Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Monasteru ta Santa Katarina bl Għarbi دير القد يسة كاترين bil Grieg Μονὴ τῆς Ἁγίας Αἰκατερίνης uffiċjalment il Monast

Monasteru ta' Santa Katarina

  • Paġna Ewlenija
  • Monasteru ta' Santa Katarina
Monasteru ta' Santa Katarina
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Monasteru ta' Santa Katarina (bl-Għarbi: دير القدّيسة كاترين; bil-Grieg: Μονὴ τῆς Ἁγίας Αἰκατερίνης), uffiċjalment il-Monasteru Rjali Awtonomu Mqaddes ta' Santa Katarina tal-Muntanja Mqaddsa ta' Sinaj, huwa monasteru Ortodoss tal-Lvant li jinsab fil-Peniżola ta' Sinaj. Jinsab fil-bokka ta' fondoq fl-għoljiet taħt il-Muntanja Sinaj, qrib ir-raħal ta' Santa Katarina, l-Eġittu. Il-monasteru huwa msemmi għal Santa Katarina ta' Lixandra.

Ikkontrollat mill-Knisja Awtonoma ta' Sinaj, li hija parti mill- usa', il-monasteru sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002 għall-importanza unika tiegħu fit-tradizzjonijiet tal-Kristjaniżmu, tal-Iżlam u tal-Ġudaiżmu. Fl-isfond tal-Monasteru ta' Santa Katarina hemm tliet muntanji: Ras Sufsafeh (x'aktarx il-Muntanja Ħoreb li tissemma fil-Bibbja, fil-Punent b'quċċata ta' madwar kilometru (0.62 mili)); Jebel Arrenziyeb, fin-Nofsinhar b'quċċata ta' madwar kilometru; u l-Muntanja Sinaj (magħrufa lokalment bħala Jebel Musa, u skont it-tradizzjoni identifikati mal-Muntanja Sinaj li tissemma fil-Bibbja; fin-Nofsinhar b'quċċata ta' madwar żewġ kilometri (1.2 mil)).

Mibni bejn il-548 u l-565, huwa l-eqdem monasteru Kristjan fid-dinja li ilu abitat b'mod kontinwu. Is-sit fih ukoll l-eqdem librerija fid-dinja li ilha topera b'mod kontinwu, b'xogħlijiet uniċi jew estremament rari, bħall-Codex Sinaiticus u s-Syriac Sinaiticus, kif ukoll x'aktarx l-ikbar kollezzjoni ta' ikoni Kristjani bikrin, inkluż l-iżjed xbieha bikrija magħrufa ta' Ġesù bħala l-Kristu Pantokrator.

Tradizzjonijiet Kristjani

Meta Katarina

Il-Monasteru ta' Santa Katarina fl-1968
Il-Monasteru ta' Santa Katarina fl-1852

inżammet bħala priġuniera fil-monasteru, iktar minn 200 ruħ ġew jarawha, inkluż il-mara ta' , ; kollha kemm huma kkonvertew għall-Kristjaneżmu u sussegwentement mietu martri. L-imperatur furjuż ikkundanna lil Katarina għall-mewt fuq rota tat-torturi iżda malli missitha, tkissret f'diversi biċċiet. Maxentius ordna li tinqatel bil-qtugħ ir-ras. Katarina stess ordnat li tinbeda l-eżekuzzjoni. Skont il-leġġenda wkoll, minn għonqha gelglet sustanza qisha ħalib minflok demm.

Il-monasteru nbena madwar l-inħawi meqjusa tradizzjonalment bħala l-post fejn kien ra l-ħuġġieġa nar qalb l-għollieq. Il-festa ewlenija tal-monasteru hija l-Festa tat-Trasfigurazzjoni. Il-monasteru sar sit ta' pellegrinaġġ magħruf sew.

Storja

L-eqdem dokument dwar il-ħajja monastika fil-Muntanja Sinaj huwa ġurnal tal-ivvjaġġar miktub bil-Latin minn pellegrina jisimha Egeria (Etheria; Santa Silvja ta' Aquitaine) għall-ħabta tat-381/2-386.

Il-monasteru nbena skont l-ordni tal-Imperatur (li rrenja fl-527-565), madwar il-Kappella tal-Ħuġġieġa nar qalb l-għollieq (magħrufa wkoll bħala l-Kappella ta' Santa Elena) li kienet ġiet ordnata biex tinbena mill-Imperatriċi Konsorti Elena, omm l-Kbir, fis-sit fejn Mosè suppost ra l-ħuġġieġa nar qalb l-għollieq. L-għollieq ħaj li hemm fi ħdan il-monasteru jingħad li huwa l-istess li ra jaqbad Mosè. Strutturalment, ix-xorok prinċipali tal-monasteru x'aktarx li huma l-eqdem xorok magħrufa fid-dinja. Is-sit huwa sagru għall-Kristjaneżmu, għall-Iżlam u għall-Ġudaiżmu.

Kienet inħolqot moskea billi l-kappella eżistenti kienet ġiet ikkonvertita matul il-Kaliffat Fatimida (909-1171), li kienet tintuża b'mod regolari sal-era tas-Sultanat Mamluk fis-seklu 13 u għadha tintuża attwalment f'okkażjonijiet speċjali. Matul l-Imperu Ottoman, il-moskea kienet tinsab f'kundizzjoni mwiegħra; din ġiet irrestawrata fil-bidu tas-seklu 20.

Matul is-seklu 7, il-Kristjani iżolati tas-Sinaj ġew eliminati u baqa' biss il-monasteru ffortifikat. Il-monasteru għadu mdawwar bil-fortifikazzjonijiet enormi li ppreservawh. Sas-seklu 20, l-aċċess kien permezz ta' bieb fl-għoli tal-ħitan ta' barra. Minn żmien l-Ewwel Kruċjata, il-preżenza tal-ġellieda tal-Kruċjati fis-Sinaj sal-1270 qanqlet l-interess tal-Kristjani Ewropej u żiedet l-għadd ta' pellegrini qalbiena li żaru l-monasteru. Il-monasteru kien appoġġat mid-dipendenzi tiegħu fl-Eġittu, fil-Palestina, fis-Sirja, f'Kreta, f'Ċipru u f'Kostantinopli.

Il-monasteru, flimkien ma' diversi dipendenzi fl-inħawi, jikkostitwixxi l-Knisja tas-Sinaj kollha, immexxija minn arċisqof, li huwa wkoll il-patri superjuri tal-monasteru. L-istatus amministrattiv preċiż tal-knisja fi ħdan il-Knisja Ortodossa tal-Lvant huwa ambigwu: uħud, inkluż il-Knisja nnifisha, jitqies bħala awtoċefalu, u oħrajn iqisuh bħala knisja awtonoma taħt il-ġurisdizzjoni tal-Knisja Ortodossa Griega ta' Ġerusalemm. L-arċisqof tradizzjonalment jiġi kkonsagrat mill-Patriarka Ortodoss Grieg ta' Ġerusalemm; f'dawn l-aħħar sekli effettivament irresjeda fil-Kajr. Matul il-perjodu tal-Kruċjati fejn kien hemm distakk bejn il-knejjes Ortodossi u Kristjani, il-monasteru spiċċa taħt il-patroċinju kemm tal-imperaturi Biżantini kif ukoll tal-mexxejja tar-Renju ta' Ġerusalemm, u l-qrati rispettivi tagħhom.

Fit-18 ta' April 2017, seħħ attakk minn grupp tal-Istat Iżlamiku f'checkpoint qrib il-monasteru, fejn inqatel puluzija u ġew midruba tliet pulizija oħra.

Sit ta' Wirt Dinji

Iż-Żona tal-Monasteru ta' Santa Katarina ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Opri tal-arti

Il-kumpless fih bosta opri tal-arti insostitwibbli: mużajk, l-aqwa kollezzjoni ta' ikoni bikrin fid-dinja, kif ukoll oġġetti lituriġiċi, kalċjijiet u relikwi, u binjiet tal-knisja. Il-kollezzjoni kbira ta' ikoni tibda b'uħud uniċi li jmorru lura x'aktarx għas-sekli 5 u 6; il-monasteru qatt ma ġie affettwat mill-ikonoklażma Biżantina u r-rikkezzi tiegħu qatt ma nsterqu. L-eqdem ikona fuq tema tat-Testment il-Qadim hija ppreservata fil-monasteru wkoll. Proġett biex il-kollezzjoni tiġi kkatalogata ilha għaddejja mis-snin 60 tas-seklu 20. Il-monasteru kien ċentru importanti għall-iżvilupp tal-istil ibridu tal-arti tal-Kruċjati, u għad għandu iktar minn 120 ikona maħluqa b'dak l-istil, bil-bosta l-ikbar kollezzjoni eżistenti fid-dinja. Evidentement bosta nħolqu mil-Latini, x'aktarx patrijiet, ibbażati fil-monasteru jew fil-qrib fis-seklu 13.

Gallerija tal-ikoni

  • Ikona tal-Madonna bil-Bambin fuq it-tron bl-anġli u l-qaddisin, is-seklu 6.
  • L-eqdem ikona magħrufa ta' Kristu Pantokrator.
  • Il-Kruċifissjoni, is-seklu 13.
  • Il-Bibien Imqaddsa.
  • Il-Madonna bil-Bambin, is-seklu 13.
  • Ikona Biżantina ta' San Mikiel l-Arkanġlu, is-seklu 13.
  • It-Trasfigurazzjoni, is-seklu 12.
  • Is-Sellum li Jwassal sal-Ġenna.
  • L-Imperatur Ġwanni VIII Palaiologos.
  • Ikona ta' Santa Katarina ta' Lixandra.
  • Il-Monasteru, is-seklu 18.
  • Ikona ta' Kristu, is-seklu 7.

Gallerija ta' ritratti storiċi

  • (1762)
  • Description de l'Égypte (1809)
  • , 1839, ippubblikat f'The Holy Land, Syria, Idumea, Arabia, Egypt, and Nubia.
  • (1861)
  • (1892)

Iktar qari

  • Oriana Baddeley, Earleen Brunner (1996). The Monastery of St Catherine. 120 paġna b'79 ritratt bil-kulur. ISBN 978-0-9528063-0-1.
  • Böttrich, Christfried (2011). Der Jahrhundertfund. Entdeckung und Geschichte des Codex Sinaiticus. : Evangelische Verlagsanstalt. ISBN 978-3-374-02586-2.
  • James Hamilton Charlesworth, The New Discoveries in St. Catherine’s Monastery, American Schools of Oriental Research Monograph, Winona Lake, Eisenbrauns, 1981. ISBN 0-89757-403-6.
  • Alessandro Falcetta (2018). A Biography of James Rendel Harris 1852 - 1941: The Daily Discoveries of a Bible Scholar and Manuscript Hunter. Londra: T&T Clark. ISBN 9780567684776.
  • Forsyth, G. H.; Weitzmann, K. (1973). The Monastery of Saint Catherine at Mount Sinai - The Church and Fortress of Justinian: Plates. Princeton: Princeton University Press. ISBN 0-472-33000-4.
  • Paul Géhin (2017). Les manuscrits syriaques de parchemin du Sinaï et leur membra disjecta. CSCO 665 / Subsidia 136. : Peeters. ISBN 978-90-429-3501-3.
  • Margaret Dunlop Gibson (1893). How the Codex was Found. A Narrative of Two Visits to Sinai from Mrs. Lewis’s Journals. 1892-1893. Cambridge: Macmillan & Bowes.
  • Dieter Harlfinger, Diether R. Reinsch, and Joseph A. M., Sonderkamp in Zusammenarbeit mit Giancarlo Prato: Specimina Sinaitica: Die datierten griechischen Handschriften des Katharinen-Klosters auf dem Berge Sinai 9. bis 12. Jahrhundert, Berlin: Reimer 1983. ISBN 3496007435.
  • Agnes Smith Lewis (1898). In the Shadow of Sinai. A Story travel and Research from 1895 to 1897. Cambridge: Macmillan & Bowes.
  • Panayotis G. Nicolopoulos (1999), The New Finds. Holy Monastery and Archdiocese of Sinai (Athens). ISBN 9608598427.
  • David C. Parker (2010). CODEX SINAITICUS: The Story of the World’s Oldest Bible. Londra. British Library. ISBN 9780712358033.
  • Porter, Stanley E. (2015). Constantine Tischendorf. The Life and Work of a 19th Century Bible Hunter. Londra: Bloomsbury T&T Clark. ISBN 978-0-5676-5803-6.
  • Schick, Alexander (2015). Tischendorf und die älteste Bibel der Welt - Die Entdeckung des CODEX SINAITICUS im Katharinenkloster. Muldenhammer: Jota. ISBN 978-3-935707-83-1.
  • Soskice, Janet (1991). Sisters of Sinai: How Two Lady Adventurers Found the Hidden Gospels. Londra: Vintage. ISBN 978-1-4000-3474-1.
  • Sotiriou, G. and M. (1956–1958). Icones du Mont Sinaï. 2 vol. (platti u testi). Collection de L'Institut francais d'Athènes 100 u 102. Ateni.
  • Elena Ene D-Vasilescu, The Monastery of St. Catherine, Sinai and the Romanians, Revue des Études Sud-Est Européennes, XLVII, 1–4, 2009, pp. 75–87.
  • Weitzmann, K. (1976). The Monastery of Saint Catherine at Mihnt Sinai: The Icons, Volume I: From the Sixth to the Tenth Century. Princeton: Princeton University Press.
  • Weitzmann, K.; Galavaris, G. (1991). The Monastery of Saint Catherine at Mount Sinai. The Illuminated Greek Manuscripts, Volume I. From the Ninth to the Twelfth Century. Princeton: Princeton University Press. ISBN 0-691-03602-0.

Referenzi

  1. ^ Evans, Helen C. (2004). Saint Catherine's Monastery, Sinai, Egypt: A Photographic Essay. Metropolitan Museum of Art. ISBN 978-1-58839-109-4.
  2. ^ "Saint Catherine's Monastery | Location, History, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  3. ^ Georgiou, Aristos (2017-12-20). "These spectacular ancient texts were lost for centuries, and now they can be viewed online". International Business Times UK (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  4. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Saint Catherine Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  5. ^ a b "Visit Saint Catherine Monastery, Egypt". visitafrica.site (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-27. Miġbur 2022-09-27.
  6. ^ Din, Mursi Saad El et al.. Sinai: The Site & The History: Essays. New York: New York University Press, 1998. 80. ISBN 0814722032.
  7. ^ Jules Leroy; Peter Collin (2004). Monks and Monasteries of the Near East. Gorgias Press. pp. 93–94. ISBN 978-1-59333-276-1.
  8. ^ KeepCalmAndWander (2016-05-24). "St Catherine Monastery - The Oldest in the World" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-21. Miġbur 2022-09-27.
  9. ^ "Research Site | Sinai Palimpsests Project". sinai.library.ucla.edu. Miġbur 2022-09-27.
  10. ^ Sebastian P. Brock, Two Hitherto Unattested Passages of the Old Syriac Gospels in Palimpsests from St Catherie’s Monastery, Sinai, Δελτίο Βιβλικῶν Μελετῶν 31A, 2016, pp. 7–18.
  11. ^ "St. Catherine of Alexandria | Egyptian martyr | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  12. ^ Clugnet 1908.
  13. ^ Morton 1841, p. 133.
  14. ^ "Home". www.sinaimonastery.com. Miġbur 2022-09-27.
  15. ^ John Wilkinson (2015), Egeria’s travels (Oxford: Oxbow Books). ISBN 978-0-85668-710-5.
  16. ^ "The Pilgrimage of Egeria". www.ccel.org. Miġbur 2022-09-27.
  17. ^ Schrope, Mark (2012-09-06). "In the Sinai, a global team is revolutionizing the preservation of ancient manuscripts" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  18. ^ "IS THE BURNING BUSH STILL BURNING?". Friends of Mount Sinai Monastery (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-27.
  19. ^ "Il-monasteru". st-katherine.net.
  20. ^ "Deadly attack near Egypt's old monastery" (bl-Ingliż). 2017-04-19. Miġbur 2022-09-27.
  21. ^ Kurt Weitzmann, The Icon, Evans Brothers Ltd, Londra (1982), pp. 201–07 (traduzzjoni ta' Le Icone, Mondadori 1981), ISBN 0-237-45645-1.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 04 Lul, 2025 / 22:40

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Monasteru ta' Santa Katarina, X'inhi Monasteru ta' Santa Katarina? Xi tfisser Monasteru ta' Santa Katarina?

Il Monasteru ta Santa Katarina bl Għarbi دير القد يسة كاترين bil Grieg Monὴ tῆs Ἁgias Aἰkaterinhs uffiċjalment il Monasteru Rjali Awtonomu Mqaddes ta Santa Katarina tal Muntanja Mqaddsa ta Sinaj huwa monasteru Ortodoss tal Lvant li jinsab fil Penizola ta Sinaj Jinsab fil bokka ta fondoq fl għoljiet taħt il Muntanja Sinaj qrib ir raħal ta Santa Katarina l Eġittu Il monasteru huwa msemmi għal Santa Katarina ta Lixandra Il Monasteru ta Santa Katarina Ikona bix xama tikwi tas seklu 6 Ikkontrollat mill Knisja Awtonoma ta Sinaj li hija parti mill usa il monasteru sar Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2002 għall importanza unika tiegħu fit tradizzjonijiet tal Kristjanizmu tal Izlam u tal Ġudaizmu Fl isfond tal Monasteru ta Santa Katarina hemm tliet muntanji Ras Sufsafeh x aktarx il Muntanja Ħoreb li tissemma fil Bibbja fil Punent b quċċata ta madwar kilometru 0 62 mili Jebel Arrenziyeb fin Nofsinhar b quċċata ta madwar kilometru u l Muntanja Sinaj magħrufa lokalment bħala Jebel Musa u skont it tradizzjoni identifikati mal Muntanja Sinaj li tissemma fil Bibbja fin Nofsinhar b quċċata ta madwar zewġ kilometri 1 2 mil Mibni bejn il 548 u l 565 huwa l eqdem monasteru Kristjan fid dinja li ilu abitat b mod kontinwu Is sit fih ukoll l eqdem librerija fid dinja li ilha topera b mod kontinwu b xogħlijiet uniċi jew estremament rari bħall Codex Sinaiticus u s Syriac Sinaiticus kif ukoll x aktarx l ikbar kollezzjoni ta ikoni Kristjani bikrin inkluz l izjed xbieha bikrija magħrufa ta Ġesu bħala l Kristu Pantokrator Tradizzjonijiet KristjaniMeta KatarinaIl Monasteru ta Santa Katarina fl 1968Il Monasteru ta Santa Katarina fl 1852 inzammet bħala priġuniera fil monasteru iktar minn 200 ruħ ġew jarawha inkluz il mara ta kollha kemm huma kkonvertew għall Kristjanezmu u sussegwentement mietu martri L imperatur furjuz ikkundanna lil Katarina għall mewt fuq rota tat torturi izda malli missitha tkissret f diversi biċċiet Maxentius ordna li tinqatel bil qtugħ ir ras Katarina stess ordnat li tinbeda l ezekuzzjoni Skont il leġġenda wkoll minn għonqha gelglet sustanza qisha ħalib minflok demm Il monasteru nbena madwar l inħawi meqjusa tradizzjonalment bħala l post fejn kien ra l ħuġġieġa nar qalb l għollieq Il festa ewlenija tal monasteru hija l Festa tat Trasfigurazzjoni Il monasteru sar sit ta pellegrinaġġ magħruf sew StorjaMappa tal 1899 tal inħawi tal monasteru L eqdem dokument dwar il ħajja monastika fil Muntanja Sinaj huwa ġurnal tal ivvjaġġar miktub bil Latin minn pellegrina jisimha Egeria Etheria Santa Silvja ta Aquitaine għall ħabta tat 381 2 386 Il monasteru nbena skont l ordni tal Imperatur li rrenja fl 527 565 madwar il Kappella tal Ħuġġieġa nar qalb l għollieq magħrufa wkoll bħala l Kappella ta Santa Elena li kienet ġiet ordnata biex tinbena mill Imperatriċi Konsorti Elena omm l Kbir fis sit fejn Mose suppost ra l ħuġġieġa nar qalb l għollieq L għollieq ħaj li hemm fi ħdan il monasteru jingħad li huwa l istess li ra jaqbad Mose Strutturalment ix xorok prinċipali tal monasteru x aktarx li huma l eqdem xorok magħrufa fid dinja Is sit huwa sagru għall Kristjanezmu għall Izlam u għall Ġudaizmu Kienet inħolqot moskea billi l kappella ezistenti kienet ġiet ikkonvertita matul il Kaliffat Fatimida 909 1171 li kienet tintuza b mod regolari sal era tas Sultanat Mamluk fis seklu 13 u għadha tintuza attwalment f okkazjonijiet speċjali Matul l Imperu Ottoman il moskea kienet tinsab f kundizzjoni mwiegħra din ġiet irrestawrata fil bidu tas seklu 20 Matul is seklu 7 il Kristjani izolati tas Sinaj ġew eliminati u baqa biss il monasteru ffortifikat Il monasteru għadu mdawwar bil fortifikazzjonijiet enormi li ppreservawh Sas seklu 20 l aċċess kien permezz ta bieb fl għoli tal ħitan ta barra Minn zmien l Ewwel Kruċjata il prezenza tal ġellieda tal Kruċjati fis Sinaj sal 1270 qanqlet l interess tal Kristjani Ewropej u ziedet l għadd ta pellegrini qalbiena li zaru l monasteru Il monasteru kien appoġġat mid dipendenzi tiegħu fl Eġittu fil Palestina fis Sirja f Kreta f Ċipru u f Kostantinopli Il Kappella tal Għadam fil Monasteru ta Santa Katarina Il monasteru flimkien ma diversi dipendenzi fl inħawi jikkostitwixxi l Knisja tas Sinaj kollha immexxija minn arċisqof li huwa wkoll il patri superjuri tal monasteru L istatus amministrattiv preċiz tal knisja fi ħdan il Knisja Ortodossa tal Lvant huwa ambigwu uħud inkluz il Knisja nnifisha jitqies bħala awtoċefalu u oħrajn iqisuh bħala knisja awtonoma taħt il ġurisdizzjoni tal Knisja Ortodossa Griega ta Ġerusalemm L arċisqof tradizzjonalment jiġi kkonsagrat mill Patriarka Ortodoss Grieg ta Ġerusalemm f dawn l aħħar sekli effettivament irresjeda fil Kajr Matul il perjodu tal Kruċjati fejn kien hemm distakk bejn il knejjes Ortodossi u Kristjani il monasteru spiċċa taħt il patroċinju kemm tal imperaturi Bizantini kif ukoll tal mexxejja tar Renju ta Ġerusalemm u l qrati rispettivi tagħhom Fit 18 ta April 2017 seħħ attakk minn grupp tal Istat Izlamiku f checkpoint qrib il monasteru fejn inqatel puluzija u ġew midruba tliet pulizija oħra Sit ta Wirt DinjiL Ashtiname ta Muħammed li tat protezzjoni u privileġġi oħra lis segwaċi ta Ġesu Iz Zona tal Monasteru ta Santa Katarina ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2002 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta erba kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Opri tal artiIkona ta Mose u l Ħuġġieġa tan nar qalb l għollieq Il kumpless fih bosta opri tal arti insostitwibbli muzajk l aqwa kollezzjoni ta ikoni bikrin fid dinja kif ukoll oġġetti lituriġiċi kalċjijiet u relikwi u binjiet tal knisja Il kollezzjoni kbira ta ikoni tibda b uħud uniċi li jmorru lura x aktarx għas sekli 5 u 6 il monasteru qatt ma ġie affettwat mill ikonoklazma Bizantina u r rikkezzi tiegħu qatt ma nsterqu L eqdem ikona fuq tema tat Testment il Qadim hija ppreservata fil monasteru wkoll Proġett biex il kollezzjoni tiġi kkatalogata ilha għaddejja mis snin 60 tas seklu 20 Il monasteru kien ċentru importanti għall izvilupp tal istil ibridu tal arti tal Kruċjati u għad għandu iktar minn 120 ikona maħluqa b dak l istil bil bosta l ikbar kollezzjoni ezistenti fid dinja Evidentement bosta nħolqu mil Latini x aktarx patrijiet ibbazati fil monasteru jew fil qrib fis seklu 13 Gallerija tal ikoniIkona tal Madonna bil Bambin fuq it tron bl anġli u l qaddisin is seklu 6 L eqdem ikona magħrufa ta Kristu Pantokrator Il Kruċifissjoni is seklu 13 Il Bibien Imqaddsa Il Madonna bil Bambin is seklu 13 Ikona Bizantina ta San Mikiel l Arkanġlu is seklu 13 It Trasfigurazzjoni is seklu 12 Is Sellum li Jwassal sal Ġenna L Imperatur Ġwanni VIII Palaiologos Ikona ta Santa Katarina ta Lixandra Il Monasteru is seklu 18 Ikona ta Kristu is seklu 7 Gallerija ta ritratti storiċi 1762 Description de l Egypte 1809 1839 ippubblikat f The Holy Land Syria Idumea Arabia Egypt and Nubia 1861 1892 Iktar qariOriana Baddeley Earleen Brunner 1996 The Monastery of St Catherine 120 paġna b 79 ritratt bil kulur ISBN 978 0 9528063 0 1 Bottrich Christfried 2011 Der Jahrhundertfund Entdeckung und Geschichte des Codex Sinaiticus Evangelische Verlagsanstalt ISBN 978 3 374 02586 2 James Hamilton Charlesworth The New Discoveries in St Catherine s Monastery American Schools of Oriental Research Monograph Winona Lake Eisenbrauns 1981 ISBN 0 89757 403 6 Alessandro Falcetta 2018 A Biography of James Rendel Harris 1852 1941 The Daily Discoveries of a Bible Scholar and Manuscript Hunter Londra T amp T Clark ISBN 9780567684776 Forsyth G H Weitzmann K 1973 The Monastery of Saint Catherine at Mount Sinai The Church and Fortress of Justinian Plates Princeton Princeton University Press ISBN 0 472 33000 4 Paul Gehin 2017 Les manuscrits syriaques de parchemin du Sinai et leur membra disjecta CSCO 665 Subsidia 136 Peeters ISBN 978 90 429 3501 3 Margaret Dunlop Gibson 1893 How the Codex was Found A Narrative of Two Visits to Sinai from Mrs Lewis s Journals 1892 1893 Cambridge Macmillan amp Bowes Dieter Harlfinger Diether R Reinsch and Joseph A M Sonderkamp in Zusammenarbeit mit Giancarlo Prato Specimina Sinaitica Die datierten griechischen Handschriften des Katharinen Klosters auf dem Berge Sinai 9 bis 12 Jahrhundert Berlin Reimer 1983 ISBN 3496007435 Agnes Smith Lewis 1898 In the Shadow of Sinai A Story travel and Research from 1895 to 1897 Cambridge Macmillan amp Bowes Panayotis G Nicolopoulos 1999 The New Finds Holy Monastery and Archdiocese of Sinai Athens ISBN 9608598427 David C Parker 2010 CODEX SINAITICUS The Story of the World s Oldest Bible Londra British Library ISBN 9780712358033 Porter Stanley E 2015 Constantine Tischendorf The Life and Work of a 19th Century Bible Hunter Londra Bloomsbury T amp T Clark ISBN 978 0 5676 5803 6 Schick Alexander 2015 Tischendorf und die alteste Bibel der Welt Die Entdeckung des CODEX SINAITICUS im Katharinenkloster Muldenhammer Jota ISBN 978 3 935707 83 1 Soskice Janet 1991 Sisters of Sinai How Two Lady Adventurers Found the Hidden Gospels Londra Vintage ISBN 978 1 4000 3474 1 Sotiriou G and M 1956 1958 Icones du Mont Sinai 2 vol platti u testi Collection de L Institut francais d Athenes 100 u 102 Ateni Elena Ene D Vasilescu The Monastery of St Catherine Sinai and the Romanians Revue des Etudes Sud Est Europeennes XLVII 1 4 2009 pp 75 87 Weitzmann K 1976 The Monastery of Saint Catherine at Mihnt Sinai The Icons Volume I From the Sixth to the Tenth Century Princeton Princeton University Press Weitzmann K Galavaris G 1991 The Monastery of Saint Catherine at Mount Sinai The Illuminated Greek Manuscripts Volume I From the Ninth to the Twelfth Century Princeton Princeton University Press ISBN 0 691 03602 0 Referenzi Evans Helen C 2004 Saint Catherine s Monastery Sinai Egypt A Photographic Essay Metropolitan Museum of Art ISBN 978 1 58839 109 4 Saint Catherine s Monastery Location History amp Facts Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 09 27 Georgiou Aristos 2017 12 20 These spectacular ancient texts were lost for centuries and now they can be viewed online International Business Times UK bl Ingliz Miġbur 2022 09 27 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Saint Catherine Area UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 09 27 a b Visit Saint Catherine Monastery Egypt visitafrica site bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 09 27 Miġbur 2022 09 27 Din Mursi Saad El et al Sinai The Site amp The History Essays New York New York University Press 1998 80 ISBN 0814722032 Jules Leroy Peter Collin 2004 Monks and Monasteries of the Near East Gorgias Press pp 93 94 ISBN 978 1 59333 276 1 KeepCalmAndWander 2016 05 24 St Catherine Monastery The Oldest in the World bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 04 21 Miġbur 2022 09 27 Research Site Sinai Palimpsests Project sinai library ucla edu Miġbur 2022 09 27 Sebastian P Brock Two Hitherto Unattested Passages of the Old Syriac Gospels in Palimpsests from St Catherie s Monastery Sinai Deltio Biblikῶn Meletῶn 31A 2016 pp 7 18 St Catherine of Alexandria Egyptian martyr Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 09 27 Clugnet 1908 Morton 1841 p 133 Home www sinaimonastery com Miġbur 2022 09 27 John Wilkinson 2015 Egeria s travels Oxford Oxbow Books ISBN 978 0 85668 710 5 The Pilgrimage of Egeria www ccel org Miġbur 2022 09 27 Schrope Mark 2012 09 06 In the Sinai a global team is revolutionizing the preservation of ancient manuscripts bl Ingliz Miġbur 2022 09 27 IS THE BURNING BUSH STILL BURNING Friends of Mount Sinai Monastery bl Ingliz Miġbur 2022 09 27 Il monasteru st katherine net Deadly attack near Egypt s old monastery bl Ingliz 2017 04 19 Miġbur 2022 09 27 Kurt Weitzmann The Icon Evans Brothers Ltd Londra 1982 pp 201 07 traduzzjoni ta Le Icone Mondadori 1981 ISBN 0 237 45645 1

L-aħħar artikli
  • Lulju 17, 2025

    Athena

  • Lulju 16, 2025

    Asja

  • Lulju 10, 2025

    Artijiet Għoljin Ċentrali tas-Sri Lanka

  • Lulju 16, 2025

    Arti

  • Lulju 16, 2025

    Art

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq