Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa

Ġorġ Pisani

  • Paġna Ewlenija
  • Ġorġ Pisani
Ġorġ Pisani
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Dan l-artiklu jew sezzjoni hu mmarkat għall-kontroll.
Raġuni: Kontentut ikkupjat minn http://www.sanfrangisk.com/15Kultura%20u%20Art/kul24-Gorg%20Pisani.htm

Ipparteċipa fid- u/jew ikkorreġi l-artiklu.

Ġorġ Pisani (twieled fis-6 ta' Mejju 1909 – miet fl-24 ta' Frar 1999) kien kittieb Malti.

Ġorġ Pisani
Ħajja
Twelid 6 Mejju 1909
Mewt 24 Frar 1999
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
traduttur
poeta

Ġorġ Pisani jibqa' magħruf l-aktar għall-importanza li jagħti lil Għawdex bħala post sabiħ u mimli sliem. Waqt li jitkellem dwar bosta problemi soċjali u umani, l-aħjar xogħlijiet tiegħu huma mnebbħa mill-imqades u mill-imkejjen tal-qedem. Aktarx għalhekk li Ġużè Chetcuti jsejjaħlu "[i]l-poeta tal-istorja" għax għadd ġmielu ta' poeżiji li kiteb għandhom tema preistorika bħal Ħaġar Qim, il-Ġgantija t'Għawdex u Għar Dalam. Imma kien magħruf ukoll bħala l-poeta taż-żgħożija, kif kiteb il-Professur Ġużè Aquilina fl-1945 fil-prefazju tal-ktieb ta' Pisani, Il-Għid taż-Żgħożija – "Tneħħi… l-waqtiet suwed ta' qtigħ il-qalb jew disperazzjoni, l-akbar motiv tal-poeżija ta' Pisani tibqa' ż-żgħożija qalbiena li tħares 'il quddiem mimlija ħeġġa u mgħaġġla fit-tiġrija tal-ħajja."

Bijografija

Ġorġ Pisani twieled ir-Rabat, minn Pawlu, negozjant tal-inbid Għawdxi, u Tereża mwielda Calleja, Maltija, li kienet tgħix Għawdex flimkien mal-familtha. Għex it-tfulija tiegħu f'dar kbira fi Triq it-Tiġrija, illum magħrufa bħala Triq ir-Repubblika, li tista' tgħid hi l-arterja prinċipali tal-gżira. Ċensu Tabone li sar President tar-Repubblika ta' Malta, kien kuġinuh u kien joqgħod bieb ma bieb miegħu. Attenda l-iskola primarja tal-Gvern, imbagħad daħal il-Liċeo t'Għawdex.

Fl-adoloxxenza, Pisani ħass is-sejħa reliġjuża u beda n-novizzjat mal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini. Fl-Ordni Franġiskan, Pisani kellu l-isem ta' Fra Alipju. Hemmek huwa għamel studji avvanzati fil-letteratura klassika u t-teoloġija. Kien f'dan iż-żmien li beda jikteb poeżiji bil-Malti fir-rivista tal-Franġiskani Kapuċċini L-Immakulata. Iżda dan ma' kienx l-ewwel attentat għall-kitba tal-poeżija ta' Pisani. Huwa stess jistqarr li l-ewwel attentat ta' poeżija tiegħu kienet “sunett” tal-festa fl-okkażjoni tal-festa tal-Assunta. Kien ghamillu inkoraġġiment sabiex jikteb, Monsinjur Luigi Vella, rumanzier, poeta, teologu u kittieb Għawdxi.

Wara li ħalla l-kunvent, Pisani beda l-karriera tiegħu ta' għalliem. F'dan iż-żmien ikkolabora ma' E.B. Vella fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jinġabar materjal didattiku ghall-kotba tat-tgħalim tal-Malti Ġabra ta' Ward li gew stampati fl-1930. Pisani nħatar l-ewwel surmast tal-Malti fil-Liċeo t'Għawdex fl-1935. Kien f'dan l-istess żmien li Ġorġ Pisani introduċa l-istudju tal-Malti fis-Seminarju t'Għawdex u fl-1936 introduċa t-tagħlim tal-Malti lill-għalliema Għawdxin tal-iskejjel primarji. Fl-1935 inħatar l-ewwel surmast tal-Malti fil-Liċeo.

Fl-1940 daħal jaħdem bħala traduttur u aktar tard bħala ko-editur tal-Information Service Bulletin bil-Malti fl-Uffiċċju tal-Informazzjoni, il-Belt Valletta. Fl-istess żmien għallem it-Taljan u l-Malti fl-iskola sekondarja tal-Bniet, fil-Belt u lill-istudenti bniet tas-Sacred Heart f'San Ġiljan. Ġorġ Pisani sar Assistent Uffiċjal tal-Informazzjoni għal Għawdex fl-1942, u ħmistax-il sena wara laħaq Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Fl-1957 sar l-ewwel Uffiċjal għall-Informazzjoni.

Fl-4 ta' Novembru 1963 Pisani żżewweġ lil Mary Rose Formosa u kellhom tifel wieħed. Pisani baqa' fis-servizz mal-gvern sa Ġunju 1972.

Ġorġ Pisani miet ta' disgħin sena wara ħajja twila mimlija attività fil-ħajja kulturali Għawdxija.

Pisani miss bosta fergħat tal-letteratura:

Ġabriet ta' poeżija

  • L-Għid taż-Żgħożija (1945),
  • Il-Waltz tad-Dellijiet (1951),
  • Melodiji u Kuluri (1953),
  • It-Trijonf u Poeziji Ohra (1984).

Wara mewtu, fis-sena 2000, il-Professur Oliver Friggieri ħareġ antoloġija mill-kotba kollha ta' Pisani bl-isem Ġorġ Pisani - Poeżiji.

Drammi

  • Il-Ġabra tal-Qamħ (1945),
  • Is-Sengħa ta' l-Imħabba (1945),
  • L-Għanja tar-Rebbiegħa (1947),
  • Il-Kewkba (1949),
  • Apoteosi (1978),
  • Is-Sigriet ta' Suor Kristina (1978).

Rumanzi

  • Għoxrin Novella (1946),
  • Beraq u Qawsalli (1976),
  • Żerniq fuq l-Għoljiet (1982).

Oħrajn

  • Evviva l-Ħajja (saġġi),
  • Għawdex Joħlom fil-Leġġendi (studji folkloristiċi) (1980),
  • Mill-Gzira tal-Ħolm (studji folkloristiċi) (1995),
  • Id-Duwa tal-Maddalena (studji folkloristiċi) (2000) (wara mewtu).

Unuri

Pisani rebaħ għadd ta' premjijiet letterarji, fosthom dawk imnedija mill-Għaqda tal-Malti għal-Leħen il-Malti u l-Pronostku Malti fl-ewwel snin tat-tletinijiet. Fl-1977 ħa l-ewwel post fil-Malta Literary Award għar-rumanz Beraq u Qawsalli u sitt snin wara t-tieni post bir-rumanz Żerniq fuq l-Għoljiet. Ingħata l-premju Città di Valletta fl-1983 u f'għeluq it-tmenin sena tiegħu l-Akkademja tal-Malti tatu ġieh f'lejla mużiko-letterarja.

Fl-2001, twaqqaf monument bl-istatwa ta' Ġorġ Pisani fi Triq Putirjal, ir-Rabat, Ghawdex. L-istatwa tal-bronż hija x-xogħol tal-iskultur .

Ħoloq esterni

  • Kultura Frangiskana - Letteratura
  • Bijografija fuq is-sit uffiċjali tal-Akkademja tal-Malti

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 06:29

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġorġ Pisani, X'inhi Ġorġ Pisani? Xi tfisser Ġorġ Pisani?

Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Dan l artiklu jew sezzjoni hu mmarkat għall kontroll Raġuni Kontentut ikkupjat minn http www sanfrangisk com 15Kultura 20u 20Art kul24 Gorg 20Pisani htm Ipparteċipa fid u jew ikkorreġi l artiklu Ġorġ Pisani twieled fis 6 ta Mejju 1909 miet fl 24 ta Frar 1999 kien kittieb Malti Ġorġ PisaniĦajjaTwelid 6 Mejju 1909Mewt 24 Frar 1999OkkupazzjoniOkkupazzjoni kittieb traduttur poeta Ġorġ Pisani jibqa magħruf l aktar għall importanza li jagħti lil Għawdex bħala post sabiħ u mimli sliem Waqt li jitkellem dwar bosta problemi soċjali u umani l aħjar xogħlijiet tiegħu huma mnebbħa mill imqades u mill imkejjen tal qedem Aktarx għalhekk li Ġuze Chetcuti jsejjaħlu i l poeta tal istorja għax għadd ġmielu ta poeziji li kiteb għandhom tema preistorika bħal Ħaġar Qim il Ġgantija t Għawdex u Għar Dalam Imma kien magħruf ukoll bħala l poeta taz zgħozija kif kiteb il Professur Ġuze Aquilina fl 1945 fil prefazju tal ktieb ta Pisani Il Għid taz Zgħozija Tneħħi l waqtiet suwed ta qtigħ il qalb jew disperazzjoni l akbar motiv tal poezija ta Pisani tibqa z zgħozija qalbiena li tħares il quddiem mimlija ħeġġa u mgħaġġla fit tiġrija tal ħajja BijografijaĠorġ Pisani twieled ir Rabat minn Pawlu negozjant tal inbid Għawdxi u Tereza mwielda Calleja Maltija li kienet tgħix Għawdex flimkien mal familtha Għex it tfulija tiegħu f dar kbira fi Triq it Tiġrija illum magħrufa bħala Triq ir Repubblika li tista tgħid hi l arterja prinċipali tal gzira Ċensu Tabone li sar President tar Repubblika ta Malta kien kuġinuh u kien joqgħod bieb ma bieb miegħu Attenda l iskola primarja tal Gvern imbagħad daħal il Liċeo t Għawdex Fl adoloxxenza Pisani ħass is sejħa reliġjuza u beda n novizzjat mal Patrijiet Franġiskani Kapuċċini Fl Ordni Franġiskan Pisani kellu l isem ta Fra Alipju Hemmek huwa għamel studji avvanzati fil letteratura klassika u t teoloġija Kien f dan iz zmien li beda jikteb poeziji bil Malti fir rivista tal Franġiskani Kapuċċini L Immakulata Izda dan ma kienx l ewwel attentat għall kitba tal poezija ta Pisani Huwa stess jistqarr li l ewwel attentat ta poezija tiegħu kienet sunett tal festa fl okkazjoni tal festa tal Assunta Kien ghamillu inkoraġġiment sabiex jikteb Monsinjur Luigi Vella rumanzier poeta teologu u kittieb Għawdxi Wara li ħalla l kunvent Pisani beda l karriera tiegħu ta għalliem F dan iz zmien ikkolabora ma E B Vella fid Dipartiment tal Edukazzjoni biex jinġabar materjal didattiku ghall kotba tat tgħalim tal Malti Ġabra ta Ward li gew stampati fl 1930 Pisani nħatar l ewwel surmast tal Malti fil Liċeo t Għawdex fl 1935 Kien f dan l istess zmien li Ġorġ Pisani introduċa l istudju tal Malti fis Seminarju t Għawdex u fl 1936 introduċa t tagħlim tal Malti lill għalliema Għawdxin tal iskejjel primarji Fl 1935 inħatar l ewwel surmast tal Malti fil Liċeo Fl 1940 daħal jaħdem bħala traduttur u aktar tard bħala ko editur tal Information Service Bulletin bil Malti fl Uffiċċju tal Informazzjoni il Belt Valletta Fl istess zmien għallem it Taljan u l Malti fl iskola sekondarja tal Bniet fil Belt u lill istudenti bniet tas Sacred Heart f San Ġiljan Ġorġ Pisani sar Assistent Uffiċjal tal Informazzjoni għal Għawdex fl 1942 u ħmistax il sena wara laħaq Uffiċjal għar Relazzjonijiet Pubbliċi Fl 1957 sar l ewwel Uffiċjal għall Informazzjoni Fl 4 ta Novembru 1963 Pisani zzewweġ lil Mary Rose Formosa u kellhom tifel wieħed Pisani baqa fis servizz mal gvern sa Ġunju 1972 Ġorġ Pisani miet ta disgħin sena wara ħajja twila mimlija attivita fil ħajja kulturali Għawdxija Pisani miss bosta fergħat tal letteratura Ġabriet ta poezija L Għid taz Zgħozija 1945 Il Waltz tad Dellijiet 1951 Melodiji u Kuluri 1953 It Trijonf u Poeziji Ohra 1984 Wara mewtu fis sena 2000 il Professur Oliver Friggieri ħareġ antoloġija mill kotba kollha ta Pisani bl isem Ġorġ Pisani Poeziji Drammi Il Ġabra tal Qamħ 1945 Is Sengħa ta l Imħabba 1945 L Għanja tar Rebbiegħa 1947 Il Kewkba 1949 Apoteosi 1978 Is Sigriet ta Suor Kristina 1978 Rumanzi Għoxrin Novella 1946 Beraq u Qawsalli 1976 Zerniq fuq l Għoljiet 1982 Oħrajn Evviva l Ħajja saġġi Għawdex Joħlom fil Leġġendi studji folkloristiċi 1980 Mill Gzira tal Ħolm studji folkloristiċi 1995 Id Duwa tal Maddalena studji folkloristiċi 2000 wara mewtu UnuriPisani rebaħ għadd ta premjijiet letterarji fosthom dawk imnedija mill Għaqda tal Malti għal Leħen il Malti u l Pronostku Malti fl ewwel snin tat tletinijiet Fl 1977 ħa l ewwel post fil Malta Literary Award għar rumanz Beraq u Qawsalli u sitt snin wara t tieni post bir rumanz Zerniq fuq l Għoljiet Ingħata l premju Citta di Valletta fl 1983 u f għeluq it tmenin sena tiegħu l Akkademja tal Malti tatu ġieh f lejla muziko letterarja Fl 2001 twaqqaf monument bl istatwa ta Ġorġ Pisani fi Triq Putirjal ir Rabat Ghawdex L istatwa tal bronz hija x xogħol tal iskultur Ħoloq esterniKultura Frangiskana Letteratura Bijografija fuq is sit uffiċjali tal Akkademja tal Malti

L-aħħar artikli
  • Ġunju 13, 2025

    L-Imdina

  • Ġunju 12, 2025

    L-Għanja tal-Milied

  • Ġunju 10, 2025

    L-Ewwel Mara jew Raġel ta' Malta

  • Ġunju 06, 2025

    L-Ewwel Gwerra Dinjija

  • Ġunju 10, 2025

    L-Ewwel Diviżjoni ta' Għawdex

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq