Iċ Ċikli ta affreski tas seklu 14 ta Padova huma Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f l Italja mill 2021 L affreski tal Orator
Ċikli ta' affreski tas seklu 14 ta' Padova

Iċ-Ċikli ta' affreski tas-seklu 14 ta' Padova huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f', l-Italja, mill-2021.
Is-sit jinkludi tmien binjiet, kemm reliġjużi kif ukoll lajċi, miġbura f'erba' raggruppamenti. Dawn il-binjiet fihom ċikli ta' affreski li ġew impittrin bejn l-1302 u l-1397 minn diversi pitturi prominenti: Giotto, , , , , u . L-affreski huma innovattivi fil-mod kif iħaddnu narrattiva allegorika u jużaw mod ġdid kif tintwera l-perspettiva. L-emozzjonijiet tal-karattri fl-affreski jintwerew b'mod realistiku. F'xi affreski, il-patrun li kkummissjonahom jintwera bħala wieħed mill-karattri fi ġrajja. Dan l-istil ġdid ta' affreski fforma l-bażi ta' ispirazzjoni għal sekli sħaħ ta' xogħol tal-affreski fir-Rinaxximent Taljan u lil hinn.
Sit ta' Wirt Dinji
Iċ-Ċikli ta' affreski tas-seklu 14 ta' Padova huma lista ta' tmien binjiet bl-affreski li ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-24 ta' Lulju 2021 matul l-44 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji li saret f', iċ-Ċina. Inizjalment dan is-sit kien ġie nnominat bit-titlu ta' "Padova Urbs Picta" iżda l-Kumitat issuġġerixxa li l-isem jinbidel. Is-sit ġie ddeżinjat bħala sit kulturali peress li "juri mod ġdid għalkollox ta' kif tiġi rrappreżentata n-narrattiva fil-pittura, bi prospettivi ġodda ta' spazju influwenzati mill-progressi tax-xjenza tal-ottika u kapaċità ġdida ta' rappreżentazzjoni tal-figuri umani bil-karatteristiċi kollha tagħhom, inkluż is-sentimenti u l-emozzjonijiet. Dawn l-innovazzjonijiet jirrappreżentaw era ġdida fl-istorja tal-arti, u ħolqu bidla irreżistibbli fid-direzzjoni tal-istorja tal-arti".
Għalkemm twettqu minn artisti differenti u f'binjiet differenti b'diversi funzjonijiet, l-affreski tas-seklu 14 għandhom stil u kontenut komuni. Il-mudell ta' dawn l-affresk nistgħu ngħidu li huwa l-opra tal-arti ta' Giotto fuq ġewwa tal-Kappella tal-familja Scrovegni. Dawn il-pitturi mal-ħitan jirrappreżentaw il-bidu ta' rivoluzzjoni ġdida fl-istorja tal-pittura u juru kif it-teknika tat-tpittir tal-affreski, imqanqla minn impetu kreattiv u studji dwar ir-rappreżentazzjoni tal-ispazji, evolviet tul seklu sħiħ.
Lista ta' siti
Dan is-Sit ta' Wirt Dinji huwa magħmul minn tmien binjiet f'erba' raggruppamenti:
Ismijiet | Ritratt | ID | Daqs |
---|---|---|---|
il-Kappella tal-familja Scrovegni u l-Knisja tal-Eremitani | 1623-001 | 7.18 ettari | |
il-Palazzo della Ragione, il-Kappella tal-Palazz tal-Carraresi, u l-Battisterju tal-Katidral | 1623-002 | 7.34 ettari | |
il-Bażilika u l-Monasteru ta' Sant'Antnin, u l-Oratorju ta' San Ġorġ | 1623-003 | 5.19 ettari | |
l-Oratorju ta' San Mikiel | 1623-004 | 0.25 ettari |
Referenzi
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Padua's fourteenth-century fresco cycles". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-02.
- ^ a b "I Cicli Affrescati del XIV secolo di Padova" (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-02.
- ^ "Padova Urbs Picta entra nel patrimonio mondiale Unesco". Il Bo Live UniPD (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-02.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ċikli ta' affreski tas seklu 14 ta' Padova, X'inhi Ċikli ta' affreski tas seklu 14 ta' Padova? Xi tfisser Ċikli ta' affreski tas seklu 14 ta' Padova?
Iċ Ċikli ta affreski tas seklu 14 ta Padova huma Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f l Italja mill 2021 L affreski tal Oratorju ta San Ġorġ f Padova Is sit jinkludi tmien binjiet kemm reliġjuzi kif ukoll lajċi miġbura f erba raggruppamenti Dawn il binjiet fihom ċikli ta affreski li ġew impittrin bejn l 1302 u l 1397 minn diversi pitturi prominenti Giotto u L affreski huma innovattivi fil mod kif iħaddnu narrattiva allegorika u juzaw mod ġdid kif tintwera l perspettiva L emozzjonijiet tal karattri fl affreski jintwerew b mod realistiku F xi affreski il patrun li kkummissjonahom jintwera bħala wieħed mill karattri fi ġrajja Dan l istil ġdid ta affreski fforma l bazi ta ispirazzjoni għal sekli sħaħ ta xogħol tal affreski fir Rinaxximent Taljan u lil hinn Sit ta Wirt DinjiIċ Ċikli ta affreski tas seklu 14 ta Padova huma lista ta tmien binjiet bl affreski li ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 24 ta Lulju 2021 matul l 44 sessjoni tal Kumitat tal Wirt Dinji li saret f iċ Ċina Inizjalment dan is sit kien ġie nnominat bit titlu ta Padova Urbs Picta izda l Kumitat issuġġerixxa li l isem jinbidel Is sit ġie ddezinjat bħala sit kulturali peress li juri mod ġdid għalkollox ta kif tiġi rrapprezentata n narrattiva fil pittura bi prospettivi ġodda ta spazju influwenzati mill progressi tax xjenza tal ottika u kapaċita ġdida ta rapprezentazzjoni tal figuri umani bil karatteristiċi kollha tagħhom inkluz is sentimenti u l emozzjonijiet Dawn l innovazzjonijiet jirrapprezentaw era ġdida fl istorja tal arti u ħolqu bidla irrezistibbli fid direzzjoni tal istorja tal arti Għalkemm twettqu minn artisti differenti u f binjiet differenti b diversi funzjonijiet l affreski tas seklu 14 għandhom stil u kontenut komuni Il mudell ta dawn l affresk nistgħu ngħidu li huwa l opra tal arti ta Giotto fuq ġewwa tal Kappella tal familja Scrovegni Dawn il pitturi mal ħitan jirrapprezentaw il bidu ta rivoluzzjoni ġdida fl istorja tal pittura u juru kif it teknika tat tpittir tal affreski imqanqla minn impetu kreattiv u studji dwar ir rapprezentazzjoni tal ispazji evolviet tul seklu sħiħ Lista ta sitiDan is Sit ta Wirt Dinji huwa magħmul minn tmien binjiet f erba raggruppamenti Ismijiet Ritratt ID Daqs il Kappella tal familja Scrovegni u l Knisja tal Eremitani 1623 001 7 18 ettari il Palazzo della Ragione il Kappella tal Palazz tal Carraresi u l Battisterju tal Katidral 1623 002 7 34 ettari il Bazilika u l Monasteru ta Sant Antnin u l Oratorju ta San Ġorġ 1623 003 5 19 ettari l Oratorju ta San Mikiel 1623 004 0 25 ettariReferenzi a b Centre UNESCO World Heritage Padua s fourteenth century fresco cycles UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 02 a b I Cicli Affrescati del XIV secolo di Padova bit Taljan Miġbur 2022 03 02 Padova Urbs Picta entra nel patrimonio mondiale Unesco Il Bo Live UniPD bit Taljan Miġbur 2022 03 02