal-UNESCO, jiġifieri “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”. It-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l-oriġinalità, il-kumplessità u l-proporzjonijiet enormi tagħhom, iżda anke minħabba l-ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil-kostruzzjoni tagħhom. Is-sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta, filwaqt li s-sjieda tal-art tal-madwar tvarja minn sit għall-ieħor.
Ġgantija
It-tempji tal-Ġgantija jinsabu fi tmiem medda art watja fix-Xagħra, Għawdex, u jħarsu lejn ix-Xlokk. Il-preżenza tat-tempji kienet ilha magħrufa sew, u saħansitra qabel ma kienu għadhom twettqu l-ewwel skavi, lejn l-aħħar tas-seklu tmintax, Jean-Pierre Houël kien pinġa pjanta pjuttost korretta tagħhom. Fl-1827, it-trab u l-ħamrija meqjusa żejda tneħħew mis-sit mingħajr ma ġew eżaminati bir-reqqa li kieku kienu jiġu eżaminati biha fl-iskavi moderni. Madankollu, l-artist Ġermaniż Brochtorff għamel tajjeb għal dan in-nuqqas billi kien għamel diversi tpinġijiet tas-sit qabel u wara t-tneħħija tat-trab u tal-ħamrija mit-tempji tal-Ġgantija. Din hija l-unika evidenza li fadal dwar kif kienu t-tempji qabel l-iskavi.
It-tempji huma mdawra b'ħajt estern. It-tempju lejn in-Nofsinhar huwa l-iktar wieħed antik, u huwa l-iktar wieħed ippreservat tajjeb. Il-pjanta tat-tempji hija maqsuma f'ħames apsidi kbar, bi traċi tal-materjal tat-tkaħħil li x'aktarx kien intuża biex jiksi l-ħitan irregolari tat-tempji.
Ta' Ħaġrat
It-tempju Ta' Ħaġrat jinsab fil-limiti tal-Lvant tal-Imġarr, Malta, bejn wieħed u ieħor xi kilometru bogħod mit-tempji ta' Skorba. Il-fdalijiet jikkonsistu minn tempju doppju, magħmul minn żewġ kumplessi ħdejn xulxin, it-tnejn li huma b'għamla ta' trifolju. Iż-żewġ partijiet għandhom pjanta inqas regolari u daqs iżgħar minn ħafna mit-tempji Neolitiċi l-oħra fil-Gżejjer Maltin. Barra minn hekk, it-tempju ma fih l-ebda dekorazzjoni. Sir Temi Zammit wettaq l-iskavi f'dan is-sit bejn l-1925 u l-1927. Fis-sit instabu diversi fdalijiet tal-fuħħar ta' insedjament li hu iktar antik mit-tempju stess b'diversi sekli. Dawn il-fdalijiet tal-fuħħar taw l-isem tal-fażi preistorika magħrufa bħala l-fażi tal-Imġarr.
Skorba
L-importanza ta' dan is-sit tinsab fil-fdalijiet tiegħu iktar milli mill-informazzjoni li nġabret mill-iskavi tiegħu. Dan it-tempju għandu pjanta tipika bi tliet apsidi tal-fażi ta' Ġgantija, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-ewwel żewġ apsidi u l-faċċata kollha nqerdu u ntilfu għalkollox. Li fadal huma l-pavimentar tal-ġebel tal-passaġġ tad-daħla, bil-perforazzjonijiet, l-art bit-torba, u ħaġra wieqfa kbira tal-qawwi ta' fuq. Il-ħajt tat-Tramuntana jinsab fi stat aħjar; oriġinarjament id-daħla kienet tagħti għal fetħa ċentrali, iżda din imbagħad ġiet magħluqa għalkollox fil-fażi ta' Ħal Tarxien, u minflok tpoġġew altari fl-irkejjen iffurmati b'dan l-għeluq. Fil-fażi ta' Ħal Tarxien ġie miżjud kumpless ieħor fil-Lvant ta' dan it-tempju, b'erba' apsidi u niċċa ċentrali. Mill-fdalijiet li nstabu fil-madwar, jidher li fiż-żona kien hemm insedjament ferm iktar antik u li kienu ilhom jgħixu hemm għal xi tnax-il seklu.
L-iktar struttura antika hija l-ħajt dritt ta' ħdax-il metru lejn in-naħa tal-Punent tad-daħla tal-ewwel kumpless. Fid-depożiti madwar dan il-ħajt, instab materjal mill-ewwel fażi magħrufa ta' bniedem li kienu jokkupaw dawn il-Gżejjer, jiġifieri l-fażi ta' Għar Dalam. Fost id-depożiti domestiċi li nstabu f'dan il-materjal kien hemm faħam maħruq, ċereali karbonizzati, diversi frammenti ta' tkaħħil maħruq, eċċ. Mill-analizi moderna tal-frammenti ħareġ li kienu jmorru lura għas-sena 4850 Q.K.
Ħaġar Qim
It-tempju ta' Ħaġar Qim jinsab qrib żona bix-xagħri u l-irdumijiet, xi żewġ kilometri bogħod mill-Qrendi u mis-Siġġiewi. It-tempju nbena bil-franka ratba mill-irdumijiet viċin. L-effetti ta' din l-għażla fil-kostruzzjoni tat-tempju jidhru ċar fil-ħajt estern tan-Nofsinhar, fejn l-ortostati l-kbar huma esposti għar-riħ u għall-baħar. Fejn il-ġebel baqa' mikxuf il-ħsarat mill-elementi matul is-sekli huma aktar evidenti. Illum hemm tinda li tgħatti u tipproteġi l-ġebel tat-tempju mix-xemx u x-xita. (Bħala hemm oħra fuq l-Imnajdra kif ukoll Ħal Tarxien).
Il-faċċata tat-tempju hija tipika, bid-daħla trilitika, b'ġebel wieqaf u mimdud, tal-aħħar jaqsam min-naħa għal oħra tad-daħla. Mal-faċċata hemm qisu bank twil tal-ġebel. Mid-daħla prinċipali wieħed jidħol dritt fl-ewwel bitħa tat-tempju. Dan il-passaġġ tad-daħla u l-fetħa ċentrali jsegwu d-disinn tat-tempji megalitiċi tal-Gżejjer Maltin, għalkemm hemm għadd ta' modifiki konsiderevoli. Daħla separata tagħti aċċess għal erba' kompartimenti oħra li ma jinfdux u li huma indipendenti minn xulxin, u jissostitwixxu l-apsida tal-Majjistral.
Mnajdra
It-tempji tal-Imnajdra jinsabu daqs 500 metru 'il bogħod minn Ħaġar Qim, u jitqiesu bħala kumpless ta' tempji għalihom. Hawn jinsabu tliet tempji kollha mwaħħla ma xulxin, biss kull wieħed b'bieb għalih. It-tempju ta' isfel (tan-Nofsinhar) hu magħmul minn barra minn ġebel tal-qawwi. Din il-binja hi eqdem mit-tempju tan-nofs għaliex mingħajr din il-binja it-tempju tan-nofs ma jżommx waħdu. Fuq in-naħa tal-lemin estrem, jiġifieri n-naħa tat-Tramuntana hemm nitfa ta' tempju, għamla ta' trifolju, li jmur lura għall-fażi tal- Ġgantija. Fih jidhru ħafna toqob żgħar biex jiddekoraw it-tempju. toqob simili jidhru wkoll fit-tempji l-oħra tal-Imnajdra. Il-kompartiment jew it-tempju tan-nofs, jidher li nbena l-aħħar fil-fażi ta' Ħal Tarxien, wara s-sena 3100 Q.K. Dan għandu erba' apsidi biss ma għandux l-apsidi tan-nofs. Minflok hemm qisu niċċa.
It-tempju ta' isfel (tan-Nofsinhar) u l-aktar massiċċ. Il-forma tal-faċċata hi konkava bħat-tempji kollha. Fuq quddiem tagħha hemm qisu b'bank tal-ġebel. It-tempju tan-Nofsinhar huwa orjentat astronomikament ma' tlugħ ix-xemx waqt is-solstizji u l-ekwinozji; fis-solstizju tas-sajf, l-ewwel raġġi tax-xemx idawlu t-tarf tal-ħaġra megalitika ddekorata bejn l-ewwel apsidi, filwaqt li fis-solstizju tax-xitwa jiġri l-estess ħaġa fuq ħaġra megalitika oħra fl-apsida opposta. Fl-ekwinozju, ma' tlugħ ix-xemx, ir-raġġi tax-xemx jgħaddu dritt tul id-daħla prinċipali sa ma jaslu fl-iktar niċċa ċentrali fuq ġewwa nett.
Tarxien
Il-kumpless tat-tempji ta' Ħal Tarxien jinsab daqs 400 metru fil-Lvant mill-Ipoġew ta' Ħal Saflieni. Fil-bidu tas-seklu 20, l-arkeologu Sir Temi Zammit ħa ħsieb l-iskavi ta' dan is-sit. Qabel ma nbena l-bini tal-madwar is-sit arkeoloġiku kien moħbija taħt il-ħamrija tal-għelieqi li kienu jinħadmu. Is-sit arkeoloġiku hu magħmul minn erba tempji megalitiċi, kull wieħed ta' perijodu differenti. L-iktar tempju antik jinsab fil-Grigal u nbenda bejn it-3600 u s-sena u t-3200 Q.K. Dan fadal biss traċċi tiegħu u jintgġarfu mill-forma elliptika tipika tat-tempji.
It-tempji tan-Nofsinhar u tal-Lvant inbnew fil-fażi ta' 'Ħal Tarxien', bejn is-sena 3150 u s-sena 2500 Q.K. It-tieni tempju fih tliet apsidi semiċirkolari paralleli, b'passaġġ kbir, filwaqt li t-tielet tempju fih żewġ settijiet paralleli ta' apsidi, b'passaġġ f'direzzjoni parallela ma' dik tal-ewwel tempju. L-ewwel tempju li wieħed jilħaq hekk kif jibda l-viżita tiegħu hu l-aktar sofistikat għax għandu ħafna ħaġar iddisinjat l-aktar bil-forom tal-ispiral. Il-ħaġriet tal-ħitan tqiegħdu ħdejn xulxin bi preċiżjoni kbira u huma impressjonanti ħafna fis-sempliċità tagħhom. F'rokna li tinsab fit-tempju tan-nofs hemm minquxa fuq il-ħajt żewġ barrin u ħanżira. Hemm ukoll kompartiment tal-ġebel ieħor b'ħofra żgħira magħmul bħallikieku l-annimali ż-żgħar kienu sepparati mill-annimali l-kbar. Fl-art hemm ħofra li kienet tingħalaq b'għatu. Din setgħet serviet biex fiha jitqiegħed xi alf għall-annimali li kienu f'dawn il-kompartimenti tat-tempju.
Referenzi
- ^ "21 World Heritage Sites you have probably never heard of" (bl-Ingliż). Daily Telegraph. Miġbur 2021-02-01.
- ^ "The Prehistoric Archaeology of the Temples of Malta" (bl-Ingliż). Bradshaw Foundation. Miġbur 2021-02-01.
- ^ Blouet, The Story of Malta, p. 22
- ^ "Prehistoric Temples of Malta". art-and-archaeology.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-01.
- ^ Blouet, The Story of Malta, p. 28
- ^ "Malta: Ancient Home to Goddesses and Fertility Cults" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-01.
- ^ Wettinger, Godfrey (2008). "Stramberiji fl-Ismijiet tal-Inħawi Maltin". L-Imnara. 9 (32): 8.
- ^ De Soldanis, Gozo, Ancient and Modern, Religious and Profane, Book I, pp. 86–88
- ^ Aquilina, Maltese- English Dictionary, p. 776.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 5.
- ^ ""Maltese Temples". Arkivjat 04-05-2008". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-04. Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ Evans, Malta. Ancient Peoples and Places series, XI, p. 22.
- ^ Evans, Malta. Ancient Peoples and Places series, XI, p. 25.
- ^ Evans, Malta. Ancient Peoples and Places series, XI, pp. 46-47.
- ^ "Monsarrat, Ann (1994). "The stone age temples of Malta". UNESCO Courier". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ Renfrew, Ancient Europe is older than we thought, National Geographic, pp. 614-623.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, pp. 10-11.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 55.
- ^ Bonanno, An illustrated guide to prehistoric Gozo, p. 14.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, pp. 223-226.
- ^ Bonanno, An illustrated guide to prehistoric Gozo, pp. 14-15.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 72.
- ^ Bonanno, An illustrated guide to prehistoric Gozo, p. 15.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, pp. 226–232.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 69.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 58.
- ^ a b ""Neolithic temples of Malta"". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ a b Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 71.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 52.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 99.
- ^ Cassar, Joann (2010). 'The use of limestone in historic context', in Smith, Bernard J. (ed.), "Limestone in the Built Environment: Present-day Challenges for the Preservation of the Past". Geographical Society of London, p. 16-18. ISBN 1862392943. ISBN 9781862392946.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 92.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 94.
- ^ Chalmers, Alan; Debattista, Kurt (2005). Mudge, Mark; Ryan, Nick; Scopigno, Roberto (eds.). Investigating the Structural Validity of Virtual Reconstructions of Prehistoric Maltese Temples. VAST05: The 6th International Symposium on Virtual Reality, Archaeology and Cultural Heritage. Eurographics. pp. 107–112.
- ^ ""Malta: the small island of the giants"". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ ""Megalithic Temples of Malta – UNESCO World Heritage Centre". Whc.unesco.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ ""Malta Temples and The OTS Foundation". Otsf.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ David Trump et al., Malta Before History (2004: Miranda Publishers)
- ^ Trump, Malta: An Archaeological Guide, p. 156.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 155.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 154.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 142.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 155.
- ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 137.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 145.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 156.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 159.
- ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 138.
- ^ "Camilleri, Vladimir. "Skorba". niumalta.com. Arkivjat 06-04-2009". Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-04-06. Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link) - ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 28.
- ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 95.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 142.
- ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 98.
- ^ ""Heritage Malta: Ħaġar Qim and Imnajdra". Arkivjat 16-09-2008". Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-03-01. Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link) - ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 31.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 148.
- ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 103.
- ^ ""Malta temples by Mario Vassallo". Arkivjat 06-06-2008". Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-06-06. Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link) - ^ "The Megalithic Temples of Malta: Draft Description, Malta: Heritage Malta, p. 3. Arkivjat 20-10-2007" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-10-20. Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link) - ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 67.
- ^ Zammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 67.
- ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 122.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex, X'inhi Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex? Xi tfisser Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex?
It Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex magħrufa wkoll bħala t Tempji Megalitiċi ta Malta huma għadd ta tempji preistoriċi u sitta minnhom ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed tal UNESCO Dawn it tempji megalitiċi nbnew fi tliet perjodi distinti bejn wieħed u ieħor bejn is sena 3600 Q K u s sena 2500 Q K f Malta u f Għawdex Kien jingħad li huma l iktar istrutturi antiki wieqfa mingħajr tkaħħil fid dinja għall inqas sal iskoperta ta Gobekli Tepe fit Turkija L arkeologi jemmnu li dawn il kumplessi megalitiċi huma frott l innovazzjonijiet lokali fi proċess ta evoluzzjoni kulturali Dan il proċess wassal biex jinbnew diversi tempji fil fazi ta Ġgantija 3600 3000 Q K sakemm intlaħaq l iktar livell kkumplikat bil kumpless kbir tat Tempji ta Ħal Tarxien li baqa jintuza sas sena 2500 Q K Wara din id data il kultura tal bini tat tempji fil Gzejjer Maltin għebet għalkollox Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Ġgantija Post Malta Li jinkludi t tempji li ġejjin Ġgantija Ħaġar Qim Mnajdra Ta Hagrat Skorba Tarxien Kriterju iv Referenza 132ter Iskrizzjoni 1980 ir raba sessjoni Estensjonijiet tas sit 1992 2015 Erja 3 155 ha Zona ta lqugħ 167 ha Ħaġar QimEtimoloġijaĦafna mill ismijiet tat tempji megalitiċi għandhom rabta mal ġebel jew ġebel kbir ħaġar li ntuza biex inbnew perezempju Ta Ħaġrat u Ħaġar Qim Il kelma Qim tfisser hi forma arkajka li tfisser wieqaf Ġan Franġisk Abela 1582 1655 magħruf bħala l missier tal istorja ta Malta kien jemmen li t tempji kienu nbnew minn ġganti li wasslu għall isem tat tempji megalitiċi f Għawdex li kienu jitqiesu bħallikieku kienu xi torri tal ġganti Il lingwist Malti Ġuze Aquilina kien jemmen li Mnajdra bl Għarbi منيدرة kienet id diminuttiv ta mandra bl Għarbi مندرة jiġifieri biċċa raba mħawwel bis siġar bl Għarbi kollokjali fl Eġittu għandha l istess tifsira mandankollu semma wkoll il possibbilta li Mnajdra kienet ġejja mill għerq Għarbi manzara bl Għarbi منظرة jiġifieri post b veduta sabiħa Illum nafu li mnajda hi d diminuttiv ta mandra post fejn jinġabru u jieklu l annimali It Tempji ta Ħal Tarxien ingħataw dak l isem minħabba l lokalita li jinsabu fiha izda Tarxien jaf ġejja wkoll mill għerq Tirix jiġifieri ġebla kbira forsi b referenza proprju għallġebel tal isess tempju StorjaDati Il faħam maħruq li nstab fis sit ta Skorba kien kruċjali biex jiġu datati l fazijiet meta nbnew it Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex It tempji kienu frott diversi fazijiet ta kostruzzjoni mis sena 3500 Q K sas sena 2200 Q K Hemm evidenza li aktar qabel f Malta kien hemm attivita umana fil Gzejjer Maltin mill Perjodu Neolitiku madwar 5000 3500 Q K kif jixhdu l biċċiet tal fuħħar il fdalijiet ta fuħħar u oġġetti oħra L ezerċizzju biex jiġu datati u mifhuma d diversi fazijiet ta attivita fit tempji mhuwiex wieħed faċli Il problema ewlenija hija li n natura tas siti stess hija evoluzzjonarja u kull tempju suċċessiv li nbena ġab miegħu tibdil u iktar reqqa u ħila fl izvilupp arkitetturali Barra minn hekk f xi kazijiet il popli ta Zmien il Bronz li ġew wara uzaw l istess siti ta dawn it tempji u b hekk dan l aspett kompla kkonfonda l ewwel riċerkaturi li ma kellhomx it teknoloġija moderna biex permezz tar radio carbon dating jaslu għad data li fiha nbnew it tempji megalitiċi Sir Temi Zammit arkeologu Malti importanti tas seklu dsatax kien ħaseb li t tempji Neolitiċi kienu nbnew lejn is sena 2800 Q K u li l kultura ta Zmien il Bronz tat Tempji ta Ħal Tarxien kienet tezisti lejn is sena 2000 Q K Għall ewwel dawn id dati ġew ikkunsidrati zbaljati b xi nofs millenju kull wieħed mill istudjuzi ta warajh izda mbagħad anke permezz tal avvanz fit teknoloġija instab li Sir Temi Zammit kellu raġun B hekk intwera li t teorija li kienet tressqet li l arti tat tempji megalitiċi kienet b xi mod konnessa ma kultura li kienet toriġina mill Eġew ma kellha l ebda bazi Fazijiet tal bini tat tempji Kronoloġija preistorika tal Gzejjer Maltin Abbazi ta analizi avvanzata tal faħam maħruq Perjodu Fazi Dati Q K Perjodu Neolitiku 5000 4100 Q K Għar Dalam 5000 4500 Q K Skorba Griza 4500 4400 Q K Skorba Ħamra 4400 4100 Q K Perjodu tat Tempji 4100 2500 Q K Zebbuġ 4100 3800 Q K Mġarr 3800 3600 Q K Ġgantija 3600 3000 Q K Ħal Saflieni 3300 3000 Q K Ħal Tarxien 3000 2500 Q K Zmien il Bronz 2500 700 Q K Ċimiterju ta Ħal Tarxien 2500 1500 Q K Borġ in Nadur 1500 700 Q K Baħrija 900 700 Q K L izvilupp tal fazijiet kronoloġiċi billi jiġi datat fdalijiet organiċi qasam iz zminijiet min Neolitiku sa Zmien il Bronz fil Gzejjer Maltin f għadd ta fazijiet L ewwel evidenza ta insedjamenti umani fin Neolitiku tmur lura għall fazi ta Għar Dalam madwar is sena 5000 Q K Il perjodu tal kultura li wara ċertu zmien bdiet tibni t tempji bejn wieħed u ieħor mis sena 4100 Q K sal 2500 Q K Dan il perjodu jinqasam f ħames fazijiet madankollu l ewwel zewġ fazijiet dak taz Zebbuġ l Imġarr ma nbnew l ebda tempji Il fazi ta Ġgantija 3600 3200 Q K Il fazi ta Ġgantija hija msemmija wara t tempji tal Ġgantija f Għawdex Dan il fazi jirrapprezenta zvilupp importanti fl evoluzzjoni kulturali tan Neolitiċi fil Gzejjer Maltin L iktar tempji antiki ġew datati għal din il fazi Mill pjanta wieħed jinnota l għamla ta zewġ apsidi bħal kilwa bħal dik tat tempji tal Lvant tal Imġarr Malta li biz zmien zviluppat fgħamla ta tliet apsidi bħal dik ta Skorba ta Kordin u ta diversi siti minuri u f għamla ta ħames apsidi bħal dik tat tempji tan Nofsinhar tal Ġgantija u tal Lvant ta Ħal Tarxien Il fazi ta Ħal Saflieni 3300 3000 Q K Altar imnaqqax bl ispirali fil kumpless tat Tempji ta Ħal Tarxien Il fazi ta Ħal Saflieni hija magħmula minn fazi tranzizzjonali bejn zewġ perjodi maġġuri ta zvilupp L isem ġej mis sit tal Ipoġew ta Ħal Saflieni Dan il perjodu wasslilna l istess karatteristiċi tal għamliet tal bċejjeċ tal fuħħar tal fazi ta Ġgantija izda wasslilna wkoll skutelli bikoniċi ġodda Il fazi ta Ħal Tarxien 3150 2500 Q K Il fazi ta Ħal Tarxien tirrapprezenta l quċċata taċ ċivilizzazzjoni tal kultura tat tempji Isem din il fazi ġej mill kumpless tat tempji ta Ħal Tarxien L aħħar zewġ stadji fl izvilupp tal pjanta tat tempji tappartjeni lil din il fazi It tempju tal Punent tal Ġgantija flimkien ma unitajiet oħra fit tempji ta Ħal Tarxien ta Ħaġar Qim u tal Imnajdra jirrapprezentaw l istadju ta qabel tal aħħar fl izvilupp jiġifieri l introduzzjoni ta niċċa baxxa minflok apsida fit tarf tat tempju L istadju finali jista jiġi apprezzat biss f tempju wieħed jiġifieri l unita ċentrali tat tempji ta Ħal Tarxien bi tliet pari simmetriċi ta apsidi Il kultura tat tempji laħqet il quċċata tagħha f dan il perjodu kemm fir rigward tas sengħa fil bċejjeċ tal fuħħar kif ukoll fir rigward tad dekorazzjoni tal iskulturi kemm dawk weqfin kif ukoll dawk imnaqqxin mal ħitan It tinqix forma ta spirali li nstabu fit tempji ta Ħal Tarxien jingħad li fl imgħoddi kienu jiddekoraw it tempji tal Ġgantija wkoll izda b xorti ħazina dawn spiċċaw kwazi fix xejn u jistgħu jiġu apprezzati biss f sensiela ta tpinġijiet li kien għamel l artist fl 1829 immedjatament wara l iskavi tat tempji Il fazi ta Ħal Tarxien hija kkaratterizzata minn varjeta rikka ta għamliet ta bċejjeċ tal fuħħar u ta teknika fil mod kif kienu ddekorati Il biċċa l kbira tal għamliet tal fuħħar f din il fazi kienu angolari bi kwazi l ebda manku jew maqbad It tafal jidher li kien jitħejja sew u jitħalla fin nar sakemm jibbies ħafna filwaqt li s superfiċe tal bċejjeċ b tinqix dekorattiv kienet tiġi illustrata ħafna wkoll Ing burnished Din id dekorazzjoni bit tinqix baqgħet tintuza ħafna izda saret iktar elaborata u eleganti maz zmien L iktar motiv popolari kien l ispiral Arkitettura u kostruzzjoniIl pjanta ta parti mit Tempju ta Kordin III b zewġ apsidi Il kumplessi tat tempji megalitiċi nbnew f diversi postijiet madwar il Gzejjer Maltin u matul firxa wiesgħa ta snin Filwaqt li kull sit individwali għandu l karatteristiċi uniċi tiegħu is siti kollha għandhom arkitettura komuni bejniethom Quddiem id daħla tat tempji kien ikun hemm biċċa art ovali li kienet tiġi ċċattjata jekk l art kienet tinzerta ġejja għan nizla Fuq naħa waħda ta din il biċċa art kien ikun hemm il faċċati tat tempji li kienu jħarsu lejn in Nofsinhar jew lejn ix Xlokk Il faċċati u l ħitan interni tat tempji kienu jkunu magħmula minn ortostati jiġifieri ringiela ta ħaġar wieqaf kbir Iċ ċentru tal faċċati s soltu kien ikollu spazju għad daħla tat tempji permezz ta daħla trilitika ewlenija jiġifieri par ortostati b ħaġra kbira mimduda fuqhom Diversi daħliet trilitiċi oħra jiffurmaw passaġġ li dejjem kien ikun pavimentat bil ġebel Dan il passaġġ iwassal għal spazju miftuħ li mbagħad jagħti għall ispazju li jmiss tat tempji li jagħti għal par kompartimenti f għamla tal ittra D li s soltu jiġu riferiti bħala apsidi kull waħda fuqkull naħa tal passaġġ L ispazju bejn il ħitan tal apsidi u l ħajt ta barra nett ġeneralment kien jiġi mimli b xi ġebel zgħir u ħamrija u xi kultant bi fdalijiet oħra bħal bċejjeċ imkissrin tal fuħħar Il varjazzjoni prinċipali fit tempji hija l għadd ta apsidi tagħhom li kien ivarja minn tliet apsidi sa sitt apsidi It tempji bi tliet apsidi kienu jkunu miftuħin direttament mill ispazju ċentrali f għamla ta trifolju F ċertu tempji iktar kumplessi kien jinbena t tieni passaġġ bl istess tip ta kostruzzjoni trilitika li mill ewwel par ta apsidi kien iwassal għat tieni par u mbagħad jagħti għall ħames apsida ċentrali jew inkela għal niċċa F kaz partikolari fit tempju ċentrali ta Ħal Tarxien il ħames apsida jew niċċa ġiet sostitwita minn passaġġ ulterjuri li jagħti għal par aħħari ta apsidi flok apsida ċentrali waħda Il pjanta tipika tat tempji tgħinna niskopru mat tletin tempju madwar il Gzejjer Maltin allavolja hemm ċertu varjazzjoni kemm fl għadd ta apsidi kif ukoll fit tul kumplessiv tat tempji li jvarja bejn 6 5 metri fit tempju tal Lvant tal Imnajdra għal 23 metru fit tempju ċentrali ta Ħal Tarxien li fih sitt apsidi Bosta drabi il ħitan esterni kienu jkunu magħmula minn ħaġar ġej mill ewwel saff tal blat tal Gzejjer Maltin jiġifieri blat tal qawwi ta fuq li huwa ferm iktar iebes mill franka li kienet tintuza għas sezzjonijiet interni tat tempji Il franka peress li hija iktar ratba kienet tintuza għall element dekorattivi fit tempji bħal ngħidu aħna t tinqix Dawn il karatteristiċi s ġieli kienu jkunu mnaqqxa b riljiev li jirrrapprezentaw veġetazzjoni jew annimali Ġieli kien ikollhom motivi bi spirali Għalkemm fil forma attwali tagħhom it tempji mhumiex imsaqqfin l esperti jemmnu li dawn it tempji kienu xi darba masqqfa jew bil ġebel inkella bi travi tal injam u tafal biex jagħlaq Sit ta Wirt DinjiFl 1980 it tempji ta Ġgantija f Għawdex ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed tal UNESCO Imbagħad fl 1992 il Kumitat tal Wirt Dinji tal UNESCO estenda dan is sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra Dawn huma t tempji ta Ħaġar Qim il Qrendi Malta tal Imnajdra il Qrendi Malta Ta Ħaġrat l Imġarr Malta ta Skorba iz Malta u ta Ħal Tarxien Ħal Tarxien Malta L UNESCO ddezinjat dawn is sitt tempji megalitiċi ta Malta u Għawdex bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed abbazi tal kriterju iv tal kriterji tal għazla tal UNESCO jiġifieri Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem It Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l oriġinalita il kumplessita u l proporzjonijiet enormi tagħhom izda anke minħabba l ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil kostruzzjoni tagħhom Is sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta filwaqt li s sjieda tal art tal madwar tvarja minn sit għall ieħor Ġgantija Il faċċata tat tempju megalitiku tal Ġgantija ix Xagħra Għawdex It tempji tal Ġgantija jinsabu fi tmiem medda art watja fix Xagħra Għawdex u jħarsu lejn ix Xlokk Il prezenza tat tempji kienet ilha magħrufa sew u saħansitra qabel ma kienu għadhom twettqu l ewwel skavi lejn l aħħar tas seklu tmintax Jean Pierre Houel kien pinġa pjanta pjuttost korretta tagħhom Fl 1827 it trab u l ħamrija meqjusa zejda tneħħew mis sit mingħajr ma ġew ezaminati bir reqqa li kieku kienu jiġu ezaminati biha fl iskavi moderni Madankollu l artist Ġermaniz Brochtorff għamel tajjeb għal dan in nuqqas billi kien għamel diversi tpinġijiet tas sit qabel u wara t tneħħija tat trab u tal ħamrija mit tempji tal Ġgantija Din hija l unika evidenza li fadal dwar kif kienu t tempji qabel l iskavi It tempji huma mdawra b ħajt estern It tempju lejn in Nofsinhar huwa l iktar wieħed antik u huwa l iktar wieħed ippreservat tajjeb Il pjanta tat tempji hija maqsuma f ħames apsidi kbar bi traċi tal materjal tat tkaħħil li x aktarx kien intuza biex jiksi l ħitan irregolari tat tempji Ta Ħaġrat Id daħla trilittika tat tempju Ta Ħaġrat l Imġarr It tempju Ta Ħaġrat jinsab fil limiti tal Lvant tal Imġarr Malta bejn wieħed u ieħor xi kilometru bogħod mit tempji ta Skorba Il fdalijiet jikkonsistu minn tempju doppju magħmul minn zewġ kumplessi ħdejn xulxin it tnejn li huma b għamla ta trifolju Iz zewġ partijiet għandhom pjanta inqas regolari u daqs izgħar minn ħafna mit tempji Neolitiċi l oħra fil Gzejjer Maltin Barra minn hekk it tempju ma fih l ebda dekorazzjoni Sir Temi Zammit wettaq l iskavi f dan is sit bejn l 1925 u l 1927 Fis sit instabu diversi fdalijiet tal fuħħar ta insedjament li hu iktar antik mit tempju stess b diversi sekli Dawn il fdalijiet tal fuħħar taw l isem tal fazi preistorika magħrufa bħala l fazi tal Imġarr Skorba Il fdalijiet ta Skorba L importanza ta dan is sit tinsab fil fdalijiet tiegħu iktar milli mill informazzjoni li nġabret mill iskavi tiegħu Dan it tempju għandu pjanta tipika bi tliet apsidi tal fazi ta Ġgantija għalkemm il biċċa l kbira tal ewwel zewġ apsidi u l faċċata kollha nqerdu u ntilfu għalkollox Li fadal huma l pavimentar tal ġebel tal passaġġ tad daħla bil perforazzjonijiet l art bit torba u ħaġra wieqfa kbira tal qawwi ta fuq Il ħajt tat Tramuntana jinsab fi stat aħjar oriġinarjament id daħla kienet tagħti għal fetħa ċentrali izda din imbagħad ġiet magħluqa għalkollox fil fazi ta Ħal Tarxien u minflok tpoġġew altari fl irkejjen iffurmati b dan l għeluq Fil fazi ta Ħal Tarxien ġie mizjud kumpless ieħor fil Lvant ta dan it tempju b erba apsidi u niċċa ċentrali Mill fdalijiet li nstabu fil madwar jidher li fiz zona kien hemm insedjament ferm iktar antik u li kienu ilhom jgħixu hemm għal xi tnax il seklu L iktar struttura antika hija l ħajt dritt ta ħdax il metru lejn in naħa tal Punent tad daħla tal ewwel kumpless Fid depoziti madwar dan il ħajt instab materjal mill ewwel fazi magħrufa ta bniedem li kienu jokkupaw dawn il Gzejjer jiġifieri l fazi ta Għar Dalam Fost id depoziti domestiċi li nstabu f dan il materjal kien hemm faħam maħruq ċereali karbonizzati diversi frammenti ta tkaħħil maħruq eċċ Mill analizi moderna tal frammenti ħareġ li kienu jmorru lura għas sena 4850 Q K Ħaġar Qim Ħaġar Qim protett b tinda It tempju ta Ħaġar Qim jinsab qrib zona bix xagħri u l irdumijiet xi zewġ kilometri bogħod mill Qrendi u mis Siġġiewi It tempju nbena bil franka ratba mill irdumijiet viċin L effetti ta din l għazla fil kostruzzjoni tat tempju jidhru ċar fil ħajt estern tan Nofsinhar fejn l ortostati l kbar huma esposti għar riħ u għall baħar Fejn il ġebel baqa mikxuf il ħsarat mill elementi matul is sekli huma aktar evidenti Illum hemm tinda li tgħatti u tipproteġi l ġebel tat tempju mix xemx u x xita Bħala hemm oħra fuq l Imnajdra kif ukoll Ħal Tarxien Il faċċata tat tempju hija tipika bid daħla trilitika b ġebel wieqaf u mimdud tal aħħar jaqsam min naħa għal oħra tad daħla Mal faċċata hemm qisu bank twil tal ġebel Mid daħla prinċipali wieħed jidħol dritt fl ewwel bitħa tat tempju Dan il passaġġ tad daħla u l fetħa ċentrali jsegwu d disinn tat tempji megalitiċi tal Gzejjer Maltin għalkemm hemm għadd ta modifiki konsiderevoli Daħla separata tagħti aċċess għal erba kompartimenti oħra li ma jinfdux u li huma indipendenti minn xulxin u jissostitwixxu l apsida tal Majjistral Mnajdra L istrutturi trilittiċi jiġiferi tliet ġebliet tal Imnajdra It tempji tal Imnajdra jinsabu daqs 500 metru il bogħod minn Ħaġar Qim u jitqiesu bħala kumpless ta tempji għalihom Hawn jinsabu tliet tempji kollha mwaħħla ma xulxin biss kull wieħed b bieb għalih It tempju ta isfel tan Nofsinhar hu magħmul minn barra minn ġebel tal qawwi Din il binja hi eqdem mit tempju tan nofs għaliex mingħajr din il binja it tempju tan nofs ma jzommx waħdu Fuq in naħa tal lemin estrem jiġifieri n naħa tat Tramuntana hemm nitfa ta tempju għamla ta trifolju li jmur lura għall fazi tal Ġgantija Fih jidhru ħafna toqob zgħar biex jiddekoraw it tempju toqob simili jidhru wkoll fit tempji l oħra tal Imnajdra Il kompartiment jew it tempju tan nofs jidher li nbena l aħħar fil fazi ta Ħal Tarxien wara s sena 3100 Q K Dan għandu erba apsidi biss ma għandux l apsidi tan nofs Minflok hemm qisu niċċa It tempju ta isfel tan Nofsinhar u l aktar massiċċ Il forma tal faċċata hi konkava bħat tempji kollha Fuq quddiem tagħha hemm qisu b bank tal ġebel It tempju tan Nofsinhar huwa orjentat astronomikament ma tlugħ ix xemx waqt is solstizji u l ekwinozji fis solstizju tas sajf l ewwel raġġi tax xemx idawlu t tarf tal ħaġra megalitika ddekorata bejn l ewwel apsidi filwaqt li fis solstizju tax xitwa jiġri l estess ħaġa fuq ħaġra megalitika oħra fl apsida opposta Fl ekwinozju ma tlugħ ix xemx ir raġġi tax xemx jgħaddu dritt tul id daħla prinċipali sa ma jaslu fl iktar niċċa ċentrali fuq ġewwa nett Tarxien Mara bl għonnella u t tarbija tagħha fit tempji ta Ħal Tarxien Ritratt antik ta Luigi Maria Ugolini Il kumpless tat tempji ta Ħal Tarxien jinsab daqs 400 metru fil Lvant mill Ipoġew ta Ħal Saflieni Fil bidu tas seklu 20 l arkeologu Sir Temi Zammit ħa ħsieb l iskavi ta dan is sit Qabel ma nbena l bini tal madwar is sit arkeoloġiku kien moħbija taħt il ħamrija tal għelieqi li kienu jinħadmu Is sit arkeoloġiku hu magħmul minn erba tempji megalitiċi kull wieħed ta perijodu differenti L iktar tempju antik jinsab fil Grigal u nbenda bejn it 3600 u s sena u t 3200 Q K Dan fadal biss traċċi tiegħu u jintgġarfu mill forma elliptika tipika tat tempji It tempji tan Nofsinhar u tal Lvant inbnew fil fazi ta Ħal Tarxien bejn is sena 3150 u s sena 2500 Q K It tieni tempju fih tliet apsidi semiċirkolari paralleli b passaġġ kbir filwaqt li t tielet tempju fih zewġ settijiet paralleli ta apsidi b passaġġ f direzzjoni parallela ma dik tal ewwel tempju L ewwel tempju li wieħed jilħaq hekk kif jibda l vizita tiegħu hu l aktar sofistikat għax għandu ħafna ħaġar iddisinjat l aktar bil forom tal ispiral Il ħaġriet tal ħitan tqiegħdu ħdejn xulxin bi preċizjoni kbira u huma impressjonanti ħafna fis sempliċita tagħhom F rokna li tinsab fit tempju tan nofs hemm minquxa fuq il ħajt zewġ barrin u ħanzira Hemm ukoll kompartiment tal ġebel ieħor b ħofra zgħira magħmul bħallikieku l annimali z zgħar kienu sepparati mill annimali l kbar Fl art hemm ħofra li kienet tingħalaq b għatu Din setgħet serviet biex fiha jitqiegħed xi alf għall annimali li kienu f dawn il kompartimenti tat tempju Referenzi 21 World Heritage Sites you have probably never heard of bl Ingliz Daily Telegraph Miġbur 2021 02 01 The Prehistoric Archaeology of the Temples of Malta bl Ingliz Bradshaw Foundation Miġbur 2021 02 01 Blouet The Story of Malta p 22 Prehistoric Temples of Malta art and archaeology com bl Ingliz Miġbur 2021 02 01 Blouet The Story of Malta p 28 Malta Ancient Home to Goddesses and Fertility Cults bl Ingliz Miġbur 2021 02 01 Wettinger Godfrey 2008 Stramberiji fl Ismijiet tal Inħawi Maltin L Imnara 9 32 8 De Soldanis Gozo Ancient and Modern Religious and Profane Book I pp 86 88 Aquilina Maltese English Dictionary p 776 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 5 Maltese Temples Arkivjat 04 05 2008 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 05 04 Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Evans Malta Ancient Peoples and Places series XI p 22 Evans Malta Ancient Peoples and Places series XI p 25 Evans Malta Ancient Peoples and Places series XI pp 46 47 Monsarrat Ann 1994 The stone age temples of Malta UNESCO Courier Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Renfrew Ancient Europe is older than we thought National Geographic pp 614 623 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples pp 10 11 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 55 Bonanno An illustrated guide to prehistoric Gozo p 14 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples pp 223 226 Bonanno An illustrated guide to prehistoric Gozo pp 14 15 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 72 Bonanno An illustrated guide to prehistoric Gozo p 15 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples pp 226 232 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 69 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 58 a b Neolithic temples of Malta Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna a b Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 71 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 52 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 99 Cassar Joann 2010 The use of limestone in historic context in Smith Bernard J ed Limestone in the Built Environment Present day Challenges for the Preservation of the Past Geographical Society of London p 16 18 ISBN 1862392943 ISBN 9781862392946 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 92 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 94 Chalmers Alan Debattista Kurt 2005 Mudge Mark Ryan Nick Scopigno Roberto eds Investigating the Structural Validity of Virtual Reconstructions of Prehistoric Maltese Temples VAST05 The 6th International Symposium on Virtual Reality Archaeology and Cultural Heritage Eurographics pp 107 112 Malta the small island of the giants Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Megalithic Temples of Malta UNESCO World Heritage Centre Whc unesco org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Malta Temples and The OTS Foundation Otsf org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna David Trump et al Malta Before History 2004 Miranda Publishers Trump Malta An Archaeological Guide p 156 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 155 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 154 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 142 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 155 Trump Malta An archaeological guide p 137 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 145 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 156 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 159 Trump Malta An archaeological guide p 138 Camilleri Vladimir Skorba niumalta com Arkivjat 06 04 2009 Arkivjat mill oriġinal fl 2009 04 06 Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 28 Trump Malta An archaeological guide p 95 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 142 Trump Malta An archaeological guide p 98 Heritage Malta Ħaġar Qim and Imnajdra Arkivjat 16 09 2008 Arkivjat mill oriġinal fl 2013 03 01 Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 31 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 148 Trump Malta An archaeological guide p 103 Malta temples by Mario Vassallo Arkivjat 06 06 2008 Arkivjat mill oriġinal fl 2008 06 06 Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link The Megalithic Temples of Malta Draft Description Malta Heritage Malta p 3 Arkivjat 20 10 2007 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2007 10 20 Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Trump Malta An archaeological guide p 67 Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 67 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 122