Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Wied ta Kathmandu bin Nepaliż क ठम ड उपत यक bin Nepaliż Bhasa स वन ग न प ग magħruf storikament bħala l Wied tan Nepal

Wied ta' Kathmandu

  • Paġna Ewlenija
  • Wied ta' Kathmandu
Wied ta' Kathmandu
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Wied ta' Kathmandu (bin-Nepaliż: काठमाडौं उपत्यका, bin-Nepaliż Bhasa: स्वनिगः, नेपाः गाः), magħruf storikament bħala l-Wied tan-Nepal jew il-Wied tan-Nepa, jinsab fis-salib it-toroq ta' ċivilizzazzjonijiet tal-qedem tas-subkontinent Indjan u l-kontinent Asjatiku usa', u fih mill-inqas 130 monument importanti, inkluż diversi siti tal-pellegrinaġġi għall-Induisti u għall-Buddisti. Hemm seba' komponenti fil-wied li flimkien ġew rikonoxxuti bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.

Storikament, il-wied u ż-żoni tal-madwar kienu jiffurmaw konfederazzjoni magħrufa bħala Mandala tan-Nepal. Sas-seklu 15, kienet il-belt kapitali tagħha, u mbagħad ġew stabbiliti żewġ bliet kapitali oħra, Kathmandu u ().

Il-Wied ta' Kathmandu huwa l-iktar post żviluppat u popolat fin-Nepal. Il-maġġoranza tal-uffiċċji u tal-kwartieri ġenerali jinsabu fil-wied, u b'hekk hija ċ-ċentru ekonomiku tan-Nepal. Il-wied huwa popolari mat-turisti għall-arkitettura unika tiegħu u għall-kultura rikka tiegħu li tinkludi l-ogħla għadd ta' jatra (festivals fit-toroq) fin-Nepal. L-istoriċi Brittaniċi kienu jirreferu għall-wied stess bħala n-"Nepal Proprja".

Fl-2015, il-Wied ta' Kathmandu ġie mheżżeż mit- tan-Nepal ta' April 2015. It-terremot ikkawża eluf ta' mwiet u l-qerda ta' ħafna infrastrutturi fil-Wied ta' Kathmandu, li jinkludi l-irħula ta' Lalitpur, , , Bhaktapur u l-muniċipalitajiet fil-Wied ta' Kathmandu, b'popolazzjoni totali ta' madwar 1.5 miljun ruħ. Kathmandu hija wkoll l-ikbar belt fir-reġjun tal-għoljiet taż-żona muntanjuża tal-.

Etimoloġija

Kathmandu mhuwiex l-isem nattiv li kien jintuża mill-poplu Nepa indiġenu tal-wied. Il-poplu Nepa indiġenu kien juża t-terminu "Swa Nhi Gha" (स्व नि ग:) biex jirreferi għaż-żona kollha tal-Wied ta' Kathmandu u "Ye"(ये ) biex jirreferu għall-belt ta' Kathmandu biss. B'mod simili, it-terminu Newari għal Patan huwa "Yela"(यल ) filwaqt li għal Bhaktapur huwa "Khwopa" (ख्वप ). It-terminu "Nepa-al" ifisser "art tal-poplu Nepa" u kien jintuża tradizzjonalment biex jirreferu għal dan il-wied.

L-isem Pahari ta' Kathmandu oriġina minn struttura fil-Pjazza ta' Durbar imsejħa b'isem , Kāsṣtha mandapa, jiġifieri "Xelter tal-injam". Dan it-tempju uniku, magħruf ukoll bħala l-Maru Sattal, inbena fl-1596 mir-Re . L-istruttura kollha ma kien fiha l-ebda musmar jew riffieda tal-ħadid u kienet magħmula mill-injam kollha kemm hi. Skont leġġenda jingħad li l-injam li ntuża għal din il-pagoda ta' żewġ sulari kien inkiseb minn siġra waħda.

Storja

Il-Wied ta' Kathmandu jaf ilu abitat minn saħansitra t-300 Q.K., peress li l-iktar oġġetti antiki li nstabu fil-wied imorru lura għal dak iż-żmien. L-iktar iskrizzjoni bikrija magħrufa tmur lura għall-185 W.K. L-eqdem binja datata b'mod ċert fil-wied għandha iktar minn 2,000 sena. Erba' stupi madwar il-belt ta' Patan x'aktarx li nbnew minn Charumati, li jingħad li kienet bint , l-imperatur tal- fis-seklu 3 Q.K. Fir-rigward tal-ġrajjiet dwar iż-żjara tal-Buddha, ma hemmx l-ebda evidenza dwar dan. Il-, li l-iskrizzjonijiet l-iktar bikrin tagħhom imorru lura għall-464, kienu l-mexxejja ta' wara fil-wied u kellhom rabtiet mill-qrib mal- tal-Indja. Il- mexxew il-Wied ta' Kathmandu u ż-żona tal-madwar mis-seklu 12 sas-seklu 18, meta d-dinastija Shah tar-Renju Gorkha taħt ħakmet il-wied u ħolqot in-Nepal kif nafuh illum. Din ir-rebħa fil-Battalja ta' Kirtipur kienet il-bidu tal-ħakma tal-wied kollu.

Newar

In- huma l-abitanti indiġeni u l-ħallieqa taċ-ċivilizzazzjoni storika tal-wied. Il-lingwa tagħhom illum hija magħrufa bħala n-Nepaliż Bhasa. X'aktarx li kienu d-dixxendenti tad-diversi gruppi etniċi u razzjali li għexu u mexxew f'dan il-wied tul storja ta' żewġ millenji. Xi studjużi ddeskrivew ukoll in-Newar bħala nazzjon. Huma żviluppaw diviżjoni tax-xogħol u ċivilizzazzjoni urbana sofistikata li ma feġġet imkien ieħor fl-għoljiet ta' taħt iż-żona muntanjuża tal-Himalayas. Dawn baqgħu magħrufa għall-kontributi tagħhom fl-arti, fl-iskultura, fl-arkitettura, fil-kultura, fil-letteratura, fil-mużika, fl-industrija, fil-kummerċ, fl-agrikoltura u fil-gastronomija, u ħallew l-impatt tagħhom fuq l-arti tal-Asja Ċentrali.

L-arkitettura Newari tikkonsisti minn pagodi, stupi, shikharas, chaityas u stili oħra. L-arkitettura ikonika li tispikka fil-wied hija dik tal-pagodi b'saffi differenti ta' soqfa li setgħu oriġinaw f'din iż-żona u nfirxu fl-Indja, fiċ-Ċina, fl-, u fil-Ġappun. L-iktar artiġjan famuż li influwenza l-iżviluppi stilistiċi fiċ-Ċina u fit- kien , raġel Newar li vvjaġġa lejn il-qorti ta' fis-seklu 13 W.K. Huwa baqa' magħruf talli bena l-istupa bajda tat-Tempju ta' Miaoying f'Beijing. Attwalment, in-nies minn inħawi oħra tan-Nepal għandhom it-tendenza li jemigraw internament lejn il-wied għal ħajja aħjar minħabba l-livell għoli ta' żviluppp kulturali u ekonomiku fil-wied. Minkejja l-urbanizzazzjoni li seħħet, in-Newar żammew il-kultura tagħhom fil-Wied ta' Kathmandu.

Mitoloġija

Skont l-iskrittura Buddista tas-, il-Wied ta' Kathmandu xi darba kien lag, li x-xjenzati jsostnu li kien il-Lag Paleolitiku ta' Kathmandu. L-għolja fejn hemm l-Istupa ta' Swayambu kellha pjanti tal-lotus li kienu jarmu l-fjuri b'mod kostanti. Ġrajja partikolari ssostni li l-alla Manjusri qata' ħandaq f'wied jismu Kashapaal (li iktar 'il quddiem sar magħruf bħala Chobhar) b'xabla jisimha Chandrahrasha u wassal għad-drenaġġ tal-ilmijiet sabiex tiġi stabbilita art abitabbli.

Skont , qata' ħandaq biċ-Chakra ta' Sudarshana tiegħu biex jiżvojta l-ilma. Imbagħad wettaq id-drenaġġ tal-wied u tah lill-poplu ta' Gopal Vansi, li kienu nomadi li kienu jieħdu ħsieb merħliet tal-baqar.

Ġeografija

Il-Wied ta' Kathmandu għandu għamla ta' skutella. Il-parti ċentrali iktar baxxa qiegħda xi 1,425 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Il-Wied ta' Kathmandu huwa mdawwar b'erba' żoni muntanjużi: l-għoljiet ta' Shivapuri (b'elevazzjoni ta' 2,732 metru), ta' Phulchowki (2,695 metru), ta' Nagarjun (2,095 metru) u ta' Chandragiri (2,551 metru). L-ikbar xmara li tgħaddi mill-Wied ta' Kathmandu hija l-.

Il-wied huwa magħmul mid-Distrett ta' Kathmandu, mid-Distrett ta' Lalitpur u mid-Distrett ta' Bhaktapur, li jkopru erja ta' 570 km2. Il-wied jikkonsisti miż-żoni muniċipali ta' Kathmandu, ta' Patan, ta' Bhaktapur, ta' Kirtipur u ta' Madhyapur Thimi; il-bqija tal-erja hija okkupata minn għadd ta' muniċipalitajiet u muniċipalitajiet rurali (fid-Distrett ta' Lalitpur). Il-wied huwa ċentru kulturali u politiku tan-Nepal.

Attrazzjonijiet

Din hija lista mhux kompluta ta' tempji u ta' monumenti notevoli fil-Wied ta' Kathmandu. Seba' minnhom f'daqqa jiffurmaw Sit wieħed ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

  • Id-Distrett ta' Bhaktapur:
    • il-Pjazza ta' Durbar f'Bhaktapur (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • it-Tempju ta' Changu Narayan (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • it-Tempju ta' Doleshwor Mahadeva
    • l-Istatwa ta' Kailashnath Mahadev
    • it-Tempju ta' Suryavinayak
  • Id-Distrett ta' Kathmandu:
    • it-Tempju ta' Pashupatinath (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • it-Tempju ta' Aditnath
    • l-Istupa ta' Boudhanath (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • it-Tempju ta' Bagh Bhairab
    • it-Tempju ta' Dakshinkali
    • it-Tempju ta' Guhyeshwari
    • il-Pjazza ta' Durbar f'Kathmandu (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • il-Palazz ta' Narayanhiti
    • Ranipokhari
    • l-Istupa ta' Swayambhunath (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • it-Tempju ta' Uma Maheshwar
    • it-Tempju ta' Ajima
    • it-Tempju ta' Jal Binayak
    • it-Tempju ta' Chandra Binayak
    • it-Tempju ta' Budhanilkantha
    • it-Tempju ta' Bajrayogini
  • Id-Distrett ta' Lalitpur:
    • il-Pjazza ta' Durbar f'Lalitpur (komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO)
    • it-Tempju ta' Rato Macchindranath, Bungmati

Sit ta' Wirt Dinji

Fl-1979 il-Wied ta' Kathmandu ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO b'seba' komponenti ppreservati ewlenin: iċ-ċentri tat-tliet bliet primarji, il-Pjazza ta' Durbar ta' Kathmandu, ta' Lalitpur u ta' Bhaktapur, l-iżjed żewġ stupi Buddisti importanti, Swayambhunath u Boudhanath u żewġ santwarji Induisti famużi, it-tempju ta' Pashupatinath u t-tempju ta' Changu Narayan. Fl-2003, l-UNESCO elenkat is-siti fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji "fil-Periklu" minħabba tħassib ta' telf kontinwu ta' awtentiċità u tal-valur universali straordinarju tas-sit kulturali. L-istatus "fil-periklu" tneħħa fl-2007. Fl-2006 saret ukoll modifika minuri fil-konfini tas-sit.

Fl-imgħoddi, l-Imgħallmin Buddisti Tibetani Marpa, Milarepa, Rwa Lotsava, Ras Chungpa, Dharma Swami, it-XIII-il Karmapa, is-XVI-il Karmapa u diversi oħra żaru l-Wied ta' Kathmandu u vvjaġġaw fih. Madankollu, l-ikbar grupp ta' Tibetani wasal fis-snin 60 tas-seklu 20. Ħafna bdew jgħixu madwar jew qrib l-Istupi ta' Swayambhunath u ta' Boudhanath. Ħafna Lamas famużi oħra magħrufin mad-dinja kollha għandhom il-monasteri u ċ-ċentri Buddisti tagħhom fil-Wied ta' Kathmandu.

L-istorja ta' 1,500 sena ta' arkitettura funebri fil-wied tipprovdi fost l-aqwa eżempji ta' arkitettura bil-ġebel eżistenti fis-subkontinent. Xi Chaitya tinsab f'kull pjazza ewlenija fi bliet bħal Lalitpur. Barra minn hekk, l-iskrizzjonijiet fil-ġebel tal-Wied ta' Kathmandu huma sorsi importanti għall-istorja tan-Nepal.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Demografija

Il-Wied ta' Kathmandu għandu popolazzjoni totali ta' 2,517,023 ruħ skont iċ-ċensiment tal-2011.

Kathmandu (Żona Kapitali Nazzjonali)

Il-Gvern tan-Nepal saritlu proposta biex jiżviluppa l-Wied ta' Kathmandu bħala żona jkapitali nazzjonali separata u mhux bħala parti minn Bagmati Pradesh.

Il-Wied ta' Kathmandu fih tliet distretti ta' Bagmati Pradesh b'popolazzjoni totali ta' 2,472,071 ruħ u erja totali ta' 933.73 kilometru kwadru.

Distrett Erja Popolazzjoni
Kathmandu 413.69 kilometru kwadru 1,699,288
Bhaktapur 123.12 kilometru kwadru 304,651
Latipur 396.92 kilometru kwadru 468,132
Kathmandu 933.73 kilometru kwadru 2,472,071

Korpi fil-livell lokali

  • Budanilkantha
  • Chandragiri
  • Dakshinkali
  • Gokarneshwar
  • Kageshwari Manohara
  • Kathmandu
  • Kirtipur
  • Nagarjun
  • Shankharapur
  • Tarakeshwar
  • Tokha
  • Bhaktapur
  • Changunarayan
  • Madhyapur Thimi
  • Suryabinayak
  • Lalitpur
  • Muniċipalità ta' Mahalaxmi
  • Muniċipalità ta' Godawari
  • Muniċipalità Rurali ta' Konjyoson
  • Muniċipalità Rurali ta' Bagmati
  • Muniċipalità Rurali ta' Mahankal

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Kathmandu Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
  2. ^ Slusser, Mary (1982). Nepal Mandala: A Cultural Study of the Kathmandu Valley. Princeton University. ISBN 978-0-691-03128-6. p. vii.
  3. ^ "Nepal Disaster Risk Reduction Portal". drrportal.gov.np. Miġbur 2021-08-04.
  4. ^ Rajendra S. Khadka Travelers' Tales Nepal
  5. ^ Asiatic Researches: Or, Transactions of the Society Instituted in Bengal, for Inquiring Into the History and Antiquities, the Arts, Sciences, and Literature, of Asia (bl-Ingliż). Reprinted for Vernor and Hood. 1799. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  6. ^ von Furer-Haimendorf, Christoph (1956). "Elements of Newar Social Structure". Journal of the Royal Anthropological Institute. Royal Anthropological Institute of Great Britain and Ireland. 86: 15.
  7. ^ "Mesocosm". publishing.cdlib.org. Miġbur 2021-08-04.
  8. ^ American University (Washington, D. C. ) Foreign Areas Studies Division; United States. Army (1964). Area handbook for Nepal (with Sikkim and Bhutan). Washington, For sale by the Supt. of Docs., U.S. Govt. Print. Off.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "UNESCO World Heritage Centre - State of Conservation (SOC 2003) Kathmandu Valley (Nepal)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Royal Palaces of Abomey and Kathmandu removed from Danger List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
  11. ^ "Observation on the influence of Tibetan Buddhism in the Kathmandu Valley". web.archive.org. 2008-11-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-20. Miġbur 2021-08-04.
  12. ^ Gutschow, Niels (1997). The Nepalese Caitya: 1500 Years of Buddhist Votive Architecture in the Kathmandu Valley. ISBN 978-3-930698-75-2. pp. 30-31.
  13. ^ "Census 2011" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-12-04. Miġbur 2021-08-04.
  14. ^ Neupane, Gyan P. "Call for integrated development of Kathmandu Valley". My Republica (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-03-27. Miġbur 2021-08-04.
  15. ^ "Road Map for Making Kathmandu Valley Development Concept Plan Risk Sensitive" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-12-22. Miġbur 2021-08-04.
  16. ^ Nasana (2015-07-15). "Valley envisioned as national capital of federal Nepal". The Himalayan Times (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Wied ta' Kathmandu (Kathmandu Valley)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 18 Ġun, 2025 / 03:39

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wied ta' Kathmandu, X'inhi Wied ta' Kathmandu? Xi tfisser Wied ta' Kathmandu?

Il Wied ta Kathmandu bin Nepaliz क ठम ड उपत यक bin Nepaliz Bhasa स वन ग न प ग magħruf storikament bħala l Wied tan Nepal jew il Wied tan Nepa jinsab fis salib it toroq ta ċivilizzazzjonijiet tal qedem tas subkontinent Indjan u l kontinent Asjatiku usa u fih mill inqas 130 monument importanti inkluz diversi siti tal pellegrinaġġi għall Induisti u għall Buddisti Hemm seba komponenti fil wied li flimkien ġew rikonoxxuti bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 L Istupa ta Boudnath Storikament il wied u z zoni tal madwar kienu jiffurmaw konfederazzjoni magħrufa bħala Mandala tan Nepal Sas seklu 15 kienet il belt kapitali tagħha u mbagħad ġew stabbiliti zewġ bliet kapitali oħra Kathmandu u Il Wied ta Kathmandu huwa l iktar post zviluppat u popolat fin Nepal Il maġġoranza tal uffiċċji u tal kwartieri ġenerali jinsabu fil wied u b hekk hija ċ ċentru ekonomiku tan Nepal Il wied huwa popolari mat turisti għall arkitettura unika tiegħu u għall kultura rikka tiegħu li tinkludi l ogħla għadd ta jatra festivals fit toroq fin Nepal L istoriċi Brittaniċi kienu jirreferu għall wied stess bħala n Nepal Proprja Fl 2015 il Wied ta Kathmandu ġie mhezzez mit tan Nepal ta April 2015 It terremot ikkawza eluf ta mwiet u l qerda ta ħafna infrastrutturi fil Wied ta Kathmandu li jinkludi l irħula ta Lalitpur Bhaktapur u l muniċipalitajiet fil Wied ta Kathmandu b popolazzjoni totali ta madwar 1 5 miljun ruħ Kathmandu hija wkoll l ikbar belt fir reġjun tal għoljiet taz zona muntanjuza tal EtimoloġijaDese Maru Jhya tieqa unika tal Wied ta Kathmandu fin Nepal Kathmandu mhuwiex l isem nattiv li kien jintuza mill poplu Nepa indiġenu tal wied Il poplu Nepa indiġenu kien juza t terminu Swa Nhi Gha स व न ग biex jirreferi għaz zona kollha tal Wied ta Kathmandu u Ye य biex jirreferu għall belt ta Kathmandu biss B mod simili it terminu Newari għal Patan huwa Yela यल filwaqt li għal Bhaktapur huwa Khwopa ख वप It terminu Nepa al ifisser art tal poplu Nepa u kien jintuza tradizzjonalment biex jirreferu għal dan il wied L isem Pahari ta Kathmandu oriġina minn struttura fil Pjazza ta Durbar imsejħa b isem Kasṣtha mandapa jiġifieri Xelter tal injam Dan it tempju uniku magħruf ukoll bħala l Maru Sattal inbena fl 1596 mir Re L istruttura kollha ma kien fiha l ebda musmar jew riffieda tal ħadid u kienet magħmula mill injam kollha kemm hi Skont leġġenda jingħad li l injam li ntuza għal din il pagoda ta zewġ sulari kien inkiseb minn siġra waħda StorjaIt Tempju ta Changu Narayan Il Wied ta Kathmandu jaf ilu abitat minn saħansitra t 300 Q K peress li l iktar oġġetti antiki li nstabu fil wied imorru lura għal dak iz zmien L iktar iskrizzjoni bikrija magħrufa tmur lura għall 185 W K L eqdem binja datata b mod ċert fil wied għandha iktar minn 2 000 sena Erba stupi madwar il belt ta Patan x aktarx li nbnew minn Charumati li jingħad li kienet bint l imperatur tal fis seklu 3 Q K Fir rigward tal ġrajjiet dwar iz zjara tal Buddha ma hemmx l ebda evidenza dwar dan Il li l iskrizzjonijiet l iktar bikrin tagħhom imorru lura għall 464 kienu l mexxejja ta wara fil wied u kellhom rabtiet mill qrib mal tal Indja Il mexxew il Wied ta Kathmandu u z zona tal madwar mis seklu 12 sas seklu 18 meta d dinastija Shah tar Renju Gorkha taħt ħakmet il wied u ħolqot in Nepal kif nafuh illum Din ir rebħa fil Battalja ta Kirtipur kienet il bidu tal ħakma tal wied kollu Newar L arkitettura Newar fil Pjazza ta Durbar f Lalitpur Patan In huma l abitanti indiġeni u l ħallieqa taċ ċivilizzazzjoni storika tal wied Il lingwa tagħhom illum hija magħrufa bħala n Nepaliz Bhasa X aktarx li kienu d dixxendenti tad diversi gruppi etniċi u razzjali li għexu u mexxew f dan il wied tul storja ta zewġ millenji Xi studjuzi ddeskrivew ukoll in Newar bħala nazzjon Huma zviluppaw divizjoni tax xogħol u ċivilizzazzjoni urbana sofistikata li ma feġġet imkien ieħor fl għoljiet ta taħt iz zona muntanjuza tal Himalayas Dawn baqgħu magħrufa għall kontributi tagħhom fl arti fl iskultura fl arkitettura fil kultura fil letteratura fil muzika fl industrija fil kummerċ fl agrikoltura u fil gastronomija u ħallew l impatt tagħhom fuq l arti tal Asja Ċentrali Il Pjazza ta Durbar f Kathmandu L arkitettura Newari tikkonsisti minn pagodi stupi shikharas chaityas u stili oħra L arkitettura ikonika li tispikka fil wied hija dik tal pagodi b saffi differenti ta soqfa li setgħu oriġinaw f din iz zona u nfirxu fl Indja fiċ Ċina fl u fil Ġappun L iktar artiġjan famuz li influwenza l izviluppi stilistiċi fiċ Ċina u fit kien raġel Newar li vvjaġġa lejn il qorti ta fis seklu 13 W K Huwa baqa magħruf talli bena l istupa bajda tat Tempju ta Miaoying f Beijing Attwalment in nies minn inħawi oħra tan Nepal għandhom it tendenza li jemigraw internament lejn il wied għal ħajja aħjar minħabba l livell għoli ta zviluppp kulturali u ekonomiku fil wied Minkejja l urbanizzazzjoni li seħħet in Newar zammew il kultura tagħhom fil Wied ta Kathmandu MitoloġijaSkont l iskrittura Buddista tas il Wied ta Kathmandu xi darba kien lag li x xjenzati jsostnu li kien il Lag Paleolitiku ta Kathmandu L għolja fejn hemm l Istupa ta Swayambu kellha pjanti tal lotus li kienu jarmu l fjuri b mod kostanti Ġrajja partikolari ssostni li l alla Manjusri qata ħandaq f wied jismu Kashapaal li iktar il quddiem sar magħruf bħala Chobhar b xabla jisimha Chandrahrasha u wassal għad drenaġġ tal ilmijiet sabiex tiġi stabbilita art abitabbli Skont qata ħandaq biċ Chakra ta Sudarshana tiegħu biex jizvojta l ilma Imbagħad wettaq id drenaġġ tal wied u tah lill poplu ta Gopal Vansi li kienu nomadi li kienu jieħdu ħsieb merħliet tal baqar ĠeografijaVeduta tal Himalayas mill Ajruport ta Kathmandu Il Wied ta Kathmandu għandu għamla ta skutella Il parti ċentrali iktar baxxa qiegħda xi 1 425 metru l fuq mil livell tal baħar Il Wied ta Kathmandu huwa mdawwar b erba zoni muntanjuzi l għoljiet ta Shivapuri b elevazzjoni ta 2 732 metru ta Phulchowki 2 695 metru ta Nagarjun 2 095 metru u ta Chandragiri 2 551 metru L ikbar xmara li tgħaddi mill Wied ta Kathmandu hija l Il wied huwa magħmul mid Distrett ta Kathmandu mid Distrett ta Lalitpur u mid Distrett ta Bhaktapur li jkopru erja ta 570 km2 Il wied jikkonsisti miz zoni muniċipali ta Kathmandu ta Patan ta Bhaktapur ta Kirtipur u ta Madhyapur Thimi il bqija tal erja hija okkupata minn għadd ta muniċipalitajiet u muniċipalitajiet rurali fid Distrett ta Lalitpur Il wied huwa ċentru kulturali u politiku tan Nepal AttrazzjonijietTliet Saddhu fil Pjazza ta Durbar f Kathmandu Din hija lista mhux kompluta ta tempji u ta monumenti notevoli fil Wied ta Kathmandu Seba minnhom f daqqa jiffurmaw Sit wieħed ta Wirt Dinji tal UNESCO Id Distrett ta Bhaktapur il Pjazza ta Durbar f Bhaktapur komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO it Tempju ta Changu Narayan komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO it Tempju ta Doleshwor Mahadeva l Istatwa ta Kailashnath Mahadev it Tempju ta Suryavinayak Id Distrett ta Kathmandu it Tempju ta Pashupatinath komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO it Tempju ta Aditnath l Istupa ta Boudhanath komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO it Tempju ta Bagh Bhairab it Tempju ta Dakshinkali it Tempju ta Guhyeshwari il Pjazza ta Durbar f Kathmandu komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO il Palazz ta Narayanhiti Ranipokhari l Istupa ta Swayambhunath komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO it Tempju ta Uma Maheshwar it Tempju ta Ajima it Tempju ta Jal Binayak it Tempju ta Chandra Binayak it Tempju ta Budhanilkantha it Tempju ta Bajrayogini Id Distrett ta Lalitpur il Pjazza ta Durbar f Lalitpur komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO it Tempju ta Rato Macchindranath BungmatiSit ta Wirt DinjiL Istupa ta Swayambhu Fl 1979 il Wied ta Kathmandu ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO b seba komponenti ppreservati ewlenin iċ ċentri tat tliet bliet primarji il Pjazza ta Durbar ta Kathmandu ta Lalitpur u ta Bhaktapur l izjed zewġ stupi Buddisti importanti Swayambhunath u Boudhanath u zewġ santwarji Induisti famuzi it tempju ta Pashupatinath u t tempju ta Changu Narayan Fl 2003 l UNESCO elenkat is siti fil lista ta Siti ta Wirt Dinji fil Periklu minħabba tħassib ta telf kontinwu ta awtentiċita u tal valur universali straordinarju tas sit kulturali L istatus fil periklu tneħħa fl 2007 Fl 2006 saret ukoll modifika minuri fil konfini tas sit Fl imgħoddi l Imgħallmin Buddisti Tibetani Marpa Milarepa Rwa Lotsava Ras Chungpa Dharma Swami it XIII il Karmapa is XVI il Karmapa u diversi oħra zaru l Wied ta Kathmandu u vvjaġġaw fih Madankollu l ikbar grupp ta Tibetani wasal fis snin 60 tas seklu 20 Ħafna bdew jgħixu madwar jew qrib l Istupi ta Swayambhunath u ta Boudhanath Ħafna Lamas famuzi oħra magħrufin mad dinja kollha għandhom il monasteri u ċ ċentri Buddisti tagħhom fil Wied ta Kathmandu L istorja ta 1 500 sena ta arkitettura funebri fil wied tipprovdi fost l aqwa ezempji ta arkitettura bil ġebel ezistenti fis subkontinent Xi Chaitya tinsab f kull pjazza ewlenija fi bliet bħal Lalitpur Barra minn hekk l iskrizzjonijiet fil ġebel tal Wied ta Kathmandu huma sorsi importanti għall istorja tan Nepal Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Veduta panoramika ta Patan wara nzul ix xemxDemografijaIl Wied ta Kathmandu għandu popolazzjoni totali ta 2 517 023 ruħ skont iċ ċensiment tal 2011 Kathmandu Zona Kapitali Nazzjonali Il Gvern tan Nepal saritlu proposta biex jizviluppa l Wied ta Kathmandu bħala zona jkapitali nazzjonali separata u mhux bħala parti minn Bagmati Pradesh Il Wied ta Kathmandu fih tliet distretti ta Bagmati Pradesh b popolazzjoni totali ta 2 472 071 ruħ u erja totali ta 933 73 kilometru kwadru Distrett Erja Popolazzjoni Kathmandu 413 69 kilometru kwadru 1 699 288 Bhaktapur 123 12 kilometru kwadru 304 651 Latipur 396 92 kilometru kwadru 468 132 Kathmandu 933 73 kilometru kwadru 2 472 071 L arkitettura b diversi saffi ta soqfa f Kathmandu Korpi fil livell lokali Budanilkantha Chandragiri Dakshinkali Gokarneshwar Kageshwari Manohara Kathmandu Kirtipur Nagarjun Shankharapur Tarakeshwar Tokha Bhaktapur Changunarayan Madhyapur Thimi Suryabinayak Lalitpur Muniċipalita ta Mahalaxmi Muniċipalita ta Godawari Muniċipalita Rurali ta Konjyoson Muniċipalita Rurali ta Bagmati Muniċipalita Rurali ta MahankalReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Kathmandu Valley UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 Slusser Mary 1982 Nepal Mandala A Cultural Study of the Kathmandu Valley Princeton University ISBN 978 0 691 03128 6 p vii Nepal Disaster Risk Reduction Portal drrportal gov np Miġbur 2021 08 04 Rajendra S Khadka Travelers Tales Nepal Asiatic Researches Or Transactions of the Society Instituted in Bengal for Inquiring Into the History and Antiquities the Arts Sciences and Literature of Asia bl Ingliz Reprinted for Vernor and Hood 1799 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna von Furer Haimendorf Christoph 1956 Elements of Newar Social Structure Journal of the Royal Anthropological Institute Royal Anthropological Institute of Great Britain and Ireland 86 15 Mesocosm publishing cdlib org Miġbur 2021 08 04 American University Washington D C Foreign Areas Studies Division United States Army 1964 Area handbook for Nepal with Sikkim and Bhutan Washington For sale by the Supt of Docs U S Govt Print Off Centre UNESCO World Heritage UNESCO World Heritage Centre State of Conservation SOC 2003 Kathmandu Valley Nepal UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 Centre UNESCO World Heritage Royal Palaces of Abomey and Kathmandu removed from Danger List UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 Observation on the influence of Tibetan Buddhism in the Kathmandu Valley web archive org 2008 11 20 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 11 20 Miġbur 2021 08 04 Gutschow Niels 1997 The Nepalese Caitya 1500 Years of Buddhist Votive Architecture in the Kathmandu Valley ISBN 978 3 930698 75 2 pp 30 31 Census 2011 PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2021 12 04 Miġbur 2021 08 04 Neupane Gyan P Call for integrated development of Kathmandu Valley My Republica bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 03 27 Miġbur 2021 08 04 Road Map for Making Kathmandu Valley Development Concept Plan Risk Sensitive PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2018 12 22 Miġbur 2021 08 04 Nasana 2015 07 15 Valley envisioned as national capital of federal Nepal The Himalayan Times bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Wied ta Kathmandu Kathmandu Valley

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    Superordni

  • Ġunju 14, 2025

    Superklassi (tassonomija)

  • Ġunju 14, 2025

    Superfamilja

  • Ġunju 15, 2025

    Super Cup Għawdxija

  • Ġunju 14, 2025

    Super Cup Maltija

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq