Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Amburgu bil Ġermaniż Hamburg hija t tieni l ikbar belt fil Ġermanja wara Berlin u għandha l akbar popolazzjoni fost il b

Amburgu

  • Paġna Ewlenija
  • Amburgu
Amburgu
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Amburgu (bil-Ġermaniż: Hamburg) hija t-tieni l-ikbar belt fil-Ġermanja (wara Berlin), u għandha l-akbar popolazzjoni fost il-bliet mhux kapitali fl-Unjoni Ewropea. Amburgu hija waħda mill-Istati Federali tal-Ġermanija.

Amburgu
 Ġermanja
Amministrazzjoni
Stat sovranĠermanja
Kap tal-Gvern
Isem uffiċjali Hamburg
Freie und Hansestadt Hamburg
Land Hamburg
Ismijiet oriġinali Freie und Hansestadt Hamburg
Kodiċi postali 20095–21149, 22041–22769u 27499
Ġeografija
Koordinati 53°33′N 10°00′E / 53.55°N 10°E / 53.55; 10Koordinati: 53°33′N 10°00′E / 53.55°N 10°E / 53.55; 10
Amburgu
Amburgu (Germany)
Superfiċjenti 755.09 kilometru kwadru
Għoli 6 m
Fruntieri ma' , (en) , (en) , (en) , (en) , (mul) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) u (en)
Demografija
Popolazzjoni 1,910,160 abitanti (31 Diċembru 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 040u 04721
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati San Pietruburgu, Marsilja, Shanghai, , , , Praga, Chicago, (en) , , Auckland, (en) , , São Paulou Kiev
hamburg.deu hamburg.com

Din il-belt għandha madwar 1.8 miljun ruħ, iżda dan l-għadd jitla' għal 4.3 miljun ruħ jekk wieħed iqis is-subborgi tagħha. Il-port ta' Amburgu huwa t-tieni l-akbar port fl-Ewropa (wara dak ta' Rotterdam), u jinsab fid-disa' post tal-akbar portijiet tad-dinja.

Il-belt ta' Amburgu tinsab fit-Tramuntana tal-Ġermanja u hija ċentru industrijali b'fabbriki bħal Blohm + Voss u Norddeutsche Affinerie. L-industrija tal-midja hija importanti f'Amburgu u hawn jinsabu, fost oħrajn, l-istazzjon tar-radju u t-televiżjoni Norddeutscher Rundfunk u pubblikaturi bħal Gruner + Jahr u Spiegel-Verlag. B'kollox hemm aktar minn 120,000 impriża f'din il-belt.

Storja

Din il-belt ħadet isimha mill-ewwel bini tagħha. Dan kien kastell mibni skont l-ordni tal-Imperatur fit-808 W.K. Dan kien iġib l-isem ta' Hammaburg, fejn burg tfisser kastell, filwaqt li t-tifsira tal-kumplament tal-kelma Hamma baqgħet inċerta, l-istess bħal-pożizzjoni ta' dan il-kastell.

Amburgu ġiet, ħafna drabi, meqruda u maħkuma. Fit-845, flotta ta' 600 vapur tal-Vikingi waslu sax-xmara u qerdu l-belt. Dak iż-żmien kienet belt ta' madwar 500 ruħ. Fl-1030, il-belt ġiet maħruqa mir-Re tal-Polonja. tad-Danimarka rebaħ il-belt fl-1201 u fl-1214. Amburgu għaddiet minn numru ta' nirien kbar, l-agħar tnejn seħħew fl-1284 u fl-1842. Fl-1842, tilfu ħajjithom 51 ruħ, inqerdu diversi binjiet importanti u 20,000 ruħ spiċċaw bla dar. Ir-rikostruzzjoni damet aktar minn 40 sena. Għal perjodu ta' żmien qasir kienet annessa minn Napuljun I ta' Franza (1810–1814). Il-forzi Russi lliberaw il-belt fl-1814. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-belt soffriet numru ta' attakki mill-ajru u ġew maqtula 42,000 ruħ ċivili. Fis-16 ta' Frar 1962 kien hemm għargħar tax-xmara Elbe minħabba maltempata qawwija u 300 ruħ tilfu ħajjithom.

Amburgu kien stat indipendenti tal-Konfederazzjoni Ġermaniża (1815–1866), il-Konfederazzjoni tat-Tramuntana tal-Ġermanja (1866–1871), l-Imperu Ġermaniż (1871–1918) u tar-Repubblika ta' (1919–1933). Waqt il-perjodu tal-Ġermanja , Amburgu kienet Gau mill-1934 sal-1945. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, din il-belt kienet fiż-żona Brittanika u saret stat tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fl-1949.

Fl-ewwel nofs tas-seklu 19, saret referenza fil-proża u l-poeżija, għall-qaddisa patruna bl-isem ta' Amburgu (Hamburg) bil-Latin, Hammonia. B'hekk din saret is-simbolu tal-belt f'dan iż-żmien. Fit-tieni nofs tas-seklu 19, il-popolazzjoni ta' Amburgu kibret b'rata qawwija. Il-Hamburg America Line saret l-akbar kumpanija tal-merkanzija transatlantika, b' bħala d-direttur tagħha. Dan kien il-port minn fejn ħafna Ġermaniżi u nies mill-Ewropa tal-Lvant emigraw lejn l-Amerka u kont issib kumpaniji tan-negozju mid-dinja kollha.

Il-bombi tal-Alleati waqt it-Tieni Gwerra Dinjija wasslu għal numru kbir ta' persuni ċivili midruba, kif ukoll għal partijiet kbar tal-belt u tal-port meqruda. Amburgu ċediet lill-Forzi Brittaniċi fit-3 ta' April 1945. Il-fruntieri interni tal-Ġermanja sseparaw il-belt minn ħafna mill-periferija u n-negozju internazzjonali ta' Amburgu mar għall-agħar. Ir-riunifikazzjoni tal-Ġermanja fl-1990, u d-dħul ta' diversi stati Ewropej u Baltiċi fl-Unjoni Ewropea fl-2004, wasslu biex dan il-port, flimkien mal-belt kollha, jikseb mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu bħala l-akbar port reġjonali għall-merkanzija fil-kontejners u bħala ċ-ċentru kummerċjali ewlieni.

Kultura u Ħajja Kontemporanja

F'Amburgu nsibu aktar minn 40 teatru, 60 mużew u 100 post u klabb tal-mużika. Fl-2005 iżjed minn 18-il miljun ruħ attendew kunċerti, esibizzjonijiet, teatri, ċinema, mużewijiet u wirjiet oħra kulturali. Insibu aktar minn 8,552 kumpanija taxxabbli — b'daqs medju ta' 3.16 impjegat — fis-settur kulturali bħalma huma l-mużika, il-wirjiet tal-arti u l-letteratura.

Teatri

It-teatru pubbliku Deutsches Schauspielhaus, it-Thalia Theater u l-Kampnagel huma magħrufa sew fil-Ġermanja u barra mill-pajjiż. The English Theatre twaqqaf fl-1976 u huwa l-eqdem teatru professjonali bl-Ingliż fil-Ġermanja, u l-impjegati tiegħu kollha huma kelliema nattivi tal-Ingliż.

Turiżmu

Żjara tipika f'Amburgu tikkonsisti minn żjara tar-Rathaus (il-muniċipju) u l-knisja ta' St. Michaelis (imsejħa Michel), kif ukoll dawra mad-distrett tal-imħażen antiki (Speicherstadt) u mal-port. Il-postijiet ta' interess kollha jistgħu jintlaħqu permezz ta' kowċis turistiċi. Ħafna turisti jagħmlu dawra bid-dgħajsa madwar il-port u/jew il-kanali (Große Hafenrundfahrt, Fleetfahrt) li jibdew mil-Landungsbrücken. Il-mużewijiet huma destinazzjoni ewlenija oħra. Filgħaxija t-turisti jistgħu jagħmlu mixja mar-Reeperbahn fid-distrett ta' St. Pauli, li huwa meqjus bħala l-akbar red light district fl-Ewropa, b'numru kbir ta' bars u nightclubs. Kien hawnhekk fejn il-Beatles bdew il-karriera tagħhom, b'residenza ta' 48 lejla fil-klabb Indra, u bi 58 lejla fil-Kaiserkeller. Oħrajn jippreferu l-parti aktar rilassanti ta' Schanze, fejn wieħed isib ħafna kafetteriji, jew inkella xi BBQ fuq ix-xatt tax-xmara Elbe. F'Amburgu nsibu wkoll żu popolari bl-isem ta' Tierpark Hagenbeck. Hawn ukoll min iżur din il-belt minħabba xi interess speċjali: għal xi wirja mużikali, xi avveniment sportiv, kungress jew fiera.

Festi u avvenimenti

Amburgu hija belt magħrufa għal ħafna festi u avvenimenti. Fosthom hemm festi fit-toroq bħall-festival Gay Pride, Christopher Street Day u l-fiera tal-Alster. Il-Hamburger Dom hija l-akbar fiera ta' divertiment fit-Tramuntana tal-Ġermanja u tiġi organizzata tliet darbiet fis-sena. Il-Hafengeburtstag hija fiera ta' divertiment oħra għaċ-ċelebrazzjoni ta' għeluq snin il-port permezz ta' party u parata tal-vapuri. Fil-Knisja ta' San Mikiel issir quddiesa għall-motoċiklisti.

F'Diċembru jiġu organizzati fieri tal-Milied f'ħafna postijiet tal-belt, fosthom fil-pjazza tal-Hamburg Rathaus. Għal min japprezza l-arti u l-kultura jiġi organizzat il-lejl tal-mużewijiet. Sa nofs il-lejl wieħed jista jżur madwar 40 mużew bil-prezz ta' wieħed biss. Fl-2008 ġie organizzat is-sitt Festival tal-Kulturi f'Settembru, għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja multikulturali. Waqt il-Filmfest Hamburg jiġu preżentati għadd kbir ta' films.

Fil-Hamburg Messe and Congress isiru diversi fieri kummerċjali, bħal pereżempju il-Hanseboot, wirja internazzjonali tad-dgħajjes, jew Du und deine Welt, esibizzjoni kbira tal-konsumatur. Isiru wkoll avvenimenti sportivi bħall-kompetizzjoni taċ-ċikliżmu Vattenfall Cyclassics, il-Maratona ta' Amburgu, l-akbar maratona tal-Ġermanja wara dik ta' Berlin, it-tornew tat- bl-isem ta' Hamburg Masters u sports ekwestri bħad-Deutsches Derby.

Sport

F'Amburgu nsibu numru ta' timijiet sportivi u matul is-sena jsiru ħafna attivitajiet sportivi. Hamburger SV huwa tim tal-futbol fil-Bundesliga li rebaħ ħafna titli lokali kif ukoll it-Tazza Ewropea fl-1983. Dan it-tim jilgħab fil-HSH Nordbank Arena. FC St. Pauli huwa klabb ieħor tal-futbol li jilgħab fit-tieni diviżjoni fl-istadju Millerntor-Stadion. Il-Hamburg Freezers jirrappreżentaw lill-Amburgu fid-DEL, il-lega tal-ħoki tas-silġ fil-Ġermanja. It-tim ta' HSV Handball jilgħab fil-lega tal-handball u jilgħab fil-Color Line Arena. F'din il-belt insibu timijiet ta' ħafna sports oħra, bħal dak tar-rugby, tal-vollleyball u tat-tennis. Matul is-sena isiru tornej u avvenimenti tat-tennis, sport ekwestri, maratoni u kompetizzjonijiet bħall-Vattenfall Cyclassics, u t-triathlon ITU. L-Arena HSH Nordbank intużat fit-Tazza tad-Dinja tal-2006. Fl-2010 se tintlagħab il-finali tat-Tazza UEFA f'din l-arena.

Ekonomija

Il-prodott domestiku gross ta' Amburgu huwa ta' €88.9 biljun, l-akbar wieħed fil-Ġermanja u hawn insibu 120,000 impriża. Fl-2007 id-dħul medju tal-impjegati kien ta' €30,937. L-akbar unità ekonomika ta' Amburgu huwa l-port, li wara r-riunifikazzjoni tal-Ġermanja, kiber b'rata mgħaġġla. Amburgu, fiimkien mal-bliet ta' Seattle u Toulouse, hija belt importanti għall-industrija tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru. Il-kumpanija , li għandha impjant tal-assemblaġġ f'Amburgu, timpjega aktar minn 13,000 ruħ fid-distrett ta' Finkenwerder. L-industrija kbira tinkludi l-produzzjoni tal-azzar, tal-aluminju, tar-ram u numru ta' tarzniet bħal Blohm + Voss.

Midja

Industriji importanti oħra huma kumpaniji tal-midja b'aktar minn 70,000 impjegat. Is-sezzjoni Norddeutscher Rundfunk tan-network tat-televiżjoni u r-radju ARD hija bbażata f'Amburgu; kif ukoll l-istazzjonijiet kummerċjali tat-televiżjoni Hamburg 1 u Tide TV. Insibu wkoll diversi stazzjonijiet reġjonali tar-radju bħal Radio Hamburg, kif ukoll numru kbir ta' kumpaniji tal-pubblikazzjoni kbar li jinkludu Axel Springer AG, Gruner + Jahr, Bauer Media Group. Ħafna gazzetti u rivisti nazzjonali bħalma huma Der Spiegel u Die Zeit jiġu ppubblikati hawnhekk, kif ukoll gazzetti ta' interess speċjali bħal Financial Times Deutschland. Il-Hamburger Abendblatt hija gazzetta reġjonali li toħroġ kuljum b'distribuzzjoni kbira. Insibu numru ta' kumpaniji tal-mużika (l-akbar waħda hija Warner Bros. Records Germany) u kumpaniji tal-internet (pereżempju AOL, Adobe Systems u Google Germany, u anke kumpaniji tal-Web 2.0 bħal Qype).

Referenzi

  1. ^ "Ein Service von Hamburg und juris". web.archive.org. 2007-06-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-06-10. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Urban Areas (Germany): & Urban Areas - Population Statistics, Charts and Map". web.archive.org. 2020-06-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-06-03. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Ranking 2022: Das sind die zehn größten Städte Deutschlands". www.handelsblatt.com (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-08-24.
  4. ^ "Quality of Living City Ranking | Mercer". mobilityexchange.mercer.com. Miġbur 2022-08-24.
  5. ^ Schulz, Matthias (2010-10-01). "Mapping Ancient Germania: Berlin Researchers Crack the Ptolemy Code" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  6. ^ "The Horrifying Global Impact of the Black Death". ThoughtCo (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  7. ^ Clark, David S. (1987), "The Medieval Origins of Modern Legal Education: Between Church and State", The American Journal of Comparative Law, American Society of Comparative Law, 35 (4): 653–719,
  8. ^ Vierhundert Jahre Juden in Hamburg: eine Ausstellung des Museums für Hamburgische Geschichte vom 8. November 1991 bis 29. März 1992, Ulrich Bauche (ed.), Hamburg: Dölling und Galitz, 1991, (Die Geschichte der Juden in Hamburg; vol. 1), p. 492, ISBN 3-926174-31-5.
  9. ^ Weßling, Kathrin (2016-04-30). "1. Mai-Demo in Hamburg: Was soll der Krawall auf der Schanze noch?" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-08-24.
  10. ^ "Institut für Kultur- und Medienmanagement (2006), Kulturwirtschaftsbericht 2006 (bil-Ġermaniż), Amburgu: Behörde für Kultur, Sport und Medien" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-11-09. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ "Kulturstiftung des Bundes - Bayreuth Was Yesterday - New Opera at Kam…". archive.ph. 2012-06-28. Miġbur 2022-08-24.
  12. ^ "The English Theatre of Hamburg". The English Theatre of Hamburg (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  13. ^ "Statistisches Jahrbuch Hamburg 2009/ 2010 - Stadt Hamburg". web.archive.org. 2010-08-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-08-09. Miġbur 2022-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ "Audubon: The New Zoo". web.archive.org. 2007-09-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-06. Miġbur 2022-08-24.
  15. ^ "Tourismus in Hamburg im Dezember und im gesamten Jahr 2016 - Statistikamt Nord". www.statistik-nord.de. Miġbur 2022-08-24.
  16. ^ "Anlage". web.archive.org. 2009-02-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-01. Miġbur 2022-08-24.
  17. ^ "Arbeitnehmerverdienste in Hamburg 2016 - Statistikamt Nord". www.statistik-nord.de. Miġbur 2022-08-24.
  18. ^ "Making Hamburg Europe's preferred port". web.archive.org. 2009-01-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-10. Miġbur 2022-08-24.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 10:12

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Amburgu, X'inhi Amburgu? Xi tfisser Amburgu?

Amburgu bil Ġermaniz Hamburg hija t tieni l ikbar belt fil Ġermanja wara Berlin u għandha l akbar popolazzjoni fost il bliet mhux kapitali fl Unjoni Ewropea Amburgu hija waħda mill Istati Federali tal Ġermanija Amburgu ĠermanjaAmministrazzjoniStat sovranĠermanjaKap tal GvernIsem uffiċjali Hamburg Freie und Hansestadt Hamburg Land HamburgIsmijiet oriġinali Freie und Hansestadt HamburgKodiċi postali 20095 21149 22041 22769u 27499ĠeografijaKoordinati 53 33 N 10 00 E 53 55 N 10 E 53 55 10 Koordinati 53 33 N 10 00 E 53 55 N 10 E 53 55 10AmburguAmburgu Germany Superfiċjenti 755 09 kilometru kwadruGħoli 6 mFruntieri ma en en en en mul en en en en en en en en u en DemografijaPopolazzjoni 1 910 160 abitanti 31 Diċembru 2023 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 040u 04721Zona tal Ħin UTC 1u UTC 2bliet ġemellati San Pietruburgu Marsilja Shanghai Praga Chicago en Auckland en Sao Paulou Kievhamburg deu hamburg com Din il belt għandha madwar 1 8 miljun ruħ izda dan l għadd jitla għal 4 3 miljun ruħ jekk wieħed iqis is subborgi tagħha Il port ta Amburgu huwa t tieni l akbar port fl Ewropa wara dak ta Rotterdam u jinsab fid disa post tal akbar portijiet tad dinja Il belt ta Amburgu tinsab fit Tramuntana tal Ġermanja u hija ċentru industrijali b fabbriki bħal Blohm Voss u Norddeutsche Affinerie L industrija tal midja hija importanti f Amburgu u hawn jinsabu fost oħrajn l istazzjon tar radju u t televizjoni Norddeutscher Rundfunk u pubblikaturi bħal Gruner Jahr u Spiegel Verlag B kollox hemm aktar minn 120 000 impriza f din il belt StorjaDin il belt ħadet isimha mill ewwel bini tagħha Dan kien kastell mibni skont l ordni tal Imperatur fit 808 W K Dan kien iġib l isem ta Hammaburg fejn burg tfisser kastell filwaqt li t tifsira tal kumplament tal kelma Hamma baqgħet inċerta l istess bħal pozizzjoni ta dan il kastell Amburgu ġiet ħafna drabi meqruda u maħkuma Fit 845 flotta ta 600 vapur tal Vikingi waslu sax xmara u qerdu l belt Dak iz zmien kienet belt ta madwar 500 ruħ Fl 1030 il belt ġiet maħruqa mir Re tal Polonja tad Danimarka rebaħ il belt fl 1201 u fl 1214 Amburgu għaddiet minn numru ta nirien kbar l agħar tnejn seħħew fl 1284 u fl 1842 Fl 1842 tilfu ħajjithom 51 ruħ inqerdu diversi binjiet importanti u 20 000 ruħ spiċċaw bla dar Ir rikostruzzjoni damet aktar minn 40 sena Għal perjodu ta zmien qasir kienet annessa minn Napuljun I ta Franza 1810 1814 Il forzi Russi lliberaw il belt fl 1814 Fit Tieni Gwerra Dinjija il belt soffriet numru ta attakki mill ajru u ġew maqtula 42 000 ruħ ċivili Fis 16 ta Frar 1962 kien hemm għargħar tax xmara Elbe minħabba maltempata qawwija u 300 ruħ tilfu ħajjithom Amburgu kien stat indipendenti tal Konfederazzjoni Ġermaniza 1815 1866 il Konfederazzjoni tat Tramuntana tal Ġermanja 1866 1871 l Imperu Ġermaniz 1871 1918 u tar Repubblika ta 1919 1933 Waqt il perjodu tal Ġermanja Amburgu kienetGau mill 1934 sal 1945 Wara t Tieni Gwerra Dinjija din il belt kienet fiz zona Brittanika u saret stat tar Repubblika Federali tal Ġermanja fl 1949 Fl ewwel nofs tas seklu 19 saret referenza fil proza u l poezija għall qaddisa patruna bl isem ta Amburgu Hamburg bil Latin Hammonia B hekk din saret is simbolu tal belt f dan iz zmien Fit tieni nofs tas seklu 19 il popolazzjoni ta Amburgu kibret b rata qawwija Il Hamburg America Line saret l akbar kumpanija tal merkanzija transatlantika b bħala d direttur tagħha Dan kien il port minn fejn ħafna Ġermanizi u nies mill Ewropa tal Lvant emigraw lejn l Amerka u kont issib kumpaniji tan negozju mid dinja kollha Il bombi tal Alleati waqt it Tieni Gwerra Dinjija wasslu għal numru kbir ta persuni ċivili midruba kif ukoll għal partijiet kbar tal belt u tal port meqruda Amburgu ċediet lill Forzi Brittaniċi fit 3 ta April 1945 Il fruntieri interni tal Ġermanja sseparaw il belt minn ħafna mill periferija u n negozju internazzjonali ta Amburgu mar għall agħar Ir riunifikazzjoni tal Ġermanja fl 1990 u d dħul ta diversi stati Ewropej u Baltiċi fl Unjoni Ewropea fl 2004 wasslu biex dan il port flimkien mal belt kollha jikseb mill ġdid il pozizzjoni tiegħu bħala l akbar port reġjonali għall merkanzija fil kontejners u bħala ċ ċentru kummerċjali ewlieni Kultura u Ħajja KontemporanjaF Amburgu nsibu aktar minn 40 teatru 60 muzew u 100 post u klabb tal muzika Fl 2005 izjed minn 18 il miljun ruħ attendew kunċerti esibizzjonijiet teatri ċinema muzewijiet u wirjiet oħra kulturali Insibu aktar minn 8 552 kumpanija taxxabbli b daqs medju ta 3 16 impjegat fis settur kulturali bħalma huma l muzika il wirjiet tal arti u l letteratura Teatri It teatru pubbliku Deutsches Schauspielhaus it Thalia Theater u l Kampnagel huma magħrufa sew fil Ġermanja u barra mill pajjiz The English Theatre twaqqaf fl 1976 u huwa l eqdem teatru professjonali bl Ingliz fil Ġermanja u l impjegati tiegħu kollha huma kelliema nattivi tal Ingliz Turizmu Zjara tipika f Amburgu tikkonsisti minn zjara tar Rathaus il muniċipju u l knisja ta St Michaelis imsejħa Michel kif ukoll dawra mad distrett tal imħazen antiki Speicherstadt u mal port Il postijiet ta interess kollha jistgħu jintlaħqu permezz ta kowċis turistiċi Ħafna turisti jagħmlu dawra bid dgħajsa madwar il port u jew il kanali Grosse Hafenrundfahrt Fleetfahrt li jibdew mil Landungsbrucken Il muzewijiet huma destinazzjoni ewlenija oħra Filgħaxija t turisti jistgħu jagħmlu mixja mar Reeperbahn fid distrett ta St Pauli li huwa meqjus bħala l akbar red light district fl Ewropa b numru kbir ta bars u nightclubs Kien hawnhekk fejn il Beatles bdew il karriera tagħhom b residenza ta 48 lejla fil klabb Indra u bi 58 lejla fil Kaiserkeller Oħrajn jippreferu l parti aktar rilassanti ta Schanze fejn wieħed isib ħafna kafetteriji jew inkella xi BBQ fuq ix xatt tax xmara Elbe F Amburgu nsibu wkoll zu popolari bl isem ta Tierpark Hagenbeck Hawn ukoll min izur din il belt minħabba xi interess speċjali għal xi wirja muzikali xi avveniment sportiv kungress jew fiera Festi u avvenimenti Amburgu hija belt magħrufa għal ħafna festi u avvenimenti Fosthom hemm festi fit toroq bħall festival Gay Pride Christopher Street Day u l fiera tal Alster Il Hamburger Dom hija l akbar fiera ta divertiment fit Tramuntana tal Ġermanja u tiġi organizzata tliet darbiet fis sena Il Hafengeburtstag hija fiera ta divertiment oħra għaċ ċelebrazzjoni ta għeluq snin il port permezz ta party u parata tal vapuri Fil Knisja ta San Mikiel issir quddiesa għall motoċiklisti F Diċembru jiġu organizzati fieri tal Milied f ħafna postijiet tal belt fosthom fil pjazza tal Hamburg Rathaus Għal min japprezza l arti u l kultura jiġi organizzat il lejl tal muzewijiet Sa nofs il lejl wieħed jista jzur madwar 40 muzew bil prezz ta wieħed biss Fl 2008 ġie organizzat is sitt Festival tal Kulturi f Settembru għaċ ċelebrazzjoni tal ħajja multikulturali Waqt il Filmfest Hamburg jiġu prezentati għadd kbir ta films Fil Hamburg Messe and Congress isiru diversi fieri kummerċjali bħal perezempju il Hanseboot wirja internazzjonali tad dgħajjes jew Du und deine Welt esibizzjoni kbira tal konsumatur Isiru wkoll avvenimenti sportivi bħall kompetizzjoni taċ ċiklizmu Vattenfall Cyclassics il Maratona ta Amburgu l akbar maratona tal Ġermanja wara dik ta Berlin it tornew tat bl isem ta Hamburg Masters u sports ekwestri bħad Deutsches Derby Sport F Amburgu nsibu numru ta timijiet sportivi u matul is sena jsiru ħafna attivitajiet sportivi Hamburger SV huwa tim tal futbol fil Bundesliga li rebaħ ħafna titli lokali kif ukoll it Tazza Ewropea fl 1983 Dan it tim jilgħab fil HSH Nordbank Arena FC St Pauli huwa klabb ieħor tal futbol li jilgħab fit tieni divizjoni fl istadju Millerntor Stadion Il Hamburg Freezers jirrapprezentaw lill Amburgu fid DEL il lega tal ħoki tas silġ fil Ġermanja It tim ta HSV Handball jilgħab fil lega tal handball u jilgħab fil Color Line Arena F din il belt insibu timijiet ta ħafna sports oħra bħal dak tar rugby tal vollleyball u tat tennis Matul is sena isiru tornej u avvenimenti tat tennis sport ekwestri maratoni u kompetizzjonijiet bħall Vattenfall Cyclassics u t triathlon ITU L Arena HSH Nordbank intuzat fit Tazza tad Dinja tal 2006 Fl 2010 se tintlagħab il finali tat Tazza UEFA f din l arena EkonomijaIl prodott domestiku gross ta Amburgu huwa ta 88 9 biljun l akbar wieħed fil Ġermanja u hawn insibu 120 000 impriza Fl 2007 id dħul medju tal impjegati kien ta 30 937 L akbar unita ekonomika ta Amburgu huwa l port li wara r riunifikazzjoni tal Ġermanja kiber b rata mgħaġġla Amburgu fiimkien mal bliet ta Seattle u Toulouse hija belt importanti għall industrija tat trasport tal passiġġieri bl ajru Il kumpanija li għandha impjant tal assemblaġġ f Amburgu timpjega aktar minn 13 000 ruħ fid distrett ta Finkenwerder L industrija kbira tinkludi l produzzjoni tal azzar tal aluminju tar ram u numru ta tarzniet bħal Blohm Voss MidjaIndustriji importanti oħra huma kumpaniji tal midja b aktar minn 70 000 impjegat Is sezzjoni Norddeutscher Rundfunk tan network tat televizjoni u r radju ARD hija bbazata f Amburgu kif ukoll l istazzjonijiet kummerċjali tat televizjoni Hamburg 1 u Tide TV Insibu wkoll diversi stazzjonijiet reġjonali tar radju bħal Radio Hamburg kif ukoll numru kbir ta kumpaniji tal pubblikazzjoni kbar li jinkludu Axel Springer AG Gruner Jahr Bauer Media Group Ħafna gazzetti u rivisti nazzjonali bħalma huma Der Spiegel u Die Zeit jiġu ppubblikati hawnhekk kif ukoll gazzetti ta interess speċjali bħal Financial Times Deutschland Il Hamburger Abendblatt hija gazzetta reġjonali li toħroġ kuljum b distribuzzjoni kbira Insibu numru ta kumpaniji tal muzika l akbar waħda hija Warner Bros Records Germany u kumpaniji tal internet perezempju AOL Adobe Systems u Google Germany u anke kumpaniji tal Web 2 0 bħal Qype Referenzi Ein Service von Hamburg und juris web archive org 2007 06 10 Arkivjat mill oriġinal fl 2007 06 10 Miġbur 2022 08 24 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Urban Areas Germany amp Urban Areas Population Statistics Charts and Map web archive org 2020 06 03 Arkivjat mill oriġinal fl 2020 06 03 Miġbur 2022 08 24 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Ranking 2022 Das sind die zehn grossten Stadte Deutschlands www handelsblatt com bil Ġermaniz Miġbur 2022 08 24 Quality of Living City Ranking Mercer mobilityexchange mercer com Miġbur 2022 08 24 Schulz Matthias 2010 10 01 Mapping Ancient Germania Berlin Researchers Crack the Ptolemy Code bl Ingliz Miġbur 2022 08 24 The Horrifying Global Impact of the Black Death ThoughtCo bl Ingliz Miġbur 2022 08 24 Clark David S 1987 The Medieval Origins of Modern Legal Education Between Church and State The American Journal of Comparative Law American Society of Comparative Law 35 4 653 719 Vierhundert Jahre Juden in Hamburg eine Ausstellung des Museums fur Hamburgische Geschichte vom 8 November 1991 bis 29 Marz 1992 Ulrich Bauche ed Hamburg Dolling und Galitz 1991 Die Geschichte der Juden in Hamburg vol 1 p 492 ISBN 3 926174 31 5 Wessling Kathrin 2016 04 30 1 Mai Demo in Hamburg Was soll der Krawall auf der Schanze noch bil Ġermaniz Miġbur 2022 08 24 Institut fur Kultur und Medienmanagement 2006 Kulturwirtschaftsbericht 2006 bil Ġermaniz Amburgu Behorde fur Kultur Sport und Medien PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2008 11 09 Miġbur 2022 08 24 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Kulturstiftung des Bundes Bayreuth Was Yesterday New Opera at Kam archive ph 2012 06 28 Miġbur 2022 08 24 The English Theatre of Hamburg The English Theatre of Hamburg bl Ingliz Miġbur 2022 08 24 Statistisches Jahrbuch Hamburg 2009 2010 Stadt Hamburg web archive org 2010 08 09 Arkivjat mill oriġinal fl 2010 08 09 Miġbur 2022 08 24 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Audubon The New Zoo web archive org 2007 09 06 Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 09 06 Miġbur 2022 08 24 Tourismus in Hamburg im Dezember und im gesamten Jahr 2016 Statistikamt Nord www statistik nord de Miġbur 2022 08 24 Anlage web archive org 2009 02 01 Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 02 01 Miġbur 2022 08 24 Arbeitnehmerverdienste in Hamburg 2016 Statistikamt Nord www statistik nord de Miġbur 2022 08 24 Making Hamburg Europe s preferred port web archive org 2009 01 10 Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 01 10 Miġbur 2022 08 24

L-aħħar artikli
  • Ġunju 12, 2025

    Manchester United

  • Ġunju 08, 2025

    Manchester

  • Ġunju 14, 2025

    Mammiferi

  • Ġunju 15, 2025

    Mammiferu

  • Ġunju 15, 2025

    Mammalia

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq