Il Kremlin ta Moska bir Russu Московский Кремль trażlitterat Moskovskiy Kreml IPA mɐˈskofskʲɪj krʲemlʲ magħruf ukoll bħa
Kremlin ta’ Moska

Il-Kremlin ta' Moska (bir-Russu: Московский Кремль, trażlitterat: Moskovskiy Kreml, IPA: [mɐˈskofskʲɪj krʲemlʲ]), magħruf ukoll bħala l-Kremlin (għalkemm kemm diversi Kremlini fir-Russja), huwa kumpless iffortifikat fiċ-ċentru ta' Moska li ġie stabbilit mid-dinastija Russa tar- li kienet fil-poter sas-seklu 15. Fin-Nofsinhar tal-Kremlin hemm ix-xatt tax-xmara , fil-Lvant hemm il- u l-, u fil-Punent hemm il-Ġnien ta' Alexander. Il-Kremlin ta' Moska huwa l-iktar wieħed magħruf fost il-kremlin (ċittadelli Russi), u jinkludi ħames palazzi, erba' katidrali, u l-Ħajt tal-Kremlin mad-dawra tiegħu bit-torrijiet tal-Kremlin. Barra minn hekk, fi ħdan dan il-kumpless hemm il-Palazz il-Kbir tal-Kremlin li qabel kien ir-residenza tal-Kżar f'Moska. Il-kumpless issa huwa r-residenza uffiċjali tal-President tal-Federazzjoni Russa kif ukoll mużew li jżuruh kważi tliet miljun viżitatur fis-sena.
L-isem Kremlin ifisser “fortizza fi ħdan belt”, u spiss jintuża wkoll metonimikament bħala referenza għall-gvern tal-Federazzjoni Russa bl-istess mod kif id- (bl-Ingliż: White House) tintuża b'referenza għall-Uffiċċju Eżekuttiv tal-President tal-Istati Uniti. Fl-imgħoddi t-terminu kien jirreferi għall-gvern tal-Unjoni Sovjetika (1922-1991) u għall-ogħla membri tagħha (bħas-segretarji ġenerali, prim ministri, presidenti, ministri u kummissarji). It-terminu “kremlinoloġija” jirreferi għall-istudju tal-politika Sovjetika u Russa.
Il-Kremlin huwa miftuħ għall-pubbliku u jistgħu jsiru żjarat turistiċi individwali jew fi gruppi flimkien ma' gwida. Fost ħafna monumenti fi ħdan il-Kremlin wieħed jista' jara l-Kamra tal-Armerija, il-Kanun tal-Kżar, il-Qanpiena tal-Kżar, l-artillerija, u l-wirja tal-iskulturi u tat-tinqix fl-injam Russi. Flimkien mal-Pjazza l-Ħamra, il-Kremlin tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1990.
Storja
Oriġini
Is-sit kien ilu abitat kontinwament minn popli mit-tieni seklu Q.K. Is- tal-Lvant okkupaw il-porzjon tal-Lbiċ tal-Għolja ta' mis-seklu 11, kif jixhed siġill metropolitan mis-snin 90 tas-seklu 11 li ġie skavat mill-arkeologi Sovjetiċi fiż-żona. Il- bnew struttura ffortifikata (jew grad) fuq l-għolja fejn il-fluss tax-xmara kien jingħaqad max-xmara Moskva.
Sas-seklu 14, is-sit kien magħruf bħala l-“grad ta' Moska”. It-terminu “Kremlin” ġie ddokumentat għall-ewwel darba fl-1331 (għalkemm l-etimologu isemmi dokumentazzjoni preċedenti fl-1320). Il-grad ġie estiż ferm mill-Prinċep fl-1156, ġie meqrud mill-Mongoli fl-1237 u reġa' nbena bl-injam tal- fl-1339.
Sede tal-Gran Duki
ssostitwixxa l-ħitan tal-ballut b'ċittadella b'saħħitha b'ħitan bojod tal-ġebla tal-ġir fl-1366-1368 fuq is-sisien bażiċi tal-ħitan attwali; din il-fortifikazzjoni rreżistiet l-assedju tal-Khan . Iben Dmitri, , kompla l-kostruzzjoni tal-knejjes u tal-kjostri fil-Kremlin. Il-Katidral il-ġdid tal-Annunzjata ġie mpitter fuq ġewwa minn , , u fl-1406. Il-Monasteru ta' Chudov ġie stabbilit mit-tutur ta' Dmitri, ; filwaqt li martu , meta sfat armla, stabbiliet il-Kunvent tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna fl-1397.
Residenza tal-kżarijiet
Il-Gran Prinċep organizza r-rikostruzzjoni tal-Kremlin, u stieden għadd ta' arkitetti b'ħiliet kbar mill-Italja Rinaxximentali, fosthom , li ddisinja l-ħajt il-ġdid tal-Kremlin u t-torrijiet tiegħu, u , li ddisinja l-palazz il-ġdid għall-prinċep. Matul ir-renju ta' Ivan III nbnew tliet katidrali oħra tal-Kremlin, il-Knisja tad-Depożizzjoni, u l-Palazz tal-Faċċetti. L-ogħla binja tal-belt u tar-Russja kien it-Torri tal-Kampnar ta' Ivan il-Kbir, li nbena fl-1505-1508 u li kompla jitkabbar sal-għoli attwali tiegħu fl-1600. Il-ħitan tal-Kremlin kif jidhru llum inbnew bejn l-1485 u l-1495. Il-bibien ta' Spasskie tal-ħajt tal-Kremlin għad għandhom dedika miktuba bil-Latin li tfaħħar lil Petrus Antonius Solarius għad-disinn.
Wara l-kostruzzjoni tal-ħitan u tal-knejjes il-ġodda tal-Kremlin, il-monarka ħareġ digriet biex ma tinbena l-ebda struttura qrib iċ-ċittadella. Il-Kremlin kien separat mir-raħal merkantili mdawwar bil-ħitan (Kitay-gorod) b'ħandaq wiesa' 30 metru, li fuqu nbena l-Katidral ta' San Bażilju matul ir-renju ta' . L-istess kżar irrinnova wkoll uħud mill-palazzi ta' nannuh, żied palazz ġdid u katidral ġdid għal uliedu subien, u ffinanzja l-kostruzzjoni tal-metochion (knisja ekkleżjastika tal-Ortodossi tal-Lvant) tat-Trinità fi ħdan il-Kremlin. Il-metochion kien amministrat mill-Monasteru tat-Trinità, u kellu t-torri grazzjuż tal-Knisja ta' , li kien deskritt mill-barranin bħala wieħed mill-ifjen tal-pajjiż.
Matul iż-Żmien tal-Instabbiltà (bir-Russu: смутное время, trażlitterat: smutnoe vremja), il-Kremlin inħataf mill-forzi Pollakki għal sentejn, bejn il-21 ta' Settembru 1610 u s-26 ta' Ottubru 1612. Il-liberazzjoni tal-Kremlin mill-armata voluntiera tal-Prinċep u wittiet it-triq għall-elezzjoni ta' bħala l-kżar il-ġdid. Matul ir-renju tiegħu, ta' ibnu Alexis u tan-neputi tiegħu Feodor, inbnew il-Katidral Superjuri tas-Salvatur bi ħdax-il koppla, il-Bieb tal-Araldika, il-Palazz ta' Terem, il-Palazz tad-Divertiment u l-Palazz tal-Patriarka Nikon. Wara l-mewt ta' iben Alexis, Feodor, u r-Rewwixta ta' Moska tal-1682, il-Kżar Peter irnexxielu jaħrab bi żbrixx mill-Kremlin u b'riżultat ta' dan umrah. Tliet deċennji wara, il-Kżar Peter abbanduna r-residenza ta' missirijietu u stabbilixxa l-belt kapitali ġdida tiegħu, .
Perjodu imperjali
Għalkemm xorta waħda kien jintuża għaċ-ċerimonji tal-inkoronazzjoni, il-Kremlin ġie abbandunat u ttraskurat sal-1773, meta tgħarrset ma' u bniet ir-residenza l-ġdida tagħha hemmhekk. Bazhenov ipproduċa disinn Neoklassiku bombastiku fuq skala erojka, li kien jinvolvi t-twaqqigħ ta' diversi knejjes u palazzi, kif ukoll parti mill-ħajt tal-Kremlin. Wara li tlestew il-preparamenti, il-kostruzzjoni ġiet ittardjata minħabba nuqqas ta' fondi. Bosta snin wara, l-arkitett issorvelja r-rikostruzzjoni tas-sezzjonijiet imġarrfa tal-ħajt u ta' xi strutturi tal-Monasteru ta' Chudov, u bena l-Uffiċċji spazjużi u lussużi tas-Senat, li mbagħad ġew adattati biex jintużaw bħala l-post ta' ħidma prinċipali tal-President tar-Russja.
Matul il-perjodu imperjali, mill-bidu tas-seklu 18 sal-aħħar tas-seklu 19, il-ħitan tal-Kremlin kienu tradizzjonalment miżbugħa bl-abjad, f'konformità mal-użanzi ta' dak iż-żmien.
Il-forzi Franċiżi okkupaw il-Kremlin mit-2 ta' Settembru sal-11 ta' Ottubru 1812, wara l-invażjoni Franċiża fir-Russja. Meta Napuljun irtira flimkien mal-forzi tiegħu minn Moska, huwa ordna li l-Kremlin kollu jiġi splodut. L-Arsenal tal-Kremlin, diversi partijiet tal-ħajt tal-Kremlin u bosta torrijiet tal-ħajt inqerdu minn splużjonijiet u l-Palazz tal-Faċċetti u għadd ta' knejjes ġarrbu ħsarat minħabba n-nirien. L-isplużjonijiet komplew għal tlett ijiem, mill-21 sat-23 ta' Ottubru 1812. Madankollu, il-miċeċ tal-bombi ġew irvinati mix-xita, u b'hekk il-ħsara mġarrba kienet ferm inqas milli kien ippjanat mill-Franċiżi. Fl-1816-1819 saru xogħlijiet ta' restawr taħt is-superviżjoni ta' . Matul il-bqija tar-renju ta' , diversi strutturi antiki ġew rinnovati bi stil Neo-Gotiku, iżda ħafna oħrajn, inkluż il-binjiet kollha tal-metochion tat-Trinità, ġew ikkundannati peress li kienu mitluqa jew ma baqgħux jintużaw u twaqqgħu.
Meta żar Moska għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-inkoronazzjoni tiegħu, il-Kżar ma kienx sodisfatt bil-Palazz il-Kbir (magħruf ukoll bħala l-Palazz tax-Xitwa), li kien inbena fis-snin 50 tas-seklu 18 skont id-disinn ta' . B'hekk, l-istruttura Barokka elaborata twaqqgħet flimkien mal-Knisja ta' San Ġwann il-Prekursur, li kienet inbniet minn fl-1508 fil-post fejn kienet inbniet l-ewwel knisja ta' Moska. L-arkitett ġie kkummissjonat biex jissostitwihom bil-Palazz il-Kbir tal-Kremlin, li kien iħaqqaqha mal-Palazz tax-Xitwa f'Saint Petersburg bħala dimensjonijiet u l-opulenza fuq ġewwa. Il-palazz inbena bejn l-1839 u l-1849, u wara reġgħet inbniet l-Armerija tal-Kremlin fl-1851.
Wara l-1851, il-Kremlin ma tantx inbidel wisq sar-Rivoluzzjoni Russa tal-1917. L-unika karatteristiċi ġodda li ġew miżjuda matul dan il-perjodu kienu l-Monument ta' u salib tal-ġebel bħala mafkar tal-post preċiż fejn fl-1905 il-Gran Duka tar-Russja ġie maqtul minn . Dawn il-monumenti nqerdu mill- fl-1918.
Perjodu Sovjetiku u wara
Il-gvern Sovjetiku ċċaqlaq minn Petrograd (illum magħrufa bħala Saint Petersburg) għal Moska fit-12 ta' Marzu 1918. għażel is-Senat tal-Kremlin bħala r-residenza tiegħu. Joseph Stalin ukoll kellu l-kmamar personali tiegħu fil-Kremlin. Huwa kien ħerqan li jneħħi “l-fdalijiet kollha tar-reġim tal-kżarijiet” mill-kwartieri ġenerali tiegħu. L-ajkli tad-deheb fuq it-torrijiet ġew sostitwiti bi kwiekeb jiddu tal-Kremlin, filwaqt li l-ħajt ħdejn il-Mawżolew ta' Lenin ġie kkonvertit fin-Nekropoli tal-Ħajt tal-Kremlin.
Il-Monasteru ta' Chudov u l-Kunvent tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna, flimkien mal-katidrali tagħhom tas-seklu 16, twaqqgħu biex minflokhom tinbena l-iskola militari. Il-Palazz iż-żgħir ta' Nicholas u l-Katidral l-antik tas-Salvatur twaqqgħu wkoll. Ir-residenza tal-gvern Sovjetiku kienet magħluqa għat-turisti sal-1955, u inġenerali l-Kremlin infetaħ għall-viżitaturi barranin wara t-tnaqqis ta' tensjoni ta' Khrushchev bejn nofs is-snin 50 u 60 tas-seklu 20. Il-Mużewijiet tal-Kremlin ġew stabbiliti fl-1961, u l-kumpless kien wieħed mill-ewwel siti Sovjetiċi li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1990.
Għalkemm id-direttur attwali tal-Mużewijiet tal-Kremlin, (it-tifla ta' Yuri Gagarin), hija favur ir-restawr fuq skala kbira tal-kjostri li kienu nqerdu, l-iżviluppi reċenti kienu jinvolvu biss ir-restawr għali tal-Palazz il-Kbir tal-Kremlin fuq ġewwa, li kien ġie alterat taħt it-tmexxija ta' Stalin.
Palazz tal-Istat tal-Kremlin
Il-Palazz tal-Istat tal-Kremlin, magħruf ukoll bħala l-Palazz tal-Kungressi tal-Kremlin, ġie kkummissjonat minn Nikita Khrushchev bħala arena moderna għal-laqgħat tal-Partit Komunista, u nbena fi ħdan il-ħitan tal-Kremlin bejn l-1959 u l-1961. Minn barra, il-palazz għandu faċċata tal-irħam abjad u t-twieqi huma skuri u jirriflettu biex minn barra ma jidher xejn ħlief rifless. Il-kostruzzjoni ta' binja pubblika moderna kbira fi kwartier storiku qanqlet il-korla, speċjalment peress li l-binja ssostitwiet diversi binjiet storiċi, fosthom il-binja Neoklassika tal-Armerija tal-Istat u wħud mill-partijiet ta' wara tal-Palazz il-Kbir tal-Kremlin. Għalkemm din ma kinitx l-ewwel darba li l-gvern Sovjetiku qered xi wirt arkitettoniku (notevolment il-Monasteru ta' Chudov u l-Kjostri tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna) fil-Kremlin u fil-pajjiż inġenerali, sa nofs is-snin 50 tas-seklu 20 daħħlu fis-seħħ liġijiet li permezz tagħhom il-kostruzzjonijiet ta' qabel is-Sovjetiċi kienu jitqiesu bħala monumenti storiċi u ma setgħux jitwaqqgħu iktar. Minkejja dan, il-Palazz ġie integrat fil-kumpless akbar tal-Palazz il-Kbir tal-Kremlin b'mogħdijiet li jikkollegawh mal-Kompartimenti Patriarkali u mal-Palazz ta' Terem.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Kremlin ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1990 flimkien mal-Pjazza l-Ħamra ta' Moska.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; il-kriterju (ii) “Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; il-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”; u l-kriterju (vi) “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju”.
Binjiet
Il-ħitan u t-torrijiet eżistenti tal-Kremlin inbnew minn arkitetti Taljani mill-1485 għall-1495. It-triangolu irregolari tal-ħajt tal-Kremlin jikkonfina erja ta' 275,000 metru kwadru. It-tul kumplessiv tiegħu huwa 2,235 metru, iżda l-għoli jvarji bejn ħames metri u 19-il metru, skont kif tinzerta l-art ta' taħthom. Il-ħxuna tal-ħajt tvarja bejn 3.5 u 6.6 metri.
Oriġinarjament kien hemm tmintax-il torri tal-Kremlin, iżda l-għadd tagħhom żdied għal għoxrin fis-seklu 17. Kollha kemm huma ħlief tlieta għandhom pjanta kwadra. L-ogħla torri huwa dak ta' Troitskaya, li nbena fl-1495 u huwa twil 80 metru. Il-biċċa l-kbira tat-torrijiet oriġinarjament kellhom qishom tined tal-injam fuqhom. It-tined attwali tal-brikks bi strixxi ta' madum ikkulurit jmorru lura għas-snin 80 tas-seklu 17.
Il-Pjazza tal-Katidrali hija l-qalba tal-Kremlin. Il-pjazza hija mdawra b'sitt binjiet, fosthom tliet katidrali. Il-Katidral Ortodoss tal-Mewt tal-Madonna tlesta fl-1479 u kien jintuża bħala l-knisja ewlenija ta' Moska fejn il-Kżarijiet kollha ġew inkurunati. Il-faċċata enormi tal-ġebla tal-ġir u l-ħames koppli tad-deheb tagħha ġew iddisinjati minn . Diversi metropolitani u patriarki huma midfuna f'dan il-katidral, fosthom Pietru u . Il-Katidral tal-Assunta bi tliet koppli ndurati tlesta fl-1489, iżda mbagħad ġie rikostruwit b'disinn ta' disa' koppli seklu wara. Fix-Xlokk tal-pjazza hemm il-Katidral kbir tal-Arkanġlu Mikiel li tlesta fl-1508, fejn ġew midfuna l-monarki Muskoviti kollha minn sa tar-Russja. oriġinarjament ġie midfun hemmhekk ukoll iżda mbagħad ġie mċaqlaq fil-Monasteru tat-Trinità.
Hemm żewġ knejjes domestiċi tal-Metropolitani u tal-Patriarki ta' Moska, li huma l-Knisja tat-Tnax-il Appostlu (1653-1656), u l-Knisja tad-Depożizzjoni tal-Mant tal-Verġni Marija b'koppla waħda, li nbniet mill-artiġjani ta' bejn l-1484 u l-1488 u li fiha ikoni u affreski mill-isbaħ ta' bejn l-1627 u l-1644.
Struttura notevoli oħra hija t-Torri tal-Kampnar ta' Ivan il-Kbir fin-naħa tal-Grigal tal-pjazza, li jingħad li qiegħda eżatt fiċ-ċentru ta' Moska u li tixbaħ xemgħa mixgħula. It-torri tlesta fis-sena 1600 u huwa għoli 81 metru. Sar-Rivoluzzjoni Russa, kien l-itwal struttura tal-belt, peress li l-kostruzzjoni ta' binjiet itwal minnu kienet ipprojbita. Il-21 qanpiena tiegħu kienu jindaqqu meta kien ikun qed joqrob xi għadu. Il-parti ta' fuq tal-istruttura nqerdet mill-Franċiżi matul l-Invażjoni ta' Napuljun u reġgħet inbniet. Il-Qanpiena tal-Kżar, l-ikbar qanpiena fid-dinja, tinsab fuq pedestall maġenb it-torri tal-kampnar.
L-iktar struttura lajka antika li għadha teżisti sa llum hija l-Palazz tal-Faċċetti li tlesta fl-1491 u li fih it-tronijiet imperjali. It-tieni l-iktar struttura lajka antika hija l-ewwel residenza tal-familja rjali, il-Palazz ta' Terem. Il-palazz oriġinali kien ġie kkummissjonat ukoll minn Ivan III, iżda l-biċċa l-kbira tal-palazz eżistenti llum inbena fis-seklu 17. Il-Palazz ta' Terem u l-Palazz tal-Faċċetti huma kkollegati ma' xulxin permezz tal-Palazz il-Kbir tal-Kremlin. Dan kien ġie kkummissjonat minn Nicholas I fl-1838 u huwa l-ikbar struttura fil-Kremlin. Sewa 11-il miljun rublu biex jinbena u iktar minn biljun dollaru biex ġie rrinnovat fis-snin 90 tas-seklu 20. Fih swali lussużi ta' riċeviment, taraġ ċerimonjali aħmar, appartamenti privati tal-kżarijiet u s-sular t'isfel tal-Knisja tal-Irxuxtar ta' Lazzru tal-1393, li hija l-eqdem struttura eżistenti fil-Kremlin u f'Moska.
In-naħa tat-Tramuntana tal-Kremlin hemm l-Arsenal, li kien inbena għal Peter il-Kbir fl-1701. Fuq in-naħa tal-Lbiċ tal-Kremlin hemm il-binja tal-Armerija. Din inbniet fl-1851 b'disinn Neo-Rinaxximentali, u attwalment hija mużew tat-teżori tal-Istat Russu.
Il-batterju Methylophaga murata ġie iżolat għall-ewwel darba mill-irħam li kien qed jiddeterjora fil-Kremlin.
Ħelipad
Sabiex ma jibqax ikun hemm tfixkil fit-traffiku tal-belt kull darba li jkun hemm xi laqgħa jew żjara uffiċjali f'Moska fejn ikun preżenti l-president, il-President Vladimir Putin awtorizza l-kostruzzjoni ta' ħelipad fil-Kremlin. Din tlestiet f'Mejju 2013. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-President jivvjaġġa lejn il-Kremlin u mill-Kremlin permezz ta' tat-tip Mil Mi-8. Ingħatat attenzjoni partikolari għall-post fejn inbniet il-ħelipad u jingħad li l-post fejn inbniet ma twassal għal ebda theddida għall-arkitettura tal-Kremlin.
Tramm ta' taħt l-art
L-istazzjonijiet tat-tramm ta' taħt l-art ta' Moska li huma waqfiet tajbin għall-Kremlin huma: Okhotny Ryad u Biblioteka Imeni Lenina (il-Linja ta' Sokolnicheskaya), Teatralnaya (il-Linja ta' Zamoskvoretskaya), Ploshchad Revolyutsii u Arbatskaya (il-Linja ta' Arbatsko-Pokrovskaya), Alexandrovsky Sad (il-Linja ta' Filyovskaya), u Borovitskaya (il-Linja ta' Serpukhovsko-Timiryazevskaya).
Referenzi
- ^ a b ċ d e f ġ g għ h ħ Paul, Michael C. (January 2004). "The Military Revolution in Russia 1550–1682". The Journal of Military History. 68 (1): 31.
- ^ a b ċ "Moscow Kremlin Museums: ABOUT THE MUSEUM". www.kreml.ru. Miġbur 2021-04-11.
- ^ "Vasmer's Etymological Dictionary : Query result". starling.rinet.ru. Miġbur 2021-04-11.
- ^ "Moscow Kremlin Museums: VISIT US". www.kreml.ru. Miġbur 2021-04-11.
- ^ "Exposition of Russian wooden sculpture and carvings". www.kreml.ru (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-11.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Kremlin and Red Square, Moscow". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-11.
- ^ Agrawal, Premendra (4 February 2012). Silent Assassins Jan 11, 1966. Agrawal Overseas. p. 184. ISBN 9789350878453.
- ^ "Стр. 321". vasmer.narod.ru. Miġbur 2021-04-11.
- ^ "Почему кремлевские стены красили в белый цвет". Российская газета (bir-Russu). Miġbur 2021-04-11.
- ^ Doronina NV; Li TsD; Ivanova EG; Trotsenko IuA. (2005). "Methylophaga murata sp. nov.: a haloalkaliphilic aerobic methylotroph from deteriorating marble". Mikrobiologiia. 74 (4): 511–9.
- ^ "Putin gets helipad to ease congestion" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-11.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kremlin ta’ Moska, X'inhi Kremlin ta’ Moska? Xi tfisser Kremlin ta’ Moska?
Il Kremlin ta Moska bir Russu Moskovskij Kreml trazlitterat Moskovskiy Kreml IPA mɐˈskofskʲɪj krʲemlʲ magħruf ukoll bħala l Kremlin għalkemm kemm diversi Kremlini fir Russja huwa kumpless iffortifikat fiċ ċentru ta Moska li ġie stabbilit mid dinastija Russa tar li kienet fil poter sas seklu 15 Fin Nofsinhar tal Kremlin hemm ix xatt tax xmara fil Lvant hemm il u l u fil Punent hemm il Ġnien ta Alexander Il Kremlin ta Moska huwa l iktar wieħed magħruf fost il kremlin ċittadelli Russi u jinkludi ħames palazzi erba katidrali u l Ħajt tal Kremlin mad dawra tiegħu bit torrijiet tal Kremlin Barra minn hekk fi ħdan dan il kumpless hemm il Palazz il Kbir tal Kremlin li qabel kien ir residenza tal Kzar f Moska Il kumpless issa huwa r residenza uffiċjali tal President tal Federazzjoni Russa kif ukoll muzew li jzuruh kwazi tliet miljun vizitatur fis sena Il Kremlin ta Moska minn fuq ix xmara Moskva L isem Kremlin ifisser fortizza fi ħdan belt u spiss jintuza wkoll metonimikament bħala referenza għall gvern tal Federazzjoni Russa bl istess mod kif id bl Ingliz White House tintuza b referenza għall Uffiċċju Ezekuttiv tal President tal Istati Uniti Fl imgħoddi t terminu kien jirreferi għall gvern tal Unjoni Sovjetika 1922 1991 u għall ogħla membri tagħha bħas segretarji ġenerali prim ministri presidenti ministri u kummissarji It terminu kremlinoloġija jirreferi għall istudju tal politika Sovjetika u Russa Il Kremlin huwa miftuħ għall pubbliku u jistgħu jsiru zjarat turistiċi individwali jew fi gruppi flimkien ma gwida Fost ħafna monumenti fi ħdan il Kremlin wieħed jista jara l Kamra tal Armerija il Kanun tal Kzar il Qanpiena tal Kzar l artillerija u l wirja tal iskulturi u tat tinqix fl injam Russi Flimkien mal Pjazza l Ħamra il Kremlin tnizzel bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1990 StorjaOriġini Kartolina antika tal Kremlin fl 1890 Is sit kien ilu abitat kontinwament minn popli mit tieni seklu Q K Is tal Lvant okkupaw il porzjon tal Lbiċ tal Għolja ta mis seklu 11 kif jixhed siġill metropolitan mis snin 90 tas seklu 11 li ġie skavat mill arkeologi Sovjetiċi fiz zona Il bnew struttura ffortifikata jew grad fuq l għolja fejn il fluss tax xmara kien jingħaqad max xmara Moskva Sas seklu 14 is sit kien magħruf bħala l grad ta Moska It terminu Kremlin ġie ddokumentat għall ewwel darba fl 1331 għalkemm l etimologu isemmi dokumentazzjoni preċedenti fl 1320 Il grad ġie estiz ferm mill Prinċep fl 1156 ġie meqrud mill Mongoli fl 1237 u reġa nbena bl injam tal fl 1339 Sede tal Gran Duki ssostitwixxa l ħitan tal ballut b ċittadella b saħħitha b ħitan bojod tal ġebla tal ġir fl 1366 1368 fuq is sisien baziċi tal ħitan attwali din il fortifikazzjoni rrezistiet l assedju tal Khan Iben Dmitri kompla l kostruzzjoni tal knejjes u tal kjostri fil Kremlin Il Katidral il ġdid tal Annunzjata ġie mpitter fuq ġewwa minn u fl 1406 Il Monasteru ta Chudov ġie stabbilit mit tutur ta Dmitri filwaqt li martu meta sfat armla stabbiliet il Kunvent tat Tlugħ is Sema tal Madonna fl 1397 Residenza tal kzarijiet Pittura bl akkwarelli tal Kremlin bil ħitan tal ballut ta Il Gran Prinċep organizza r rikostruzzjoni tal Kremlin u stieden għadd ta arkitetti b ħiliet kbar mill Italja Rinaxximentali fosthom li ddisinja l ħajt il ġdid tal Kremlin u t torrijiet tiegħu u li ddisinja l palazz il ġdid għall prinċep Matul ir renju ta Ivan III nbnew tliet katidrali oħra tal Kremlin il Knisja tad Depozizzjoni u l Palazz tal Faċċetti L ogħla binja tal belt u tar Russja kien it Torri tal Kampnar ta Ivan il Kbir li nbena fl 1505 1508 u li kompla jitkabbar sal għoli attwali tiegħu fl 1600 Il ħitan tal Kremlin kif jidhru llum inbnew bejn l 1485 u l 1495 Il bibien ta Spasskie tal ħajt tal Kremlin għad għandhom dedika miktuba bil Latin li tfaħħar lil Petrus Antonius Solarius għad disinn Il Kremlin bil ħitan bojod tal ġebla tal ġir Wara l kostruzzjoni tal ħitan u tal knejjes il ġodda tal Kremlin il monarka ħareġ digriet biex ma tinbena l ebda struttura qrib iċ ċittadella Il Kremlin kien separat mir raħal merkantili mdawwar bil ħitan Kitay gorod b ħandaq wiesa 30 metru li fuqu nbena l Katidral ta San Bazilju matul ir renju ta L istess kzar irrinnova wkoll uħud mill palazzi ta nannuh zied palazz ġdid u katidral ġdid għal uliedu subien u ffinanzja l kostruzzjoni tal metochion knisja ekklezjastika tal Ortodossi tal Lvant tat Trinita fi ħdan il Kremlin Il metochion kien amministrat mill Monasteru tat Trinita u kellu t torri grazzjuz tal Knisja ta li kien deskritt mill barranin bħala wieħed mill ifjen tal pajjiz Il Kremlin ta Moska fi zmien il Prinċep Ivan III Matul iz Zmien tal Instabbilta bir Russu smutnoe vremya trazlitterat smutnoe vremja il Kremlin inħataf mill forzi Pollakki għal sentejn bejn il 21 ta Settembru 1610 u s 26 ta Ottubru 1612 Il liberazzjoni tal Kremlin mill armata voluntiera tal Prinċep u wittiet it triq għall elezzjoni ta bħala l kzar il ġdid Matul ir renju tiegħu ta ibnu Alexis u tan neputi tiegħu Feodor inbnew il Katidral Superjuri tas Salvatur bi ħdax il koppla il Bieb tal Araldika il Palazz ta Terem il Palazz tad Divertiment u l Palazz tal Patriarka Nikon Wara l mewt ta iben Alexis Feodor u r Rewwixta ta Moska tal 1682 il Kzar Peter irnexxielu jaħrab bi zbrixx mill Kremlin u b rizultat ta dan umrah Tliet deċennji wara il Kzar Peter abbanduna r residenza ta missirijietu u stabbilixxa l belt kapitali ġdida tiegħu Perjodu imperjali Il Kanun tal Kzar Għalkemm xorta waħda kien jintuza għaċ ċerimonji tal inkoronazzjoni il Kremlin ġie abbandunat u ttraskurat sal 1773 meta tgħarrset ma u bniet ir residenza l ġdida tagħha hemmhekk Bazhenov ipproduċa disinn Neoklassiku bombastiku fuq skala erojka li kien jinvolvi t twaqqigħ ta diversi knejjes u palazzi kif ukoll parti mill ħajt tal Kremlin Wara li tlestew il preparamenti il kostruzzjoni ġiet ittardjata minħabba nuqqas ta fondi Bosta snin wara l arkitett issorvelja r rikostruzzjoni tas sezzjonijiet imġarrfa tal ħajt u ta xi strutturi tal Monasteru ta Chudov u bena l Uffiċċji spazjuzi u lussuzi tas Senat li mbagħad ġew adattati biex jintuzaw bħala l post ta ħidma prinċipali tal President tar Russja Matul il perjodu imperjali mill bidu tas seklu 18 sal aħħar tas seklu 19 il ħitan tal Kremlin kienu tradizzjonalment mizbugħa bl abjad f konformita mal uzanzi ta dak iz zmien Il forzi Franċizi okkupaw il Kremlin mit 2 ta Settembru sal 11 ta Ottubru 1812 wara l invazjoni Franċiza fir Russja Meta Napuljun irtira flimkien mal forzi tiegħu minn Moska huwa ordna li l Kremlin kollu jiġi splodut L Arsenal tal Kremlin diversi partijiet tal ħajt tal Kremlin u bosta torrijiet tal ħajt inqerdu minn spluzjonijiet u l Palazz tal Faċċetti u għadd ta knejjes ġarrbu ħsarat minħabba n nirien L ispluzjonijiet komplew għal tlett ijiem mill 21 sat 23 ta Ottubru 1812 Madankollu il miċeċ tal bombi ġew irvinati mix xita u b hekk il ħsara mġarrba kienet ferm inqas milli kien ippjanat mill Franċizi Fl 1816 1819 saru xogħlijiet ta restawr taħt is supervizjoni ta Matul il bqija tar renju ta diversi strutturi antiki ġew rinnovati bi stil Neo Gotiku izda ħafna oħrajn inkluz il binjiet kollha tal metochion tat Trinita ġew ikkundannati peress li kienu mitluqa jew ma baqgħux jintuzaw u twaqqgħu Il Palazz il Kbir tal Kremlin Meta zar Moska għaċ ċelebrazzjonijiet tal inkoronazzjoni tiegħu il Kzar ma kienx sodisfatt bil Palazz il Kbir magħruf ukoll bħala l Palazz tax Xitwa li kien inbena fis snin 50 tas seklu 18 skont id disinn ta B hekk l istruttura Barokka elaborata twaqqgħet flimkien mal Knisja ta San Ġwann il Prekursur li kienet inbniet minn fl 1508 fil post fejn kienet inbniet l ewwel knisja ta Moska L arkitett ġie kkummissjonat biex jissostitwihom bil Palazz il Kbir tal Kremlin li kien iħaqqaqha mal Palazz tax Xitwa f Saint Petersburg bħala dimensjonijiet u l opulenza fuq ġewwa Il palazz inbena bejn l 1839 u l 1849 u wara reġgħet inbniet l Armerija tal Kremlin fl 1851 Wara l 1851 il Kremlin ma tantx inbidel wisq sar Rivoluzzjoni Russa tal 1917 L unika karatteristiċi ġodda li ġew mizjuda matul dan il perjodu kienu l Monument ta u salib tal ġebel bħala mafkar tal post preċiz fejn fl 1905 il Gran Duka tar Russja ġie maqtul minn Dawn il monumenti nqerdu mill fl 1918 Perjodu Sovjetiku u wara Il Qanpiena tal Kzar l ikbar qanpiena fid dinja Il gvern Sovjetiku ċċaqlaq minn Petrograd illum magħrufa bħala Saint Petersburg għal Moska fit 12 ta Marzu 1918 għazel is Senat tal Kremlin bħala r residenza tiegħu Joseph Stalin ukoll kellu l kmamar personali tiegħu fil Kremlin Huwa kien ħerqan li jneħħi l fdalijiet kollha tar reġim tal kzarijiet mill kwartieri ġenerali tiegħu L ajkli tad deheb fuq it torrijiet ġew sostitwiti bi kwiekeb jiddu tal Kremlin filwaqt li l ħajt ħdejn il Mawzolew ta Lenin ġie kkonvertit fin Nekropoli tal Ħajt tal Kremlin Il Monasteru ta Chudov u l Kunvent tat Tlugħ is Sema tal Madonna flimkien mal katidrali tagħhom tas seklu 16 twaqqgħu biex minflokhom tinbena l iskola militari Il Palazz iz zgħir ta Nicholas u l Katidral l antik tas Salvatur twaqqgħu wkoll Ir residenza tal gvern Sovjetiku kienet magħluqa għat turisti sal 1955 u inġenerali l Kremlin infetaħ għall vizitaturi barranin wara t tnaqqis ta tensjoni ta Khrushchev bejn nofs is snin 50 u 60 tas seklu 20 Il Muzewijiet tal Kremlin ġew stabbiliti fl 1961 u l kumpless kien wieħed mill ewwel siti Sovjetiċi li tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1990 Għalkemm id direttur attwali tal Muzewijiet tal Kremlin it tifla ta Yuri Gagarin hija favur ir restawr fuq skala kbira tal kjostri li kienu nqerdu l izviluppi reċenti kienu jinvolvu biss ir restawr għali tal Palazz il Kbir tal Kremlin fuq ġewwa li kien ġie alterat taħt it tmexxija ta Stalin Palazz tal Istat tal Kremlin Il Palazz tal Istat tal Kremlin Il Palazz tal Istat tal Kremlin magħruf ukoll bħala l Palazz tal Kungressi tal Kremlin ġie kkummissjonat minn Nikita Khrushchev bħala arena moderna għal laqgħat tal Partit Komunista u nbena fi ħdan il ħitan tal Kremlin bejn l 1959 u l 1961 Minn barra il palazz għandu faċċata tal irħam abjad u t twieqi huma skuri u jirriflettu biex minn barra ma jidher xejn ħlief rifless Il kostruzzjoni ta binja pubblika moderna kbira fi kwartier storiku qanqlet il korla speċjalment peress li l binja ssostitwiet diversi binjiet storiċi fosthom il binja Neoklassika tal Armerija tal Istat u wħud mill partijiet ta wara tal Palazz il Kbir tal Kremlin Għalkemm din ma kinitx l ewwel darba li l gvern Sovjetiku qered xi wirt arkitettoniku notevolment il Monasteru ta Chudov u l Kjostri tat Tlugħ is Sema tal Madonna fil Kremlin u fil pajjiz inġenerali sa nofs is snin 50 tas seklu 20 daħħlu fis seħħ liġijiet li permezz tagħhom il kostruzzjonijiet ta qabel is Sovjetiċi kienu jitqiesu bħala monumenti storiċi u ma setgħux jitwaqqgħu iktar Minkejja dan il Palazz ġie integrat fil kumpless akbar tal Palazz il Kbir tal Kremlin b mogħdijiet li jikkollegawh mal Kompartimenti Patriarkali u mal Palazz ta Terem Sit ta Wirt DinjiVeduta mill ajru tal Kremlin flimkien mal Pjazza l Ħamra Il Kremlin ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1990 flimkien mal Pjazza l Ħamra ta Moska Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta erba kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju BinjietIt torri ta Vodovzvodnaya parti mill ħitan tal Kremlin Il ħitan u t torrijiet ezistenti tal Kremlin inbnew minn arkitetti Taljani mill 1485 għall 1495 It triangolu irregolari tal ħajt tal Kremlin jikkonfina erja ta 275 000 metru kwadru It tul kumplessiv tiegħu huwa 2 235 metru izda l għoli jvarji bejn ħames metri u 19 il metru skont kif tinzerta l art ta taħthom Il ħxuna tal ħajt tvarja bejn 3 5 u 6 6 metri Id diversi torrijiet tal ħajt tal Kremlin Oriġinarjament kien hemm tmintax il torri tal Kremlin izda l għadd tagħhom zdied għal għoxrin fis seklu 17 Kollha kemm huma ħlief tlieta għandhom pjanta kwadra L ogħla torri huwa dak ta Troitskaya li nbena fl 1495 u huwa twil 80 metru Il biċċa l kbira tat torrijiet oriġinarjament kellhom qishom tined tal injam fuqhom It tined attwali tal brikks bi strixxi ta madum ikkulurit jmorru lura għas snin 80 tas seklu 17 Il Pjazza tal Katidrali hija l qalba tal Kremlin Il pjazza hija mdawra b sitt binjiet fosthom tliet katidrali Il Katidral Ortodoss tal Mewt tal Madonna tlesta fl 1479 u kien jintuza bħala l knisja ewlenija ta Moska fejn il Kzarijiet kollha ġew inkurunati Il faċċata enormi tal ġebla tal ġir u l ħames koppli tad deheb tagħha ġew iddisinjati minn Diversi metropolitani u patriarki huma midfuna f dan il katidral fosthom Pietru u Il Katidral tal Assunta bi tliet koppli ndurati tlesta fl 1489 izda mbagħad ġie rikostruwit b disinn ta disa koppli seklu wara Fix Xlokk tal pjazza hemm il Katidral kbir tal Arkanġlu Mikiel li tlesta fl 1508 fejn ġew midfuna l monarki Muskoviti kollha minn sa tar Russja oriġinarjament ġie midfun hemmhekk ukoll izda mbagħad ġie mċaqlaq fil Monasteru tat Trinita Il Pjazza tal Katidrali fil Kremlin Hemm zewġ knejjes domestiċi tal Metropolitani u tal Patriarki ta Moska li huma l Knisja tat Tnax il Appostlu 1653 1656 u l Knisja tad Depozizzjoni tal Mant tal Verġni Marija b koppla waħda li nbniet mill artiġjani ta bejn l 1484 u l 1488 u li fiha ikoni u affreski mill isbaħ ta bejn l 1627 u l 1644 Struttura notevoli oħra hija t Torri tal Kampnar ta Ivan il Kbir fin naħa tal Grigal tal pjazza li jingħad li qiegħda ezatt fiċ ċentru ta Moska u li tixbaħ xemgħa mixgħula It torri tlesta fis sena 1600 u huwa għoli 81 metru Sar Rivoluzzjoni Russa kien l itwal struttura tal belt peress li l kostruzzjoni ta binjiet itwal minnu kienet ipprojbita Il 21 qanpiena tiegħu kienu jindaqqu meta kien ikun qed joqrob xi għadu Il parti ta fuq tal istruttura nqerdet mill Franċizi matul l Invazjoni ta Napuljun u reġgħet inbniet Il Qanpiena tal Kzar l ikbar qanpiena fid dinja tinsab fuq pedestall maġenb it torri tal kampnar Id diversi koppli tad deheb tal Katidral tal Annunzjata fil Kremlin L iktar struttura lajka antika li għadha tezisti sa llum hija l Palazz tal Faċċetti li tlesta fl 1491 u li fih it tronijiet imperjali It tieni l iktar struttura lajka antika hija l ewwel residenza tal familja rjali il Palazz ta Terem Il palazz oriġinali kien ġie kkummissjonat ukoll minn Ivan III izda l biċċa l kbira tal palazz ezistenti llum inbena fis seklu 17 Il Palazz ta Terem u l Palazz tal Faċċetti huma kkollegati ma xulxin permezz tal Palazz il Kbir tal Kremlin Dan kien ġie kkummissjonat minn Nicholas I fl 1838 u huwa l ikbar struttura fil Kremlin Sewa 11 il miljun rublu biex jinbena u iktar minn biljun dollaru biex ġie rrinnovat fis snin 90 tas seklu 20 Fih swali lussuzi ta riċeviment taraġ ċerimonjali aħmar appartamenti privati tal kzarijiet u s sular t isfel tal Knisja tal Irxuxtar ta Lazzru tal 1393 li hija l eqdem struttura ezistenti fil Kremlin u f Moska In naħa tat Tramuntana tal Kremlin hemm l Arsenal li kien inbena għal Peter il Kbir fl 1701 Fuq in naħa tal Lbiċ tal Kremlin hemm il binja tal Armerija Din inbniet fl 1851 b disinn Neo Rinaxximentali u attwalment hija muzew tat tezori tal Istat Russu Il batterju Methylophaga murata ġie izolat għall ewwel darba mill irħam li kien qed jiddeterjora fil Kremlin Ħelipad Il ħelipad fil Kremlin Sabiex ma jibqax ikun hemm tfixkil fit traffiku tal belt kull darba li jkun hemm xi laqgħa jew zjara uffiċjali f Moska fejn ikun prezenti l president il President Vladimir Putin awtorizza l kostruzzjoni ta ħelipad fil Kremlin Din tlestiet f Mejju 2013 Minn dak iz zmien l hawn il President jivvjaġġa lejn il Kremlin u mill Kremlin permezz ta tat tip Mil Mi 8 Ingħatat attenzjoni partikolari għall post fejn inbniet il ħelipad u jingħad li l post fejn inbniet ma twassal għal ebda theddida għall arkitettura tal Kremlin Tramm ta taħt l artL istazzjonijiet tat tramm ta taħt l art ta Moska li huma waqfiet tajbin għall Kremlin huma Okhotny Ryad u Biblioteka Imeni Lenina il Linja ta Sokolnicheskaya Teatralnaya il Linja ta Zamoskvoretskaya Ploshchad Revolyutsii u Arbatskaya il Linja ta Arbatsko Pokrovskaya Alexandrovsky Sad il Linja ta Filyovskaya u Borovitskaya il Linja ta Serpukhovsko Timiryazevskaya Referenzi a b ċ d e f ġ g għ h ħ Paul Michael C January 2004 The Military Revolution in Russia 1550 1682 The Journal of Military History 68 1 31 a b ċ Moscow Kremlin Museums ABOUT THE MUSEUM www kreml ru Miġbur 2021 04 11 Vasmer s Etymological Dictionary Query result starling rinet ru Miġbur 2021 04 11 Moscow Kremlin Museums VISIT US www kreml ru Miġbur 2021 04 11 Exposition of Russian wooden sculpture and carvings www kreml ru bl Ingliz Miġbur 2021 04 11 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Kremlin and Red Square Moscow UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 04 11 Agrawal Premendra 4 February 2012 Silent Assassins Jan 11 1966 Agrawal Overseas p 184 ISBN 9789350878453 Str 321 vasmer narod ru Miġbur 2021 04 11 Pochemu kremlevskie steny krasili v belyj cvet Rossijskaya gazeta bir Russu Miġbur 2021 04 11 Doronina NV Li TsD Ivanova EG Trotsenko IuA 2005 Methylophaga murata sp nov a haloalkaliphilic aerobic methylotroph from deteriorating marble Mikrobiologiia 74 4 511 9 Putin gets helipad to ease congestion bl Ingliz Miġbur 2021 04 11