Amerigo Vespucci pronunzja bit Taljan ameˈriːɡo veˈsputtʃi twieled fid 9 ta Marzu 1451 miet fit 22 ta Frar 1512 kien mer
Amerigo Vespucci

Amerigo Vespucci (pronunzja bit-Taljan: [ameˈriːɡo veˈsputtʃi]; twieled fid-9 ta' Marzu 1451 – miet fit-22 ta' Frar 1512) kien merkant, esploratur u navigatur Taljan mir-Repubblika ta' Firenze, u li minn ismu oriġina isem l-"Amerka" ta' Fuq u t'Isfel).
Amerigo Vespucci | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Firenze, 9 Marzu 1454 |
Nazzjonalità | |
Mewt | Sivilja, 22 Frar 1512 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (malarja) |
Familja | |
Konjuga/i | |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb |
Grad |
Bejn l-1497 u l-1504, Vespucci pparteċipa f'minn tal-inqas żewġ vjaġġi tal-Epoka tal-Iskoperti, l-ewwel f'isem Spanja (1499-1500) u mbagħad f'isem il-Portugall (1501-1502). Fl-1503 u fl-1505 ġew ippubblikati żewġ kotba żgħar f'ismu, li fihom deskrizzjonijiet imħawra ta' dawn l-esplorazzjonijiet u ta' vjaġġi allegati oħra. Iż-żewġ pubblikazzjonijiet kienu estremament popolari u moqrija b'mod wiesa' fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa. Għalkemm l-istoriċi għadhom jiddubitaw min tassew kien l-awtur ta' dawn ir-rakkonti u kemm huma veritieri, dak iż-żmien kienu strumentali biex irawmu l-kuxjenza dwar l-iskoperti l-ġodda u biex saħħew ir-reputazzjoni ta' Vespucci bħala esploratur u navigatur.
Vespucci saħaq li kien fehem, diġà fl-1501 waqt l-ispedizzjoni Portugiża, li l-Brażil kien jagħmel parti minn kontinent ġdid għall-Ewropej, li hu sejjaħ id-"Dinja l-Ġdida". Dan ispira lill-kartografu jirrikonoxxi l-kisbiet ta' Vespucci fl-1507 billi uża l-forma Latinizzata ta' isem l-"Amerka" għall-ewwel darba fuq mappa tad-Dinja l-Ġdida. Kartografi oħra għamlu bħalu u sal-1532 l-isem "Amerka" (ta' Fuq u t'Isfel) beda jintuża b'mod permanenti għall-kontinenti li kienu għadhom kemm ġew skoperti.
Mhuwiex magħruf jekk Vespucci qatt kienx jaf b'dawn l-unuri. Fl-1505, huwa sar ċittadin ta' permezz ta' digriet irjali u fl-1508 inħatar għall-kariga l-ġdida ta' piloto mayor (navigatur ewlieni) għall-Casa de Contratación (Kamra tal-Kummerċ) ta' Spanja f'Sivilja, kariga li baqa' jokkupa sa mewtu fl-1512.
Bijografija
Vespucci twieled fid-9 ta' Marzu 1451 f'Firenze, belt-stat sinjura fl-Italja u ċ-ċentru tal-arti u tat-tagħlim Rinaxximentali.
Familja u edukazzjoni
Amerigo Vespucci kien it-tielet iben ta' , nutar minn Firenze tax-Xirka ta' dawk li jsarrfu l-flus, u ta' . Il-familja kienet tirresjedi fid-Distrett ta' Santa Lucia d'Ognissanti flimkien ma' familji oħra tan-nisel ta' Vespucci. Ġenerazzjonijiet iktar bikrin ta' Vespucci kienu ffinanzjaw il-kappella tal-familja fil-Knisja tal-Qaddisin Kollha, u l-Isptar ta' San Giovanni di Dio fil-qrib kien ġie stabbilit minn fl-1380. Il-familja immedjata ta' Vespucci ma tantx kienet tassew sinjura iżda kellha konnessjonijiet politiċi tajbin. In-nannu ta' Amerigo, li wkoll kien jismu Amerigo Vespucci, kien il-kanċillier tal-gvern ta' Firenze, magħruf bħala s-Signoria, għal total ta' 36 sena; filwaqt li Nastagio kien ħadem ukoll fis-Signoria u f'uffiċċji oħra tax-xirkiet. L-iktar ħaġa importanti kienet li l-familja Vespucci kellha relazzjonijiet tajbin ma' Lorenzo de' Medici, il-mexxej setgħan de facto ta' Firenze.
Iż-żewġ aħwa l-kbar ta' Amerigo, Antonio u Girolamo, intbagħtu l-Università ta' Pisa għall-edukazzjoni tagħhom; Antonio kompla mal-linja ta' missieru u sar nutar, filwaqt li Girolamo daħal mal-Knisja u ngħaqad mal-Kavallieri ta' San Ġwann f'Rodi, il-Greċja. Il-karriera ta' Amerigo kienet inqas ċerta; minflok għamel bħal ħutu u mar l-universitài, huwa baqa' Firenze u ġie mgħallem minn zijuh, , patri Dumnikan fil-Monasteru ta' San Mark. B'xorti tajba għal Amerigo, zijuh kien wieħed mill-iżjed studjużi umanisti rinomati f'Firenze dak iż-żmien u pprovdielu edukazzjoni wiesgħa fil-letteratura, il-filosofija, ir-retorika u l-Latin. Huwa ġie introdott ukoll għall-ġeografija u għall-astronomija, li kienu suġġetti li kellhom rwol essenzjali fil-karriera tiegħu. Il-kitbiet li Amerigo ħejja iktar 'il quddiem juru li kien midħla tax-xogħol tal-kożmografi Griegi klassiċi, u , u tax-xogħol iktar reċenti tal-astronomu minn Firenze .
Karriera bikrija
Fl-1478, mexxa missjoni diplomatika ta' Firenze f'Pariġi, Franza, u stieden lil kuġinuh iż-żgħir, Amerigo Vespucci, jingħaqad miegħu. Ir-rwol ta' Amerigo mhux ċar, iżda x'aktarx kien assistent jew segretarju privat. Matul il-missjoni wettqu xogħol f'Bologna, f'Milan u f'Lyon. L-objettiv tagħhom f'Pariġi kien li jiksbu l-appoġġ Franċiż għall-gwerra ta' Firenze kontra Napli. ma ħax impenji u l-missjoni diplomatika reġgħet lura f'Firenze fl-1481 mingħajr wisq suċċess minkejja l-isforzi tagħhom.
Wara li reġa' lura minn Pariġi, Amerigo ħadem għal xi żmien ma' missieru u kompla l-istudji tiegħu fix-xjenza. Fl-1482, meta missieru miet, Amerigo mar jaħdem għal , il-kap ta' fergħa żagħżugħa tal-. Minkejja li Amerigo kellu tnax-il sena iktar, kienu studjaw flimkien taħt it-tutela ta' Giorgio Antonio Vespucci. Amerigo għamilha l-ewwel ta' maniġer tal-familja u mbagħad gradwalment ingħata iktar responsabbiltajiet, u beda jieħu ħsieb in-negozju għall-familja kemm fil-pajjiż kif ukoll barra mill-pajjiż. Sadanittant, huwa baqa' interessat fil-ġeografija, u darba minnhom saħansitra xtara mappa għalja magħmula mill-kartografu ewlieni .
Sivilja
Fl-1488, Lorenzo di Pierfrancesco xaba' mill-aġent tan-negozju tiegħu f'Sivilja, . Għalhekk bagħat lil Vespucci biex jinvestiga s-sitwazzjoni u jagħti valutazzjoni ta' sostitut issuġġerit, il-merkant minn Firenze . Is-sejbiet ta' Vespucci ntilfu iżda Capponi reġa' lura Firenze għall-ħabta ta' dak iż-żmien u Berardi ħa l-kariga tiegħu f'Sivilja. Minbarra l-ġestjoni tal-kummerċ tal-familja Medici f'Sivilja, Berardi kellu n-negozju tiegħu fl-iskjavitù tal-Afrikani u tax-xama' u tax-xemgħat għall-vapuri.
Sal-1492 Vespucci stabbilixxa ruħu b'mod permanenti f'Sivilja. Il-motivazzjonijiet tiegħu għaliex telaq minn Firenze mhumiex ċari; hu baqa' jkollu xi negozju f'isem il-familja Medici iżda kulma jmur beda jinvolvi ruħu fl-attivitajiet l-oħra ta' Berardi, b'mod partikolari l-appoġġ tiegħu għall-vjaġġi ta' Kristofru Kolombu. Barardi investa nofs miljun maravedis fl-ewwel vjaġġ ta' Kolombu, u rebaħ kuntratt potenzjalment li jqalla' ħafna flus biex iwassal il-provvisti lit-tieni flotta kbira ta' Kolombu. Madankollu, il-qligħ ma tantx kien kif mistenni. Fl-1495, Berardi ffirma kuntratt mal-monarkija biex jibgħat 12-il vapur tal-provvisti lejn Hispaniola iżda laħaq miet ħesrem f'Diċembru mingħajr ma ssodisfa t-termini tal-kuntratt.
Vespucci kien l-eżekutur tat-testment ta' Berardi, u ġabar id-dejn u ħallas l-obbligazzjonijiet pendenti għall-azjenda. Wara l-eżekuzzjoni spiċċa kellu jħallas 140,000 maravedis. Huwa kompla jwassal il-provvisti lill-vapuri li kellhom isalpaw lejn l-Indji tal-Punent, iżda l-opportunitajiet tiegħu bdew jonqsu; l-ispedizzjonijiet ta' Kolombu ma kinux qed iwasslu l-qligħ mistenni, u l-patrun tiegħu, Lorenzo di Pierfrancesco Medici, beda juża aġenti oħra minn Firenze biex jieħdu ħsieb in-negozju tiegħu f'Sivilja.
Xi żmien wara li stabbilixxa ruħu f'Sivilja, Vespucci żżewweġ mara Spanjola, . Ma tantx nafu wisq fuqha; it-testment ta' Vespucci jirreferi għaliha bħala bint il-mexxej militari magħruf . L-istoriku jispekula li jaf kienet wild illeġittimu ta' Gonzalo u konnessjoni utli ħafna għal Vespucci. Hija kienet parteċipant attiv fin-negozju tiegħu u kellha l-prokura għal meta Vespucci ma kienx preżenti.
Vjaġġi u vjaġġi allegati
L-evidenza tal-vjaġġi ta' esplorazzjoni ta' Vespucci tikkonsisti kważi għalkollox minn għadd ta' ittri miktuba minnu jew attribwiti lilu. L-istoriċi ma laħqux qbil dwar jekk kienx hu l-awtur tal-ittri, kif ukoll dwar kemm kienu preċiżi u veritieri dawn id-dokumenti. B'hekk, l-opinjonijiet rigward l-għadd ta' vjaġġi li saru, ir-rotot tagħhom, u rwoli u l-kisbiet ta' Vespucci jvarjaw ħafna. Mill-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 15, Vespucci pparteċipa f'żewġ vjaġġi lejn id-Dinja l-Ġdida li huma ddokumentati sew storikament. Tnejn oħra ġew allegati iżda l-evidenza tagħhom hija iktar problematika. Tradizzjonalment, il-vjaġġi ta' Vespucci issir referenza għalihom bħala "l-ewwel" sa "ir-raba'", anke mill-istoriċi li ma jaqblux li wieħed jew iktar mill-vjaġġ qatt seħħx.
Vjaġġ allegat tal-1497-1498
Ittra indirizzata lill-uffiċjal minn Firenze Piero Soderini, datata fl-1504 u ppubblikata s-sena ta' wara, tgħid li hija rakkont ta' Vespucci dwar vjaġġ lejn id-Dinja l-Ġdida, bit-tluq minn Spanja fl-10 ta' Mejju 1497, u bir-ritorn fil-15 ta' Ottubru 1498. Dan x'aktarx li huwa l-iżjed vjaġġ kontroversjali mill-vjaġġi ta' Vespucci, peress li din l-ittra hija l-unika waħda magħrufa dwar dan il-vjaġġ, u bosta storiċi jiddubitaw li seħħ kif deskritt. Uħud jiddubitaw li Vespucci kien l-awtur filwaqt li oħrajn isostnu li mhijiex ittra preċiża u jsostnu li ġiet iffalsifikata. Oħrajn jindikaw l-inkonsistenzi fin-narrazzjoni tal-vjaġġ, partikolarment ir-rotta allegata, minn ħdejn il-Honduras lejn il-Majjistral għal 870 lega (madwar 5,130 km jew 3,190 mil) — rotta li kieku kienet tgħaddihom mill-Messiku sal-Oċean Paċifiku.
Ċerti storiċi iktar bikrin, inkluż il-kontemporanju , issuspetta li Vespucci inkorpora osservazzjonijiet minn vjaġġ li sar wara f'rakkont fittizju dwar dan il-vjaġġ allegat, sabiex jikseb il-primazija fuq Kolombu u jippożizzjona lilu nnifsu bħala l-ewwel esploratur Ewropew li sab l-art kontinentali. Oħrajn, inkluż l-istudjuż , issuġġerew li l-ittra lil Solderini ma nkitbitx minn Vespucci, iżda minn xi awtur mhux magħruf li kellu aċċess għall-ittri privati tan-navigatur lil Lorenzo de' Medici dwar l-ispedizzjonijiet tiegħu tal-1499 u tal-1501 lejn l-Amerki, li ma jsemmux vjaġġ fl-1497. L-ittra lil Soderini hija waħda minn tnejn attribwiti lil Vespucci li ġew editjati u ċċirkolati b'mod mifrux matul ħajtu.
Vjaġġ tal-1499-1500
Fl-1499, Vespucci ngħaqad ma' spedizzjoni liċenzjata minn Spanja u mmexxija minn bħala kmandant tal-flotta u minn bħala navigatur ewlieni. L-intenzjoni tagħhom kienet li jesploraw il-kost ta' massa ġdida ta' art li sab Kolombu fit-tielet vjaġġ tiegħu u b'mod partikolari li jinvestigaw sors rikk ta' ġawhar li kien irrapporta Kolombu. Vespucci u l-appoġġaturi tiegħu ffinanzjaw tnejn mill-erba' vapuri fil-flotta żgħira. Ir-rwol tiegħu fil-vjaġġ mhuwiex ċar. Meta kiteb iktar 'il quddiem dwar l-esperjenza tiegħu, Vespucci ta l-impressjoni li kellu rwol ta' tmexxija, iżda dan ma tantx huwa probabbli, minħabba li ma kellux esperjenza. Minflok, jaf għamilha ta' rappreżentant kummerċjali f'isem l-investituri tal-flotta. Snin wara, Ojeda semma li "Morigo Vespuche" kien wieħed mill-piloti tiegħu fl-ispedizzjoni.
Il-bastimenti telqu minn Spanja fit-18 ta' Mejju 1499 u l-ewwel waqfu fil- qabel ma waslu l-Amerka t'Isfel xi mkien fejn illum hemm is-Suriname jew il-. Minn hemm il-flotta nqasmet: Ojeda baqa' sejjer lejn il-Majjistral fejn illum hemm il-Venezwela b'żewġ vapuri, filwaqt li l-par l-ieħor ta' vapuri salpaw lejn in-Nofsinhar b'Vespucci abbord. L-unika rakkont tal-vjaġġ lejn in-Nofsinhar sar minn Vespucci nnifsu. Huwa assuma li kienu mal-kosta tal-Asja u billi salpaw lejn in-Nofsinhar, skont il-ġeografu Grieg Tolomew, suppost kellhom iduru mal-"Kap ta' Cattigara" mhux identifikat u jaslu fl-Oċean Indjan. Għaddew minn ħdejn żewġ xmajjar enormi (l-Amazon u l-Para) li kienu qed inixxu l-ilma ħelu xi 25 mil (40 km) mill-baħar. Huma baqgħu sejrin lejn in-Nofsinhar għal 40 lega (madwar 240 kilometru jew 150 mil) oħra qabel ma ltaqgħu ma' kurrent avvers qawwi ħafna li ma setgħux isibu tarfu. B'hekk kienu obbligati jduru u l-vapuri salpaw lejn it-Tramuntana lura minn fejn ġew. Minn hemm Vespucci kompla tiela' l-kosta tal-Amerka t'Isfel sal-Gof ta' Paria u tul ix-xatt tal-Venezwela. F'xi punt jaf reġgħu ltaqgħu u ngħaqdu ma' Ojeda iżda l-evidenza mhix ċara. Fl-aħħar tas-sajf iddeċidew li jsalpaw lejn it-Tramuntana fid-direzzjoni tal-kolonja Spanjola ta' Hispaniola fl-Indji tal-Punent biex isewwu l-vapuri tagħhom u jerġgħu jimluhom bil-provvisti qabel ma jmorru lura d-dar. Wara Hispaniola għamlu attakki fil-qosor għall-iskjavi fil-Bahamas, u qabdu 232 nattiv, u mbagħad reġgħu lura lejn Spanja.
Vjaġġ tal-1501-1502
Fl-1501, ikkummissjona spedizzjoni biex tiġi investigata massa ta' art 'il bogħod lejn il-Punent fl-Oċean Atlantiku li ltaqa' magħha b'kumbinazzjoni fil-vjaġġ tiegħu madwar l-Afrika lejn l-Indja. Dik l-art eventwalment kienet il-Brażil. Ir-re ried ikun jaf x'kienet tfisser din l-iskoperta l-ġdida u jiddetermina fejn kienet fir-rigward tal-linja stabbilita mit-Trattat ta' Tordesillas. Kwalunkwe art fil-Lvant tal-linja setgħet tittieħed mill-Portugall. Ir-reputazzjoni ta' Vespucci bħala esploratur u navigatur preżunt diġà kienet waslet il-Portugall, u ġie mqabbad mir-re biex ikun il-pilota taħt il-kmand ta' .
Il-flotta ta' tliet vapuri ta' Coelho telqet minn Liżbona f'Mejju 1501. Qabel ma qasmu l-Atlantiku waqfu għall-provvisti f'Cabo Verde, fejn iltaqgħu ma' Cabral fi triqtu lura d-dar mill-vjaġġ tiegħu lejn l-Indja. Din kienet l-istess spedizzjoni li kienet sabet il-Brażil fil-vjaġġ tas-sena ta' qabel. Coelho telaq minn Cabo Verde f'Ġunju, u minn hemm 'il quddiem ir-rakkont ta' Vespucci huwa l-unika wieħed li għad fadal dwar l-esplorazzjonijiet tagħhom. Fis-17 ta' Awwissu 1501, l-ispedizzjoni waslet il-Brażil f'latitudni ta' madwar 6° fin-Nofsinhar. Fl-iżbark inzertat grupp ostili ta' nattivi li qatlu u kielu wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ. Iktar lejn in-Nofsinhar tul il-kosta sabu nattivi inqas ostili u setgħu jwettqu xi forma żgħira ta' kummerċ. F'23° fin-Nofsinhar sabu bajja li semmewha Rio de Janeiro għaliex kien l-1 ta' Jannar 1502. Fit-13 ta' Frar 1502, huma telqu mill-kosta biex jerġgħu lura d-dar. Skont l-istimi ta' Vespucci il-latitudni tagħhom kienet 32° fin-Nofsinhar iżda l-esperti issa jistmaw li kienu eqreb il-25° fin-Nofsinhar. Il-vjaġġ tagħhom lejn id-dar mhuwiex ċar peress li Vespucci rreġistra għadd ta' osservazzjonijiet astronomiċi konfużi u d-distanzi li vvjaġġaw.
Vjaġġ allegat tal-1503-1504
Fl-1503, Vespucci jaf ipparteċipa fit-tieni spedizzjoni għall-monarkija Portugiża, u mill-ġdid esplora l-kosta tal-Lvant tal-Brażil. Hemm evidenza li sar vjaġġ immexxi minn Coelho għall-ħabta ta' dan iż-żmien iżda ma hemm l-ebda konferma indipendenti li Vespucci ipparteċipa. L-unika sors ta' dan l-aħħar vjaġġ hi l-ittra lil Soderini; iżda bosta studjużi moderni jiddubitaw kemm Vespucci kien l-awtur ta' dik l-ittra u mhuwiex ċert jekk Vespucci għamilx dan il-vjaġġ. Hemm diffikultajiet ukoll bid-dati u d-dettalji rrapportati fir-rakkont ta' dan il-vjaġġ.
Ritorn lejn Sivilja
Sal-bidu tal-1505, Vespucci kien lura f'Sivilja. Ir-reputazzjoni tiegħu bħala esploratur u navigatur baqgħet tikber u s-servizz reċenti tiegħu fil-Portugall donnu li ma naffarx lir-Re Ferdinandu. Minflok ir-re kien x'aktarx interessat li jitgħallem dwar il-possibbiltà ta' passaġġ fil-Punent lejn l-Indja. Fi Frar ġie msejjaħ mir-re biex jikkonsultah fuq kwistjonijiet ta' navigazzjoni. Fix-xhur ta' wara ngħata pagamenti mill-monarkija għas-servizzi tiegħu u f'April ġie ddikjarat ċittadin ta' Kastilja u León permezz ta' proklamazzjoni rjali.
Mill-1505 sa mewtu fl-1512, Vespucci baqa' jagħti servizz lill-monarkija Spanjola. Huwa baqa' jaħdem fl-għoti tal-provvisti lill-vapuri li kienu se jsalpaw lejn l-Indji. Ġie mqabbad ukoll biex jidderieġi vapur bħala parti minn flotta li kellha ssalpa lejn il-"gżejjer tal-ħwawar" iżda l-vjaġġ ippjanat qatt ma seħħ. F'Marzu 1508 ġie nnominat pilota ewlieni tal-Casa de Contratación jew il-Kamra tal-Kummerċ li kienet topera bħala kamra ċentrali tal-kummerċ għall-pussessi ekstra-Ewropej ta' Spanja. Huwa kien jitħallas salarju annwali ta' 50,000 maravedis u 25,000 żejda għall-ispejjeż. Fir-rwol il-ġdid tiegħu, Vespucci kien responsabbli biex jiżgura li l-piloti tal-vapuri kien imħarrġa biżżejjed u liċenzjati qabel ma jbaħħru lejn id-Dinja l-Ġdida. Huwa kellu wkoll jikkompila "mudell ta' mappa" abbażi tal-input mill-piloti li kellhom l-obbligu li jikkondividu dak li tgħallmu wara kull vjaġġ.
Vespucci kiteb it-testment tiegħu f'April 1511. Huwa ħalla l-biċċa l-kbira tal-patrimonju mudest tiegħu, inkluż ħames skjavi domestiċi, lil martu. Il-ħwejjeġ, il-kotba u t-tagħmir tan-navigazzjoni tiegħu tħallew lin-neputi . Huwa talab li jindifen skont it-tradizzjoni Franġiskana fil-qabar tal-familja ta' martu. Vespucci miet fit-22 ta' Frar 1512.
Wara li miet, il-mara ta' Vespucci ngħatat pensjoni annwali ta' 10,000 maravedis li kellhom jitnaqqsu mis-salarju tal-pilota ewlieni li kien is-suċċessur ta' Vespucci. In-neputi tiegħu Giovanni tqabbad jaħdem fil-Casa de Contratación fejn qatta' s-snin ta' wara jispijja f'isem l-istat ta' Firenze.
Biblijografija
- Arciniegas, Germán (1955). Amerigo and the New World: The Life and Times of Amerigo Vespucci. Traduzzjoni ta' de Onís, Harriet. New York: Alfred A. Knopf. ISBN 0374902801.
- Beazley, Charles Raymond (1911). "Vespucci, Amerigo" . Encyclopædia Britannica. Vol. 27 (11th ed.). pp. 1053–1054.
- Brinkbaumer, Klaus; Hoges, Clemens (2004). The Voyage of the Vizcaina. Traduzzjoni ta' Streck, Annette. Harcourt. pp. 105–109. ISBN 978-0151011865.
- Diffie, Bailey W.; Winius, George D. (1977). Foundations of the Portuguese Empire 1415–1580. University of Minnesota Press. pp. 456–462.
- Edwards, Charles Lester; Vespucci, Amerigo (2009). Amerigo Vespucci. Viartis. ISBN 978-1906421021.
- Fernández-Armesto, Felipe (2007). Amerigo: The Man Who Gave His Name to America. New York: Random House.
- Formisano, Luciano (1992). Letters from a New World: Amerigo Vespucci's Discovery of America. New York: Marsilio. ISBN 0941419622.
- Lester, Toby (2009). The Fourth Part of the World. New York: Free Press. ISBN 978-1416535317.
- Magnaghi, Alberto (1924). Amerigo Vespucci: Studio critico, con speciale riguardo ad una nuova valutazione delle fonti e con documenti inediti tratti dal Codice Vaglienti. Ruma: Treves.
- Markham, Clements R. (1894). The Letters of Amerigo Vespucci, and Other Documents Illustrative of His Career. London: Hakluyt Society. ISBN 978-1108012867.
- Morison, Samuel Eliot (1974). The European Discovery of America: The Southern Voyages, 1492–1616. New York: Oxford University Press. pp. 276–312.
- Ober, Frederick A. (1907). Amerigo Vespucci. New York & London: Harper & Brothers. ISBN 978-1503010727.
- Pohl, Frederick J. (1944). Amerigo Vespucci: Pilot Major. New York: Columbia University Press.
- Ray, Kurt (2004). Amerigo Vespucci: Italian Explorer of the Americas. New York: The Rosen Publishing Group. ISBN 0823936155.
- Schulz, Norbert; Vespucci, Amerigo (2007). Amerigo Vespucci, Mundus Novus (mit Zweittexten). MMO-Verlag. ISBN 978-3981114423.
- Thomas, Hugh (2003). Rivers of Gold. New York: Random House. pp. 269–276. ISBN 0375502041.
- Vespucci, Amerigo (1504). Mundus Novus: Letter to Lorenzo Pietro Di Medici. Traduzzjoni ta' George Tyler. Princeton: Princeton University Press (ippubblikata fl-1916).
- Vigneras, Louis-André (1976). The Discovery of South America and the Andalusian Voyages. Chicago: University of Chicago Press. ISBN 978-0226856094.
Referenzi
- ^ Fernández-Armesto 2007, p. 4.
- ^ Formisano 1992, pp. xix–xxvi.
- ^ Pohl 1944.
- ^ Fernández-Armesto 2007.
- ^ Pohl 1944, pp. 18.
- ^ a b Arciniegas 1955.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 47–57.
- ^ Brinkbaumer & Hoges 2004, pp. 104–109.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 56–58.
- ^ Markham 1894, l-Introduzzjoni.
- ^ Diffie & Winius 1977, pp. 456–457.
- ^ Diffie & Winius 1977, pp. 458–459.
- ^ "Amerigo Vespucci | Biography, Accomplishments, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-29.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 123–130.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 123–130.
- ^ Morison 1974, p. 307.
- ^ Davies, A (1952). "The 'First' Voyage of Amerigo Vespucci in 1497–8". The Geographical Journal. 118 (3): 331–337.
- ^ Lehmann, Martin (2013). "Amerigo Vespucci and His Alleged Awareness of America as a Separate Land Mass". Imago Mundi. 65 (1): 17.
- ^ Vigneras 1976, pp. 47–63.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 63–65.
- ^ Vigneras 1976, pp. 47–52.
- ^ Lester 2009, pp. 314–316.
- ^ Morison 1974, p. 280.
- ^ Morison 1974, pp. 280–284.
- ^ Ray 2004, p. 91.
- ^ Markham 1894, pp. 52–56.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 168–169.
- ^ Formisano 1992, pp. 103–105.
- ^ Fernández-Armesto 2007, p. 169.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 169, 175–177.
- ^ Fernández-Armesto 2007, pp. 178–180.
- ^ Arciniegas 1955, pp. 283–284.
- ^ Fernández-Armesto 2007, p. 179.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Amerigo Vespucci, X'inhi Amerigo Vespucci? Xi tfisser Amerigo Vespucci?
Amerigo Vespucci pronunzja bit Taljan ameˈriːɡo veˈsputtʃi twieled fid 9 ta Marzu 1451 miet fit 22 ta Frar 1512 kien merkant esploratur u navigatur Taljan mir Repubblika ta Firenze u li minn ismu oriġina isem l Amerka ta Fuq u t Isfel Amerigo VespucciĦajjaTwelid Firenze 9 Marzu 1454NazzjonalitaMewt Sivilja 22 Frar 1512Kawza tal mewt kawzi naturali malarja FamiljaKonjuga iEdukazzjoniLingwi TaljanOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittiebGrad Bejn l 1497 u l 1504 Vespucci pparteċipa f minn tal inqas zewġ vjaġġi tal Epoka tal Iskoperti l ewwel f isem Spanja 1499 1500 u mbagħad f isem il Portugall 1501 1502 Fl 1503 u fl 1505 ġew ippubblikati zewġ kotba zgħar f ismu li fihom deskrizzjonijiet imħawra ta dawn l esplorazzjonijiet u ta vjaġġi allegati oħra Iz zewġ pubblikazzjonijiet kienu estremament popolari u moqrija b mod wiesa fil biċċa l kbira tal Ewropa Għalkemm l istoriċi għadhom jiddubitaw min tassew kien l awtur ta dawn ir rakkonti u kemm huma veritieri dak iz zmien kienu strumentali biex irawmu l kuxjenza dwar l iskoperti l ġodda u biex saħħew ir reputazzjoni ta Vespucci bħala esploratur u navigatur Vespucci saħaq li kien fehem diġa fl 1501 waqt l ispedizzjoni Portugiza li l Brazil kien jagħmel parti minn kontinent ġdid għall Ewropej li hu sejjaħ id Dinja l Ġdida Dan ispira lill kartografu jirrikonoxxi l kisbiet ta Vespucci fl 1507 billi uza l forma Latinizzata ta isem l Amerka għall ewwel darba fuq mappa tad Dinja l Ġdida Kartografi oħra għamlu bħalu u sal 1532 l isem Amerka ta Fuq u t Isfel beda jintuza b mod permanenti għall kontinenti li kienu għadhom kemm ġew skoperti Mhuwiex magħruf jekk Vespucci qatt kienx jaf b dawn l unuri Fl 1505 huwa sar ċittadin ta permezz ta digriet irjali u fl 1508 inħatar għall kariga l ġdida ta piloto mayor navigatur ewlieni għall Casa de Contratacion Kamra tal Kummerċ ta Spanja f Sivilja kariga li baqa jokkupa sa mewtu fl 1512 BijografijaVespucci twieled fid 9 ta Marzu 1451 f Firenze belt stat sinjura fl Italja u ċ ċentru tal arti u tat tagħlim Rinaxximentali Familja u edukazzjoni L istemma tal familja Vespucci Amerigo Vespucci kien it tielet iben ta nutar minn Firenze tax Xirka ta dawk li jsarrfu l flus u ta Il familja kienet tirresjedi fid Distrett ta Santa Lucia d Ognissanti flimkien ma familji oħra tan nisel ta Vespucci Ġenerazzjonijiet iktar bikrin ta Vespucci kienu ffinanzjaw il kappella tal familja fil Knisja tal Qaddisin Kollha u l Isptar ta San Giovanni di Dio fil qrib kien ġie stabbilit minn fl 1380 Il familja immedjata ta Vespucci ma tantx kienet tassew sinjura izda kellha konnessjonijiet politiċi tajbin In nannu ta Amerigo li wkoll kien jismu Amerigo Vespucci kien il kanċillier tal gvern ta Firenze magħruf bħala s Signoria għal total ta 36 sena filwaqt li Nastagio kien ħadem ukoll fis Signoria u f uffiċċji oħra tax xirkiet L iktar ħaġa importanti kienet li l familja Vespucci kellha relazzjonijiet tajbin ma Lorenzo de Medici il mexxej setgħan de facto ta Firenze Id dar fejn twieled Amerigo Vespucci f Firenze l Italja Iz zewġ aħwa l kbar ta Amerigo Antonio u Girolamo intbagħtu l Universita ta Pisa għall edukazzjoni tagħhom Antonio kompla mal linja ta missieru u sar nutar filwaqt li Girolamo daħal mal Knisja u ngħaqad mal Kavallieri ta San Ġwann f Rodi il Greċja Il karriera ta Amerigo kienet inqas ċerta minflok għamel bħal ħutu u mar l universitai huwa baqa Firenze u ġie mgħallem minn zijuh patri Dumnikan fil Monasteru ta San Mark B xorti tajba għal Amerigo zijuh kien wieħed mill izjed studjuzi umanisti rinomati f Firenze dak iz zmien u pprovdielu edukazzjoni wiesgħa fil letteratura il filosofija ir retorika u l Latin Huwa ġie introdott ukoll għall ġeografija u għall astronomija li kienu suġġetti li kellhom rwol essenzjali fil karriera tiegħu Il kitbiet li Amerigo ħejja iktar il quddiem juru li kien midħla tax xogħol tal kozmografi Griegi klassiċi u u tax xogħol iktar reċenti tal astronomu minn Firenze Karriera bikrija Ritratt ta membru zagħzugħ tal familja Vespucci identifikat bħala Amerigo minn Giorgio Vasari Fl 1478 mexxa missjoni diplomatika ta Firenze f Pariġi Franza u stieden lil kuġinuh iz zgħir Amerigo Vespucci jingħaqad miegħu Ir rwol ta Amerigo mhux ċar izda x aktarx kien assistent jew segretarju privat Matul il missjoni wettqu xogħol f Bologna f Milan u f Lyon L objettiv tagħhom f Pariġi kien li jiksbu l appoġġ Franċiz għall gwerra ta Firenze kontra Napli ma ħax impenji u l missjoni diplomatika reġgħet lura f Firenze fl 1481 mingħajr wisq suċċess minkejja l isforzi tagħhom Wara li reġa lura minn Pariġi Amerigo ħadem għal xi zmien ma missieru u kompla l istudji tiegħu fix xjenza Fl 1482 meta missieru miet Amerigo mar jaħdem għal il kap ta fergħa zagħzugħa tal Minkejja li Amerigo kellu tnax il sena iktar kienu studjaw flimkien taħt it tutela ta Giorgio Antonio Vespucci Amerigo għamilha l ewwel ta maniġer tal familja u mbagħad gradwalment ingħata iktar responsabbiltajiet u beda jieħu ħsieb in negozju għall familja kemm fil pajjiz kif ukoll barra mill pajjiz Sadanittant huwa baqa interessat fil ġeografija u darba minnhom saħansitra xtara mappa għalja magħmula mill kartografu ewlieni Sivilja Inċizjoni ta ritratt ta Vespucci bit turban magħmula minn li ssejjaħlu skopritur u konkwistatur tal art Braziljana Fl 1488 Lorenzo di Pierfrancesco xaba mill aġent tan negozju tiegħu f Sivilja Għalhekk bagħat lil Vespucci biex jinvestiga s sitwazzjoni u jagħti valutazzjoni ta sostitut issuġġerit il merkant minn Firenze Is sejbiet ta Vespucci ntilfu izda Capponi reġa lura Firenze għall ħabta ta dak iz zmien u Berardi ħa l kariga tiegħu f Sivilja Minbarra l ġestjoni tal kummerċ tal familja Medici f Sivilja Berardi kellu n negozju tiegħu fl iskjavitu tal Afrikani u tax xama u tax xemgħat għall vapuri Sal 1492 Vespucci stabbilixxa ruħu b mod permanenti f Sivilja Il motivazzjonijiet tiegħu għaliex telaq minn Firenze mhumiex ċari hu baqa jkollu xi negozju f isem il familja Medici izda kulma jmur beda jinvolvi ruħu fl attivitajiet l oħra ta Berardi b mod partikolari l appoġġ tiegħu għall vjaġġi ta Kristofru Kolombu Barardi investa nofs miljun maravedis fl ewwel vjaġġ ta Kolombu u rebaħ kuntratt potenzjalment li jqalla ħafna flus biex iwassal il provvisti lit tieni flotta kbira ta Kolombu Madankollu il qligħ ma tantx kien kif mistenni Fl 1495 Berardi ffirma kuntratt mal monarkija biex jibgħat 12 il vapur tal provvisti lejn Hispaniola izda laħaq miet ħesrem f Diċembru mingħajr ma ssodisfa t termini tal kuntratt Vespucci kien l ezekutur tat testment ta Berardi u ġabar id dejn u ħallas l obbligazzjonijiet pendenti għall azjenda Wara l ezekuzzjoni spiċċa kellu jħallas 140 000 maravedis Huwa kompla jwassal il provvisti lill vapuri li kellhom isalpaw lejn l Indji tal Punent izda l opportunitajiet tiegħu bdew jonqsu l ispedizzjonijiet ta Kolombu ma kinux qed iwasslu l qligħ mistenni u l patrun tiegħu Lorenzo di Pierfrancesco Medici beda juza aġenti oħra minn Firenze biex jieħdu ħsieb in negozju tiegħu f Sivilja Xi zmien wara li stabbilixxa ruħu f Sivilja Vespucci zzewweġ mara Spanjola Ma tantx nafu wisq fuqha it testment ta Vespucci jirreferi għaliha bħala bint il mexxej militari magħruf L istoriku jispekula li jaf kienet wild illeġittimu ta Gonzalo u konnessjoni utli ħafna għal Vespucci Hija kienet parteċipant attiv fin negozju tiegħu u kellha l prokura għal meta Vespucci ma kienx prezenti Vjaġġi u vjaġġi allegati Inċizjoni ta tal ħabta tal 1593 ta meta Vespucci ltaqa għall ewwel darba mal Amerikani Nattivi allegatament fl 1497 L evidenza tal vjaġġi ta esplorazzjoni ta Vespucci tikkonsisti kwazi għalkollox minn għadd ta ittri miktuba minnu jew attribwiti lilu L istoriċi ma laħqux qbil dwar jekk kienx hu l awtur tal ittri kif ukoll dwar kemm kienu preċizi u veritieri dawn id dokumenti B hekk l opinjonijiet rigward l għadd ta vjaġġi li saru ir rotot tagħhom u rwoli u l kisbiet ta Vespucci jvarjaw ħafna Mill aħħar tas snin 90 tas seklu 15 Vespucci pparteċipa f zewġ vjaġġi lejn id Dinja l Ġdida li huma ddokumentati sew storikament Tnejn oħra ġew allegati izda l evidenza tagħhom hija iktar problematika Tradizzjonalment il vjaġġi ta Vespucci issir referenza għalihom bħala l ewwel sa ir raba anke mill istoriċi li ma jaqblux li wieħed jew iktar mill vjaġġ qatt seħħx Vjaġġ allegat tal 1497 1498 Allegorija tad Dinja l Ġdida ta li turi lil Vespucci jqajjem lill Amerka mir raqda Ittra indirizzata lill uffiċjal minn Firenze Piero Soderini datata fl 1504 u ppubblikata s sena ta wara tgħid li hija rakkont ta Vespucci dwar vjaġġ lejn id Dinja l Ġdida bit tluq minn Spanja fl 10 ta Mejju 1497 u bir ritorn fil 15 ta Ottubru 1498 Dan x aktarx li huwa l izjed vjaġġ kontroversjali mill vjaġġi ta Vespucci peress li din l ittra hija l unika waħda magħrufa dwar dan il vjaġġ u bosta storiċi jiddubitaw li seħħ kif deskritt Uħud jiddubitaw li Vespucci kien l awtur filwaqt li oħrajn isostnu li mhijiex ittra preċiza u jsostnu li ġiet iffalsifikata Oħrajn jindikaw l inkonsistenzi fin narrazzjoni tal vjaġġ partikolarment ir rotta allegata minn ħdejn il Honduras lejn il Majjistral għal 870 lega madwar 5 130 km jew 3 190 mil rotta li kieku kienet tgħaddihom mill Messiku sal Oċean Paċifiku Ċerti storiċi iktar bikrin inkluz il kontemporanju issuspetta li Vespucci inkorpora osservazzjonijiet minn vjaġġ li sar wara f rakkont fittizju dwar dan il vjaġġ allegat sabiex jikseb il primazija fuq Kolombu u jippozizzjona lilu nnifsu bħala l ewwel esploratur Ewropew li sab l art kontinentali Oħrajn inkluz l istudjuz issuġġerew li l ittra lil Solderini ma nkitbitx minn Vespucci izda minn xi awtur mhux magħruf li kellu aċċess għall ittri privati tan navigatur lil Lorenzo de Medici dwar l ispedizzjonijiet tiegħu tal 1499 u tal 1501 lejn l Amerki li ma jsemmux vjaġġ fl 1497 L ittra lil Soderini hija waħda minn tnejn attribwiti lil Vespucci li ġew editjati u ċċirkolati b mod mifrux matul ħajtu Vjaġġ tal 1499 1500 It tieni vjaġġ ta Vespucci muri fl ewwel edizzjoni magħrufa tal ittra tiegħu lil Piero Soderini ippubblikata minn f Firenze għall ħabta tal 1505 Fl 1499 Vespucci ngħaqad ma spedizzjoni liċenzjata minn Spanja u mmexxija minn bħala kmandant tal flotta u minn bħala navigatur ewlieni L intenzjoni tagħhom kienet li jesploraw il kost ta massa ġdida ta art li sab Kolombu fit tielet vjaġġ tiegħu u b mod partikolari li jinvestigaw sors rikk ta ġawhar li kien irrapporta Kolombu Vespucci u l appoġġaturi tiegħu ffinanzjaw tnejn mill erba vapuri fil flotta zgħira Ir rwol tiegħu fil vjaġġ mhuwiex ċar Meta kiteb iktar il quddiem dwar l esperjenza tiegħu Vespucci ta l impressjoni li kellu rwol ta tmexxija izda dan ma tantx huwa probabbli minħabba li ma kellux esperjenza Minflok jaf għamilha ta rapprezentant kummerċjali f isem l investituri tal flotta Snin wara Ojeda semma li Morigo Vespuche kien wieħed mill piloti tiegħu fl ispedizzjoni Tpinġija fuq l injam li turi l ewwel vjaġġ ta Vespucci lejn id Dinja l Ġdida mill ewwel edizzjoni ppubblikata magħrufa tal ittra tiegħu tal 1504 lil Piero Soderini Il bastimenti telqu minn Spanja fit 18 ta Mejju 1499 u l ewwel waqfu fil qabel ma waslu l Amerka t Isfel xi mkien fejn illum hemm is Suriname jew il Minn hemm il flotta nqasmet Ojeda baqa sejjer lejn il Majjistral fejn illum hemm il Venezwela b zewġ vapuri filwaqt li l par l ieħor ta vapuri salpaw lejn in Nofsinhar b Vespucci abbord L unika rakkont tal vjaġġ lejn in Nofsinhar sar minn Vespucci nnifsu Huwa assuma li kienu mal kosta tal Asja u billi salpaw lejn in Nofsinhar skont il ġeografu Grieg Tolomew suppost kellhom iduru mal Kap ta Cattigara mhux identifikat u jaslu fl Oċean Indjan Għaddew minn ħdejn zewġ xmajjar enormi l Amazon u l Para li kienu qed inixxu l ilma ħelu xi 25 mil 40 km mill baħar Huma baqgħu sejrin lejn in Nofsinhar għal 40 lega madwar 240 kilometru jew 150 mil oħra qabel ma ltaqgħu ma kurrent avvers qawwi ħafna li ma setgħux isibu tarfu B hekk kienu obbligati jduru u l vapuri salpaw lejn it Tramuntana lura minn fejn ġew Minn hemm Vespucci kompla tiela l kosta tal Amerka t Isfel sal Gof ta Paria u tul ix xatt tal Venezwela F xi punt jaf reġgħu ltaqgħu u ngħaqdu ma Ojeda izda l evidenza mhix ċara Fl aħħar tas sajf iddeċidew li jsalpaw lejn it Tramuntana fid direzzjoni tal kolonja Spanjola ta Hispaniola fl Indji tal Punent biex isewwu l vapuri tagħhom u jerġgħu jimluhom bil provvisti qabel ma jmorru lura d dar Wara Hispaniola għamlu attakki fil qosor għall iskjavi fil Bahamas u qabdu 232 nattiv u mbagħad reġgħu lura lejn Spanja Vjaġġ tal 1501 1502 L ewwel inċizjoni ta Johann Froschauer tal kannibalizmu fid Dinja l Ġdida għal edizzjoni ta Mundus Novus ta Vespucci ppubblikata f il Ġermanja fl 1505 Fl 1501 ikkummissjona spedizzjoni biex tiġi investigata massa ta art il bogħod lejn il Punent fl Oċean Atlantiku li ltaqa magħha b kumbinazzjoni fil vjaġġ tiegħu madwar l Afrika lejn l Indja Dik l art eventwalment kienet il Brazil Ir re ried ikun jaf x kienet tfisser din l iskoperta l ġdida u jiddetermina fejn kienet fir rigward tal linja stabbilita mit Trattat ta Tordesillas Kwalunkwe art fil Lvant tal linja setgħet tittieħed mill Portugall Ir reputazzjoni ta Vespucci bħala esploratur u navigatur prezunt diġa kienet waslet il Portugall u ġie mqabbad mir re biex ikun il pilota taħt il kmand ta Statwa ta Vespucci barra l f Firenze l Italja Il flotta ta tliet vapuri ta Coelho telqet minn Lizbona f Mejju 1501 Qabel ma qasmu l Atlantiku waqfu għall provvisti f Cabo Verde fejn iltaqgħu ma Cabral fi triqtu lura d dar mill vjaġġ tiegħu lejn l Indja Din kienet l istess spedizzjoni li kienet sabet il Brazil fil vjaġġ tas sena ta qabel Coelho telaq minn Cabo Verde f Ġunju u minn hemm il quddiem ir rakkont ta Vespucci huwa l unika wieħed li għad fadal dwar l esplorazzjonijiet tagħhom Fis 17 ta Awwissu 1501 l ispedizzjoni waslet il Brazil f latitudni ta madwar 6 fin Nofsinhar Fl izbark inzertat grupp ostili ta nattivi li qatlu u kielu wieħed mill membri tal ekwipaġġ Iktar lejn in Nofsinhar tul il kosta sabu nattivi inqas ostili u setgħu jwettqu xi forma zgħira ta kummerċ F 23 fin Nofsinhar sabu bajja li semmewha Rio de Janeiro għaliex kien l 1 ta Jannar 1502 Fit 13 ta Frar 1502 huma telqu mill kosta biex jerġgħu lura d dar Skont l istimi ta Vespucci il latitudni tagħhom kienet 32 fin Nofsinhar izda l esperti issa jistmaw li kienu eqreb il 25 fin Nofsinhar Il vjaġġ tagħhom lejn id dar mhuwiex ċar peress li Vespucci rreġistra għadd ta osservazzjonijiet astronomiċi konfuzi u d distanzi li vvjaġġaw Vjaġġ allegat tal 1503 1504 Fl 1503 Vespucci jaf ipparteċipa fit tieni spedizzjoni għall monarkija Portugiza u mill ġdid esplora l kosta tal Lvant tal Brazil Hemm evidenza li sar vjaġġ immexxi minn Coelho għall ħabta ta dan iz zmien izda ma hemm l ebda konferma indipendenti li Vespucci ipparteċipa L unika sors ta dan l aħħar vjaġġ hi l ittra lil Soderini izda bosta studjuzi moderni jiddubitaw kemm Vespucci kien l awtur ta dik l ittra u mhuwiex ċert jekk Vespucci għamilx dan il vjaġġ Hemm diffikultajiet ukoll bid dati u d dettalji rrapportati fir rakkont ta dan il vjaġġ Ritorn lejn Sivilja Il qabar tal familja Vespucci f Ognissanti Firenze Sal bidu tal 1505 Vespucci kien lura f Sivilja Ir reputazzjoni tiegħu bħala esploratur u navigatur baqgħet tikber u s servizz reċenti tiegħu fil Portugall donnu li ma naffarx lir Re Ferdinandu Minflok ir re kien x aktarx interessat li jitgħallem dwar il possibbilta ta passaġġ fil Punent lejn l Indja Fi Frar ġie msejjaħ mir re biex jikkonsultah fuq kwistjonijiet ta navigazzjoni Fix xhur ta wara ngħata pagamenti mill monarkija għas servizzi tiegħu u f April ġie ddikjarat ċittadin ta Kastilja u Leon permezz ta proklamazzjoni rjali Vespucci jsib il kostellazzjoni tas Salib b astrolabju waqt il vjaġġ tiegħu tal 1499 avveniment deskritt fl ittra tiegħu lil Lorenzo di Pierfrancesco de Medici Il litografija tinkludi wkoll alluzjoni ta Vespucci stess għal silta rilevanti fil Purgatorju ta Dante Alighieri Mill 1505 sa mewtu fl 1512 Vespucci baqa jagħti servizz lill monarkija Spanjola Huwa baqa jaħdem fl għoti tal provvisti lill vapuri li kienu se jsalpaw lejn l Indji Ġie mqabbad ukoll biex jidderieġi vapur bħala parti minn flotta li kellha ssalpa lejn il gzejjer tal ħwawar izda l vjaġġ ippjanat qatt ma seħħ F Marzu 1508 ġie nnominat pilota ewlieni tal Casa de Contratacion jew il Kamra tal Kummerċ li kienet topera bħala kamra ċentrali tal kummerċ għall pussessi ekstra Ewropej ta Spanja Huwa kien jitħallas salarju annwali ta 50 000 maravedis u 25 000 zejda għall ispejjez Fir rwol il ġdid tiegħu Vespucci kien responsabbli biex jizgura li l piloti tal vapuri kien imħarrġa bizzejjed u liċenzjati qabel ma jbaħħru lejn id Dinja l Ġdida Huwa kellu wkoll jikkompila mudell ta mappa abbazi tal input mill piloti li kellhom l obbligu li jikkondividu dak li tgħallmu wara kull vjaġġ Vespucci kiteb it testment tiegħu f April 1511 Huwa ħalla l biċċa l kbira tal patrimonju mudest tiegħu inkluz ħames skjavi domestiċi lil martu Il ħwejjeġ il kotba u t tagħmir tan navigazzjoni tiegħu tħallew lin neputi Huwa talab li jindifen skont it tradizzjoni Franġiskana fil qabar tal familja ta martu Vespucci miet fit 22 ta Frar 1512 Wara li miet il mara ta Vespucci ngħatat pensjoni annwali ta 10 000 maravedis li kellhom jitnaqqsu mis salarju tal pilota ewlieni li kien is suċċessur ta Vespucci In neputi tiegħu Giovanni tqabbad jaħdem fil Casa de Contratacion fejn qatta s snin ta wara jispijja f isem l istat ta Firenze BiblijografijaArciniegas German 1955 Amerigo and the New World The Life and Times of Amerigo Vespucci Traduzzjoni ta de Onis Harriet New York Alfred A Knopf ISBN 0374902801 Beazley Charles Raymond 1911 Vespucci Amerigo Encyclopaedia Britannica Vol 27 11th ed pp 1053 1054 Brinkbaumer Klaus Hoges Clemens 2004 The Voyage of the Vizcaina Traduzzjoni ta Streck Annette Harcourt pp 105 109 ISBN 978 0151011865 Diffie Bailey W Winius George D 1977 Foundations of the Portuguese Empire 1415 1580 University of Minnesota Press pp 456 462 Edwards Charles Lester Vespucci Amerigo 2009 Amerigo Vespucci Viartis ISBN 978 1906421021 Fernandez Armesto Felipe 2007 Amerigo The Man Who Gave His Name to America New York Random House Formisano Luciano 1992 Letters from a New World Amerigo Vespucci s Discovery of America New York Marsilio ISBN 0941419622 Lester Toby 2009 The Fourth Part of the World New York Free Press ISBN 978 1416535317 Magnaghi Alberto 1924 Amerigo Vespucci Studio critico con speciale riguardo ad una nuova valutazione delle fonti e con documenti inediti tratti dal Codice Vaglienti Ruma Treves Markham Clements R 1894 The Letters of Amerigo Vespucci and Other Documents Illustrative of His Career London Hakluyt Society ISBN 978 1108012867 Morison Samuel Eliot 1974 The European Discovery of America The Southern Voyages 1492 1616 New York Oxford University Press pp 276 312 Ober Frederick A 1907 Amerigo Vespucci New York amp London Harper amp Brothers ISBN 978 1503010727 Pohl Frederick J 1944 Amerigo Vespucci Pilot Major New York Columbia University Press Ray Kurt 2004 Amerigo Vespucci Italian Explorer of the Americas New York The Rosen Publishing Group ISBN 0823936155 Schulz Norbert Vespucci Amerigo 2007 Amerigo Vespucci Mundus Novus mit Zweittexten MMO Verlag ISBN 978 3981114423 Thomas Hugh 2003 Rivers of Gold New York Random House pp 269 276 ISBN 0375502041 Vespucci Amerigo 1504 Mundus Novus Letter to Lorenzo Pietro Di Medici Traduzzjoni ta George Tyler Princeton Princeton University Press ippubblikata fl 1916 Vigneras Louis Andre 1976 The Discovery of South America and the Andalusian Voyages Chicago University of Chicago Press ISBN 978 0226856094 Referenzi Fernandez Armesto 2007 p 4 Formisano 1992 pp xix xxvi Pohl 1944 Fernandez Armesto 2007 Pohl 1944 pp 18 a b Arciniegas 1955 Fernandez Armesto 2007 pp 47 57 Brinkbaumer amp Hoges 2004 pp 104 109 Fernandez Armesto 2007 pp 56 58 Markham 1894 l Introduzzjoni Diffie amp Winius 1977 pp 456 457 Diffie amp Winius 1977 pp 458 459 Amerigo Vespucci Biography Accomplishments amp Facts Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 08 29 Fernandez Armesto 2007 pp 123 130 Fernandez Armesto 2007 pp 123 130 Morison 1974 p 307 Davies A 1952 The First Voyage of Amerigo Vespucci in 1497 8 The Geographical Journal 118 3 331 337 Lehmann Martin 2013 Amerigo Vespucci and His Alleged Awareness of America as a Separate Land Mass Imago Mundi 65 1 17 Vigneras 1976 pp 47 63 Fernandez Armesto 2007 pp 63 65 Vigneras 1976 pp 47 52 Lester 2009 pp 314 316 Morison 1974 p 280 Morison 1974 pp 280 284 Ray 2004 p 91 Markham 1894 pp 52 56 Fernandez Armesto 2007 pp 168 169 Formisano 1992 pp 103 105 Fernandez Armesto 2007 p 169 Fernandez Armesto 2007 pp 169 175 177 Fernandez Armesto 2007 pp 178 180 Arciniegas 1955 pp 283 284 Fernandez Armesto 2007 p 179