Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Tlacotalpan huwa raħal fil Muniċipalità ta Tlacotalpan fl istat Messikan ta li jiġi ddeżinjat bħal Sit ta Wirt Dinji tal

Tlacotalpan

  • Paġna Ewlenija
  • Tlacotalpan
Tlacotalpan
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Tlacotalpan huwa raħal fil-Muniċipalità ta' Tlacotalpan fl-istat Messikan ta' , li jiġi ddeżinjat bħal Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998 primarjament għall-arkitettura u għall-konfigurazzjoni kolonjali tiegħu. Ir-raħal ġie stabbilit fl-1550 fuq dik li oriġinarjament kienet gżira fix-xmara . Mill-era kolonjali sas-seklu 20, kien port importanti, wieħed mill-ftit portijiet tax-xmajjar interni fl-Amerka Latina. Madankollu, bil-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja, l-importanza ta' Tlacotalpan majnat ferm. Mill-aħħar tas-seklu 20, bdew isiru sforzi biex jiġu kkonservati l-arkitettura u l-konfigurazzjoni Spanjoli/tal-Karibew tar-raħal, sa ma laħqu l-qofol tagħhom bid-deżinjazzjoni mill-UNESCO. Illum il-ġurnata, ir-riżorsi ekonomiċi prinċipali tar-raħal huma s-sajd u t-turiżmu, speċjalment għall-ħabta tal-festa annwali f'ġieħ il-Madonna tal-Preżentazzjoni ta' Kristu.

Tlacotalpan
 Messiku
Amministrazzjoni
PajjiżMessiku
State of MexicoVeracruz
Municipality of MexicoTlacotalpan Municipality (en)
Kodiċi postali 95460
Ġeografija
Koordinati 18°36′47″N 95°39′23″W / 18.613025°N 95.6562736°W / 18.613025; -95.6562736Koordinati: 18°36′47″N 95°39′23″W / 18.613025°N 95.6562736°W / 18.613025; -95.6562736
Tlacotalpan
Tlacotalpan (Mexico)
Superfiċjenti 75 hectare, 320 hectare
Għoli 10 m
Demografija
Popolazzjoni 7,600 abitanti
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1847
Kodiċi tat-telefon 288
tlacotalpan-turismo.gob.mx

Deskrizzjoni

Ir-raħal huwa mlaqqam "il-ġawhra tax-xmara Papaloapan".

Tlacotalpan huwa uniku fost il-biċċa l-kbira tal-insedjamenti urbani fl-Amerka Latina peress li huwa port ta' xmara interna, 'il ġewwa mill-ocean. Jitqies bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-konfigurazzjoni, l-arkitettura, l-istorja u t-tradizzjonijiet tiegħu. Il-konfigurazzjoni urbana u l-arkitettura tiegħu jmorru lura għas-seklu 17, u r-raħal irnexxielu jikkonservahom sew. Il-konfigurazzjoni tar-raħal qisha checkboard, u tkopri 153 blokka fuq 75 ettaru, maqsuma fuq żewġ sezzjonijiet: sezzjoni "Spanjola" fil-Punent u sezzjoni "nattiva" iżgħar fil-Lvant, isseparati b'żona pubblika b'binjiet kummerċjali u uffiċjali flimkien ma' xi spazji pubbliċi. Is-sezzjoni Spanjola tar-raħal hija kkaratterizzata b'toroq wesgħin b'mod parallel max-xmara Papaloapan u kkollegati ma' xulxin b'karreġġati dojoq. F'din iż-żona hemm parks u spazji pubbliċi b'siġar maturi, bħall-Parque Hidalgo, magħruf għall-mużiċisti jdoqqu fih, u l-Plazuela de Doña Maria, ftit fil-Lvant miċ-ċentru, fl-eqdem parti tar-raħal, imdawra bi ħwienet fejn jinħadmu l-għamara, l-istrumenti mużikali u prodotti fini oħra tal-injam. L-arkitettura hija kkaratterizzata minn djar ta' sular jew tnejn bil-kolonni u bi btieħi interni bi stil tal-Andalucia, b'arkati bi stil tal-Karibew, b'soqfa b'tegoli ħomor u b'faċċati kkuluriti, li wħud minnhom imorru lura għas-seklu 18. Dawn huma partikolarment abbundanti fil-kwartieri ta' San Miguelito u ta' La Candelaria. Ħafna mid-djar għad għandhom il-konfigurazzjoni tradizzjonali minn ġewwa u saħansitra l-għamara tradizzjonali.

Għalkemm l-aqwa żmien tar-raħal kien fis-seklu 19, Tlacotalpan għadu kklassifikat bħala port ta' xmara mill-gvern Messikan, u jaqdi l-iktar lid-dgħajjes tas-sajd u xi dgħajjes żgħar tar-rondi navali. Għandu moll tal-konkos twil 160 metru, u biċċa xatt tul ix-xmara fejn wieħed jista' jagħmel passejn u jmur jiekol f'wieħed mill-bosta ristoranti.

Ftit lura mix-xatt tax-xmara hemm il-pjazza prinċipali tar-raħal imsejħa Plaza Zaragoza. Il-pjazza hija pavimentata bl-irħam abjad u mimlija siġar tal-palm. Fin-nofs tal-pjazza hemm kjosk tas-seklu 19 iddisinjat mill-iskultur lokali .

Attrazzjonijiet

L-attrazzjoni prinċipali f'din il-pjazza hi s-Santwarju tal-Madonna tal-Preżentazzjoni ta' Kristu (Nuestra Señora de la Candelaria) fuq in-naħa tat-Tramuntana. Din il-knisja nbniet fl-aħħar tas-seklu 18 (il-kostruzzjoni bdiet fl-1770) taħt bil-ġebel mill-Golf tal-Messiku biex tħaddan fiha x-xbieha tal-Madonna, li ġabu magħhom il-baħħara fis-seklu 17. Iċ-ċelebrazzjoni annwali ewlenija tar-raħal timla din il-knisja bix-xemgħat u bil-fjuri.

Il-knisja l-oħra fil-pjazza hija l-Knisja Parrokkjali ta' San Cristóbal, li tmur lura għall-1849. Il-knisja hi Neoklassika b'xi influwenzi Għarab, u għandha arloġġ fit-torri tagħha li jingħad li ġie mill-Ingilterra xi żewġ sekli ilu. L-artali prinċipali tagħha ġew skolpiti mill-injam u fihom ix-xbieha notevoli tal-Madonna ta' Guadalupe. Hemm artal importanti ddedikat lil Ġesù fil-kappella laterali maġenb iż-żona tal-artal prinċipali.

Madankollu, la s-santwarju u lanqas il-knisja parrokkjali mhuma l-eqdem knisja fir-raħal. L-eqdem waħda hi l-Knisja ta' San Miguelito, li tinsab fil-Plaza de las Madres. Din inbniet fl-1785 fl-eqqel żmien tal-Barokk fil-Messiku.

L-aħħar struttura prinċipali fi Plaza Zaragoza huwa l-palazz muniċipali. Dan inbena fl-1849 u fih bosta pitturi biż-żejt magħmula minn kif ukoll arkivju ta' dokumenti li jmorru lura għall-perjodu kolonjali.

Fil-Lvant tas-Santwarju hemm pjazza żgħira msejħa Plazuela , li ssemmiet għall-kantawtur li għandu statwa ddedikata lilu f'nofs il-pjazza. Il-Casa Artesanal Rafaela Murillo de Barbero tinsab fin-naħa tan-Nofsinhar ta' din il-pjazza, u din fl-imgħoddi kienet tintuża bħala l-ħabs muniċipali. Illum il-ġurnata fiha lbiesi tan-nisa b'rakkmu fin, ilbiesi tradizzjonali tal-irġiel, għamara tal-injam u prodotti oħra. Il-Mużew ta' Salvador Ferrando jinsab fuq in-naħa tal-Lvant, u huwa ddedikat lill-pittur u l-pijunier tal-preservazzjoni tal-wirt kulturali ta' Veracruz, f'dar li kienet tiegħu. Il-mużew fih xi xogħlijiet tal-artist u ta' artisti oħra, b'oġġetti antiki ta' żmienu.

Il-Mużew tad-Dar ta' Agustín Lara jinsab fit-Triq Gonzalo Aguirre Beltran fil-Lvant tal-pjazza prinċipali u huwa wieħed mill-iktar ċentri kulturali attivi. Ġie ddedikat lill-kantawtur u l-poeta li għex ħafna minn ħajtu fir-raħal. Fih ritratti u oġġetti marbuta ma' Lara u mal-karriera tiegħu, kif ukoll ma' artisti importanti oħra taż-żona bħal Salvador Ferrando, u (iktar kontemporanju). Attrazzjoni oħra marbuta mal-ħajja ta' Lara hija l-Blanca Nieves Cantina, magħrufa wkoll bħala l-Mużew-Bar ta' Tobías Carbajal Rivera. Kien post għall-qalb il-kantawtur, fejn kien jixrob ix-xarba alkoħolika lokali msejħa toritos mal-ħbieb. Ilu jopera għal iktar minn sittin sena, iżda oriġinarjament kien imsejjaħ El Encango de Tobías. L-isem attwali tiegħu, "Snow White" bl-Ispanjol, ġej minn Lara stess, b'risq is-sid ta' dak iż-żmien Tobías Carbajal u s-sebat itfal tiegħu. Is-sezzjoni tal-mużew tal-bar fiha l-uniku statwa ta' Lara liebes guayabera u kappell magħmul bil-friegħi tal-palm.

Iċ-ċentru kulturali tar-raħal ingħata kunjom Lara wkoll (Casa de Cultura Agustín Lara). Jinsab fit-Triq Venustiano Carranza u jservi bħala post fejn jiltaqgħu l-artisti, il-mużiċisti u ż-żeffiena, u huwa post fejn jiġu offruti klassijiet taż-żifna tradizzjonali ta' Veracruz magħrufa bħala zapateado u ta' diversi strumenti mużikali. Fih wirja permanenti ta' oġġetti relatati ma' Lara, flimkien ma' pitturi ta' Salvador Ferrando u ta' Alberto Fuster.

It-Teatru Nezahuacoyotl jinsab ukoll tul it-Triq Venustiano Carranza u nbena fl-1891 bi stil Franċiż matul il-perjodu ta' Porfirio Díaz.

Dar oħra li ġiet ikkonvertita f'attrazzjoni hi l-"Mini-Żu". L-istruttura u l-kollezzjoni kienu ta' . Fiha hemm kollezzjoni ta' oġġetti u ta' annimali, speċjalment mill-ġbid tal-films li Barrán kien jikkollezzjona matul ħajtu kollha, inkluż kollezzjoni notevoli marbuta ma' Agustín Lara. L-iżjed aspett mhux tas-soltu tas-sit hu l-kollezzjoni ta' annimali eżotiċi, u wħud minnhom jgħixu liberi f'din il-proprjetà. Il-kollezzjoni tinkludi , fkieren tal-ilma, pellikani u għasafar tal-priża.

Il-Jardín del Arte Tlacotalpeño (il-Ġnien tal-Arti ta' Tlacotalpan) jesponi u jbigħ opri tal-arti ta' artisti tar-reġjun. Il-ġnien jinsab fin-Nofsinhar tal-pjazza prinċipali.

Sit ta' Wirt Dinji

Iż-Żona tal-Monumenti Storiċi ta' Tlacotalpan ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Festa

Fil-kalendarju intensiv tal-festi tal-Messiku, iċ-ċelebrazzjoni tal-Virgen de la Candelaria f'Tlacotalpan, Veracruz, hija famuża ħafna. Mill-31 ta' Jannar sat-2 ta' Frar ta' kull sena, eluf ta' nies jiffullaw fit-toroq ta' Tlacotalpan. Matul il-festa, il-biċċa l-kbira taċ-ċittadini ta' Tlacotalpan jiftħu d-djar tagħhom biex jilqgħu l-eluf ta' viżitaturi. Matul il-jiem tal-festa, issir il-Laqgħa Nazzjonali tal-jaraneros u tal-versadores fi Plaza Doña Martha ġeneralment filgħaxija.

Ġeografija u ambjent

Tlacotalpan jinsab fiċ-ċentru tal-istat Messikan tal-Lvant ta' Veracruz, madwar 90 kilometru mill-port ta' Veracruz u 203 kilometri fix-Xlokk tal-belt kapitali statali, . Jagħmel parti mir-reġjun ta' Sotavento tal-istat.

Il-ġeografija taż-żona hija pjuttost ċatta, bi ftit għoljiet lejn il-Punent. Il-biċċa l-kbira tat-territorju (60 %) jintuża biex jirgħu l-bhejjem, bi 15 % għat-tkabbir tal-għelejjel u b'20 % mgħerreq fl-ilma.

It-territorju huwa ddefinit mix-xmara Papaloapan, flimkien max-xmajjar San Juan u Tuxpan li huma tributarji tagħha. Ix-xmara Papaloapan hija navigabbli, iżda ma tantx hemm servizzi jew sinjalar għat-traffiku tad-dgħajjes.

Ir-raħal għandu klima semitropikali, b'temperatura annwali medja ta' 25.1 °C. Ikun hemm żewġ staġuni distinti. Minn Ottubru sa April, it-temp ikun iddominat mill-kurrenti tal-arja kiesħa mit-Tramuntana, magħrufa bħala "nortes". Dawn il-kurrenti jistgħu jikkawżaw irwiefen qawwija u trombi tal-arja. Matul il-kumplament tas-sena, it-temp ikun iddominat mill-Kurrent Atlantiku (Corriente Atlántica), li jġib miegħu rjieħ sħan u umdużi mix-Xlokk tal-Messiku, li jikkawżaw il-biċċa l-kbira tax-xita annwali. Settembru jkun l-iktar xahar bil-maltempati u ż-żona tkun affettwata wkoll regolarment mill-uragani. Dawn jistgħu jikkawżaw għargħar kbir bħal fil-każ tal-Uragan Roxanne fl-1995, l-Uragani Dean u Felix fl-1997, l-Uragan Karl fl-2010 u l-Uragan Ernesto fl-2012.

Il-veġetazzjoni hija ħorfija, u l-ispeċijiet prinċipali tas-siġar huma l-ballut, il-fraxxnu, iż-żafżafa u l-luq. Hemm ukoll żoni bil-mangrovji.

Fiż-żona ta' Tlacotalpan hemm xi depożiti taż-żejt.

Storja

L-isem "Tlacotalpan" huwa modifika Spanjola tat-terminu bin-Nahuatl "Tlaxcotaliapan" li jfisser "art bejn l-ilmijiet". Dan jirreferi għall-gżira tal-insedjament oriġinali fix-xmara Papaloapan. Meta x-xatt tat-Tramuntana tax-xmara ġie mmodifikat, il-gżira ġiet magħquda mal-art kontinentali. F'nofs is-seklu 19, l-isem tar-raħal kien San Cristobal Tlacotalpan, iżda mbagħad tqassar.

Ma tantx għandna tagħrif dwar l-istorja pre-Ispanika taż-żona, iżda oriġinarjament kienet abitata mit-Totonac. Iktar 'il quddiem ħadulhom posthom it-Toltec fis-seklu 12. Fl-1461, beda l-ewwel sforzi ta' espansjoni hawnhekk, li iktar 'il quddiem ġew ikkontrollati mid-dominju ta' Cotaxtlan. Fl-1475, Axayacatl ħakem ir-raħal flimkien ma' Coixtlahuaca, Tochtepec u Cosamaloapan, u ta l-ismijiet attwali lil dawn il-postijiet kollha.

Fl-1518, għamel spedizzjoni u baħħar 'il fuq mix-xmara Papaloapan, u fl-1521 bagħat lil hawnhekk biex ifittex għad-deheb. Wara l-Konkwista fl-1521, ngħata din iż-żona bħala encomienda. Fil-muniċipalità attwali, f'post li dak iż-żmien kien jissejjaħ Coanapa-Ayotzinapa, Cortes stabbilixxa l-ewwel impjant tal-kannamiela fil-Messiku fl-1532. Fl-1550 it-territorju ngħata mir-re Spanjol lil u użah għar-ragħa tal-bhejjem tiegħu. Huwa ma setax jipprevjeni lis-sajjieda milli jistabbilixxu r-raħal iżda rrikjeda li tinbena kappella ddedikata lill-Madonna tal-Preżentazzjoni ta' Kristu.

Il-kolonizzazzjoni taż-żona saret bil-mod, bi 12-il Spanjol biss fl-1544 u mhux iktar minn 320 sal-1777. Iċ-ċifri ta' popolazzjonijiet oħra matul il-perjodu kolonjali huma neqsin iżda fl-1808 kien hemm 1,156 abitant indiġenu u 1,616-il "pardos" jew nies ta' nisel indiġenu u Afrikan.

Fil-bidu tas-seklu 17, kien hemm tentattiv ta' subordinazzjoni taż-żona għal Cosamaloapan, iżda l-indiġeni rnexxielhom jirreżistu. Fis-seklu 17, ir-raħal sar ċentru kummerċjali għall-haciendas tal-madwar, u dan wassal għat-tkabbir fil-popolazzjoni Spanjola tiegħu. Il-ġid u l-istatus tar-raħal bħala port attira lill-pirati Ingliżi fis-sekli 17 u 18, u fl-1667 tawh in-nar.

Fl-1714, ix-xmara Papaloapan faret u r-raħal kellu jiċċaqlaq fil-post attwali tiegħu, li dak iż-żmien kien jissejjaħ Chuniapa. Ir-raħal ġarrab tliet nirien kbar oħra fl-1698, fl-1788 u fl-1790. L-aħħar tnejn wasslu biex l-awtoritajiet jirrikjedu l-bini mill-ġdid b'ħitan tal-ġebel, b'soqfa bit-tegoli, u bl-istabbiliment ta' spazji miftuħa u bis-siġar. Dawk li ma setgħux jibnu b'dan il-mod kellhom jiċċaqilqu fil-parti tal-Lvant tar-raħal li kellha rekwiżiti inqas rigorużi. Il-biċċa l-kbira tal-eqdem binjiet huma ta' dan iż-żmien u ddeterminaw l-istil komuni tad-djar kbar bil-btieħi, bis-soqfa bit-tegoli u bil-passaġġi bl-arkati.

It-territorju tal-muniċipalità ġie ffissat sal-aħħar tas-seklu 18.

Tlacotalpan laħaq il-qofol tiegħu bħala raħal portwali fis-seklu 19. Fil-bidu ta' dak is-seklu, immigranti Franċiżi, Ġermaniżi u Taljani ġew jgħixu fiż-żona biex jiżirgħu, jaħsdu u jinsġu l-qoton, sabiex imbagħad jinbigħ fis-swieq Ingliżi. Mill-1821, Tlacotalpan esperjenza tkabbir ekonomiku bħala port għall-prodotti minn u minn lejn Veracruz u 'l barra mill-pajjiż lejn , Havana u Bordeaux. Sal-1855 ospita tmintax-il vapur tal-istim u vapur kbir tat-tbaħħir li kienu jittrasportaw l-injam, it-tabakk, il-qoton, il-qmuħ, iz-zokkor, il-brandy, il-ġlud, il-laħam immellaħ, il-kukkudrilli, ir-rix tar-russetti, l-għamara u s-sapun. Fl-1825 infetaħ wieħed mill-ewwel kulleġġi nawtiċi tal-Messiku, stabbilit minn . Fl-1847, Tlacotalpan ġie ddikjarat uffiċjalment bħala raħal bħala rikonoxximent tal-parteċipazzjoni tiegħu fid-difiża kontra l-forzi tal-Istati Uniti fil-Gwerra bejn il-Messikani u l-Amerikani. Fl-1864 ir-raħal ittieħed mill-forzi Franċiżi taħt Marechal jum wara li ttieħed Alvarado. Iktar tard f'dik l-istess sena, il-forzi Repubblikani taħt reġgħu ħadu ż-żona f'idejhom. Fl-1865 ir-raħal ġie ddikjarat belt u belt kapitali proviżorja għar-reżistenza kontra l-Franċiżi. Fl-1879, stabbilixxa t-tielet skola preparatorja ta' Veracruz. Hemmhekk Porfirio Díaz organizza rewwixta kontra l-gvern ta' , li wasslet għall-bidla fl-isem ta' Tlacotalpan de Porfirio Díaz fl-1896. Dan l-isem inbidel għal kif inhu llum il-ġurnata wara r-Rivoluzzjoni Messikana. Fil-bidu tas-seklu 20, ir-raħal kellu tmien skejjel, tliet lukandi, disa' fabbriki u 100 dar ta' sular.

Madankollu, fl-ewwel parti tas-seklu 20, l-importanza ta' Tlacotalpan bħala port, li kienet sostnietu mill-perjodu kolonjali, majnat minħabba l-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja tal-Ferrocarril del Istmo. Il-popolazzjoni tiegħu kibret kemxejn biss mill-1950 sal-1980 u baqgħet stabbli minn dak iż-żmien, bi ftit iktar minn 8,800 ruħ.

Fl-1968 bdew isiru sforzi ta' konservazzjoni meta Tlacotalpan ġie ddikjarat bħala "raħal tipiku" tal-Messiku mill-istat ta' Veracruz. Fl-1986 ġie ddikjarat bħala Żona tal-Monumenti Storiċi mill-gvern federali li kellha tiġi ġestita mill-Instituto Nacional de Antropologia e Historia (INAH) u mill-Instituto Nacional de Bellas Artes (INBA). Fl-1985 u fl-1997 ġiet stabbilita żona ta' tranżizzjoni li tinkludi ż-żoni fuq in-naħa l-oħra tax-xmara, li sservi bħala żona ta' lqugħ għaż-żona prinċipali ta' konservazzjoni. Fl-1998 Tlacotalpan ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għall-istorja tiegħu bħala port ta' xmara, għall-arkitettura tiegħu u għat-tradizzjonijiet tiegħu fil-poeżija, fil-mużika u fiż-żfin.

Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-INAH u l-Fondo Nacional para la Cultura y las Arts (FONCA) ħadmu sabiex jerġgħu jagħtu ħajja lir-raħal u jtejbu l-ekonomija tiegħu, b'mod partikolari permezz tat-turiżmu.

Referenzi

  1. ^ González, Víctor Manuel Jiménez; Vázquez, Itos, eds. (2010). Veracruz: Guía para descubrir los encantos del estado. Belt tal-Messiku: Editorial Océano de México. pp. 67–69. ISBN 978-607-400-323-9.
  2. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Monuments Zone of Tlacotalpan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-14.
  3. ^ "Mexico Desconocido Guía Especial Descubre Veracruz". México Desconocido. Belt tal-Messiku: Mexico Desconocido: 70–73. April 2014. ISSN 1870-9397.
  4. ^ ""Tlacotalpan, Veracruz" (PDF). Messiku: SEMAR" (PDF).
  5. ^ a b ċ d "Veracruz - Tlacotalpan". web.archive.org. 2014-04-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-04-24. Miġbur 2022-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 28 Ġun, 2025 / 16:33

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tlacotalpan, X'inhi Tlacotalpan? Xi tfisser Tlacotalpan?

Tlacotalpan huwa raħal fil Muniċipalita ta Tlacotalpan fl istat Messikan ta li jiġi ddezinjat bħal Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1998 primarjament għall arkitettura u għall konfigurazzjoni kolonjali tiegħu Ir raħal ġie stabbilit fl 1550 fuq dik li oriġinarjament kienet gzira fix xmara Mill era kolonjali sas seklu 20 kien port importanti wieħed mill ftit portijiet tax xmajjar interni fl Amerka Latina Madankollu bil kostruzzjoni tal linja ferrovjarja l importanza ta Tlacotalpan majnat ferm Mill aħħar tas seklu 20 bdew isiru sforzi biex jiġu kkonservati l arkitettura u l konfigurazzjoni Spanjoli tal Karibew tar raħal sa ma laħqu l qofol tagħhom bid dezinjazzjoni mill UNESCO Illum il ġurnata ir rizorsi ekonomiċi prinċipali tar raħal huma s sajd u t turizmu speċjalment għall ħabta tal festa annwali f ġieħ il Madonna tal Prezentazzjoni ta Kristu Tlacotalpan MessikuAmministrazzjoniPajjizMessikuState of MexicoVeracruzMunicipality of MexicoTlacotalpan Municipality en Kodiċi postali 95460ĠeografijaKoordinati 18 36 47 N 95 39 23 W 18 613025 N 95 6562736 W 18 613025 95 6562736 Koordinati 18 36 47 N 95 39 23 W 18 613025 N 95 6562736 W 18 613025 95 6562736TlacotalpanTlacotalpan Mexico Superfiċjenti 75 hectare 320 hectareGħoli 10 mDemografijaPopolazzjoni 7 600 abitantiInformazzjoni oħraFondazzjoni 1847Kodiċi tat telefon 288tlacotalpan turismo gob mxDeskrizzjoniIr raħal huwa mlaqqam il ġawhra tax xmara Papaloapan Tlacotalpan huwa uniku fost il biċċa l kbira tal insedjamenti urbani fl Amerka Latina peress li huwa port ta xmara interna il ġewwa mill ocean Jitqies bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO minħabba l konfigurazzjoni l arkitettura l istorja u t tradizzjonijiet tiegħu Il konfigurazzjoni urbana u l arkitettura tiegħu jmorru lura għas seklu 17 u r raħal irnexxielu jikkonservahom sew Il konfigurazzjoni tar raħal qisha checkboard u tkopri 153 blokka fuq 75 ettaru maqsuma fuq zewġ sezzjonijiet sezzjoni Spanjola fil Punent u sezzjoni nattiva izgħar fil Lvant isseparati b zona pubblika b binjiet kummerċjali u uffiċjali flimkien ma xi spazji pubbliċi Is sezzjoni Spanjola tar raħal hija kkaratterizzata b toroq wesgħin b mod parallel max xmara Papaloapan u kkollegati ma xulxin b karreġġati dojoq F din iz zona hemm parks u spazji pubbliċi b siġar maturi bħall Parque Hidalgo magħruf għall muziċisti jdoqqu fih u l Plazuela de Dona Maria ftit fil Lvant miċ ċentru fl eqdem parti tar raħal imdawra bi ħwienet fejn jinħadmu l għamara l istrumenti muzikali u prodotti fini oħra tal injam L arkitettura hija kkaratterizzata minn djar ta sular jew tnejn bil kolonni u bi btieħi interni bi stil tal Andalucia b arkati bi stil tal Karibew b soqfa b tegoli ħomor u b faċċati kkuluriti li wħud minnhom imorru lura għas seklu 18 Dawn huma partikolarment abbundanti fil kwartieri ta San Miguelito u ta La Candelaria Ħafna mid djar għad għandhom il konfigurazzjoni tradizzjonali minn ġewwa u saħansitra l għamara tradizzjonali Għalkemm l aqwa zmien tar raħal kien fis seklu 19 Tlacotalpan għadu kklassifikat bħala port ta xmara mill gvern Messikan u jaqdi l iktar lid dgħajjes tas sajd u xi dgħajjes zgħar tar rondi navali Għandu moll tal konkos twil 160 metru u biċċa xatt tul ix xmara fejn wieħed jista jagħmel passejn u jmur jiekol f wieħed mill bosta ristoranti Ftit lura mix xatt tax xmara hemm il pjazza prinċipali tar raħal imsejħa Plaza Zaragoza Il pjazza hija pavimentata bl irħam abjad u mimlija siġar tal palm Fin nofs tal pjazza hemm kjosk tas seklu 19 iddisinjat mill iskultur lokali AttrazzjonijietIl Muzew tad Dar ta Agustin Lara L attrazzjoni prinċipali f din il pjazza hi s Santwarju tal Madonna tal Prezentazzjoni ta Kristu Nuestra Senora de la Candelaria fuq in naħa tat Tramuntana Din il knisja nbniet fl aħħar tas seklu 18 il kostruzzjoni bdiet fl 1770 taħt bil ġebel mill Golf tal Messiku biex tħaddan fiha x xbieha tal Madonna li ġabu magħhom il baħħara fis seklu 17 Iċ ċelebrazzjoni annwali ewlenija tar raħal timla din il knisja bix xemgħat u bil fjuri Il knisja l oħra fil pjazza hija l Knisja Parrokkjali ta San Cristobal li tmur lura għall 1849 Il knisja hi Neoklassika b xi influwenzi Għarab u għandha arloġġ fit torri tagħha li jingħad li ġie mill Ingilterra xi zewġ sekli ilu L artali prinċipali tagħha ġew skolpiti mill injam u fihom ix xbieha notevoli tal Madonna ta Guadalupe Hemm artal importanti ddedikat lil Ġesu fil kappella laterali maġenb iz zona tal artal prinċipali Madankollu la s santwarju u lanqas il knisja parrokkjali mhuma l eqdem knisja fir raħal L eqdem waħda hi l Knisja ta San Miguelito li tinsab fil Plaza de las Madres Din inbniet fl 1785 fl eqqel zmien tal Barokk fil Messiku L aħħar struttura prinċipali fi Plaza Zaragoza huwa l palazz muniċipali Dan inbena fl 1849 u fih bosta pitturi biz zejt magħmula minn kif ukoll arkivju ta dokumenti li jmorru lura għall perjodu kolonjali Fil Lvant tas Santwarju hemm pjazza zgħira msejħa Plazuela li ssemmiet għall kantawtur li għandu statwa ddedikata lilu f nofs il pjazza Il Casa Artesanal Rafaela Murillo de Barbero tinsab fin naħa tan Nofsinhar ta din il pjazza u din fl imgħoddi kienet tintuza bħala l ħabs muniċipali Illum il ġurnata fiha lbiesi tan nisa b rakkmu fin ilbiesi tradizzjonali tal irġiel għamara tal injam u prodotti oħra Il Muzew ta Salvador Ferrando jinsab fuq in naħa tal Lvant u huwa ddedikat lill pittur u l pijunier tal preservazzjoni tal wirt kulturali ta Veracruz f dar li kienet tiegħu Il muzew fih xi xogħlijiet tal artist u ta artisti oħra b oġġetti antiki ta zmienu Il Muzew tad Dar ta Agustin Lara jinsab fit Triq Gonzalo Aguirre Beltran fil Lvant tal pjazza prinċipali u huwa wieħed mill iktar ċentri kulturali attivi Ġie ddedikat lill kantawtur u l poeta li għex ħafna minn ħajtu fir raħal Fih ritratti u oġġetti marbuta ma Lara u mal karriera tiegħu kif ukoll ma artisti importanti oħra taz zona bħal Salvador Ferrando u iktar kontemporanju Attrazzjoni oħra marbuta mal ħajja ta Lara hija l Blanca Nieves Cantina magħrufa wkoll bħala l Muzew Bar ta Tobias Carbajal Rivera Kien post għall qalb il kantawtur fejn kien jixrob ix xarba alkoħolika lokali msejħa toritos mal ħbieb Ilu jopera għal iktar minn sittin sena izda oriġinarjament kien imsejjaħ El Encango de Tobias L isem attwali tiegħu Snow White bl Ispanjol ġej minn Lara stess b risq is sid ta dak iz zmien Tobias Carbajal u s sebat itfal tiegħu Is sezzjoni tal muzew tal bar fiha l uniku statwa ta Lara liebes guayabera u kappell magħmul bil friegħi tal palm Iċ ċentru kulturali tar raħal ingħata kunjom Lara wkoll Casa de Cultura Agustin Lara Jinsab fit Triq Venustiano Carranza u jservi bħala post fejn jiltaqgħu l artisti il muziċisti u z zeffiena u huwa post fejn jiġu offruti klassijiet taz zifna tradizzjonali ta Veracruz magħrufa bħala zapateado u ta diversi strumenti muzikali Fih wirja permanenti ta oġġetti relatati ma Lara flimkien ma pitturi ta Salvador Ferrando u ta Alberto Fuster It Teatru Nezahuacoyotl jinsab ukoll tul it Triq Venustiano Carranza u nbena fl 1891 bi stil Franċiz matul il perjodu ta Porfirio Diaz Dar oħra li ġiet ikkonvertita f attrazzjoni hi l Mini Zu L istruttura u l kollezzjoni kienu ta Fiha hemm kollezzjoni ta oġġetti u ta annimali speċjalment mill ġbid tal films li Barran kien jikkollezzjona matul ħajtu kollha inkluz kollezzjoni notevoli marbuta ma Agustin Lara L izjed aspett mhux tas soltu tas sit hu l kollezzjoni ta annimali ezotiċi u wħud minnhom jgħixu liberi f din il proprjeta Il kollezzjoni tinkludi fkieren tal ilma pellikani u għasafar tal priza Il Jardin del Arte Tlacotalpeno il Ġnien tal Arti ta Tlacotalpan jesponi u jbigħ opri tal arti ta artisti tar reġjun Il ġnien jinsab fin Nofsinhar tal pjazza prinċipali Sit ta Wirt DinjiIl plakka tal UNESCO fil pjazza prinċipali Iz Zona tal Monumenti Storiċi ta Tlacotalpan ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1998 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem FestaFil kalendarju intensiv tal festi tal Messiku iċ ċelebrazzjoni tal Virgen de la Candelaria f Tlacotalpan Veracruz hija famuza ħafna Mill 31 ta Jannar sat 2 ta Frar ta kull sena eluf ta nies jiffullaw fit toroq ta Tlacotalpan Matul il festa il biċċa l kbira taċ ċittadini ta Tlacotalpan jiftħu d djar tagħhom biex jilqgħu l eluf ta vizitaturi Matul il jiem tal festa issir il Laqgħa Nazzjonali tal jaraneros u tal versadores fi Plaza Dona Martha ġeneralment filgħaxija Ġeografija u ambjentDar fi Tlacotalpan li turi l livell tal għargħar tal 2010 Tlacotalpan jinsab fiċ ċentru tal istat Messikan tal Lvant ta Veracruz madwar 90 kilometru mill port ta Veracruz u 203 kilometri fix Xlokk tal belt kapitali statali Jagħmel parti mir reġjun ta Sotavento tal istat Il ġeografija taz zona hija pjuttost ċatta bi ftit għoljiet lejn il Punent Il biċċa l kbira tat territorju 60 jintuza biex jirgħu l bhejjem bi 15 għat tkabbir tal għelejjel u b 20 mgħerreq fl ilma It territorju huwa ddefinit mix xmara Papaloapan flimkien max xmajjar San Juan u Tuxpan li huma tributarji tagħha Ix xmara Papaloapan hija navigabbli izda ma tantx hemm servizzi jew sinjalar għat traffiku tad dgħajjes Ir raħal għandu klima semitropikali b temperatura annwali medja ta 25 1 C Ikun hemm zewġ staġuni distinti Minn Ottubru sa April it temp ikun iddominat mill kurrenti tal arja kiesħa mit Tramuntana magħrufa bħala nortes Dawn il kurrenti jistgħu jikkawzaw irwiefen qawwija u trombi tal arja Matul il kumplament tas sena it temp ikun iddominat mill Kurrent Atlantiku Corriente Atlantica li jġib miegħu rjieħ sħan u umduzi mix Xlokk tal Messiku li jikkawzaw il biċċa l kbira tax xita annwali Settembru jkun l iktar xahar bil maltempati u z zona tkun affettwata wkoll regolarment mill uragani Dawn jistgħu jikkawzaw għargħar kbir bħal fil kaz tal Uragan Roxanne fl 1995 l Uragani Dean u Felix fl 1997 l Uragan Karl fl 2010 u l Uragan Ernesto fl 2012 Il veġetazzjoni hija ħorfija u l ispeċijiet prinċipali tas siġar huma l ballut il fraxxnu iz zafzafa u l luq Hemm ukoll zoni bil mangrovji Fiz zona ta Tlacotalpan hemm xi depoziti taz zejt StorjaMappa kolonjali bikrija li turi lil Tlacotalpan bħala gzira fil Muzew ta Salvador Ferrando L isem Tlacotalpan huwa modifika Spanjola tat terminu bin Nahuatl Tlaxcotaliapan li jfisser art bejn l ilmijiet Dan jirreferi għall gzira tal insedjament oriġinali fix xmara Papaloapan Meta x xatt tat Tramuntana tax xmara ġie mmodifikat il gzira ġiet magħquda mal art kontinentali F nofs is seklu 19 l isem tar raħal kien San Cristobal Tlacotalpan izda mbagħad tqassar Ma tantx għandna tagħrif dwar l istorja pre Ispanika taz zona izda oriġinarjament kienet abitata mit Totonac Iktar il quddiem ħadulhom posthom it Toltec fis seklu 12 Fl 1461 beda l ewwel sforzi ta espansjoni hawnhekk li iktar il quddiem ġew ikkontrollati mid dominju ta Cotaxtlan Fl 1475 Axayacatl ħakem ir raħal flimkien ma Coixtlahuaca Tochtepec u Cosamaloapan u ta l ismijiet attwali lil dawn il postijiet kollha Fl 1518 għamel spedizzjoni u baħħar il fuq mix xmara Papaloapan u fl 1521 bagħat lil hawnhekk biex ifittex għad deheb Wara l Konkwista fl 1521 ngħata din iz zona bħala encomienda Fil muniċipalita attwali f post li dak iz zmien kien jissejjaħ Coanapa Ayotzinapa Cortes stabbilixxa l ewwel impjant tal kannamiela fil Messiku fl 1532 Fl 1550 it territorju ngħata mir re Spanjol lil u uzah għar ragħa tal bhejjem tiegħu Huwa ma setax jipprevjeni lis sajjieda milli jistabbilixxu r raħal izda rrikjeda li tinbena kappella ddedikata lill Madonna tal Prezentazzjoni ta Kristu Il kolonizzazzjoni taz zona saret bil mod bi 12 il Spanjol biss fl 1544 u mhux iktar minn 320 sal 1777 Iċ ċifri ta popolazzjonijiet oħra matul il perjodu kolonjali huma neqsin izda fl 1808 kien hemm 1 156 abitant indiġenu u 1 616 il pardos jew nies ta nisel indiġenu u Afrikan Fil bidu tas seklu 17 kien hemm tentattiv ta subordinazzjoni taz zona għal Cosamaloapan izda l indiġeni rnexxielhom jirrezistu Fis seklu 17 ir raħal sar ċentru kummerċjali għall haciendas tal madwar u dan wassal għat tkabbir fil popolazzjoni Spanjola tiegħu Il ġid u l istatus tar raħal bħala port attira lill pirati Inglizi fis sekli 17 u 18 u fl 1667 tawh in nar Fl 1714 ix xmara Papaloapan faret u r raħal kellu jiċċaqlaq fil post attwali tiegħu li dak iz zmien kien jissejjaħ Chuniapa Ir raħal ġarrab tliet nirien kbar oħra fl 1698 fl 1788 u fl 1790 L aħħar tnejn wasslu biex l awtoritajiet jirrikjedu l bini mill ġdid b ħitan tal ġebel b soqfa bit tegoli u bl istabbiliment ta spazji miftuħa u bis siġar Dawk li ma setgħux jibnu b dan il mod kellhom jiċċaqilqu fil parti tal Lvant tar raħal li kellha rekwiziti inqas rigoruzi Il biċċa l kbira tal eqdem binjiet huma ta dan iz zmien u ddeterminaw l istil komuni tad djar kbar bil btieħi bis soqfa bit tegoli u bil passaġġi bl arkati It territorju tal muniċipalita ġie ffissat sal aħħar tas seklu 18 Tlacotalpan laħaq il qofol tiegħu bħala raħal portwali fis seklu 19 Fil bidu ta dak is seklu immigranti Franċizi Ġermanizi u Taljani ġew jgħixu fiz zona biex jizirgħu jaħsdu u jinsġu l qoton sabiex imbagħad jinbigħ fis swieq Inglizi Mill 1821 Tlacotalpan esperjenza tkabbir ekonomiku bħala port għall prodotti minn u minn lejn Veracruz u l barra mill pajjiz lejn Havana u Bordeaux Sal 1855 ospita tmintax il vapur tal istim u vapur kbir tat tbaħħir li kienu jittrasportaw l injam it tabakk il qoton il qmuħ iz zokkor il brandy il ġlud il laħam immellaħ il kukkudrilli ir rix tar russetti l għamara u s sapun Fl 1825 infetaħ wieħed mill ewwel kulleġġi nawtiċi tal Messiku stabbilit minn Fl 1847 Tlacotalpan ġie ddikjarat uffiċjalment bħala raħal bħala rikonoxximent tal parteċipazzjoni tiegħu fid difiza kontra l forzi tal Istati Uniti fil Gwerra bejn il Messikani u l Amerikani Fl 1864 ir raħal ittieħed mill forzi Franċizi taħt Marechal jum wara li ttieħed Alvarado Iktar tard f dik l istess sena il forzi Repubblikani taħt reġgħu ħadu z zona f idejhom Fl 1865 ir raħal ġie ddikjarat belt u belt kapitali provizorja għar rezistenza kontra l Franċizi Fl 1879 stabbilixxa t tielet skola preparatorja ta Veracruz Hemmhekk Porfirio Diaz organizza rewwixta kontra l gvern ta li wasslet għall bidla fl isem ta Tlacotalpan de Porfirio Diaz fl 1896 Dan l isem inbidel għal kif inhu llum il ġurnata wara r Rivoluzzjoni Messikana Fil bidu tas seklu 20 ir raħal kellu tmien skejjel tliet lukandi disa fabbriki u 100 dar ta sular Madankollu fl ewwel parti tas seklu 20 l importanza ta Tlacotalpan bħala port li kienet sostnietu mill perjodu kolonjali majnat minħabba l kostruzzjoni tal linja ferrovjarja tal Ferrocarril del Istmo Il popolazzjoni tiegħu kibret kemxejn biss mill 1950 sal 1980 u baqgħet stabbli minn dak iz zmien bi ftit iktar minn 8 800 ruħ Fl 1968 bdew isiru sforzi ta konservazzjoni meta Tlacotalpan ġie ddikjarat bħala raħal tipiku tal Messiku mill istat ta Veracruz Fl 1986 ġie ddikjarat bħala Zona tal Monumenti Storiċi mill gvern federali li kellha tiġi ġestita mill Instituto Nacional de Antropologia e Historia INAH u mill Instituto Nacional de Bellas Artes INBA Fl 1985 u fl 1997 ġiet stabbilita zona ta tranzizzjoni li tinkludi z zoni fuq in naħa l oħra tax xmara li sservi bħala zona ta lqugħ għaz zona prinċipali ta konservazzjoni Fl 1998 Tlacotalpan ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO għall istorja tiegħu bħala port ta xmara għall arkitettura tiegħu u għat tradizzjonijiet tiegħu fil poezija fil muzika u fiz zfin Minn dak iz zmien l hawn l INAH u l Fondo Nacional para la Cultura y las Arts FONCA ħadmu sabiex jerġgħu jagħtu ħajja lir raħal u jtejbu l ekonomija tiegħu b mod partikolari permezz tat turizmu Referenzi Gonzalez Victor Manuel Jimenez Vazquez Itos eds 2010 Veracruz Guia para descubrir los encantos del estado Belt tal Messiku Editorial Oceano de Mexico pp 67 69 ISBN 978 607 400 323 9 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Historic Monuments Zone of Tlacotalpan UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 08 14 Mexico Desconocido Guia Especial Descubre Veracruz Mexico Desconocido Belt tal Messiku Mexico Desconocido 70 73 April 2014 ISSN 1870 9397 Tlacotalpan Veracruz PDF Messiku SEMAR PDF a b ċ d Veracruz Tlacotalpan web archive org 2014 04 24 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 04 24 Miġbur 2022 08 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Konfoffa tal-ilsiera

  • Ġunju 08, 2025

    Kon-Katidral ta' San Ġwann

  • Ġunju 14, 2025

    Komuniżmu

  • Ġunju 25, 2025

    Kompjuter kwantistiku

  • Ġunju 13, 2025

    Kompjuter

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq