Tomaso Giovanni Albinoni 8 ta Ġunju 1671 17 ta Jannar 1751 kien kompożitur tal Barokk Taljan Ix xogħlijiet tiegħu jinklu
Tomaso Albinoni

Tomaso Giovanni Albinoni (8 ta' Ġunju 1671 - 17 ta' Jannar 1751) kien kompożitur tal- Ix-xogħlijiet tiegħu jinkludu opri, kunċerti, sonati għal wieħed sa sitt strumenti, sinfoniji, u kantati għal wieħed. Filwaqt li fi żmienu kien famuż bħala kompożitur tal-opra, illum il-ġurnata huwa aktar magħruf għall-mużika strumentali tiegħu, speċjalment il-kunċerti. Ħafna jafuh ukoll għax-xogħol popolari tiegħu imsejjaħ "", li waqt li hu attribwit lilu, jgħidu li kitbu u kompożitur tas-seklu 20, li kien katalogatur tax-xogħlijiet ta' Albinoni.
Tomaso Albinoni | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Tomaso Giovanni Albinoni |
Twelid | Venezja, 8 Ġunju 1671 |
Nazzjonalità | |
Mewt | Venezja, 17 Jannar 1751 |
Post tad-dfin | |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali () |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kompożitur kittieb |
Moviment | |
Moviment artistiku | |
Strument/i tal-mużika |
Bijografija
Twieled Venezja, ir-Repubblika ta’ Venezja, minn Antonio Albinoni, negozjant għani tal-karti u studja l-vjolin u l-kant. Nafu relattivament ftit dwar ħajtu, li huwa sorprendenti meta nqisu l-istatura kontemporanja tiegħu bħala kompożitur, u l-perjodu ddokumentat sewwa li għex fih. Fl-1694 iddedika l-Opus 1 tiegħu lill-Kardinal (neputi tal- ), Venezjan bħalu. L-ewwel opra tiegħu, Zenobia, regina de Palmireni, ittellgħet Venezja fl-1694. Jista' jkun li Albinoni kien impjegat fl-1700 bħala vjolinist ma' Karlu IV, Duka ta' Mantova, li lilu ddedika l-ġabra Opus 2 tiegħu ta' mużika strumentali. Fl-1701 kiteb is-suites Opus 3, popolari ħafna, u ddedika dik il-kollezzjoni lil
Fl-1705, iżżewweġ lil Margherita Rimondi; Antonino Biffi, il- maestro di cappella ta ’ San Marco kien xhud, u jidher ċar li kien ħabib ta’ Albinoni. Madankollu jidher li Albinoni ma kellu l-ebda rabta oħra ma' dik l-istituzjoni mużikali, l-aqwa waħda ta' Venezja, u kiseb il-fama bikrija tiegħu bħala kompożitur tal-opra f’ħafna bliet fl-Italja, fosthom Venezja, Ġenova, Bolonja, Mantova, , , u Napli. Matul dan iż-żmien, kien ukoll jikkomponi mużika strumentali bl-abbundanza: qabel l-1705, kien jikteb l-aktar u , iżda bejn dak iż-żmien u l-1719 kiteb għal wieħed u kunċerti għall-oboe.
Kontra l-biċċa l-kbira tal-kompożituri kontemporanji, jidher li qatt ma fittex kariga fil-knisja u lanqas f'qorti nobbli, imma mbagħad kellu mezzi indipendenti u seta' jikkomponi l-mużika mingħajr ħlas. Fl-1722, Massimiljanu II Emanwel, l-Elettur tal-Bavarja, li lilu Albinoni kien iddedika sett ta' tnax-il kunċert, stiednu biex jidderieġi tnejn mill-kunċerti tiegħu Munich.
Madwar l-1740, ġabra ta' sonati għall-vjolin ta' Albinoni ġiet ippubblikata fi Franza bħala xogħol postum, u l-istudjużi assumew għal ħafna żmien li dan kien ifisser li Albinoni kien miet sa dak iż-żmien. Madankollu, jidher li għex f'Venezja fl-oskurità; dokument fil-parroċċa ta' San Barnaba jindika li Tomaso Albinoni miet f’Venezja fl-1751, bid-dijabete mellitus.
Il-mużika u l-influwenza
Ħafna mix-xogħlijiet operistiċi tiegħu ntilfu, l-aktar minħabba li ma ġewx ippubblikati matul ħajtu. Madankollu, ġew ippubblikati disa' kollezzjonijiet ta' xogħlijiet strumentali. Dawn intlaqgħu b'suċċess konsiderevoli u reġgħu ġew stampati spiss. Allura llum aktar hu magħruf bħala kompożitur tal-mużika strumentali (99 sonata, 59 kunċert u 9 sinfoniji). F’ħajtu dawn ix-xogħlijiet tkienu meqjusin tal-istess livell bħal dawk ta’ u Antonio Vivaldi . Id-disa’ kollezzjonijiet tiegħu ppubblikati l-Italja, Amsterdam u Londra kienu ddedikati jew iffinanzjati minn lista impressjonanti ta’ nobbli tan-Nofsinhar tal-Ewropa. Albinoni kiteb mill-inqas ħamsin opra, li minnhom tmienja u għoxrin ittellgħu Venezja bejn l-1723 u l-1740. Albinoni nnifsu sostna li kiteb 81 opra (billi sejjaħ it-tieni opra mill-aħħar fil-librett tagħha, it-80 opra tiegħu). Minkejja l-produzzjoni operistika enormi tiegħu, illum huwa l-iktar magħruf għall-mużika strumentali tiegħu, speċjalment il-kunċerti għall-oboe (mill-ġabra 12 Concerti a cinque op. 7 u, l-iktar mill-ġabra famuża ħafna, op. 9). Huwa l-ewwel Taljan li nafu li uża l-oboè bħala strument solo fil-kunċerti (c. 1715, fl-op. 7 tiegħu) u li ppubblika xogħlijiet bħal dawn. Barra minn hekk Albinoni dan l-istrument użah spiss fix-xogħlijiet da camra u fl-opri tiegħu.
Il-mużika strumentali tiegħu ġibdet ħafna attenzjoni ta' Johann Sebastian Bach, li kiteb mill-inqas żewġ fugi fuq it-temi ta' Albinoni (Fuga fil-La maġġuri fuq tema ta' Tomaso Albinoni, BWV 950, u Fugue ifis-Si minuri fuq tema ta' Tomaso Albinoni, BWV 951) u spiss uża l-armoniji baxxi tiegħu għal eżerċizzji armoniċi tal-istudenti tiegħu. Parti mix-xogħol ta' Albinoni ntilfet fit-Tieni Gwerra Dinjija bil-qerda tal-Librerija Statali ta’ Dresden. Riżultat ta' dan, ftit li xejn huwa magħruf minn ħajtu u l-mużika tiegħu wara xi l-1710.
Xi nies jaħsbu li l-famuż Adagio fis-Sol minuri, is-suġġett ta' ħafna recordings moderni, kien ċajta mużikali komposta minn . Madankollu, sejba mill-mużikologu Muska Mangano, l-aħħar assistent ta’ Giazotto qabel mewtu, tefgħet xi dubju fuq dak it-twemmin. Fost id-dokumenti ta' Giazotto, Mangano skopra traskrizzjoni moderna miktuba bl-idejn imma indipendenti tal-, u sitt battuti frammentarji tal-ewwel vjolin, "li għandom fir-rokna ta' fuq tal-lemin timbru li jiddikjara b'mod ċert li ttieħed mill-oriġinal li kien Dresden". Dan jipprovdi appoġġ għar-rakkont ta' Giazotto li huwa kien ibbaża l-kompożizzjoni tiegħu fuq sors li kien jeżisti qabel.
Referenzi
- ^ Norwich, John Julius (1990). Oxford Illustrated Encyclopedia Of The Arts. USA: Oxford University Press. pp. 11. ISBN 978-0198691372. [1]11
- ^ a b ċ Tomaso Giovanni Albinoni fl-Encyclopædia Britannica [2]
- ^ [3]
- ^ Giazotto, Remo (1945) Tomaso Albinoni: musico di violino dilettante veneto: (1671–1750) : con il catalogo tematico delle musiche per strumenti, 197 esempi musicali e 14 tavole fuori testo; Milano F.lli Bocca.
- ^ .Michael Talbot, "Tomaso Albinoni", Grove Music On-line. Oxford Music On-line, [4]
- ^ Baroque Composers and Musicians: Tomaso Albinoni
- ^ George J. Buelow, A history of baroque music, Indiana University Press, 2004, p. 467.
- ^ Nicola Schneider, "La tradizione delle opere di Tomaso Albinoni a Dresda", tesi di laurea specialistica (Cremona: Facoltà di musicologia dell'Università degli studi di Pavia, 2007): pp. 181–86.
Ħoloq esterni
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tomaso Albinoni, X'inhi Tomaso Albinoni? Xi tfisser Tomaso Albinoni?
Tomaso Giovanni Albinoni 8 ta Ġunju 1671 17 ta Jannar 1751 kien kompozitur tal Barokk Taljan Ix xogħlijiet tiegħu jinkludu opri kunċerti sonati għal wieħed sa sitt strumenti sinfoniji u kantati għal wieħed 1 Filwaqt li fi zmienu kien famuz bħala kompozitur tal opra illum il ġurnata huwa aktar magħruf għall muzika strumentali tiegħu speċjalment il kunċerti 2 Ħafna jafuh ukoll għax xogħol popolari tiegħu imsejjaħ Adagio fis Sol minuri li waqt li hu attribwit lilu jgħidu li kitbu Remo Giazotto muzikologu u kompozitur tas seklu 20 li kien katalogatur tax xogħlijiet ta Albinoni 3 Tomaso AlbinoniĦajjaIsem propju Tomaso Giovanni AlbinoniTwelid Venezja 8 Ġunju 1671Nazzjonalita Repubblika ta VenezjaMewt Venezja 17 Jannar 1751Post tad dfin Bazilika ta San MarkKawza tal mewt kawzi naturali dijabete mellitus EdukazzjoniLingwi TaljanGħalliema Giovanni LegrenziOkkupazzjoniOkkupazzjoni kompozitur vjolinist chef de chant drammaturgu kittiebMoviment muzika BarokkaMoviment artistiku opra sinfonijaStrument i tal muzika vjolin Werrej 1 Bijografija 2 Il muzika u l influwenza 3 Referenzi 4 Ħoloq esterniBijografijaimmodifikaTwieled Venezja ir Repubblika ta Venezja minn Antonio Albinoni negozjant għani tal karti u studja l vjolin u l kant Nafu relattivament ftit dwar ħajtu li huwa sorprendenti meta nqisu l istatura kontemporanja tiegħu bħala kompozitur u l perjodu ddokumentat sewwa li għex fih Fl 1694 iddedika l Opus 1 tiegħu lill Kardinal Pietro Ottoboni neputi tal Papa Alessandru VIII Venezjan bħalu L ewwel opra tiegħu Zenobia regina de Palmireni ittellgħet Venezja fl 1694 Jista jkun li Albinoni kien impjegat fl 1700 bħala vjolinist ma Karlu IV Duka ta Mantova li lilu ddedika l ġabra Opus 2 tiegħu ta muzika strumentali Fl 1701 kiteb is suites Opus 3 popolari ħafna u ddedika dik il kollezzjoni lil Ferdinando de medici il Gran Prinċep tat Toskana 2 Fl 1705 izzewweġ lil Margherita Rimondi Antonino Biffi il maestro di cappella ta San Marco kien xhud u jidher ċar li kien ħabib ta Albinoni Madankollu jidher li Albinoni ma kellu l ebda rabta oħra ma dik l istituzjoni muzikali l aqwa waħda ta Venezja u kiseb il fama bikrija tiegħu bħala kompozitur tal opra f ħafna bliet fl Italja fosthom Venezja Ġenova Bolonja Mantova Udine Piacenza u Napli Matul dan iz zmien kien ukoll jikkomponi muzika strumentali bl abbundanza qabel l 1705 kien jikteb l aktar sonati għal tlieta u kunċerti għall vjolin izda bejn dak iz zmien u l 1719 kiteb sonati għal wieħed u kunċerti għall oboe 2 Kontra l biċċa l kbira tal kompozituri kontemporanji jidher li qatt ma fittex kariga fil knisja u lanqas f qorti nobbli imma mbagħad kellu mezzi indipendenti u seta jikkomponi l muzika mingħajr ħlas Fl 1722 Massimiljanu II Emanwel l Elettur tal Bavarja li lilu Albinoni kien iddedika sett ta tnax il kunċert stiednu biex jidderieġi tnejn mill kunċerti tiegħu Munich Madwar l 1740 ġabra ta sonati għall vjolin ta Albinoni ġiet ippubblikata fi Franza bħala xogħol postum u l istudjuzi assumew għal ħafna zmien li dan kien ifisser li Albinoni kien miet sa dak iz zmien Madankollu jidher li għex f Venezja fl oskurita dokument fil parroċċa ta San Barnaba jindika li Tomaso Albinoni miet f Venezja fl 1751 bid dijabete mellitus 4 Il muzika u l influwenzaimmodifika nbsp Inċizjoni tal kompozituri Taljani Tomaso Albinoni Domenico Gizzi Egizio u Giuseppe Colla minn Pietro Bettelini fuq tpinġija ta Luigi Scotti Ħafna mix xogħlijiet operistiċi tiegħu ntilfu l aktar minħabba li ma ġewx ippubblikati matul ħajtu Madankollu ġew ippubblikati disa kollezzjonijiet ta xogħlijiet strumentali Dawn intlaqgħu b suċċess konsiderevoli u reġgħu ġew stampati spiss Allura llum aktar hu magħruf bħala kompozitur tal muzika strumentali 99 sonata 59 kunċert u 9 sinfoniji F ħajtu dawn ix xogħlijiet tkienu meqjusin tal istess livell bħal dawk ta Arcangelo Corelli u Antonio Vivaldi Id disa kollezzjonijiet tiegħu ppubblikati l Italja Amsterdam u Londra kienu ddedikati jew iffinanzjati minn lista impressjonanti ta nobbli tan Nofsinhar tal Ewropa Albinoni kiteb mill inqas ħamsin opra li minnhom tmienja u għoxrin ittellgħu Venezja bejn l 1723 u l 1740 Albinoni nnifsu sostna li kiteb 81 opra billi sejjaħ it tieni opra mill aħħar fil librett tagħha it 80 opra tiegħu 5 6 Minkejja l produzzjoni operistika enormi tiegħu illum huwa l iktar magħruf għall muzika strumentali tiegħu speċjalment il kunċerti għall oboe mill ġabra 12 Concerti a cinque op 7 u l iktar mill ġabra famuza ħafna 12 Concerti a cinque op 9 Huwa l ewwel Taljan li nafu li uza l oboe bħala strument solo fil kunċerti c 1715 fl op 7 tiegħu u li ppubblika xogħlijiet bħal dawn 7 Barra minn hekk Albinoni dan l istrument uzah spiss fix xogħlijiet da camra u fl opri tiegħu Il muzika strumentali tiegħu ġibdet ħafna attenzjoni ta Johann Sebastian Bach li kiteb mill inqas zewġ fugi fuq it temi ta Albinoni Fuga fil La maġġuri fuq tema ta Tomaso Albinoni BWV 950 u Fugue ifis Si minuri fuq tema ta Tomaso Albinoni BWV 951 u spiss uza l armoniji baxxi tiegħu għal ezerċizzji armoniċi tal istudenti tiegħu Parti mix xogħol ta Albinoni ntilfet fit Tieni Gwerra Dinjija bil qerda tal Librerija Statali ta Dresden Rizultat ta dan ftit li xejn huwa magħruf minn ħajtu u l muzika tiegħu wara xi l 1710 Xi nies jaħsbu li l famuz Adagio fis Sol minuri is suġġett ta ħafna recordings moderni kien ċajta muzikali komposta minn Remo Giazotto Madankollu sejba mill muzikologu Muska Mangano l aħħar assistent ta Giazotto qabel mewtu tefgħet xi dubju fuq dak it twemmin Fost id dokumenti ta Giazotto Mangano skopra traskrizzjoni moderna miktuba bl idejn imma indipendenti tal baxx ċifrat u sitt battuti frammentarji tal ewwel vjolin li għandom fir rokna ta fuq tal lemin timbru li jiddikjara b mod ċert li ttieħed mill oriġinal li kien Dresden Dan jipprovdi appoġġ għar rakkont ta Giazotto li huwa kien ibbaza l kompozizzjoni tiegħu fuq sors li kien jezisti qabel 8 Referenziimmodifika Norwich John Julius 1990 Oxford Illustrated Encyclopedia Of The Arts USA Oxford University Press pp 11 ISBN 978 0198691372 1 11 a b ċ Tomaso Giovanni Albinoni fl Encyclopaedia Britannica 2 3 Giazotto Remo 1945 Tomaso Albinoni musico di violino dilettante veneto 1671 1750 con il catalogo tematico delle musiche per strumenti 197 esempi musicali e 14 tavole fuori testo Milano F lli Bocca Michael Talbot Tomaso Albinoni Grove Music On line Oxford Music On line 4 Baroque Composers and Musicians Tomaso Albinoni George J Buelow A history of baroque music Indiana University Press 2004 p 467 Nicola Schneider La tradizione delle opere di Tomaso Albinoni a Dresda tesi di laurea specialistica Cremona Facolta di musicologia dell Universita degli studi di Pavia 2007 pp 181 86 Ħoloq esterniimmodifikaPartituri b xejn ta Tomaso Albinoni fuq l International Music Score Library Project Miksub minn https mt wikipedia org w index php title Tomaso Albinoni amp oldid 267515