Bice Mizzi Vassallo imwielda Beatrix Vassallo magħrufa ukoll bħala Bice Vassallo u Bice Mizzi twieldet fil 11 ta Novembr
Bice Mizzi Vassallo

Bice Mizzi Vassallo (imwielda Beatrix Vassallo, magħrufa ukoll bħala Bice Vassallo u Bice Mizzi; twieldet fil-11 ta' Novembru 1899 - mietet fit-22 ta' Frar 1985) kienet pjanista Maltija, meqjusa fost l-aktar pjanisti ewlenin tal-ġenerazzjoni tagħha. Hija magħrufa wkoll bħala t-tifla tal-kompożitur Paolino Vassallo u Maria Anna, kunjomha xebba Grech, u l-mara tal-eks Prim Ministru Malti Enrico Mizzi.
Bice Mizzi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Bormla, 11 Novembru 1899 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
L-ewwel lingwa | Malti Taljan |
Mewt | 22 Frar 1985 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Familja | |
Missier | Paolino Vassallo |
Konjuga/i | Enrico Mizzi (1926 - 20 Diċembru 1950) |
Ulied | uri |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Sħubija |
Ħajja bikrija u edukazzjoni
Bice Vassallo bdiet l-istudji tagħha taħt missierha, il-kompożitur Malti Paolino Vassallo, forza kostanti fil-karriera mużikali bikrija tagħha. Taħt id-direzzjoni tiegħu, hija studjat il- u l-. Huwa eventwalment iggwidaha biex tagħżel bejn dawn iż-żewġ . Hija għażlet il-pjanu flok il-vjolin, madankollu xorta kompliet tħobb il-vjolin.
Bice ngħatat distinzjoni fiż-żewġ eżamijiet tagħha fil-pjanu (diviżjoni baxxa u ogħla) mill-Bord Assoċjat tal-Akkademja Rjali tal-Mużika u mill-Kulleġġ Irjali tal-Mużika fl-1908 u fl-1909 rispettivament.
Kunċerti
L-ewwel kunċert notevoli tagħha kien f’Mejju 1909, fejn hija esegwiet recital ta’ mużika klassika fit-. Din ir-rappreżentazzjoni saret taħt il-patroċinju tal-Isqof ta’ Malta Pietro Pace li kienet organizzata b’risq is-Sorijiet ta’ San Ġużepp, f’Tas-Sliema. Diversi gazzetti ppubblikaw riċensjonijiet ta' dan il-kunċert:
"Pjanista ta' dauc il ftit snin u ta' dic il hila hecc cbira ftit haun fid-dinja u għalhekk għandna biex niftaħru u biex nifirħu". "Bice è un piccolo Mozart" (Bice hija Mozart żgħir).
Hija dehret ukoll f'kunċert b’risq is-Soċjetà ta’ San Vinċenz de Paul tal-Belt Valletta. Dan il-kunċert vokali u strumentali sar nhar il-Ħadd l-1 ta' Mejju 1910 fit-Teatru Ċinematografiku f'Bormla.
F’Ġunju 1911, fl-età ta’ 11-il sena, hija tat waħda mill-aktar wirjiet importanti tal-karriera tagħha, meta daqqet fis-Sala Scarlatti tal-Conservatorio di Musica Vincenzo Bellini f’Palermo. Dan il-kunċert kien taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha l-Prinċipessa ta' Castelreale. Kritiku mir-Rassegna Melodrammatica ta’ Milan kiteb dan li ġej: “Sar kunċert fis-Sala Scarlatti tal-Konservatorju Rjali tal-Mużika f’Palermo, li fih il-protagonist kienet Bice Vassallo ta’ 11-il sena minn Malta. Hija deskritta bħala vera prodiġju tal-pjanu. L-udjenza distinta anke jekk xi ftit mistħija tatha unuri sħaħ ta’ suċċess kbir”.
Fl-1912 daqqet fit-Teatru Rjal fil-Belt Valletta. Din li ġejja hija silta minn gazzetta lokali:
"Bice Vassallo, li tant żgħira tista' tokgħod mal kbar pjanisti ta barra, għad ġurnata tkiegħed isimha ma ta dauk li għall ħila tagħhom ma jmutu katt."
Wara kunċert ieħor fit-Teatru Rjal fil-Belt Valletta fl-1914, intqal dan li ġej dwar il-pjanista żagħżugħa:
"Come chiamare la pianista quattordicenne? Noi la chiameremmo fenomenale" (X’issejħilha lil din il-pjanista ta' erbatax-il-sena? Aħna kieku nsejħulha fenomenali).
Fl-1923, l-istess sena li missierha miet, hija għamlet recital f'Wigmore Hall f'Londra. "Bice Vassallo è vanto ed onore di Malta" (Bice Vassallo hija l-kburija u l-unur ta' Malta".
Fit-18 ta' Ottubru 1946 hija daqqet f'kunċert tal-kompożitur Malti Carmelo Pace mmexxi minn fl-British Institute fil-Belt. Wirja oħra notevoli kienet dik li tat fl-1952 fis-Sala tal-Università fil-Lukanda Phoenicia fil-Furjana.
Fis-26 ta' Ġunju 1926, Bice Vassallo żżewġet lil Enrico Mizzi, li dak iż-żmien kien il-kap tal-Partit Nazzjonalista. Żewġha sar Prim Ministru ta' Malta fl-1950 ftit xhur qabel ma miet.
Fil-25 ta' Lulju 1927, Bice u Enrico Mizzi kellhom tifel u semmewh Fortunato (1927-2017), għal missier Enrico, Fortunato Mizzi (1844-1905). Fortunato Mizzi (magħruf ukoll bħala Natolino) ġie ordnat saċerdot fl-1952 u wara, fl-1955, waqqaf il-Moviment Azzjoni Soċjali (MAS).
Ħajja matul il-gwerra
Bice u binha għaddew minn żminijiet diffiċli matul ħajjithom, minħabba l-assoċjazzjoni familjari tagħhom ma' Enrico Mizzi. Fl-1940, meta kien qed joqrob l-involviment ta’ Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija, Enrico ġie arrestat, talli allegatament kellu simpatiji Taljani, intefa’ fil-Forti Salvatore f’Kordin u mbagħad ġie trasferit lejn il-Kunvent ta’ Sant'Agata fir-Rabat. F’ittra tad-19 ta’ Ġunju 1940, miktuba bit-Taljan, Bice staqsiet għaliex ir-raġel tagħha ma rċeviex l-ittri kollha tagħha, meta kienet kitbitlu kważi kuljum: "Mi meraviglio come mai non ricevi le mie lettere perchè fin'ora ho scritto sempre, quasi ogni giorno".
Kien hemm żmien meta Bice u binha kienu jkunu għaddejjin mit-toroq fir-Rabat, qabel jew wara li jżuru lil Enrico, fejn kienu jiġu insultati verbalment u ssuttati bil-qxur tal-patata u l-qxur tal-bajd. Fi Frar 1942, il- ta' dak iż-żmien, , ħareġ mandat biex jiddeporta lil Enrico Mizzi, flimkien ma’ 47 ċittadin Malti ieħor, lejn l-Uganda. Kien biss fl-1945 li dan il-grupp ta' eżiljati tħalla lura fil-pajjiż. Ir-raġel tagħha reġa' daħal mill-ġdid fil-politika u ġie elett bħala Prim Ministru fl-elezzjonijiet tal-1950 li saru bejn it-2 u l-4 ta' Settembru. Dan is-suċċess dam għal ftit żmien biss, peress li huwa miet anqas minn erba' xhur wara fl-20 ta' Diċembru 1950, fl-età ta' 65 sena. Huwa ngħata funeral statali u sal-lum, huwa l-uniku Prim Ministru Malti li miet fil-kariga.
Snin ta' wara
Matul ħajjitha, Bice, kienet determinata li qatt ma ttellef l-attenzjoni ta’ żewġha mill-missjoni tiegħu għas-servizz tan-nazzjon. L-istess dedikazzjoni offrietha wkoll lil binha meta daħal għas-saċerdozju. Dan kien fi żmien meta l-Gżejjer Maltin kienu għaddejjin minn l-isfidi l-kbar ta' wara l-gwerra.
Bice Mizzi Vassallo ddedikat ruħha għat-tagħlim fis-snin ta’ wara. Hija għallmet b’entużjażmu kbir lil uħud mill-aqwa pjanisti tal-pajjiż. It-tagħlim tal-pjanu kien importanti b'mod speċjali bħala mezz biex taqla' dħul finanzjarju, speċjalment wara l-mewt ta' żewġha fl-1950. Żewġha miet bla flus u damet ftit biex ingħatat il-pensjoni tal-gvern tar-raġel tagħha.
Ħabib tal-iskola ta' binha Fortunat, Joe Felice Pace, li kien jingħaqad magħhom ta' spiss għall-ikel fil-jiem tal-iskola, iddeskriva lil Bice bħala mara tal-azzar b'qalb tad-deheb, li ddedikat ħajjitha għalkollox lill-familja tagħha, u ddedikat ruħha għall-isforzi tagħhom billi warrbet il-karriera tagħha. Felice Pace fakkar ukoll f'istanza meta ġiet mistiedna tagħti numru ta' kunċerti barra mill-pajjiż fl-aħħar tas-sittinijiet tas-seklu għoxrin. Wara li ikkunsidrat din l-istedina għal żmien pjuttost twil, fl-aħħar irrifjutat għax ħasset li ma kelliex tħalli lil binha waħdu għal ħmistax, peress li kienet inkwetata li dan kien se jinterferixxi mal-missjoni tiegħu. Huwa fakkar ukoll li l-ġranet tagħha kienu jikkonsistu fl-għoti ta' lezzjonijiet tal-pjanu filgħodu u mbagħad kienet iddoqq għall-pjaċir tagħha stess bejn nofsinhar u n-12:30, l-aktar mużika ta' Chopin, li kien il-kompożitur favorit tagħha. Wara kienet tieqaf għall-ikel u hi u binha Fortunat kienu jingħaqdu fil-kċina. Imbagħad kienet terġa' tibda l-lezzjonijiet tagħha waranofsinhar.
Mewt u legat
Bice Mizzi Vassallo mietet fit-22 ta' Frar 1985 fl-età ta' 85 sena.
Fl-1987, il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa ta’ Malta waqqaf il-Kompetizzjoni Mużikali Bice Mizzi Vassallo f’ġieħha; Cynthia Turner ippresediet il-bord li jiddeċiedi dan il-premju sa ma mietet fl-2021. Il-kompetizzjoni ssir kull sentejn u saret kull sena minn mindu twaqqfet.
L-iskola statali Primarja Bice Mizzi Vassallo f'Pembroke, kif ukoll xi toroq fl-istess lokalità u f’Santa Luċija huma msemmijin għaliha.
Referenzi
- ^ a b ċ d e Galea, Michael (16 Jan 2011). "Bice Mizzi-Vassallo, piano prodigy". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ a b ċ d e f ġ g Felice Pace, Joe. "Bice – the woman behind Nerik Mizzi". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ a b Ganado, Albert (24 Frar 2019). "When the Maltese national anthem was barred by closing the Royal Theatre". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ Levanzin, Agostino (5 June 1909). "Bice Vassallo". In-Naħla.
- ^ Barbera, Luigi (5 June 1909). "Bice Vassallo". In-Naħla.
- ^ "A Grand Vocal and Instrumental Concert". The Malta Herald. 30 Mejju 1910.
- ^ "Bice Vassallo". Malta Herald. 12 June 1911.
- ^ Borg, Tancredi (9 Mejju 1912). "Bice Vassallo". Il-Ħabib.
- ^ "Concerto Bice Vassallo". Il Patriota. 23 Mejju 1914.
- ^ Fabius (16 Nov 1923). "Bice Vassallo". Malta.
- ^ a b De Gabriele, Marcel (1991). Carmelo Pace, a Maltese composer : thematic, annotated, and illustrated catalogue of works. [Collegeville, Minn.]: Hill Monastic Manuscript Library, St. John's University.
- ^ Acts from the archives of the parish church of St Paul's shipwreck in Valletta.
- ^ Mizzi, Lawrence (26 Diċ 2010). "Enrico Mizzi: A model politician". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ "Funeral of Fortunato Mizzi at the Jesuits church in Valletta - The Malta Independent". www.independent.com.mt. 11 Settembru 2017. Miġbur 2021-07-20.
- ^ Borg, Coryse (2019-07-16). "Watch: Fortunato Mizzi lapide back in Malta" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ Sansone, Kurt (10 September 2017). "Who was Mgr Fortunato Mizzi?". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ Miceli, Raymond (2018-09-08). "Monsinjur Fortunato Mizzi- il-fundatur tal-MAS" (bil-Malti). Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna) - ^ Cachia, Enzo. "Maltese Wartime internees - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-07-20.
- ^ Bonello, Giovanni. "Letters in exile: Nerik Mizzi's passage to Egypt". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ Bonello, Giovanni. "Letters in exile: Nerik Mizzi's unpublished letters from Africa". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ National Council of Women. "Winners of Bice Mizzi Vassallo Music Competition". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ Mangion, Fabian. "A great priest and a dedicated musician". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ "National Council of Women of Malta - Promoting Equality of Opportunities". www.ncwmalta.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-31. Miġbur 2021-07-20.
- ^ a b Reporter, Staff (2021-02-03). "The National Council of Women pays tribute to Cynthia Caruana Turner" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ "Schools". localgovernment.gov.mt (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-01-16. Miġbur 2021-07-20.
- ^ "Triq Bice Mizzi Vassallo · Pembroke, Malta". Triq Bice Mizzi Vassallo · Pembroke, Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
- ^ "Bice Mizzi Vasallo · Santa Luċija, Malta". Bice Mizzi Vasallo · Santa Luċija, Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bice Mizzi Vassallo, X'inhi Bice Mizzi Vassallo? Xi tfisser Bice Mizzi Vassallo?
Bice Mizzi Vassallo imwielda Beatrix Vassallo magħrufa ukoll bħala Bice Vassallo u Bice Mizzi twieldet fil 11 ta Novembru 1899 mietet fit 22 ta Frar 1985 kienet pjanista Maltija meqjusa fost l aktar pjanisti ewlenin tal ġenerazzjoni tagħha Hija magħrufa wkoll bħala t tifla tal kompozitur Paolino Vassallo u Maria Anna kunjomha xebba Grech u l mara tal eks Prim Ministru Malti Enrico Mizzi Bice MizziĦajjaTwelid Bormla 11 Novembru 1899Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaL ewwel lingwa Malti TaljanMewt 22 Frar 1985Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataFamiljaMissier Paolino VassalloKonjuga i Enrico Mizzi 1926 20 Diċembru 1950 Ulied uri Fortunat MizziEdukazzjoniLingwi Taljan InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoniSħubijaĦajja bikrija u edukazzjoniBice Vassallo bdiet l istudji tagħha taħt missierha il kompozitur Malti Paolino Vassallo forza kostanti fil karriera muzikali bikrija tagħha Taħt id direzzjoni tiegħu hija studjat il u l Huwa eventwalment iggwidaha biex tagħzel bejn dawn iz zewġ Hija għazlet il pjanu flok il vjolin madankollu xorta kompliet tħobb il vjolin Bice ngħatat distinzjoni fiz zewġ ezamijiet tagħha fil pjanu divizjoni baxxa u ogħla mill Bord Assoċjat tal Akkademja Rjali tal Muzika u mill Kulleġġ Irjali tal Muzika fl 1908 u fl 1909 rispettivament KunċertiL ewwel kunċert notevoli tagħha kien f Mejju 1909 fejn hija esegwiet recital ta muzika klassika fit Din ir rapprezentazzjoni saret taħt il patroċinju tal Isqof ta Malta Pietro Pace li kienet organizzata b risq is Sorijiet ta San Ġuzepp f Tas Sliema Diversi gazzetti ppubblikaw riċensjonijiet ta dan il kunċert Pjanista ta dauc il ftit snin u ta dic il hila hecc cbira ftit haun fid dinja u għalhekk għandna biex niftaħru u biex nifirħu Bice e un piccolo Mozart Bice hija Mozart zgħir Hija dehret ukoll f kunċert b risq is Soċjeta ta San Vinċenz de Paul tal Belt Valletta Dan il kunċert vokali u strumentali sar nhar il Ħadd l 1 ta Mejju 1910 fit Teatru Ċinematografiku f Bormla F Ġunju 1911 fl eta ta 11 il sena hija tat waħda mill aktar wirjiet importanti tal karriera tagħha meta daqqet fis Sala Scarlatti tal Conservatorio di Musica Vincenzo Bellini f Palermo Dan il kunċert kien taħt il patroċinju tal Eċċellenza Tagħha l Prinċipessa ta Castelreale Kritiku mir Rassegna Melodrammatica ta Milan kiteb dan li ġej Sar kunċert fis Sala Scarlatti tal Konservatorju Rjali tal Muzika f Palermo li fih il protagonist kienet Bice Vassallo ta 11 il sena minn Malta Hija deskritta bħala vera prodiġju tal pjanu L udjenza distinta anke jekk xi ftit mistħija tatha unuri sħaħ ta suċċess kbir Fl 1912 daqqet fit Teatru Rjal fil Belt Valletta Din li ġejja hija silta minn gazzetta lokali Bice Vassallo li tant zgħira tista tokgħod mal kbar pjanisti ta barra għad ġurnata tkiegħed isimha ma ta dauk li għall ħila tagħhom ma jmutu katt Wara kunċert ieħor fit Teatru Rjal fil Belt Valletta fl 1914 intqal dan li ġej dwar il pjanista zagħzugħa Come chiamare la pianista quattordicenne Noi la chiameremmo fenomenale X issejħilha lil din il pjanista ta erbatax il sena Aħna kieku nsejħulha fenomenali Fl 1923 l istess sena li missierha miet hija għamlet recital f Wigmore Hall f Londra Bice Vassallo e vanto ed onore di Malta Bice Vassallo hija l kburija u l unur ta Malta Fit 18 ta Ottubru 1946 hija daqqet f kunċert tal kompozitur Malti Carmelo Pace mmexxi minn fl British Institute fil Belt Wirja oħra notevoli kienet dik li tat fl 1952 fis Sala tal Universita fil Lukanda Phoenicia fil Furjana Fis 26 ta Ġunju 1926 Bice Vassallo zzewġet lil Enrico Mizzi li dak iz zmien kien il kap tal Partit Nazzjonalista Zewġha sar Prim Ministru ta Malta fl 1950 ftit xhur qabel ma miet Fil 25 ta Lulju 1927 Bice u Enrico Mizzi kellhom tifel u semmewh Fortunato 1927 2017 għal missier Enrico Fortunato Mizzi 1844 1905 Fortunato Mizzi magħruf ukoll bħala Natolino ġie ordnat saċerdot fl 1952 u wara fl 1955 waqqaf il Moviment Azzjoni Soċjali MAS Ħajja matul il gwerra Bice u binha għaddew minn zminijiet diffiċli matul ħajjithom minħabba l assoċjazzjoni familjari tagħhom ma Enrico Mizzi Fl 1940 meta kien qed joqrob l involviment ta Malta fit Tieni Gwerra Dinjija Enrico ġie arrestat talli allegatament kellu simpatiji Taljani intefa fil Forti Salvatore f Kordin u mbagħad ġie trasferit lejn il Kunvent ta Sant Agata fir Rabat F ittra tad 19 ta Ġunju 1940 miktuba bit Taljan Bice staqsiet għaliex ir raġel tagħha ma rċeviex l ittri kollha tagħha meta kienet kitbitlu kwazi kuljum Mi meraviglio come mai non ricevi le mie lettere perche fin ora ho scritto sempre quasi ogni giorno Kien hemm zmien meta Bice u binha kienu jkunu għaddejjin mit toroq fir Rabat qabel jew wara li jzuru lil Enrico fejn kienu jiġu insultati verbalment u ssuttati bil qxur tal patata u l qxur tal bajd Fi Frar 1942 il ta dak iz zmien ħareġ mandat biex jiddeporta lil Enrico Mizzi flimkien ma 47 ċittadin Malti ieħor lejn l Uganda Kien biss fl 1945 li dan il grupp ta eziljati tħalla lura fil pajjiz Ir raġel tagħha reġa daħal mill ġdid fil politika u ġie elett bħala Prim Ministru fl elezzjonijiet tal 1950 li saru bejn it 2 u l 4 ta Settembru Dan is suċċess dam għal ftit zmien biss peress li huwa miet anqas minn erba xhur wara fl 20 ta Diċembru 1950 fl eta ta 65 sena Huwa ngħata funeral statali u sal lum huwa l uniku Prim Ministru Malti li miet fil kariga Snin ta wara Matul ħajjitha Bice kienet determinata li qatt ma ttellef l attenzjoni ta zewġha mill missjoni tiegħu għas servizz tan nazzjon L istess dedikazzjoni offrietha wkoll lil binha meta daħal għas saċerdozju Dan kien fi zmien meta l Gzejjer Maltin kienu għaddejjin minn l isfidi l kbar ta wara l gwerra Bice Mizzi Vassallo ddedikat ruħha għat tagħlim fis snin ta wara Hija għallmet b entuzjazmu kbir lil uħud mill aqwa pjanisti tal pajjiz It tagħlim tal pjanu kien importanti b mod speċjali bħala mezz biex taqla dħul finanzjarju speċjalment wara l mewt ta zewġha fl 1950 Zewġha miet bla flus u damet ftit biex ingħatat il pensjoni tal gvern tar raġel tagħha Ħabib tal iskola ta binha Fortunat Joe Felice Pace li kien jingħaqad magħhom ta spiss għall ikel fil jiem tal iskola iddeskriva lil Bice bħala mara tal azzar b qalb tad deheb li ddedikat ħajjitha għalkollox lill familja tagħha u ddedikat ruħha għall isforzi tagħhom billi warrbet il karriera tagħha Felice Pace fakkar ukoll f istanza meta ġiet mistiedna tagħti numru ta kunċerti barra mill pajjiz fl aħħar tas sittinijiet tas seklu għoxrin Wara li ikkunsidrat din l istedina għal zmien pjuttost twil fl aħħar irrifjutat għax ħasset li ma kelliex tħalli lil binha waħdu għal ħmistax peress li kienet inkwetata li dan kien se jinterferixxi mal missjoni tiegħu Huwa fakkar ukoll li l ġranet tagħha kienu jikkonsistu fl għoti ta lezzjonijiet tal pjanu filgħodu u mbagħad kienet iddoqq għall pjaċir tagħha stess bejn nofsinhar u n 12 30 l aktar muzika ta Chopin li kien il kompozitur favorit tagħha Wara kienet tieqaf għall ikel u hi u binha Fortunat kienu jingħaqdu fil kċina Imbagħad kienet terġa tibda l lezzjonijiet tagħha waranofsinhar Mewt u legat Bice Mizzi Vassallo mietet fit 22 ta Frar 1985 fl eta ta 85 sena Fl 1987 il Kunsill Nazzjonali tan Nisa ta Malta waqqaf il Kompetizzjoni Muzikali Bice Mizzi Vassallo f ġieħha Cynthia Turner ippresediet il bord li jiddeċiedi dan il premju sa ma mietet fl 2021 Il kompetizzjoni ssir kull sentejn u saret kull sena minn mindu twaqqfet L iskola statali Primarja Bice Mizzi Vassallo f Pembroke kif ukoll xi toroq fl istess lokalita u f Santa Luċija huma msemmijin għaliha Referenzi a b ċ d e Galea Michael 16 Jan 2011 Bice Mizzi Vassallo piano prodigy Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 a b ċ d e f ġ g Felice Pace Joe Bice the woman behind Nerik Mizzi Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 a b Ganado Albert 24 Frar 2019 When the Maltese national anthem was barred by closing the Royal Theatre Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Levanzin Agostino 5 June 1909 Bice Vassallo In Naħla Barbera Luigi 5 June 1909 Bice Vassallo In Naħla A Grand Vocal and Instrumental Concert The Malta Herald 30 Mejju 1910 Bice Vassallo Malta Herald 12 June 1911 Borg Tancredi 9 Mejju 1912 Bice Vassallo Il Ħabib Concerto Bice Vassallo Il Patriota 23 Mejju 1914 Fabius 16 Nov 1923 Bice Vassallo Malta a b De Gabriele Marcel 1991 Carmelo Pace a Maltese composer thematic annotated and illustrated catalogue of works Collegeville Minn Hill Monastic Manuscript Library St John s University Acts from the archives of the parish church of St Paul s shipwreck in Valletta Mizzi Lawrence 26 Diċ 2010 Enrico Mizzi A model politician Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Funeral of Fortunato Mizzi at the Jesuits church in Valletta The Malta Independent www independent com mt 11 Settembru 2017 Miġbur 2021 07 20 Borg Coryse 2019 07 16 Watch Fortunato Mizzi lapide back in Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Sansone Kurt 10 September 2017 Who was Mgr Fortunato Mizzi Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Miceli Raymond 2018 09 08 Monsinjur Fortunato Mizzi il fundatur tal MAS bil Malti Ċitazzjoni journal għandha bzonn journal għajnuna Cachia Enzo Maltese Wartime internees The Malta Independent www independent com mt Miġbur 2021 07 20 Bonello Giovanni Letters in exile Nerik Mizzi s passage to Egypt Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Bonello Giovanni Letters in exile Nerik Mizzi s unpublished letters from Africa Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 National Council of Women Winners of Bice Mizzi Vassallo Music Competition Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Mangion Fabian A great priest and a dedicated musician Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 National Council of Women of Malta Promoting Equality of Opportunities www ncwmalta com Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 03 31 Miġbur 2021 07 20 a b Reporter Staff 2021 02 03 The National Council of Women pays tribute to Cynthia Caruana Turner bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Schools localgovernment gov mt bil Malti Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 01 16 Miġbur 2021 07 20 Triq Bice Mizzi Vassallo Pembroke Malta Triq Bice Mizzi Vassallo Pembroke Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20 Bice Mizzi Vasallo Santa Luċija Malta Bice Mizzi Vasallo Santa Luċija Malta bl Ingliz Miġbur 2021 07 20