Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

It tempji ta Skorba huma fdalijiet megalitiċi fin naħa tat Tramuntana taż fir Reġjun tat Tramuntana ta Malta li taw ħjie

Skorba

  • Paġna Ewlenija
  • Skorba
Skorba
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

It-tempji ta' Skorba huma fdalijiet megalitiċi fin-naħa tat-Tramuntana taż-, fir-Reġjun tat-Tramuntana ta' Malta, li taw ħjiel dettaljat u informattiv lejn l-iżjed perjodi bikrin tal-kultura Neolitika ta' Malta. Is-sit ġie skavat fil-bidu tas-snin 60 tas-seklu 20 biss, jiġifieri pjuttost tard meta mqabbel ma' siti megalitiċi oħra li kienu ġew studjati mill-bidu tas-seklu 19. L-importanza tas-sit wasslet biex jiżdied mat-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Minħabba li l-iskavi f'dan is-sit saru wara, setgħu jintużaw metodi moderni ta' datazzjoni u ta' analiżi. It-tempju nnifsu ma jinsabx f'kundizzjoni tajba, speċjalment meta mqabbel mat-tempji iktar kompluti ta' Ħaġar Qim u ta' Ħal Tarxien. Madankollu, l-importanza ta' dan is-sit mhijiex marbuta mal-fdalijiet infushom iżda iktar ma' dak li ġie skopert permezz tal-iskavi tagħhom.

Deskrizzjoni

L-inħawi taż-Żebbiegħ madwar it-tempji ta' Skorba milli jidher ġew abitati fi stadju bikri ħafna tal-perjodu Neolitiku. Meta l-istoriku Malti eminenti Temi Żammit skava t-tempji ta' Ta' Ħaġrat fil-qrib, kien hemm biss ħaġra wieqfa waħda ħierġa 'l barra minn munzell radam fis-sit ta' Skorba. Għalkemm is-sit ġie inkluż fil-Lista tal-Antikitajiet tal-1925, l-arkeologi injoraw dan il-munzell radam sal-iskavi ta' ta' bejn l-1960 u l-1963.

Il-fdalijiet fis-sit huma sensiela ta' ħaġriet megalitiċi weqfin (waħda minnhom għolja 3.4 metri), l-iżjed parti baxxa tal-pedamenti tat-tempji, ħaġar tal-pavimentar b'toqob fil-passaġġ tad-daħla, u l-art tat-torba (materjal qisu siment) ta' tempju bi tliet apsidi. Din l-għamla ta' tliet apsidi hija tipia tal-fażi ta' Ġgantija. B'xorti ħażina, il-parti l-kbira tal-ewwel żewġ apsidi u l-faċċata kollha ġġarrfu għalkollox.

Il-ħajt tat-Tramuntana jinsab fi stat ferm aħjar ta' preservazzjoni. Oriġinarjament, id-daħla tat-tempju kienet tagħti għal spazju fil-beraħ, iżda f'żidiet li saru iktar 'il quddiem matul il-fażi ta' Ħal Tarxien, id-daħla tat-tempju ngħalqet għalkollox, u tpoġġew artali fl-irkejjen. Fil-Lvant ta' dan it-tempju, żdied it-tieni monument matul il-fażi ta' Ħal Tarxien, b'erba' apsidi u b'niċċa ċentrali.

Għal perjodu ta' bejn wieħed u ieħor tnax-il seklu qabel ma t-tempji nbnew, diġà kien hemm villaġġ fl-istess sit. L-iżjed struttura antika eżistenti hi l-ħajt dritt twil ħdax-il metru lejn il-Punent tal-ewwel daħla tat-tempju. Id-depożiti fil-bażi tiegħu kien fih materjal li jmur lura għall-ewwel okkupazzjoni umana magħrufa tal-gżira, il-fażi ta' Għar Dalam, inkluż karbonju maħruq, li permezz ta' analiżi tal-karbonju ġie datat għall-4850 Q.K.

Sit ta' Wirt Dinji

Fl-1980, it-tempji ta' Ġgantija (f'Għawdex) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO. Imbagħad, fl-1992, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO estenda dan is-sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra. Dawn huma t-tempji ta' Ħaġar Qim (il-Qrendi, Malta), tal-Imnajdra (il-Qrendi, Malta), Ta' Ħaġrat (l-Imġarr, Malta), ta' Skorba (iż-, Malta) u ta' Ħal Tarxien (Ħal Tarxien, Malta).

L-UNESCO ddeżinjat dawn is-sitt tempji megalitiċi ta' Malta u Għawdex bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed abbażi tal-kriterju (iv) tal-kriterji tal-għażla tal-UNESCO, jiġifieri “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”. It-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l-oriġinalità, il-kumplessità u l-proporzjonijiet enormi tagħhom, iżda anke minħabba l-ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil-kostruzzjoni tagħhom. Is-sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta, filwaqt li s-sjieda tal-art tal-madwar tvarja minn sit għall-ieħor.

Bċejjeċ tal-fuħħar

Il-bċejjeċ tal-fuħħar li nstabu fis-sit ta' Skorba jinqasmu f'żewġ stili: il-fażi l-griża ta' Skorba bi bċejjeċ tal-fuħħar distinti b'lewn griż mingħajr ebda motiv; u l-fażi l-ħamra ta' Skorba, li hija eżatt bħall-fażi l-oħra ta' Skorba iżda b'lewn aħmar bl-użu ta' okra ħamra.

Ara wkoll

  • Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex
  • Mnajdra
  • Ġgantija
  • Ħaġar Qim
  • Tempji ta' Ħal Tarxien
  • Ipoġew ta' Ħal Saflieni

Referenzi

  1. ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 156.
  2. ^ "Megalithic Temples of Malta - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-10-09.
  3. ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 137.
  4. ^ "Protection of Antiquities Regulations 21st November, 1932 Government Notice 402 of 1932, as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939". Malta Environment and Planning Authority.
  5. ^ Żammit, Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo, p. 144.
  6. ^ Trump, Cilia, Malta Prehistory and Temples, p. 159.
  7. ^ Trump, Malta: An archaeological guide, p. 138.
  8. ^ ""Megalithic Temples of Malta – UNESCO World Heritage Centre". Whc.unesco.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  9. ^ ""Malta Temples and The OTS Foundation". Otsf.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  10. ^ David Trump et al., Malta Before History (2004: Miranda Publishers)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 20 Ġun, 2025 / 00:03

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Skorba, X'inhi Skorba? Xi tfisser Skorba?

It tempji ta Skorba huma fdalijiet megalitiċi fin naħa tat Tramuntana taz fir Reġjun tat Tramuntana ta Malta li taw ħjiel dettaljat u informattiv lejn l izjed perjodi bikrin tal kultura Neolitika ta Malta Is sit ġie skavat fil bidu tas snin 60 tas seklu 20 biss jiġifieri pjuttost tard meta mqabbel ma siti megalitiċi oħra li kienu ġew studjati mill bidu tas seklu 19 L importanza tas sit wasslet biex jizdied mat Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Skorba Minħabba li l iskavi f dan is sit saru wara setgħu jintuzaw metodi moderni ta datazzjoni u ta analizi It tempju nnifsu ma jinsabx f kundizzjoni tajba speċjalment meta mqabbel mat tempji iktar kompluti ta Ħaġar Qim u ta Ħal Tarxien Madankollu l importanza ta dan is sit mhijiex marbuta mal fdalijiet infushom izda iktar ma dak li ġie skopert permezz tal iskavi tagħhom DeskrizzjoniSkorba L inħawi taz Zebbiegħ madwar it tempji ta Skorba milli jidher ġew abitati fi stadju bikri ħafna tal perjodu Neolitiku Meta l istoriku Malti eminenti Temi Zammit skava t tempji ta Ta Ħaġrat fil qrib kien hemm biss ħaġra wieqfa waħda ħierġa l barra minn munzell radam fis sit ta Skorba Għalkemm is sit ġie inkluz fil Lista tal Antikitajiet tal 1925 l arkeologi injoraw dan il munzell radam sal iskavi ta ta bejn l 1960 u l 1963 Il fdalijiet fis sit huma sensiela ta ħaġriet megalitiċi weqfin waħda minnhom għolja 3 4 metri l izjed parti baxxa tal pedamenti tat tempji ħaġar tal pavimentar b toqob fil passaġġ tad daħla u l art tat torba materjal qisu siment ta tempju bi tliet apsidi Din l għamla ta tliet apsidi hija tipia tal fazi ta Ġgantija B xorti ħazina il parti l kbira tal ewwel zewġ apsidi u l faċċata kollha ġġarrfu għalkollox Skorba Il ħajt tat Tramuntana jinsab fi stat ferm aħjar ta preservazzjoni Oriġinarjament id daħla tat tempju kienet tagħti għal spazju fil beraħ izda f zidiet li saru iktar il quddiem matul il fazi ta Ħal Tarxien id daħla tat tempju ngħalqet għalkollox u tpoġġew artali fl irkejjen Fil Lvant ta dan it tempju zdied it tieni monument matul il fazi ta Ħal Tarxien b erba apsidi u b niċċa ċentrali Għal perjodu ta bejn wieħed u ieħor tnax il seklu qabel ma t tempji nbnew diġa kien hemm villaġġ fl istess sit L izjed struttura antika ezistenti hi l ħajt dritt twil ħdax il metru lejn il Punent tal ewwel daħla tat tempju Id depoziti fil bazi tiegħu kien fih materjal li jmur lura għall ewwel okkupazzjoni umana magħrufa tal gzira il fazi ta Għar Dalam inkluz karbonju maħruq li permezz ta analizi tal karbonju ġie datat għall 4850 Q K Sit ta Wirt DinjiDivinita Omm tat terrakotta li nstabet fi Skorba il Muzew Nazzjonali tal Arkeoloġija il Belt Valletta Fl 1980 it tempji ta Ġgantija f Għawdex ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed tal UNESCO Imbagħad fl 1992 il Kumitat tal Wirt Dinji tal UNESCO estenda dan is sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra Dawn huma t tempji ta Ħaġar Qim il Qrendi Malta tal Imnajdra il Qrendi Malta Ta Ħaġrat l Imġarr Malta ta Skorba iz Malta u ta Ħal Tarxien Ħal Tarxien Malta L UNESCO ddezinjat dawn is sitt tempji megalitiċi ta Malta u Għawdex bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed abbazi tal kriterju iv tal kriterji tal għazla tal UNESCO jiġifieri Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem It Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l oriġinalita il kumplessita u l proporzjonijiet enormi tagħhom izda anke minħabba l ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil kostruzzjoni tagħhom Is sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta filwaqt li s sjieda tal art tal madwar tvarja minn sit għall ieħor Bċejjeċ tal fuħħarIl bċejjeċ tal fuħħar li nstabu fis sit ta Skorba jinqasmu f zewġ stili il fazi l griza ta Skorba bi bċejjeċ tal fuħħar distinti b lewn griz mingħajr ebda motiv u l fazi l ħamra ta Skorba li hija ezatt bħall fazi l oħra ta Skorba izda b lewn aħmar bl uzu ta okra ħamra Ara wkollTempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex Mnajdra Ġgantija Ħaġar Qim Tempji ta Ħal Tarxien Ipoġew ta Ħal SaflieniReferenzi Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 156 Megalithic Temples of Malta UNESCO whc unesco org Miġbur 2024 10 09 Trump Malta An archaeological guide p 137 Protection of Antiquities Regulations 21st November 1932 Government Notice 402 of 1932 as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939 Malta Environment and Planning Authority Zammit Mayrhofer The Prehistoric Temples of Malta and Gozo p 144 Trump Cilia Malta Prehistory and Temples p 159 Trump Malta An archaeological guide p 138 Megalithic Temples of Malta UNESCO World Heritage Centre Whc unesco org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Malta Temples and The OTS Foundation Otsf org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna David Trump et al Malta Before History 2004 Miranda Publishers

L-aħħar artikli
  • Ġunju 17, 2025

    Kremlin ta’ Moska

  • Ġunju 15, 2025

    Kraków

  • Ġunju 14, 2025

    Krakovja

  • Ġunju 08, 2025

    Krak des Chevaliers

  • Ġunju 15, 2025

    Kruċjata

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq