Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Jantar Mantar ta Jaipur huwa ġabra ta 19 il strument astronomiku li nbnew mir re Rajput il fundatur ta Jaipur fir l I

Jantar Mantar, Jaipur

  • Paġna Ewlenija
  • Jantar Mantar, Jaipur
Jantar Mantar, Jaipur
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Jantar Mantar ta' Jaipur huwa ġabra ta' 19-il strument astronomiku li nbnew mir-re Rajput , il-fundatur ta' Jaipur fir-, l-Indja. Il-monument tlesta fl-1734. Jinkludi l-ikbar arloġġ tax-xemx fid-dinja magħmul bil-ġebel, u huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Jinsab qrib il-Palazz tal-Belt u l-Hawa Mahal. L-istrumenti jippermettu li ssir l-osservazzjoni tal-pożizzjonijiet astronomiċi b'għajnejn il-bniedem. L-osservatorju huwa eżempju tal-astronomija pożizzjonali Tolemajka li kienet kondiviża minn bosta ċivilizzazzjonijiet.

Il-monument jinkludi strumenti li jaħdmu f'kull waħda mit-tliet sistemi klassiċi ewlenin tal-koordinati tas-smewwiet: is-sistema lokali tal-orizzont u ż-żenit, is-sistema ekwatorjali, u s-sistema elliptika. Il-Kanmala Yantraprakara huwa strument li jaħdem f'żewġ sistemi u jippermetti t-trasformazzjoni tal-koordinati direttament minn sistema għall-oħra.

Il-monument ġarrab ħsarat fis-seklu 19. Sar xogħol bikri ta' restawr taħt is-superviżjoni tal-Maġġur , astronomu dilettant akkanit, matul il-ħatra tiegħu bħala Assistent Inġinier Statali għad-Distrett ta' Jaipur.

Isem

L-isem "jantar" ġej minn yantra, kelma bis-Sanskritu, li tfisser "strument, magna", u "mantar" minn mantrana, li wkoll hija kelma bis-Sanskritu, li tfisser "ikkonsulta, ikkalkula"). Għaldaqstant, "Jantar Mantar" tfisser litteralment "strument li jikkalkula".

Skop

Jai Singh innota li ż-Zij, li kien jintuża biex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-oġġetti fis-smewwiet, ma kienx jaqbel mal-pożizzjonijiet ikkalkulati fuq it-tabella. Huwa bena ħames osservatorji ġodda fi bliet differenti sabiex joħloq Zij iktar preċiż. It-tabelli astronomiċi li ħoloq Jai Singh, magħrufa bħala ż-Zij-i Muhammad Shahi, baqgħu jintużaw b'mod kontinwu fl-Indja għal seklu. Madankollu, it-tabella ma tantx kellha importanza 'l barra mill-Indja. Barra minn hekk, it-tabella kienet tkejjel ukoll il-ħin.

Storja

Mhux magħruf eżattament meta Raja Jai Singh beda l-kostruzzjoni tal-Jantar Mantar ta' Jaipur, iżda diversi strumenti kienu nbnew sal-1728, u l-kostruzzjoni tal-istrumenti f'Jaipur kompliet sal-1738. Matul l-1735, meta l-kostruzzjoni laħqet il-qofol tagħha, mill-inqas 23 astronomu kienu impjegati f'Jaipur, u minħabba l-klima politika li kienet qed tevolvi, il-Jantar Mantar ta' Jaipur ħa post Delhi bħala l-osservatorju prinċipali ta' Raja Jai Singh u baqa' l-osservatorju ċentrali ta' Jai Singh sa mewtu fl-1743. L-osservatorju tilef is-sostenn taħt (li rrenja bejn l-1743 u l-1750) minħabba gwerra tas-suċċessjoni bejnu u ħuh. Madankollu, (li rrenja bejn l-1750 u l-1768), is-suċċessur ta' Isvari Singh, appoġġa l-osservatorju, għalkemm ma kienx hemm l-istess livell ta' attività fih bħal taħt Jai Singh. Minkejja li xi xogħlijiet ta' restawr saru fil-Jantar Mantar ta' Jaipur taħt (li rrenju bejn l-1778u l-1803), l-attività fl-osservatorju waqfet għalkollox mill-ġdid. Matul dan iż-żmien, inbena tempju u Pratap Singh biddel is-sit tal-osservatorju f'fabbrika tal-armi tan-nar.

(li rrenja bejn l-1835 u l-1880) lesta x-xogħlijiet ta' restawr tal-Jantar Mantar ta' Jaipur fl-1876, u saħansitra wassal biex uħud mill-istrumenti jservu iktar fit-tul billi daħħal iċ-ċomb fil-linji tal-istrumenti u billi uża l-ġebla għar-restawr ta' xi strumenti tal-ġibs. Madankollu, l-osservatorju ma damx ma jerġa' jiġi mitluq, u ma ġiex irrestawrat qabel l-1901 taħt (li rrenja bejn l-1880 u l-1922).

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Jantar Mantar ta' Jaipur ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Deskrizzjoni

L-osservatorju jikkonsisti minn dsatax-il strument għall-kejl tal-ħin, għat-tbassir tal-eklissi, għat-traċċar tal-pożizzjoni tal-istilel maġġuri skont kif id-dinja torbita madwar ix-xemx, għall-aċċertament tad-deklinazzjonijiet tal-pjaneti, u għad-determinazzjoni tal-altitudnijiet tal-oġġetti tas-smewwiet u għal efemeridi relatati. Dawn huma d-19-il strument astronomiku differenti tal-Jantar Mantar ta' Jaipur:

  1. Chakra Yantra (erba' arki semiċirkolari li fuqhom gnomon jixħet dell, u b'hekk jagħti d-deklinazzjoni tax-xemx f'erba' ħinijiet speċifiċi tal-jum. Din id-data tikkorrispondi għal nofsinhar f'erba' osservatorji madwar id-dinja ( fir-Renju Unit, Zurich fl-Iżvizzera, fil-Ġappun u fl-Oċean Paċifiku); dan huwa l-ekwivalenti għal ħajt ta' arloġġi li jirreġistraw il-ħinijiet differenti f'inħawi differenti tad-dinja)
  2. Dakshin Bhitti Yantra (ikejjel il-meridjan, l-altitudni u d-distanzi taż-żenit tal-korpi tas-smewwiet)
  3. Digamsha Yantra (pilastru fin-nofs ta' żewġ ċrieki konċentriċi fuq barra, għall-kejl tal-ażimut tax-xemx u għall-kalkolu tat-tbassir tal-ħin tat-tlugħ ix-xemx u ta' nżul ix-xemx)
  4. Disha Yantra
  5. Dhruva Darshak Pattika (għall-osservazzjoni u għas-sejbien tal-pożizzjoni tal-istilla polar fir-rigward ta' korpi oħra tas-smewwiet)
  6. Jai Prakash Yantra (żewġ arloġġi tax-xemx emisferiċi qishom skutelli b'markaturi tal-irħam li jimmappjaw l-immaġnijiet invertiti tas-smewwiet u li jippermettu lill-osservatoru jiċċaqlaq fl-istrument stess; jintuża wkoll għall-kejl tal-attitudnijiet, tal-ażimut, tal-angoli tas-sigħat u tad-deklinazzjonijiet)
  7. Kapali Yantra (ikejjel il-koordinati ta' korpi tas-smewwiet fis-sistemi tal-ażimut u ekwatorjali; kwalunkwe punt fis-sema jista' jiġi ttrasformat viżivament minn sistema ta' koordinati għall-oħra)
  8. Kanali Yantra
  9. Kranti Vritta Yantra (ikejjel il-lonġitudni u l-latitudni tal-korpi tas-smewwiet)
  10. Laghu Samrat Yantra (l-iżgħar arloġġ tax-xemx fil-monument, inklinat f'27 grad, li jkejjel il-ħin, għalkemm b'mod inqas preċiż mill-Vrihat Samrat Yantra)
  11. Misra Yantra (li jfisser "strument imħallat", huwa ġabra ta' ħames strumenti differenti)
  12. Nadi Valaya Yantra (żewġ arloġġi tax-xemx fuq uċuħ differenti tal-istrument li jirrappreżentaw l-emisferi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar; ikejjel il-ħin bi preċiżjoni ta' inqas minn minuta)
  13. Palbha Yantra
  14. Rama Yantra (binja wieqfa li tintuża biex tinstab l-altitudni u l-ażimut tax-xemx)
  15. Rashi Valaya Yantra (12-il arloġġ gnomon li jkejlu l-koordinati ellittiċi tal-istilel, tal-pjaneti u tat-12-il sistema kollha ta' kostellazzjonijiet)
  16. Shastansh Yantra (maġenb il-Vrihat Samrat Yantra; dan l-istrument għandu ark f'60 grad mibni fil-pjan tal-meridjan fi ħdan kompartiment mudlam. F'nofsinhar, l-immaġni tax-xemx minn toqba ċkejkna tiġi fuq skala ta' taħt u tippermetti lill-osservatur ikejjel id-distanza taż-żenit, id-deklinazzjoni u d-dijametru tax-xemx)
  17. Unnatamsa Yantra (ċirku tal-metall maqsum f'erba' segmenti minn linji orizzontali u vertikali, b'toqba fin-nofs; il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-istrument tippermetti l-kejl tal-altitudni tal-korpi tas-smewwiet)
  18. Vrihat Samrat Yantra (l-ikbar arloġġ tax-xemx tat-tip gnomon fid-dinja, li jkejjel il-ħin f'intervalli ta' żewġ sekondi bl-użu tad-dell mid-dawl tax-xemx)
  19. Yantra Raj Yantra (astrolabju tal-bronż ta' 2.43 metri, wieħed mill-ikbar fid-dinja, li jintuża darba fis-sena biss, u li jikkalkula l-kalendarju tal-Induiżmu)

Il-Vrihat Samrat Yantra, li jfisser ir-"re il-kbir tal-istrumenti", huwa għoli 88 pied (27 metru); id-dell tiegħu juri l-ħin binhar. Il-faċċata tiegħu hija angolata f'27 grad, il-latitudni ta' Jaipur. Iċ-chhatri (koppla żgħira) tal-Induiżmu fuq nett tintuża bħala pjattaforma li tħabbar l-eklissijiet u l-wasla tal-monsuni.

Fil-biċċa l-kbira, l-istrumenti huma strutturi kbar. Ġie allegat li l-iskala li biha nbnew iżżid il-preċiżjoni tagħhom. Madankollu, il-penumbra tax-xemx tista' tkun wiesgħa sa 30 mm, u b'hekk iż-żidiet ta' 1 mm tal-arloġġ tax-xemx magħruf bħala s-Samrat Yantra jispiċċaw ma jkollhom l-ebda sinifikat prattiku. Barra minn hekk, il-bennejja li bnew l-istrumenti ma kellhomx biżżejjed esperjenza fil-kostruzzjoni fuq skala bħal dik, u ċ-ċediment tal-pedimenti sussegwentement waslet biex jitilfu l-allinjament tagħhom Is-Samrat Yantra, pereżempju, li huwa arloġġ tax-xemx, jingħad li jkejjel il-ħin bi preċiżjoni ta' madwar żewġ sekondi fil-ħin lokali ta' Jaipur. L-arloġġ tax-xemx ġgantesk jew is-Samrat Yantra (li tfisser "l-Istrument Suprem") huwa wieħed mill-ikbar arloġġi tax-xemx fid-dinja, u huwa għoli 27 metru. Id-dell tiegħu jiċċaqlaq b'mod viżibbli 1 mm kull sekonda, jew bejn wieħed u ieħor il-wisa' ta' id (6 cm) kull minuta, li tista' tkun esperjenza tal-għaġeb għal min josservah.

Materjali tal-kostruzzjoni

Mibnija mill-ġebla u mill-irħam lokali, kull strument għandu skala astronomika, li ġeneralment hija mmarkata fuq in-naħa ta' ġewwa tal-irħam. Intużaw ukoll tavli tal-bronż, brikks u tkaħħil fil-kostruzzjoni tal-istrumenti fil-monument li huwa mifrux fuq iżjed minn 18,700 metru kwardu. L-istrumenti baqgħu jintużaw b'mod kontinwu sa madwar is-sena 1800, u mbagħad ma baqgħux jintużaw u ġew mitluqa. L-istrumenti ġew irrestawrati diversi drabi matul it-tmexxija kolonjali Brittanika, partikolarment fl-1902. Il-Jantar Mantar ta' Jaipur ġie ddikjarat monument nazzjonali fl-1948 u ġie rrestawrat mill-ġdid fl-2006. Fil-proċess ta' restawr tal-bidu tas-seklu 20 ġew issostitwiti wħud mill-materjali tal-kostruzzjoni oriġinali b'materjali differenti.

Il-Jantar Mantar ta' Jaipur ilu ġestit fil-qafas tal-Att tar-Rajasthan dwar is-Siti u l-Monumenti Arkeoloġiċi mill-1961, u ilu protett bħala Monument Nazzjonali tar-Rajasthan mill-1968.

Teorija

Il-Vedas (l-iktar testi antiki tal-Induiżmu) isemmu termini astronomiċi, il-kejl tal-ħin u l-kalendarju, iżda ma jsemmu l-ebda strumenti astronomiku. L-iktar diskussjoni bikrija dwar strumenti astronomiċi, bħall-gnomon u l-klessidra, tinsab fil-Vedangas, testi antiki bis-Sanskritu. Il-gnomon (imsejjaħ Shanku, शङ्कु) li jinsab fil-Jantar Mantar ta' Jaipur jiġi diskuss fil-Vedangas tal-ewwel millenju Q.K. u f'bosta testi li ġew wara bħall-Katyayana Sulbasutras. Diskussjonijiet oħra dwar strumenti astronomiċi jinsabu f'testi tal-Induiżmu bħall-Arthashastra tas-seklu 4 Q.K., f'testi tal-Buddiżmu bħas-Sardulakarna-avadana, u f'testi tal- bħas-Surya-prajnapti. It-teoriji wara l-istrumenti jinsabu f'testi ta' Aryabhatta tas-seklu 5 W.K., ta' Brahmagupta u ta' Varahamihira tas-seklu 6 W.K., ta' Lalla tas-seklu 9 W.K., kif ukoll ta' Sripati u ta' Bhaskara tas-seklu 11 W.K. It-testi ta' Bhaskara fihom kapitli sħaħ dwar l-istrumenti u jsejħilhom Yantra-adhyaya.

It-teoriji dwar iċ-chakra-yantra, il-yasti-yantra, id-dhanur-yantra, il-kapala-yantra, in-nadivalaya-yantra, il-kartari-yantra, u oħrajn jinsabu f'testi antiki.

It-teleskopju fl-Indja

Għalkemm l-osservatorji ta' Jai Singh ma kinux jużaw it-teleskopji, Jai Singh innifsu kellu diversi teleskopji li okkażjonalment kien juża għall-osservazzjonijiet tiegħu, u fl-Indja kienu qed jinbnew teleskopji oħra. Madankollu, it-teleskopji li nbnew dak iż-żmien ma tantx kienu preċiżi għall-kejl tal-oġġetti tas-smewwiet. Fl-Ewropa, għall-ewwel bdew jintużaw trombi teleskopiċi li kienu jżidu l-preċiżjoni tal-kejl tal-oġġetti tas-smewwiet. Madankollu, it-tromba teleskopika kienet għadha invenzjoni ġdida fl-Ewropa u kienet għadha ma waslitx fl-Indja. L-innovazzjonijiet Ewropej fl-astronomija kienu biss kemxejn iktar preċiżi mill-istrumenti Induisti Medjevali li ħoloq Jai Singh.

Films

Il-Jantar Mantar ta' Jaipur intuża għall-ġbid tal-film tal-2006 The Fall bħala labirint.

ħa ritratt ta' arloġġ tax-xemx tal-Jantar Mantar ta' Jaipur għall-qoxra tad-DVD ta' Shpongle, Live at the Roundhouse 2008.

ħa ritratti tal-Jantar Mantar ta' Jaipur f'kollaborazzjoni ma' għall-ktieb Prosa del Observatorio (Editorial Lumen: Barċellona, 1972).

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e f "UNESCO Astronomy and World Heritage Webportal - Show entity". www3.astronomicalheritage.net. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-09-07. Miġbur 2021-09-06.
  2. ^ a b ċ Smithsonian. Timelines of Science. Penguin. p. 136. ISBN 978-1465414342.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "The Jantar Mantar, Jaipur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-06.
  4. ^ a b Sharma, VN (1991). "The Kapala Yantras of Sawai Jai Singh" (PDF). Indian Journal of History of Science. 26 (2): 209–216" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-05-05. Miġbur 2021-09-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Monthly Notices of the Royal Astronomical Society, Vol. 81, p. 257.
  6. ^ "Sanskrit - Asien.net" (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2021-09-06.
  7. ^ a b ċ d Nath., Sharma, Virendra (2016). Sawai Jai Singh and his astronomy. Jai Singh II, Maharaja of Jaipur, 1686-1743. (2nd ed.). Delhi: Motilal Banarsidass Publishers. ISBN 978-81-208-1256-7.
  8. ^ a b ċ David Kelly (2011). Exploring Ancient Skies: A Survey of Ancient and Cultural Astronomy. Springer. p. 82. ISBN 978-1441976239.
  9. ^ a b ċ d e Lindsay Brown (2008). Rajasthan, Delhi & Agra. p. 157. ISBN 978-1741046908.
  10. ^ Andreas Volwahsen (2001). Cosmic architecture in India. Prestel. pp. 48–73. ISBN 978-3791325064.
  11. ^ SC Bhatt (2006). Land and People of Indian States and Union Territories. p. 362. ISBN 978-8178353791.
  12. ^ Perlus, Barry. "Architecture in the Service of Science: The Astronomical Observatories of Jai Singh II" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-02-05. Miġbur 2021-09-07.
  13. ^ Aragón, Heraldo de. "El gigante del tiempo de Vadorrey, récord Guinness". heraldo.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-09-06.
  14. ^ "Department of Archaeology & Museums, Rajasthan" (PDF). museumsrajasthan.gov.in. Miġbur 2021-09-06.
  15. ^ "Sanskrit - Asien.net" (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2021-09-06.
  16. ^ a b Yukio Ohashi (Editor: H Selin) (1997). Encyclopaedia of the History of Science, Technology, and Medicine. Springer. pp. 83–86. ISBN 978-0792340669.
  17. ^ David Edwin Pingree (1981). A History of Indian Literature, Vol 6. Otto Harrassowitz Verlag. pp. 52–54. ISBN 978-3447021654.
  18. ^ "Twisted Music". web.archive.org. 2012-02-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-20. Miġbur 2021-09-06.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 07 Lul, 2025 / 00:40

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Jantar Mantar, Jaipur, X'inhi Jantar Mantar, Jaipur? Xi tfisser Jantar Mantar, Jaipur?

Il Jantar Mantar ta Jaipur huwa ġabra ta 19 il strument astronomiku li nbnew mir re Rajput il fundatur ta Jaipur fir l Indja Il monument tlesta fl 1734 Jinkludi l ikbar arloġġ tax xemx fid dinja magħmul bil ġebel u huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Jinsab qrib il Palazz tal Belt u l Hawa Mahal L istrumenti jippermettu li ssir l osservazzjoni tal pozizzjonijiet astronomiċi b għajnejn il bniedem L osservatorju huwa ezempju tal astronomija pozizzjonali Tolemajka li kienet kondiviza minn bosta ċivilizzazzjonijiet Ir Rashivilaya Yantra tal Jantar Mantar ta Jaipur Il monument jinkludi strumenti li jaħdmu f kull waħda mit tliet sistemi klassiċi ewlenin tal koordinati tas smewwiet is sistema lokali tal orizzont u z zenit is sistema ekwatorjali u s sistema elliptika Il Kanmala Yantraprakara huwa strument li jaħdem f zewġ sistemi u jippermetti t trasformazzjoni tal koordinati direttament minn sistema għall oħra Il monument ġarrab ħsarat fis seklu 19 Sar xogħol bikri ta restawr taħt is supervizjoni tal Maġġur astronomu dilettant akkanit matul il ħatra tiegħu bħala Assistent Inġinier Statali għad Distrett ta Jaipur IsemL isem jantar ġej minn yantra kelma bis Sanskritu li tfisser strument magna u mantar minn mantrana li wkoll hija kelma bis Sanskritu li tfisser ikkonsulta ikkalkula Għaldaqstant Jantar Mantar tfisser litteralment strument li jikkalkula SkopJai Singh innota li z Zij li kien jintuza biex tiġi ddeterminata l pozizzjoni tal oġġetti fis smewwiet ma kienx jaqbel mal pozizzjonijiet ikkalkulati fuq it tabella Huwa bena ħames osservatorji ġodda fi bliet differenti sabiex joħloq Zij iktar preċiz It tabelli astronomiċi li ħoloq Jai Singh magħrufa bħala z Zij i Muhammad Shahi baqgħu jintuzaw b mod kontinwu fl Indja għal seklu Madankollu it tabella ma tantx kellha importanza l barra mill Indja Barra minn hekk it tabella kienet tkejjel ukoll il ħin StorjaL ikbar arloġġ tax xemx fid dinja Mhux magħruf ezattament meta Raja Jai Singh beda l kostruzzjoni tal Jantar Mantar ta Jaipur izda diversi strumenti kienu nbnew sal 1728 u l kostruzzjoni tal istrumenti f Jaipur kompliet sal 1738 Matul l 1735 meta l kostruzzjoni laħqet il qofol tagħha mill inqas 23 astronomu kienu impjegati f Jaipur u minħabba l klima politika li kienet qed tevolvi il Jantar Mantar ta Jaipur ħa post Delhi bħala l osservatorju prinċipali ta Raja Jai Singh u baqa l osservatorju ċentrali ta Jai Singh sa mewtu fl 1743 L osservatorju tilef is sostenn taħt li rrenja bejn l 1743 u l 1750 minħabba gwerra tas suċċessjoni bejnu u ħuh Madankollu li rrenja bejn l 1750 u l 1768 is suċċessur ta Isvari Singh appoġġa l osservatorju għalkemm ma kienx hemm l istess livell ta attivita fih bħal taħt Jai Singh Minkejja li xi xogħlijiet ta restawr saru fil Jantar Mantar ta Jaipur taħt li rrenju bejn l 1778u l 1803 l attivita fl osservatorju waqfet għalkollox mill ġdid Matul dan iz zmien inbena tempju u Pratap Singh biddel is sit tal osservatorju f fabbrika tal armi tan nar li rrenja bejn l 1835 u l 1880 lesta x xogħlijiet ta restawr tal Jantar Mantar ta Jaipur fl 1876 u saħansitra wassal biex uħud mill istrumenti jservu iktar fit tul billi daħħal iċ ċomb fil linji tal istrumenti u billi uza l ġebla għar restawr ta xi strumenti tal ġibs Madankollu l osservatorju ma damx ma jerġa jiġi mitluq u ma ġiex irrestawrat qabel l 1901 taħt li rrenja bejn l 1880 u l 1922 Sit ta Wirt DinjiIl Jantar Mantar ta Jaipur ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2010 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Veduta panoramika tal Jantar Mantar ta JaipurDeskrizzjoniIl Jantar Mantar ta Jaipur juza t tliet sistemi antiki tal koordinati mill ħames sistemi ta koordinati magħrufa tas smewwiet F din l istampa ta hawn fuq is sistemi ta koordinati bl aħmar ellittika u bil blu ekwatorjali huma tnejn mit tliet sistemi klassiċi prezenti fl istrumenti tal monument L osservatorju jikkonsisti minn dsatax il strument għall kejl tal ħin għat tbassir tal eklissi għat traċċar tal pozizzjoni tal istilel maġġuri skont kif id dinja torbita madwar ix xemx għall aċċertament tad deklinazzjonijiet tal pjaneti u għad determinazzjoni tal altitudnijiet tal oġġetti tas smewwiet u għal efemeridi relatati Dawn huma d 19 il strument astronomiku differenti tal Jantar Mantar ta Jaipur Chakra Yantra erba arki semiċirkolari li fuqhom gnomon jixħet dell u b hekk jagħti d deklinazzjoni tax xemx f erba ħinijiet speċifiċi tal jum Din id data tikkorrispondi għal nofsinhar f erba osservatorji madwar id dinja fir Renju Unit Zurich fl Izvizzera fil Ġappun u fl Oċean Paċifiku dan huwa l ekwivalenti għal ħajt ta arloġġi li jirreġistraw il ħinijiet differenti f inħawi differenti tad dinja Dakshin Bhitti Yantra ikejjel il meridjan l altitudni u d distanzi taz zenit tal korpi tas smewwiet Digamsha Yantra pilastru fin nofs ta zewġ ċrieki konċentriċi fuq barra għall kejl tal azimut tax xemx u għall kalkolu tat tbassir tal ħin tat tlugħ ix xemx u ta nzul ix xemx Disha Yantra Dhruva Darshak Pattika għall osservazzjoni u għas sejbien tal pozizzjoni tal istilla polar fir rigward ta korpi oħra tas smewwiet Jai Prakash Yantra zewġ arloġġi tax xemx emisferiċi qishom skutelli b markaturi tal irħam li jimmappjaw l immaġnijiet invertiti tas smewwiet u li jippermettu lill osservatoru jiċċaqlaq fl istrument stess jintuza wkoll għall kejl tal attitudnijiet tal azimut tal angoli tas sigħat u tad deklinazzjonijiet Kapali Yantra ikejjel il koordinati ta korpi tas smewwiet fis sistemi tal azimut u ekwatorjali kwalunkwe punt fis sema jista jiġi ttrasformat vizivament minn sistema ta koordinati għall oħra Kanali Yantra Kranti Vritta Yantra ikejjel il lonġitudni u l latitudni tal korpi tas smewwiet Laghu Samrat Yantra l izgħar arloġġ tax xemx fil monument inklinat f 27 grad li jkejjel il ħin għalkemm b mod inqas preċiz mill Vrihat Samrat Yantra Misra Yantra li jfisser strument imħallat huwa ġabra ta ħames strumenti differenti Nadi Valaya Yantra zewġ arloġġi tax xemx fuq uċuħ differenti tal istrument li jirrapprezentaw l emisferi tat Tramuntana u tan Nofsinhar ikejjel il ħin bi preċizjoni ta inqas minn minuta Palbha Yantra Rama Yantra binja wieqfa li tintuza biex tinstab l altitudni u l azimut tax xemx Rashi Valaya Yantra 12 il arloġġ gnomon li jkejlu l koordinati ellittiċi tal istilel tal pjaneti u tat 12 il sistema kollha ta kostellazzjonijiet Shastansh Yantra maġenb il Vrihat Samrat Yantra dan l istrument għandu ark f 60 grad mibni fil pjan tal meridjan fi ħdan kompartiment mudlam F nofsinhar l immaġni tax xemx minn toqba ċkejkna tiġi fuq skala ta taħt u tippermetti lill osservatur ikejjel id distanza taz zenit id deklinazzjoni u d dijametru tax xemx Unnatamsa Yantra ċirku tal metall maqsum f erba segmenti minn linji orizzontali u vertikali b toqba fin nofs il pozizzjoni u l orjentazzjoni tal istrument tippermetti l kejl tal altitudni tal korpi tas smewwiet Vrihat Samrat Yantra l ikbar arloġġ tax xemx tat tip gnomon fid dinja li jkejjel il ħin f intervalli ta zewġ sekondi bl uzu tad dell mid dawl tax xemx Yantra Raj Yantra astrolabju tal bronz ta 2 43 metri wieħed mill ikbar fid dinja li jintuza darba fis sena biss u li jikkalkula l kalendarju tal Induizmu Il Vrihat Samrat Yantra li jfisser ir re il kbir tal istrumenti huwa għoli 88 pied 27 metru id dell tiegħu juri l ħin binhar Il faċċata tiegħu hija angolata f 27 grad il latitudni ta Jaipur Iċ chhatri koppla zgħira tal Induizmu fuq nett tintuza bħala pjattaforma li tħabbar l eklissijiet u l wasla tal monsuni Fil biċċa l kbira l istrumenti huma strutturi kbar Ġie allegat li l iskala li biha nbnew izzid il preċizjoni tagħhom Madankollu il penumbra tax xemx tista tkun wiesgħa sa 30 mm u b hekk iz zidiet ta 1 mm tal arloġġ tax xemx magħruf bħala s Samrat Yantra jispiċċaw ma jkollhom l ebda sinifikat prattiku Barra minn hekk il bennejja li bnew l istrumenti ma kellhomx bizzejjed esperjenza fil kostruzzjoni fuq skala bħal dik u ċ ċediment tal pedimenti sussegwentement waslet biex jitilfu l allinjament tagħhom Is Samrat Yantra perezempju li huwa arloġġ tax xemx jingħad li jkejjel il ħin bi preċizjoni ta madwar zewġ sekondi fil ħin lokali ta Jaipur L arloġġ tax xemx ġgantesk jew is Samrat Yantra li tfisser l Istrument Suprem huwa wieħed mill ikbar arloġġi tax xemx fid dinja u huwa għoli 27 metru Id dell tiegħu jiċċaqlaq b mod vizibbli 1 mm kull sekonda jew bejn wieħed u ieħor il wisa ta id 6 cm kull minuta li tista tkun esperjenza tal għaġeb għal min josservah Materjali tal kostruzzjoni Il Jai Prakash Yantra fil Jantar Mantar ta Jaipur Mibnija mill ġebla u mill irħam lokali kull strument għandu skala astronomika li ġeneralment hija mmarkata fuq in naħa ta ġewwa tal irħam Intuzaw ukoll tavli tal bronz brikks u tkaħħil fil kostruzzjoni tal istrumenti fil monument li huwa mifrux fuq izjed minn 18 700 metru kwardu L istrumenti baqgħu jintuzaw b mod kontinwu sa madwar is sena 1800 u mbagħad ma baqgħux jintuzaw u ġew mitluqa L istrumenti ġew irrestawrati diversi drabi matul it tmexxija kolonjali Brittanika partikolarment fl 1902 Il Jantar Mantar ta Jaipur ġie ddikjarat monument nazzjonali fl 1948 u ġie rrestawrat mill ġdid fl 2006 Fil proċess ta restawr tal bidu tas seklu 20 ġew issostitwiti wħud mill materjali tal kostruzzjoni oriġinali b materjali differenti Il Jantar Mantar ta Jaipur ilu ġestit fil qafas tal Att tar Rajasthan dwar is Siti u l Monumenti Arkeoloġiċi mill 1961 u ilu protett bħala Monument Nazzjonali tar Rajasthan mill 1968 TeorijaTavla tal Jantar Mantar ta Jaipur dwar il pjaneti Il Vedas l iktar testi antiki tal Induizmu isemmu termini astronomiċi il kejl tal ħin u l kalendarju izda ma jsemmu l ebda strumenti astronomiku L iktar diskussjoni bikrija dwar strumenti astronomiċi bħall gnomon u l klessidra tinsab fil Vedangas testi antiki bis Sanskritu Il gnomon imsejjaħ Shanku शङ क li jinsab fil Jantar Mantar ta Jaipur jiġi diskuss fil Vedangas tal ewwel millenju Q K u f bosta testi li ġew wara bħall Katyayana Sulbasutras Diskussjonijiet oħra dwar strumenti astronomiċi jinsabu f testi tal Induizmu bħall Arthashastra tas seklu 4 Q K f testi tal Buddizmu bħas Sardulakarna avadana u f testi tal bħas Surya prajnapti It teoriji wara l istrumenti jinsabu f testi ta Aryabhatta tas seklu 5 W K ta Brahmagupta u ta Varahamihira tas seklu 6 W K ta Lalla tas seklu 9 W K kif ukoll ta Sripati u ta Bhaskara tas seklu 11 W K It testi ta Bhaskara fihom kapitli sħaħ dwar l istrumenti u jsejħilhom Yantra adhyaya It teoriji dwar iċ chakra yantra il yasti yantra id dhanur yantra il kapala yantra in nadivalaya yantra il kartari yantra u oħrajn jinsabu f testi antiki It teleskopju fl IndjaGħalkemm l osservatorji ta Jai Singh ma kinux juzaw it teleskopji Jai Singh innifsu kellu diversi teleskopji li okkazjonalment kien juza għall osservazzjonijiet tiegħu u fl Indja kienu qed jinbnew teleskopji oħra Madankollu it teleskopji li nbnew dak iz zmien ma tantx kienu preċizi għall kejl tal oġġetti tas smewwiet Fl Ewropa għall ewwel bdew jintuzaw trombi teleskopiċi li kienu jzidu l preċizjoni tal kejl tal oġġetti tas smewwiet Madankollu it tromba teleskopika kienet għadha invenzjoni ġdida fl Ewropa u kienet għadha ma waslitx fl Indja L innovazzjonijiet Ewropej fl astronomija kienu biss kemxejn iktar preċizi mill istrumenti Induisti Medjevali li ħoloq Jai Singh FilmsIl Jantar Mantar ta Jaipur intuza għall ġbid tal film tal 2006 The Fall bħala labirint ħa ritratt ta arloġġ tax xemx tal Jantar Mantar ta Jaipur għall qoxra tad DVD ta Shpongle Live at the Roundhouse 2008 ħa ritratti tal Jantar Mantar ta Jaipur f kollaborazzjoni ma għall ktieb Prosa del Observatorio Editorial Lumen Barċellona 1972 Referenzi a b ċ d e f UNESCO Astronomy and World Heritage Webportal Show entity www3 astronomicalheritage net Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 09 07 Miġbur 2021 09 06 a b ċ Smithsonian Timelines of Science Penguin p 136 ISBN 978 1465414342 a b ċ Centre UNESCO World Heritage The Jantar Mantar Jaipur UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 09 06 a b Sharma VN 1991 The Kapala Yantras of Sawai Jai Singh PDF Indian Journal of History of Science 26 2 209 216 PDF web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2015 05 05 Miġbur 2021 09 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Monthly Notices of the Royal Astronomical Society Vol 81 p 257 Sanskrit Asien net bil Ġermaniz Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 03 04 Miġbur 2021 09 06 a b ċ d Nath Sharma Virendra 2016 Sawai Jai Singh and his astronomy Jai Singh II Maharaja of Jaipur 1686 1743 2nd ed Delhi Motilal Banarsidass Publishers ISBN 978 81 208 1256 7 a b ċ David Kelly 2011 Exploring Ancient Skies A Survey of Ancient and Cultural Astronomy Springer p 82 ISBN 978 1441976239 a b ċ d e Lindsay Brown 2008 Rajasthan Delhi amp Agra p 157 ISBN 978 1741046908 Andreas Volwahsen 2001 Cosmic architecture in India Prestel pp 48 73 ISBN 978 3791325064 SC Bhatt 2006 Land and People of Indian States and Union Territories p 362 ISBN 978 8178353791 Perlus Barry Architecture in the Service of Science The Astronomical Observatories of Jai Singh II PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2009 02 05 Miġbur 2021 09 07 Aragon Heraldo de El gigante del tiempo de Vadorrey record Guinness heraldo es bl Ispanjol Miġbur 2021 09 06 Department of Archaeology amp Museums Rajasthan PDF museumsrajasthan gov in Miġbur 2021 09 06 Sanskrit Asien net bil Ġermaniz Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 03 04 Miġbur 2021 09 06 a b Yukio Ohashi Editor H Selin 1997 Encyclopaedia of the History of Science Technology and Medicine Springer pp 83 86 ISBN 978 0792340669 David Edwin Pingree 1981 A History of Indian Literature Vol 6 Otto Harrassowitz Verlag pp 52 54 ISBN 978 3447021654 Twisted Music web archive org 2012 02 20 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 02 20 Miġbur 2021 09 06

L-aħħar artikli
  • Lulju 17, 2025

    Kjiv

  • Lulju 16, 2025

    Kiev

  • Lulju 11, 2025

    Khami

  • Lulju 20, 2025

    Kerkuane

  • Lulju 16, 2025

    Kelb

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq