Lumbini bin Nepaliż u bis Sanskritu ल म ब न ippronunzjata ˈlumbini li tfisser is sabiħa hija sit tal pellegrinaġġi Buddi
Lumbini

Lumbini (bin-Nepaliż u bis-Sanskritu: लुम्बिनी; ippronunzjata [ˈlumbini], li tfisser "is-sabiħa") hija sit tal-pellegrinaġġi Buddisti fid-Distrett ta' Rupandehi tal-Provinċja ta' Lumbini fin-Nepal. Hija l-post fejn, skont it-tradizzjoni Buddista, ir-Reġina Mahamayadevi welldet lil Siddhartha Gautama għall-ħabta tal-563 Q.K. Gautama, li kiseb l-Illuminazzjoni lejn il-528 Q.K., sar il-Buddha u stabbilixxa l-Buddiżmu. Lumbini hija waħda mill-bosta ta' siti tal-pellegrinaġġi li ġew stabbiliti fil-postijiet li kienu ċentrali fil-ħajja tal-Buddha.
Lumbini fiha għadd ta' tempji iktar antiki, fosthom it-Tempju ta' Mayadevi, u diversi tempji ġodda, iffinanzjati minn organizzazzjonijiet Buddisti minn diversi pajjiżi, li tlestew jew għadhom qed jinbnew. Bosta monumenti, monasteri u mużew, kif ukoll l-Istitut tar-Riċerka Internazzjonali ta' Lumbini jinsabu fi ħdan is-sit. Barra minn hekk, hemm il-Puskarini, jew Għadira Sagra, fejn omm il-Buddha skont ir-ritwal tradizzjonali daħlet qabel it-twelid u fejn il-Buddha ġie maħsul għall-ewwel darba. F'siti oħra ħdejn Lumbini, skont it-tradizzjoni, twieldu Buddhi iktar bikrin u mbagħad kisbu l-Illuminazzjoni aħħarija u finalment abbandunaw l-għamliet terrestri tagħhom.
Lumbini tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.
Fi żmien il-Buddha
Fi żmien il-Buddha, Lumbini kienet tinsab fil-Lvant ta' u fil-Lbiċ tad-Devadaha ta' Shakya, repubblika oligarkika. Skont it-tradizzjoni Buddista, il-Buddha twieled hemmhekk. Pilastru li ġie skopert f'Rupandehi fl-1896 jingħad li jimmarka l-punt preċiż fejn żar Lumbini. Is-sit ma kienx magħruf bħala Lumbini qabel ma l-pilastru ġie skopert. It-traduzzjoni tal-iskrizzjoni tinsab fit-tabella tat-taqsima li jmiss. Is-sit preċedentement kien magħruf bħala Rupandehi, 3.2 km fit-Tramuntana ta' Bhagavanpura.
Is-Sutta Nipáta (vs. 683) tiddikjara li l-Buddha twieled f'villaġġ tal-Sakjani f'Lumbineyya Janapada. Il-Buddha qagħad f'Lumbinívana matul iż-żjara tiegħu f'Devadaha u hemmhekk ipprietka lil Devadaha Sutta.
Pilastru ta' Ashoka
Fl-1896, il-Ġeneral u skoprew pilastru kbir tal-ġebel f'Rupandehi, skont ir-rekords storiċi kruċjali li tfasslu mill-patri pellegrin Ċiniż Xuanzang fis-seklu 7 W.K. u minn patri pellegrin Ċiniż ieħor Faxian fil-bidu tas-seklu 5 W.K. L-iskrizzjoni Brahmina fuq il-pilastru tagħti evidenza li Ashoka, l-imperatur tal-, żar il-post fis-seklu 3 Q.K. u identifikah bħala l-post fejn twieled il-Buddha. L-iskrizzjoni kienet ġiet tradotta minn Paranavitana.
Traduzzjoni bil-Malti | Iskrizzjoni u Traslitterazzjoni (kitba Brahmina oriġinali) | Ritratt |
---|---|---|
|
|
Fuq in-naħa ta' fuq tal-pilastru, hemm iskrizzjoni oħra tar-Re Ripumalla (is-seklu 13-14 W.K.), li huwa magħruf ukoll permezz ta' iskrizzjoni fil-pilastru ta' Nigali Sagar:
"Om mani padme hum (mantra Buddista li litteralment tfisser "Tifħir lill-Ġojjell fil-Lotus") J'Alla l-Prinċep Ripu Malla jibqa' rebbieħ fit-tul" — Iskrizzjoni tar-Re Ripumalla fuq il-pilastru ta' Ashoka (seklu 13-14).
Pilastru ieħor ta' Ashoka jinsab xi 22 kilometru fil-Majjistral ta' Lumbini, il-pilastru ta' Nigali Sagar (b'iskrizzjoni), u t-tielet pilastru jinsab xi 24 kilometru fil-Punent, il-pilastru ta' Gotihawa (mingħajr iskrizzjoni).
Skavi fit-Tempju ta' Mayadevi fl-2013
Skont , l-iskavi taħt l-istrutturi tal-brikks eżistenti fit-Tempju ta' Mayadevi f'Lumbini jipprovdu evidenza li kien hemm struttura tal-injam iktar antika taħt il-ħitan ta' santwarju Buddista tal-brikks li nbena matul ir-renju ta' Ashoka (is-seklu 3 Q.K.). Il-konfigurazzjoni tas-santwarju ta' Ashoka ssegwi mill-qrib dik ta' struttura tal-injam iktar bikrija, li jissuġġerixxi kontinwità ta' qima fis-sit.
L-istruttura tal-injam ta' qabel żmien l-imperu Maurya jidher li kienet santwarju ta' siġra antika. Mill-analiżi tad-dati bir-radjukarbonju tal-karbonju mit-toqob fl-arbli tal-injam u mil-luminixxenza stimolata ottikament li tagħti d-dati tal-elementi fil-ħamrija, donnu jiġi ssuġġerit li l-attività umana bdiet f'Lumbini għall-ħabta tal-1000 Q.K. Coningham jiddikjara li s-sit jista' jkun monument Buddist mis-seklu 6 Q.K. Studjużi oħra jiddikjaraw li l-iskavi ma żvelaw xejn li hu Buddista, u jikkonfermaw biss li s-sit huwa iktar antik minn żmien il-Buddha.
Żminijietna
Lumbini hija twila 4.8 kilometri u wiesgħa 1.6 kilometru. Is-sit sagru ta' Lumbini huwa kkonfinat minn żona monastika kbira fejn jistgħu jinbnew monasteri biss, u l-ebda ħanut, lukanda jew ristorant. Din iż-żona hija maqsuma f'żona tal-Lvant u oħra tal-Punent. Dik tal-Lvant fiha monasteri tal-Buddiżmu Theravada, filwaqt li dik tal-Punent fiha monasteri tal-Buddiżmu Mahayana u Vajrayana. Hemm kanal twil mimli bl-ilma li jissepara ż-żewġ żoni, b'serje ta' pontijiet bl-arkati tal-brikks li jikkollegaw iż-żewġ naħat fit-tul tagħhom. Hemm servizz ta' dgħajjes sempliċi bil-magna outboard fin-naħa tat-Tramuntana li jipprovdu dawriet turistiċi.
Is-sit sagru ta' Lumbini fih fdalijiet ta' monasteri antiki, siġra Bodhi sagra, għadira antika, il-pilastru ta' Ashoka u t-Tempju ta' Mayadevi, sit li tradizzjonalment jitqies li huwa l-post fejn twieled il-Buddha. Minn kmien filgħodu sa kmieni filgħaxija, il-pellegrini minn pajjiżi differenti jkantaw innijiet u mantri u jagħmlu meditazzjoni fis-sit.
Organizzazzjoni mhux governattiva li jisimha l-Fondazzjoni Samriddhi fl-2013 bdiet taħdem b'mod estensiv fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa speċjalment fl-iskejjel tal-gvern ta' żona fejn jgħixu tfal inqas ixxurtjati. Organizzazzjoni mhux governattiva msejħa l-Fondazzjoni għall-Iskambju u l-Kooperazzjoni bejn l-Asja u l-Paċifiku (APECF) u appoġġata mill-President tal-Partit Komunista Unifikat tan-Nepal (Maoist) u l-eks Prim Ministru Prachanda, il-gvern Ċiniż u l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għall-Iżvilupp Industrijali (UNIDO), iffirmat patt biex Lumbini tiġi żviluppata f'"żona ta' żvilupp speċjali" permezz ta' fondi li jammontaw għal $3 biljun. Dan kien proġett konġunt bejn iċ-Ċina u n-NU. Kumitat Direzzjonali Nazzjonali usa' għall-Iżvilupp ta' Lumbini taħt it-tmexxija ta' ġie ffurmat fis-17 ta' Ottubru 2011. Il-kumitat b'sitt membri kien jinkludi l-mexxej tal-Partit Komunista tan-Nepal (Marxista-Leninista Unifikat), , il-mexxej tal-Kungress Nepaliż , u l-Ministru għall-Foresti , fost mexxejja oħra. Il-kumitat ingħata l-awtorità li "jfassal pjan direzzjonali biex Lumbini tiġi żviluppata f'żona paċifika u turistika u jressaq il-proposta", kif ukoll ingħata r-responsabbiltà li jikseb appoġġ internazzjonali għal dan l-għan.
ddeċieda li jibni Pagoda tal-Paċi fis-sit fl-2001, li kuljum iżuruha bosta nies minn kulturi u reliġjonijiet differenti.
Peress li xi Induisti jqisu lill-Buddha bħala inkarnazzjoni ta' , eluf ta' Induisti bdew jagħmlu pellegrinaġġi lejn Lumbini meta jkun qamar kwinta fix-xahar Nepaliż ta' Baisakh (April-Mejju) biex iqimu lir-Reġina Mayadevi magħrufa bħala Rupa Devi, l-alla omm ta' Lumbini.
Sit ta' Wirt Dinji
Lumbini, il-post fejn twieled il-Buddha, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Fuq ir-rupee Nepaliż
Il-bank ċentrali tan-Nepal introduċa karta tal-flus ta' 100 rupee Nepaliż b'rappreżentazzjoni ta' Lumbini, il-post fejn twieled il-Buddha. Il-Bank Rastra tan-Nepal sostna li l-karta l-ġdida tal-flus kienet se tkun aċċessibbli biss waqt id-Dashain, l-ikbar festival tan-Nepal li jsir lejn Settembru-Ottubru. Ir-rappreżentazzjoni fiha ritratt ta' Mayadevi, omm Gautama Buddha b'lewn fiddieni metalliku fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta tal-flus. Il-karta tal-flus fiha wkoll tikka sewda li tgħin lil dawk li huma neqsin mid-dawl jagħrfuha. L-isem tal-bank ċentrali huwa stampat bil-Latin flimkien mad-data tal-istampar kemm bl-Era Kristjana kif ukoll bl-Era Bikram. Il-karta l-ġdida tal-flus inħarġet wara deċiżjoni tal-Kabinett fis-27 ta' Awwissu 2013.
Turiżmu
Trasport
Lumbini tinsab għaxar sigħat bogħod bil-karozza minn Kathmandu u 30 minuta bogħod bil-karozza minn . L-eqreb ajruport huwa l-Ajruport Gautama Buddha f'Bhairahawa, b'titjiriet 'l hemm u 'l hawn minn Kathmandu u lura.
Ir-raħal Indjan ta' fid-distrett ta' Maharajganj, qrib il-fruntiera, jinsab siegħa bogħod bil-karozza minn Lumbini u l-istazzjon ferrovjarju ta' Nautanwa fl-Indja jinsab ftit kilometri 'l bogħod. L-eqreb belt kbira hija , li tinsab xi 100 kilometru 'il bogħod u xi erba' sigħat bil-karozza minn Lumbini.
Attrazzjonijiet ewlenin
- it-Tempju ta' Maya Devi
- il-Pagoda tal-Paċi Dinjija
- it-Tempju tad-Deheb tal-Myanmar
- il-Pilastru ta' Ashoka
- is-Santwarju tal-Grawwiet ta' Lumbini
Kostruzzjoni ta' lukandi ġodda
L-eqreb ajruport għal Lumbini, jiġifieri, l-Ajruport Gautama f'Bhairahawa, attwalment qed isirlu xogħol ta' mmodernizzar u ta' tkabbir. Huwa mistenni li sal-bidu tal-2022, dan l-ajruport domestiku żgħir isir ajruport internazzjonali. Ix-xogħol ta' mmodernizzar tal-ajruport attira lill-investituri u lil-lukandiera, u serje ta' lukandi ġodda qed jinbnew madwar Lumbini, bit-tama li jmorru tajjeb bil-bosta wasliet internazzjonali li huwa mistenni li se jibdew jaslu ladarba jitlestew ix-xogħlijiet fl-ajruport.
Viżitaturi barranin (2012-2014)
Sena | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Total |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
2014 | 8,356 | 17,964 | 20,037 | 6,843 | 2,553 | 2,111 | 2,726 | 14,123 | 7,999 | 16,433 | 21,089 | 12,765 | 132,926 |
2013 | 9,371 | 17,869 | 22,581 | 7,101 | 3,654 | 3,552 | 3,621 | 9,685 | 7,351 | 13,610 | 16,483 | 10,618 | 125,496 |
2012 | 6,591 | 20,045 | 20,519 | 8,295 | 1,316 | 1,366 | 2,651 | 17,924 | 7,955 | 13,099 | 21,740 | 14,566 | 136,067 |
Ġemellaġġi
- , l-Indja
- , Spanja
Referenzi
- ^ Cousins, LS (1996). "The Dating of the Historical Buddha: A Review Article". Journal of the Royal Asiatic Society. 6 (1): 57-63.
- ^ Schumann, Hans Wolfgang (2003). The Historical Buddha: The Times, Life, and Teachings of the Founder of Buddhism. Motilal Banarsidass Press. pp. 10-13. ISBN 8120818172.
- ^ Rhys-Davids, T. W. "The Unz Review". The Unz Review. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "The Buddha (BC 623-BC 543)". www.booksie.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Lumbini, the Birthplace of the Lord Buddha". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "World Heritage Committee Inscribes 46 New Sites on World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Kapilavastu - Ancient History Encyclopedia". web.archive.org. 2016-08-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-14. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Sen, Dr. A. C. (2008). Buddhist shrines in India. Kolkota: Maha Bodhi Book Agency. p. 24. ISBN 978-81-87032-78-6.
- ^ Paranavitana, S. (April-Ġunju 1962). Rupandehi Pillar Inscription of Asoka, Journal of the American Oriental Society, 82 (2), 163-167.
- ^ a b Hultzsch, E. (1925). Inscriptions of Asoka. Oxford: Clarendon Press, pp. 164-165.
- ^ British Library Online
- ^ The Maha-Bodhi (bl-Ingliż). 1921. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Le Huu Phuoc, Buddhist Architecture, p. 269.
- ^ Coningham, RAE; Acharya, KP; Strickland, KM; Davis, CE; Manuel, MJ; Simpson, IA; Gilliland, K; Tremblay, J; Kinnaird, TC; Sanderson, DCW (2013). "The earliest Buddhist shrine: excavating the birthplace of the Buddha, Lumbini (Nepal)" (PDF). Antiquity. 87 (338): 1104–23.
- ^ Gombrich, Richard (2013). "Pseudo-discoveries at Lumbini, Oxford Center for Buddhist Studies, Oxford University" (PDF).
- ^ Fogelin, Lars (2 March 2015). An Archaeological History of Indian Buddhism. Oxford University Press. ISBN 978-0-19-994822-2.
- ^ "unidoitpo.org.cn域名过期". web.archive.org. 2018-07-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-11. Miġbur 2021-08-04.
- ^ a b "Lumbini Development Committee formed under Dahal's leadership | Top Stories | ekantipur.com". web.archive.org. 2011-12-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-21. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Buddha's birthplace in Nepal's 100-rupee note – Indistan News". web.archive.org. 2013-12-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-12-02. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Lumbini | Welcome Nepal". web.archive.org. 2013-08-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-17. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Things to do in Lumbini - birthplace of Buddha | Buddha Statues". www.buddha-statues.info (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Tourism Ministry drops plan to name Munich Airport as operator of Bhairahawa airport". kathmandupost.com . Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Airport construction triggers hotel boom in Rupandehi". kathmandupost.com . Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Nepal Tourism Statistics 2014" (PDF). web.archive.org. 2016-04-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-26. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Nepal Tourism Statistics 2012-2013" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-09-11. Miġbur 2021-08-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Outcomes during the visit of Prime Minister to Nepal (November 25-27, 2014)". mea.gov.in. Miġbur 2021-08-04.
- ^ "Cáceres y Lumbini rubrican su hermanamiento en un 'día histórico'" (bl-Ispanjol). 2021-04-08. Miġbur 2021-08-04.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Lumbini (Lumbini) |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Lumbini, X'inhi Lumbini? Xi tfisser Lumbini?
Lumbini bin Nepaliz u bis Sanskritu ल म ब न ippronunzjata ˈlumbini li tfisser is sabiħa hija sit tal pellegrinaġġi Buddisti fid Distrett ta Rupandehi tal Provinċja ta Lumbini fin Nepal Hija l post fejn skont it tradizzjoni Buddista ir Reġina Mahamayadevi welldet lil Siddhartha Gautama għall ħabta tal 563 Q K Gautama li kiseb l Illuminazzjoni lejn il 528 Q K sar il Buddha u stabbilixxa l Buddizmu Lumbini hija waħda mill bosta ta siti tal pellegrinaġġi li ġew stabbiliti fil postijiet li kienu ċentrali fil ħajja tal Buddha It Tempju ta Mayadevi Lumbini fiha għadd ta tempji iktar antiki fosthom it Tempju ta Mayadevi u diversi tempji ġodda iffinanzjati minn organizzazzjonijiet Buddisti minn diversi pajjizi li tlestew jew għadhom qed jinbnew Bosta monumenti monasteri u muzew kif ukoll l Istitut tar Riċerka Internazzjonali ta Lumbini jinsabu fi ħdan is sit Barra minn hekk hemm il Puskarini jew Għadira Sagra fejn omm il Buddha skont ir ritwal tradizzjonali daħlet qabel it twelid u fejn il Buddha ġie maħsul għall ewwel darba F siti oħra ħdejn Lumbini skont it tradizzjoni twieldu Buddhi iktar bikrin u mbagħad kisbu l Illuminazzjoni aħħarija u finalment abbandunaw l għamliet terrestri tagħhom Lumbini tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1997 Fi zmien il BuddhaIl Pilastru ta Ashoka f Lumbini Fi zmien il Buddha Lumbini kienet tinsab fil Lvant ta u fil Lbiċ tad Devadaha ta Shakya repubblika oligarkika Skont it tradizzjoni Buddista il Buddha twieled hemmhekk Pilastru li ġie skopert f Rupandehi fl 1896 jingħad li jimmarka l punt preċiz fejn zar Lumbini Is sit ma kienx magħruf bħala Lumbini qabel ma l pilastru ġie skopert It traduzzjoni tal iskrizzjoni tinsab fit tabella tat taqsima li jmiss Is sit preċedentement kien magħruf bħala Rupandehi 3 2 km fit Tramuntana ta Bhagavanpura Is Sutta Nipata vs 683 tiddikjara li l Buddha twieled f villaġġ tal Sakjani f Lumbineyya Janapada Il Buddha qagħad f Lumbinivana matul iz zjara tiegħu f Devadaha u hemmhekk ipprietka lil Devadaha Sutta Pilastru ta AshokaFl 1896 il Ġeneral u skoprew pilastru kbir tal ġebel f Rupandehi skont ir rekords storiċi kruċjali li tfasslu mill patri pellegrin Ċiniz Xuanzang fis seklu 7 W K u minn patri pellegrin Ċiniz ieħor Faxian fil bidu tas seklu 5 W K L iskrizzjoni Brahmina fuq il pilastru tagħti evidenza li Ashoka l imperatur tal zar il post fis seklu 3 Q K u identifikah bħala l post fejn twieled il Buddha L iskrizzjoni kienet ġiet tradotta minn Paranavitana Pilastru ta Rummindei iskrizzjoni ta Ashoka Traduzzjoni bil Malti Iskrizzjoni u Traslitterazzjoni kitba Brahmina oriġinali Ritratt Meta r Re Devanampriya Priyadarsin kien għalaq għoxrin sena minn mindu ġie midluk huwa stess ġie biex iqim dan il punt minħabba li l Buddha Shakyamuni kien twieled hemm Huwa ordna li tinbena statwa tal ġebel b għamla ta ziemel kif ukoll pilastru tal ġebel sabiex juri li l Imqaddes kien twieled hemm Huwa għamel uil villaġġ ta Lumbini ħieles mit taxxi u kellhom jħallsu biss wieħed fuq tmienja tas sehem tal għelejjel l Editt ta Rummindei wieħed mill Editti Minuri tal Pilastru ta Ashoka 𑀤 𑀯 𑀦 𑀧 𑀬 𑀦 𑀧 𑀬𑀤𑀲 𑀦 𑀮 𑀚 𑀦𑀯 𑀲𑀢 𑀯𑀲 𑀪 𑀲 𑀢 𑀦 Devanaṃpiyena Piyadasina lajina visati vasabhisitena 𑀅𑀢𑀦𑀆𑀕 𑀘 𑀫𑀳 𑀬 𑀢 𑀳 𑀤𑀩 𑀥 𑀚 𑀢 𑀲𑀓 𑀬𑀫 𑀦 𑀢 atana agaca mahiyite hida Budhe jate Sakyamuni ti 𑀲 𑀮 𑀯 𑀕𑀥𑀪 𑀘 𑀓 𑀳 𑀧 𑀢 𑀲 𑀮 𑀣𑀪 𑀘 𑀉𑀲𑀧 𑀧 𑀢 sila vigaḍabhi ca kalapita sila thabhe ca usapapite 𑀳 𑀤𑀪𑀕𑀯 𑀚 𑀢𑀢 𑀮 𑀫 𑀦 𑀕 𑀫 𑀉𑀩𑀮 𑀓 𑀓𑀝 hida Bhagavaṃ jate ti Luṃmini game ubalike kaṭe 𑀅𑀞𑀪 𑀕 𑀬 𑀘 aṭha bhagiye ca Adattata mit trazlitterazzjoni ta E Hultzsch Il pilastru ta Rummindei f Lumbini meta ġiet skoperta fl 1896 bil post preċiz fejn kien hemm l iskrizzjoni li kienet moħbija xi metru taħt l art Fuq in naħa ta fuq tal pilastru hemm iskrizzjoni oħra tar Re Ripumalla is seklu 13 14 W K li huwa magħruf ukoll permezz ta iskrizzjoni fil pilastru ta Nigali Sagar Om mani padme hum mantra Buddista li litteralment tfisser Tifħir lill Ġojjell fil Lotus J Alla l Prinċep Ripu Malla jibqa rebbieħ fit tul Iskrizzjoni tar Re Ripumalla fuq il pilastru ta Ashoka seklu 13 14 Pilastru ieħor ta Ashoka jinsab xi 22 kilometru fil Majjistral ta Lumbini il pilastru ta Nigali Sagar b iskrizzjoni u t tielet pilastru jinsab xi 24 kilometru fil Punent il pilastru ta Gotihawa mingħajr iskrizzjoni Skavi fit Tempju ta Mayadevi fl 2013 It Tempju ta Mayadevi u l fdalijiet ta monasteri antiki Skont l iskavi taħt l istrutturi tal brikks ezistenti fit Tempju ta Mayadevi f Lumbini jipprovdu evidenza li kien hemm struttura tal injam iktar antika taħt il ħitan ta santwarju Buddista tal brikks li nbena matul ir renju ta Ashoka is seklu 3 Q K Il konfigurazzjoni tas santwarju ta Ashoka ssegwi mill qrib dik ta struttura tal injam iktar bikrija li jissuġġerixxi kontinwita ta qima fis sit Iktar fdalijiet qrib is siġra Bodhi L istruttura tal injam ta qabel zmien l imperu Maurya jidher li kienet santwarju ta siġra antika Mill analizi tad dati bir radjukarbonju tal karbonju mit toqob fl arbli tal injam u mil luminixxenza stimolata ottikament li tagħti d dati tal elementi fil ħamrija donnu jiġi ssuġġerit li l attivita umana bdiet f Lumbini għall ħabta tal 1000 Q K Coningham jiddikjara li s sit jista jkun monument Buddist mis seklu 6 Q K Studjuzi oħra jiddikjaraw li l iskavi ma zvelaw xejn li hu Buddista u jikkonfermaw biss li s sit huwa iktar antik minn zmien il Buddha ZminijietnaIl Monasteru Rjali Tajlandiz f Lumbini Lumbini hija twila 4 8 kilometri u wiesgħa 1 6 kilometru Is sit sagru ta Lumbini huwa kkonfinat minn zona monastika kbira fejn jistgħu jinbnew monasteri biss u l ebda ħanut lukanda jew ristorant Din iz zona hija maqsuma f zona tal Lvant u oħra tal Punent Dik tal Lvant fiha monasteri tal Buddizmu Theravada filwaqt li dik tal Punent fiha monasteri tal Buddizmu Mahayana u Vajrayana Hemm kanal twil mimli bl ilma li jissepara z zewġ zoni b serje ta pontijiet bl arkati tal brikks li jikkollegaw iz zewġ naħat fit tul tagħhom Hemm servizz ta dgħajjes sempliċi bil magna outboard fin naħa tat Tramuntana li jipprovdu dawriet turistiċi Is sit sagru ta Lumbini fih fdalijiet ta monasteri antiki siġra Bodhi sagra għadira antika il pilastru ta Ashoka u t Tempju ta Mayadevi sit li tradizzjonalment jitqies li huwa l post fejn twieled il Buddha Minn kmien filgħodu sa kmieni filgħaxija il pellegrini minn pajjizi differenti jkantaw innijiet u mantri u jagħmlu meditazzjoni fis sit Il Pagoda tal Paċi Dinjija f Lumbini Organizzazzjoni mhux governattiva li jisimha l Fondazzjoni Samriddhi fl 2013 bdiet taħdem b mod estensiv fil qasam tal edukazzjoni u s saħħa speċjalment fl iskejjel tal gvern ta zona fejn jgħixu tfal inqas ixxurtjati Organizzazzjoni mhux governattiva msejħa l Fondazzjoni għall Iskambju u l Kooperazzjoni bejn l Asja u l Paċifiku APECF u appoġġata mill President tal Partit Komunista Unifikat tan Nepal Maoist u l eks Prim Ministru Prachanda il gvern Ċiniz u l Organizzazzjoni tan Nazzjonijiet Uniti NU għall Izvilupp Industrijali UNIDO iffirmat patt biex Lumbini tiġi zviluppata f zona ta zvilupp speċjali permezz ta fondi li jammontaw għal 3 biljun Dan kien proġett konġunt bejn iċ Ċina u n NU Kumitat Direzzjonali Nazzjonali usa għall Izvilupp ta Lumbini taħt it tmexxija ta ġie ffurmat fis 17 ta Ottubru 2011 Il kumitat b sitt membri kien jinkludi l mexxej tal Partit Komunista tan Nepal Marxista Leninista Unifikat il mexxej tal Kungress Nepaliz u l Ministru għall Foresti fost mexxejja oħra Il kumitat ingħata l awtorita li jfassal pjan direzzjonali biex Lumbini tiġi zviluppata f zona paċifika u turistika u jressaq il proposta kif ukoll ingħata r responsabbilta li jikseb appoġġ internazzjonali għal dan l għan ddeċieda li jibni Pagoda tal Paċi fis sit fl 2001 li kuljum izuruha bosta nies minn kulturi u reliġjonijiet differenti Peress li xi Induisti jqisu lill Buddha bħala inkarnazzjoni ta eluf ta Induisti bdew jagħmlu pellegrinaġġi lejn Lumbini meta jkun qamar kwinta fix xahar Nepaliz ta Baisakh April Mejju biex iqimu lir Reġina Mayadevi magħrufa bħala Rupa Devi l alla omm ta Lumbini Sit ta Wirt DinjiIt Tempju tad Deheb tal Myanmar f Lumbini Lumbini il post fejn twieled il Buddha ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1997 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Fuq ir rupee NepalizStampa Nepali 100 Rupee 2073bs jpg Il karta tal flus ta 100 rupee Nepaliz b Lumbini fuqha Il bank ċentrali tan Nepal introduċa karta tal flus ta 100 rupee Nepaliz b rapprezentazzjoni ta Lumbini il post fejn twieled il Buddha Il Bank Rastra tan Nepal sostna li l karta l ġdida tal flus kienet se tkun aċċessibbli biss waqt id Dashain l ikbar festival tan Nepal li jsir lejn Settembru Ottubru Ir rapprezentazzjoni fiha ritratt ta Mayadevi omm Gautama Buddha b lewn fiddieni metalliku fuq in naħa ta quddiem tal karta tal flus Il karta tal flus fiha wkoll tikka sewda li tgħin lil dawk li huma neqsin mid dawl jagħrfuha L isem tal bank ċentrali huwa stampat bil Latin flimkien mad data tal istampar kemm bl Era Kristjana kif ukoll bl Era Bikram Il karta l ġdida tal flus inħarġet wara deċizjoni tal Kabinett fis 27 ta Awwissu 2013 TurizmuTrasport Lumbini tinsab għaxar sigħat bogħod bil karozza minn Kathmandu u 30 minuta bogħod bil karozza minn L eqreb ajruport huwa l Ajruport Gautama Buddha f Bhairahawa b titjiriet l hemm u l hawn minn Kathmandu u lura Ir raħal Indjan ta fid distrett ta Maharajganj qrib il fruntiera jinsab siegħa bogħod bil karozza minn Lumbini u l istazzjon ferrovjarju ta Nautanwa fl Indja jinsab ftit kilometri l bogħod L eqreb belt kbira hija li tinsab xi 100 kilometru il bogħod u xi erba sigħat bil karozza minn Lumbini Attrazzjonijiet ewlenin it Tempju ta Maya Devi il Pagoda tal Paċi Dinjija it Tempju tad Deheb tal Myanmar il Pilastru ta Ashoka is Santwarju tal Grawwiet ta Lumbini Kostruzzjoni ta lukandi ġodda L eqreb ajruport għal Lumbini jiġifieri l Ajruport Gautama f Bhairahawa attwalment qed isirlu xogħol ta mmodernizzar u ta tkabbir Huwa mistenni li sal bidu tal 2022 dan l ajruport domestiku zgħir isir ajruport internazzjonali Ix xogħol ta mmodernizzar tal ajruport attira lill investituri u lil lukandiera u serje ta lukandi ġodda qed jinbnew madwar Lumbini bit tama li jmorru tajjeb bil bosta wasliet internazzjonali li huwa mistenni li se jibdew jaslu ladarba jitlestew ix xogħlijiet fl ajruport Vizitaturi barranin 2012 2014 Sena Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Total 2014 8 356 17 964 20 037 6 843 2 553 2 111 2 726 14 123 7 999 16 433 21 089 12 765 132 926 2013 9 371 17 869 22 581 7 101 3 654 3 552 3 621 9 685 7 351 13 610 16 483 10 618 125 496 2012 6 591 20 045 20 519 8 295 1 316 1 366 2 651 17 924 7 955 13 099 21 740 14 566 136 067Ġemellaġġi l Indja SpanjaReferenzi Cousins LS 1996 The Dating of the Historical Buddha A Review Article Journal of the Royal Asiatic Society 6 1 57 63 Schumann Hans Wolfgang 2003 The Historical Buddha The Times Life and Teachings of the Founder of Buddhism Motilal Banarsidass Press pp 10 13 ISBN 8120818172 Rhys Davids T W The Unz Review The Unz Review Miġbur 2021 08 04 The Buddha BC 623 BC 543 www booksie com bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Lumbini the Birthplace of the Lord Buddha UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 Centre UNESCO World Heritage World Heritage Committee Inscribes 46 New Sites on World Heritage List UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 Kapilavastu Ancient History Encyclopedia web archive org 2016 08 14 Arkivjat mill oriġinal fl 2016 08 14 Miġbur 2021 08 04 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Sen Dr A C 2008 Buddhist shrines in India Kolkota Maha Bodhi Book Agency p 24 ISBN 978 81 87032 78 6 Paranavitana S April Ġunju 1962 Rupandehi Pillar Inscription of Asoka Journal of the American Oriental Society 82 2 163 167 a b Hultzsch E 1925 Inscriptions of Asoka Oxford Clarendon Press pp 164 165 British Library Online The Maha Bodhi bl Ingliz 1921 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Le Huu Phuoc Buddhist Architecture p 269 Coningham RAE Acharya KP Strickland KM Davis CE Manuel MJ Simpson IA Gilliland K Tremblay J Kinnaird TC Sanderson DCW 2013 The earliest Buddhist shrine excavating the birthplace of the Buddha Lumbini Nepal PDF Antiquity 87 338 1104 23 Gombrich Richard 2013 Pseudo discoveries at Lumbini Oxford Center for Buddhist Studies Oxford University PDF Fogelin Lars 2 March 2015 An Archaeological History of Indian Buddhism Oxford University Press ISBN 978 0 19 994822 2 unidoitpo org cn域名过期 web archive org 2018 07 11 Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 07 11 Miġbur 2021 08 04 a b Lumbini Development Committee formed under Dahal s leadership Top Stories ekantipur com web archive org 2011 12 21 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 12 21 Miġbur 2021 08 04 Buddha s birthplace in Nepal s 100 rupee note Indistan News web archive org 2013 12 02 Arkivjat mill oriġinal fl 2013 12 02 Miġbur 2021 08 04 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Lumbini Welcome Nepal web archive org 2013 08 17 Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 08 17 Miġbur 2021 08 04 Things to do in Lumbini birthplace of Buddha Buddha Statues www buddha statues info bl Ingliz Miġbur 2021 08 04 Tourism Ministry drops plan to name Munich Airport as operator of Bhairahawa airport kathmandupost com Miġbur 2021 08 04 Manutenzjoni CS1 lingwa mhix magħrufa link Airport construction triggers hotel boom in Rupandehi kathmandupost com Miġbur 2021 08 04 Manutenzjoni CS1 lingwa mhix magħrufa link Nepal Tourism Statistics 2014 PDF web archive org 2016 04 26 Arkivjat mill oriġinal fl 2016 04 26 Miġbur 2021 08 04 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b Nepal Tourism Statistics 2012 2013 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2014 09 11 Miġbur 2021 08 04 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Outcomes during the visit of Prime Minister to Nepal November 25 27 2014 mea gov in Miġbur 2021 08 04 Caceres y Lumbini rubrican su hermanamiento en un dia historico bl Ispanjol 2021 04 08 Miġbur 2021 08 04 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Lumbini Lumbini