Il Palazz ta Schönbrunn bil Ġermaniż Schloss Schönbrunn ʃøːnˈbʁʊn bil Bavarjan Ċentrali Schloss Scheenbrunn kien ir resi
Palazz ta' Schönbrunn

Il-Palazz ta' Schönbrunn (bil-Ġermaniż: Schloss Schönbrunn [ʃøːnˈbʁʊn]; bil-Bavarjan Ċentrali: Schloss Scheenbrunn) kien ir-residenza ewlenija tas-sajf tal-mexxejja , u jinsab f'Hietzing, fi Vjenna, l-Awstrija. L-isem Schönbrunn (li jfisser "fawwara sabiħa") oriġina minn bir artiġjanali li kien jintuża għall-ilma meħtieġ mill-Asburgi.
Il-palazz bi stil Rokokò għandu 1,441 kamra u huwa wieħed mill-iktar monumenti arkitettoniċi, kulturali u storiċi tal-pajjiż. L-istorja tal-palazz u tal-ġonna kbar tiegħu tmur lura għal iktar minn 300 sena, u tirrifletti l-bidla fil-gosti, fl-interessi u fl-aspirazzjonijiet tal-monarki Asburgi suċċessivi. Il-palazz u l-ġonna tiegħu saru attrazzjoni turistika ewlenija min-nofs is-snin 50 tas-seklu 20 u tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.
Storja
Fl-1569, l-Imperatur Ruman Sagru xtara pjanura kbira taħt għolja fejn kien jinġema' l-ilma tax-xmara , li kienet tinsab bejn Meidling u Hietzing. Fl-1548, l-ewwel sid tal-art bena residenza kbira msejħa Katterburg. L-imperatur ordna li ż-żona tiġi kkonfinata b'palizzati għoljin u tefa' annimali selvaġġi hemmhekk bħal faġani, papri, ċriev u ċingjali, sabiex tintuża bħala żona tal-kaċċa rikreattiva tiegħu. F'parti żgħira separata taż-żona, kienu jinżammu għasafar "eżotiċi" bħal dundjani u paguni. Barra minn hekk, inbnew ukoll għadajjar bil-ħut.
Matul is-seklu ta' wara, iż-żona baqgħet tintuża bħala żona tal-kaċċa u tar-rikreazzjoni. , li kienet togħġobha l-kaċċa, qattgħet ħafna ħin hemmhekk u wirtet iż-żona bħala r-residenza tagħha ladarba romlot wara l-mewt tar-raġel tagħha, . Mill-1638 sal-1643, hija żiedet palazz mar-residenza msejħa Katterburg, filwaqt li fl-1642 feġġ għall-ewwel darba l-isem ta' "Schönbrunn" fuq fattura. L-oriġini tas-serra tas-siġar tal- ta' Schönbrunn x'aktarx li jmorru lura għal żmien Eleonora Gonzaga wkoll. Il-Palazz ta' Schönbrunn kif inhi attwalment inbena u ġie mmudellat mill-ġdid matul is-snin 40 u 50 tas-seklu 18 matul ir-renju tal- li ngħatat l-art tal-palazz bħala rigal tat-tieġ. kkummissjona d-dekorazzjoni mill-ġdid tal-palazz minn barra bl-istil Neoklassiku kif inhu attwalment.
, l-iktar imperatur tal-Awstrija li dam jirrenja, twieled fil-Palazz ta' Schönbrunn u qatta' ħafna minn ħajtu hemmhekk. Huwa miet fil-palazz meta kellu 86 sena, nhar il-21 ta' Novembru 1916. Wara l-waqgħa tal-monarkija Asburga f'Novembru 1918, il-palazz sar proprjetà tar-Repubblika Awstrijaka li kienet għadha kif ġiet stabbilita u ġie ppreservat bħala mużew.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija u matul l-Okkupazzjoni Alleata tal-Awstrija (1945-1955), il-Palazz ta' Schönbrunn ġie rrekwiżizzjonat biex jintuża bħala spazju għall-uffiċċji kemm għad-Delegazzjoni Brittanika kif ukoll għall-Kummissjoni Alleata għall-Awstrija, u għall-kwartieri ġenerali tal-Gwarniġjon Militari Brittaniku żgħir li kien preżenti fi Vjenna. Bl-istabbiliment mill-ġdid tar-Repubblika Awstrijaka fl-1955, il-palazz reġa' sar mużew. Xi drabi għadu jintuża għal avvenimenti importanti bħal-laqgħa bejn il-President tal-Istati Uniti u l-Prim Ministru Sovjetiku Nikita Khrushchev fl-1961.
Mill-1992 'l hawn, is-sjieda u l-amministrazzjoni tal-palazz u tal-ġonna kienet f'idejn ix-Schloss Schönbrunn Kultur-und Betriebsges.m.b.H., kumpanija b'responsabbiltà limitata b'sjieda sħiħa tar-Repubblika tal-Awstrija. Il-kumpanija twettaq il-preservazzjoni u r-restawr tal-proprjetajiet kollha tal-palazz mingħajr sussidji mill-istat. L-UNESCO niżżlet il-Palazz ta' Schönbrunn fuq il-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-1996, flimkien mal-ġonna, bħala kumpless Barokk notevoli u eżempju tas-sinteżi tal-arti (Gesamtkunstwerk).
Ġonna
L-ispazju tal-ġonna skolpiti bejn il-palazz u l-Funtana ta' Nettunu jissejjaħ il-Parterre l-Kbir. Il-ġnien Franċiż, parti kbira taż-żona tal-ġonna, ġie ppjanat fl-1695 minn , dixxiplu ta' . Fost affarijiet oħra fih ukoll labirint.
Madankollu, il-kumpless fih bosta attrazzjonijiet oħra: apparti t-Tiergarten, serra bis-siġar tal-larinġ mibnija għall-ħabta tal-1755, lussu bażiku tal-palazzi Ewropej ta' dan it-tip, u serra notevoli tas-siġar tal-palm (li fl-1882 issostitwiet xi għaxar serer iżgħar u iktar antiki fil-parti tal-Punent tal-ġonna). Il-partijiet fil-Punent ġew ikkonvertiti fi ġnien Ingliż fl-1828-1852.
Iż-żona msejħa Meidlinger Vertiefung (l-art għan-niżla ta' Meidling) lejn il-Punent tal-palazz ġiet ikkonvertita f'żona fejn setgħu jilagħbu u jitħarrġu t-tfal tal-Asburgi fis-seklu 19. Dak iż-żmien kienet xi ħaġa komuni li l-ġonna jintużaw għall-edukazzjoni militari tal-prinċpijiet ta' età żgħira. Għalkemm is-sur f'minjatura, li kien inbena għal dak l-iskop, ma għadux jeżisti iktar, il-pavaljun tal-ġnien li kien jintuża għall-kenn għadu jeżisti. Dan ġie kkonvertit f'kafetterija fl-1927 u mill-2013 sar magħruf bħala l-Istazzjon Jausen ta' Landtmann.
Fit-tarf nett lejn il-Punent, il-ġnien botaniku li jmur lura għall-arboretum antik li kien hemm qabel ġie rranġat mill-ġdid fl-1828, meta nbniet is-Serra l-Antika tas-Siġar tal-Palm. Kompartiment modern għall-orangutans ġie installat ħdejn ir-ristorant u l-uffiċini fl-2009.
Skulturi
Il-Parterre l-Kbir tal-Palazz ta' Schönbrunn għandu 32 skultura, li jirrappreżentaw l-allat u l-virtujiet.
Gloriette
L-orjentazzjoni tal-ġonna tipponta lejn għolja ta' 60 metru, li mill-1775 fiha l-istruttura tal-Gloriette fil-quċċata tagħha ( inizjalment kien ippjana li jibni l-palazz prinċipali fil-quċċata ta' din l-għolja).
L-imperatriċi Marija Tereża ddeċidiet li l-Gloriette kellha tiġi ddisinjata biex tigglorifika s-setgħa tal-Asburgi u l-Gwerra Ġusta (gwerra li seħħet bħala "neċessità" u li wasslet għall-paċi), u għalhekk ordnat lill-bennejja jirriċiklaw "il-ġebel żejjed" li kien hemm mill-kważi tiġrif tax-Schloss Neugebäude. L-istess materjal intuża wkoll għall-fdalijiet Rumani.
L-istruttura tal-Gloriette nqerdet fit-Tieni Gwerra Dinjija, iżda diġà kienet ġiet irrestawrata sal-1947, u mill-ġdid fl-1995.
Attwalment, l-istruttura tal-Gloriette fiha kafetterija u punt ta' osservazzjoni li joffri veduti panoramiċi tal-belt.
Fdalijiet Rumani
Oriġinarjament magħrufa bħala l-Fdalijiet ta' Kartaġni, il-Fdalijiet Rumani huma sett ta' fdalijiet taparsi li ġew iddisinjati mill-arkitett u li nbnew bħala karatteristika arkitettonika ġdida għalkollox fl-1778. Dan il-kumpless arkitettoniku, integrat għalkollox fid-disinn tal-ġonna, jeħtieġ li jitqies bħala karatteristika ortokulturali pittoreska u mhux sempliċement bħala fdalijiet, li minħabba n-nuqqas ta' manutenzjoni spiċċa jixbaħ tassew lill-fdalijiet antiki qabel ma sar l-aħħar restawr.
Il-moda tal-fdalijiet pittoreski li saret mifruxa permezz tal-moviment Romantiku ftit wara nofs is-seklu 18 kienet simbolu kemm tad-deklin ta' setgħat li xi darba kienu qawwijin kif ukoll tal-preservazzjoni tal-fdalijiet ta' passat erojku. Mibnija għall-ħabta tal-istess żmien mhux wisq 'il bogħod mill-Fdalijiet Rumani, il-Funtana tal- kienet maħsuba biex tikkompleta l-programm ikonografiku tal-ġonna tal-Palazz ta' Schönbrunn bħala simbolu ta' stabbiltà u ta' permanenza.
Il-Fdalijiet Rumani jikkonsistu minn pixxina rettangolari kkonfinata bi ħnejja enormi u ħitan laterali, li jevokaw il-bixra ta' binja tal-qedem li bil-mod il-mod qed taqa' biċċiet. Fil-pixxina quddiem il-fdalijiet hemm arranġament pjuttost każwali ta' frammenti tal-ġebel li qed jirfdu grupp ta' figuri li jissimboleġġaw ix-xmajjar u .
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Palazz ta' Schönbrunn u l-ġonna tiegħu ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1996.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba huma eżempju ppreservat tajjeb ħafna tal-kumplessi residenzjali prinċipeski Barokki u jikkostitwixxu eżempju straordinarju tal-Gesamtkunstwerk, fużjoni mill-aqwa ta' bosta forom ta' arti; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem", ladarba l-palazz u l-ġonna fihom evidenza ppreservata tal-modifiki li saru matul diversi sekli li juru ferm il-gosti, l-interessi u l-aspirazzjonijiet tal-monarki Asburgi suċċessivi.
Attivitajiet attwali fil-Palazz ta' Schönbrunn
Il-Palazz ta' Schönbrunn huwa l-iktar destinazzjoni turistika popolari ta' Vjenna, u fl-2017 laqa' xi 3,800,000 viżitatur. Il-kumpless kollu tal-Palazz ta' Schönbrunn bit-Tiergarten Schönbrunn, il-Palmenhaus, il-Wüstenhaus, il-Wagenburg, u l-Kunċerti li saru fil-Palazz, laqgħu iktar minn ħames miljun viżitatur fl-2009. Fis-sit web uffiċjali tal-palazz wieħed jista' jixtri l-biljetti għal żjarat iggwidati fuq ġewwa. Barra minn hekk, bosta kunċerti tal-mużika klassika ta' Mozart u ta' mużiċisti kontemporanji tiegħu jiġu organizzati kull sena u wieħed jista' jitpaxxa bil-veduti tal-palazz u tal-ġonna tiegħu iktar fit-tul.
Kull sena fis-sajf isir kunċert billejl fil-ġonna tal-Palazz ta' Schönbrunn.
Kunċerti tal-Palazz ta' Schönbrunn
Il-Kunċerti tal-Palazz ta' Schönbrunn jiġu organizzati mill-Orkestra tal-Palazz ta' Schönbrunn. L-orkestra ġiet stabbilita fl-1997, u hija mmexxija mis-surmast ewlieni tal-opri l-Maestro mill-1998. Huwa stabbilixxa wkoll l-Opra tal-Palazz ta' Schönbrunn fis-sensiela ta' Kunċerti tal-Palazz ta' Schönbrunn.
Fi Vjenna, kuljum isiru kunċerti fil-post oriġinali tal-isfida famuża mad-dinja kollha bejn Mozart u (1786). L-orkestra għandha esperjenza kbira ta' ħidma ma' bosta kantanti u żeffiena taż-żfin klassiku. L-orkestra jkollha tours dinjin regolari biex iddoqq fiċ-Ċina, fil-Ġappun, f'Singapore, fir-Russja, fl-Iżvezja, fid-Danimarka, fin-Norveġja, fil-Finlandja, fl-Iżlanda, fl-Estonja, fil-Ġermanja, fl-Iżvizzera, fir-Repubblika Ċeka, u fil-Brażil.
Produzzjonijiet televiżivi u tal-films
Il-ġonna u l-palazz intużaw għal bosta produzzjonijiet televiżivi u tal-films, fosthom il-produzzjoni tat-triloġija ta' Sissi fis-snin 50 tas-seklu 20, A Breath of Scandal b'Sophia Loren bħala protagonista, u ftit anke f'The Living Daylights tas-sensiela ta' . Il-kummiedja The Great Race nġibdet hawn fl-1965. ġibed xi xeni għal Armour of God fil-ġonna tal-palazz. Iktar reċentement, inġibed ukoll id-dramm televiżiv The Crown Prince b' bħala l-Prinċep tal-Kuruna Rudolf u bħala l-Kaiser Franz Josef.
Is-sensiela televiżiva Awstrijaka, Kommissar Rex, kellha diversi episodji li nġibdu hawnhekk. Fl-episodju 2 ta' Kuroshitsuji, il-maġġordom Omnipotent, , jgħid lill-imgħallem tiegħu li kien mistieden fis-serati tal-Palazz ta' Schönbrunn qabel il-kuntratt tiegħu ngħalaq ma' Ciel filwaqt li jgħallem lill-imgħallem iż-żgħir tiegħu jiżfen. Il-vjolinista Olandiż André Rieu u l-Orkestra ta' Johann Strauss, flimkien mal-Opera Babes, użaw il-palazz bħala sfond għal verżjoni tal-Innu Ewropew fl-2003.
It-tielet rawnd ta' The Amazing Race 4, il-palazz ospita l-kompitu ta' "Fast Forward" fejn tim kellu jġorr gabarrejiet tat-tazzi tax-xampanja minn naħa għall-oħra ta' sala tal-ballu fejn xi koppji kienu qed jiżfnu l-waltz. Fis-sitt rawnd ta' The Amazing Race 23, it-timijiet kellhom jikkompetu f'tellieqa fil-labirint tal-palazz u jfittxu l-pit stop li kien jinsab fejn l-istruttura tal-Gloriette.
Is-sensiela animata televiżiva tad-Disney Little Einsteins ġiet ambjentata fil-Palazz ta' Schönbrunn fit-Tieni Staġun, fl-episodju msejjaħ The Glass Slipper Ball, fejn dehret ukoll pittura b'ħuta oranġjo ta' u ndaqqet il-mużika The Blue Danube Waltz ta' Johann Strauss II, ibbażata fuq il-film animat tal-1950 tad-Disney u l-ktieb Cinderella ta' li ġiet imxandra għall-ewwel darba f'Jannar 2007.
Munita tal-fidda tal-Palazz ta' Schönbrunn
Il-palazz intgħażel bħala l-motiv ewlieni ta' munita kommemorattiva ta' valur għoli: il-munita Awstrijaka tal-fidda ta' 10 ewro tal-Palazz ta' Schönbrunn, li ġiet izzekkata fit-8 ta' Ottubru 2003. In-naħa ta' wara tal-munita turi l-parti ċentrali tal-faċċata tal-palazz wara l-funtani l-kbar fil-beraħ.
Referenzi
- ^ Betriebsges.m.b.H, Schloß Schönbrunn Kultur-und. "Schloss Schönbrunn". www.schoenbrunn.at (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Palace and Gardens of Schönbrunn". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ Betriebsges.m.b.H, Schloß Schönbrunn Kultur-und. "History". www.schoenbrunn.at (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ Betriebsges.m.b.H, Schloß Schönbrunn Kultur-und. "The Palace". www.schoenbrunn.at (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ "The history of Schönbrunn Palace". www.visitingvienna.com. Miġbur 2021-04-30.
- ^ "Schönbrunn Palace, Wien, Austria" (bl-Ingliż). 2018-07-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-30. Miġbur 2021-04-30.
- ^ "Landtmann's Jausen Station". www.landtmann-jausenstation.at (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ Betriebsges.m.b.H, Schloß Schönbrunn Kultur-und. "The Gardens". www.schoenbrunn.at (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ "The Roman Ruins at Schönbrunn Palace". www.visitingvienna.com. Miġbur 2021-04-30.
- ^ "Wien Besucherzahlen: Bundesmuseen vermelden neuen Besucherrekord!" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ "Klassische Konzerte mit Musik von Mozart und Strauss in Wien". www.imagevienna.com. Miġbur 2021-04-30.
- ^ Um 11:51, 04 08 2010 (2010-08-04). "Schönbrunn ist Wiens beliebteste Sehenswürdigkeit". Die Presse (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-04-30.Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)
- ^ "Rolex and the Arts". Rolex (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-06. Miġbur 2021-04-30.
- ^ "Schoenbrunn Palace Orchestra". www.schoenbrunnorchester.com. Miġbur 2021-04-30.
- ^ "The Living Daylights (1987) - imdb.com".
- ^ "The Great Race (1965) - imdb.com".
- ^ "Die Tote von Schönbrunn - imdb.com".
- ^ "Game Show NewsNet". www.gameshownewsnet.com. Miġbur 2021-04-30.
- ^ "The Amazing Race recap: 'Choir Boy at Heart'". EW.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
- ^ "10 Euro, Austria". en.numista.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Palazz ta' Schönbrunn, X'inhi Palazz ta' Schönbrunn? Xi tfisser Palazz ta' Schönbrunn?
Il Palazz ta Schonbrunn bil Ġermaniz Schloss Schonbrunn ʃoːnˈbʁʊn bil Bavarjan Ċentrali Schloss Scheenbrunn kien ir residenza ewlenija tas sajf tal mexxejja u jinsab f Hietzing fi Vjenna l Awstrija L isem Schonbrunn li jfisser fawwara sabiħa oriġina minn bir artiġjanali li kien jintuza għall ilma meħtieġ mill Asburgi Il Palazz ta Schonbrunn Il palazz bi stil Rokoko għandu 1 441 kamra u huwa wieħed mill iktar monumenti arkitettoniċi kulturali u storiċi tal pajjiz L istorja tal palazz u tal ġonna kbar tiegħu tmur lura għal iktar minn 300 sena u tirrifletti l bidla fil gosti fl interessi u fl aspirazzjonijiet tal monarki Asburgi suċċessivi Il palazz u l ġonna tiegħu saru attrazzjoni turistika ewlenija min nofs is snin 50 tas seklu 20 u tnizzlu bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1996 StorjaDas kaiserliche Lustschloss Schonbrunn Ehrenhofseite ta 1759 1760 Fl 1569 l Imperatur Ruman Sagru xtara pjanura kbira taħt għolja fejn kien jinġema l ilma tax xmara li kienet tinsab bejn Meidling u Hietzing Fl 1548 l ewwel sid tal art bena residenza kbira msejħa Katterburg L imperatur ordna li z zona tiġi kkonfinata b palizzati għoljin u tefa annimali selvaġġi hemmhekk bħal faġani papri ċriev u ċingjali sabiex tintuza bħala zona tal kaċċa rikreattiva tiegħu F parti zgħira separata taz zona kienu jinzammu għasafar ezotiċi bħal dundjani u paguni Barra minn hekk inbnew ukoll għadajjar bil ħut Il Palazz ta Eleonora Gonzaga fl 1672 Matul is seklu ta wara iz zona baqgħet tintuza bħala zona tal kaċċa u tar rikreazzjoni li kienet togħġobha l kaċċa qattgħet ħafna ħin hemmhekk u wirtet iz zona bħala r residenza tagħha ladarba romlot wara l mewt tar raġel tagħha Mill 1638 sal 1643 hija ziedet palazz mar residenza msejħa Katterburg filwaqt li fl 1642 feġġ għall ewwel darba l isem ta Schonbrunn fuq fattura L oriġini tas serra tas siġar tal ta Schonbrunn x aktarx li jmorru lura għal zmien Eleonora Gonzaga wkoll Il Palazz ta Schonbrunn kif inhi attwalment inbena u ġie mmudellat mill ġdid matul is snin 40 u 50 tas seklu 18 matul ir renju tal li ngħatat l art tal palazz bħala rigal tat tieġ kkummissjona d dekorazzjoni mill ġdid tal palazz minn barra bl istil Neoklassiku kif inhu attwalment Truppi Sovjetiċi fil ġonna tal Palazz ta Schonbrunn fl 1945 l iktar imperatur tal Awstrija li dam jirrenja twieled fil Palazz ta Schonbrunn u qatta ħafna minn ħajtu hemmhekk Huwa miet fil palazz meta kellu 86 sena nhar il 21 ta Novembru 1916 Wara l waqgħa tal monarkija Asburga f Novembru 1918 il palazz sar proprjeta tar Repubblika Awstrijaka li kienet għadha kif ġiet stabbilita u ġie ppreservat bħala muzew Wara t Tieni Gwerra Dinjija u matul l Okkupazzjoni Alleata tal Awstrija 1945 1955 il Palazz ta Schonbrunn ġie rrekwizizzjonat biex jintuza bħala spazju għall uffiċċji kemm għad Delegazzjoni Brittanika kif ukoll għall Kummissjoni Alleata għall Awstrija u għall kwartieri ġenerali tal Gwarniġjon Militari Brittaniku zgħir li kien prezenti fi Vjenna Bl istabbiliment mill ġdid tar Repubblika Awstrijaka fl 1955 il palazz reġa sar muzew Xi drabi għadu jintuza għal avvenimenti importanti bħal laqgħa bejn il President tal Istati Uniti u l Prim Ministru Sovjetiku Nikita Khrushchev fl 1961 Veduta tal Palazz ta Schonbrunn mill entrata Mill 1992 l hawn is sjieda u l amministrazzjoni tal palazz u tal ġonna kienet f idejn ix Schloss Schonbrunn Kultur und Betriebsges m b H kumpanija b responsabbilta limitata b sjieda sħiħa tar Repubblika tal Awstrija Il kumpanija twettaq il preservazzjoni u r restawr tal proprjetajiet kollha tal palazz mingħajr sussidji mill istat L UNESCO nizzlet il Palazz ta Schonbrunn fuq il lista ta Siti ta Wirt Dinji fl 1996 flimkien mal ġonna bħala kumpless Barokk notevoli u ezempju tas sintezi tal arti Gesamtkunstwerk ĠonnaIs serra tas siġar tal palm tal Palazz ta Schonbrunn L ispazju tal ġonna skolpiti bejn il palazz u l Funtana ta Nettunu jissejjaħ il Parterre l Kbir Il ġnien Franċiz parti kbira taz zona tal ġonna ġie ppjanat fl 1695 minn dixxiplu ta Fost affarijiet oħra fih ukoll labirint Madankollu il kumpless fih bosta attrazzjonijiet oħra apparti t Tiergarten serra bis siġar tal larinġ mibnija għall ħabta tal 1755 lussu baziku tal palazzi Ewropej ta dan it tip u serra notevoli tas siġar tal palm li fl 1882 issostitwiet xi għaxar serer izgħar u iktar antiki fil parti tal Punent tal ġonna Il partijiet fil Punent ġew ikkonvertiti fi ġnien Ingliz fl 1828 1852 Mappa tal ġonna Iz zona msejħa Meidlinger Vertiefung l art għan nizla ta Meidling lejn il Punent tal palazz ġiet ikkonvertita f zona fejn setgħu jilagħbu u jitħarrġu t tfal tal Asburgi fis seklu 19 Dak iz zmien kienet xi ħaġa komuni li l ġonna jintuzaw għall edukazzjoni militari tal prinċpijiet ta eta zgħira Għalkemm is sur f minjatura li kien inbena għal dak l iskop ma għadux jezisti iktar il pavaljun tal ġnien li kien jintuza għall kenn għadu jezisti Dan ġie kkonvertit f kafetterija fl 1927 u mill 2013 sar magħruf bħala l Istazzjon Jausen ta Landtmann Fit tarf nett lejn il Punent il ġnien botaniku li jmur lura għall arboretum antik li kien hemm qabel ġie rranġat mill ġdid fl 1828 meta nbniet is Serra l Antika tas Siġar tal Palm Kompartiment modern għall orangutans ġie installat ħdejn ir ristorant u l uffiċini fl 2009 Skulturi Il Parterre l Kbir tal Palazz ta Schonbrunn għandu 32 skultura li jirrapprezentaw l allat u l virtujiet Gloriette Il Funtana ta Nettunu bl istruttura tal Gloriette fl isfond L orjentazzjoni tal ġonna tipponta lejn għolja ta 60 metru li mill 1775 fiha l istruttura tal Gloriette fil quċċata tagħha inizjalment kien ippjana li jibni l palazz prinċipali fil quċċata ta din l għolja Il Parterre l Kbir bil Gloriette fl isfond L imperatriċi Marija Tereza ddeċidiet li l Gloriette kellha tiġi ddisinjata biex tigglorifika s setgħa tal Asburgi u l Gwerra Ġusta gwerra li seħħet bħala neċessita u li wasslet għall paċi u għalhekk ordnat lill bennejja jirriċiklaw il ġebel zejjed li kien hemm mill kwazi tiġrif tax Schloss Neugebaude L istess materjal intuza wkoll għall fdalijiet Rumani L istruttura tal Gloriette nqerdet fit Tieni Gwerra Dinjija izda diġa kienet ġiet irrestawrata sal 1947 u mill ġdid fl 1995 Attwalment l istruttura tal Gloriette fiha kafetterija u punt ta osservazzjoni li joffri veduti panoramiċi tal belt Fdalijiet Rumani Il fdalijiet Rumani tal Palazz ta Schonbrunn Oriġinarjament magħrufa bħala l Fdalijiet ta Kartaġni il Fdalijiet Rumani huma sett ta fdalijiet taparsi li ġew iddisinjati mill arkitett u li nbnew bħala karatteristika arkitettonika ġdida għalkollox fl 1778 Dan il kumpless arkitettoniku integrat għalkollox fid disinn tal ġonna jeħtieġ li jitqies bħala karatteristika ortokulturali pittoreska u mhux sempliċement bħala fdalijiet li minħabba n nuqqas ta manutenzjoni spiċċa jixbaħ tassew lill fdalijiet antiki qabel ma sar l aħħar restawr Il moda tal fdalijiet pittoreski li saret mifruxa permezz tal moviment Romantiku ftit wara nofs is seklu 18 kienet simbolu kemm tad deklin ta setgħat li xi darba kienu qawwijin kif ukoll tal preservazzjoni tal fdalijiet ta passat erojku Mibnija għall ħabta tal istess zmien mhux wisq il bogħod mill Fdalijiet Rumani il Funtana tal kienet maħsuba biex tikkompleta l programm ikonografiku tal ġonna tal Palazz ta Schonbrunn bħala simbolu ta stabbilta u ta permanenza Il Fdalijiet Rumani jikkonsistu minn pixxina rettangolari kkonfinata bi ħnejja enormi u ħitan laterali li jevokaw il bixra ta binja tal qedem li bil mod il mod qed taqa biċċiet Fil pixxina quddiem il fdalijiet hemm arranġament pjuttost kazwali ta frammenti tal ġebel li qed jirfdu grupp ta figuri li jissimboleġġaw ix xmajjar u Sit ta Wirt DinjiIl Palazz ta Schonbrunn u l ġonna tiegħu ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji fl 1996 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem ladarba huma ezempju ppreservat tajjeb ħafna tal kumplessi residenzjali prinċipeski Barokki u jikkostitwixxu ezempju straordinarju tal Gesamtkunstwerk fuzjoni mill aqwa ta bosta forom ta arti u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ladarba l palazz u l ġonna fihom evidenza ppreservata tal modifiki li saru matul diversi sekli li juru ferm il gosti l interessi u l aspirazzjonijiet tal monarki Asburgi suċċessivi Attivitajiet attwali fil Palazz ta SchonbrunnIl Palazz ta Schonbrunn minn ġewwa Il Palazz ta Schonbrunn huwa l iktar destinazzjoni turistika popolari ta Vjenna u fl 2017 laqa xi 3 800 000 vizitatur Il kumpless kollu tal Palazz ta Schonbrunn bit Tiergarten Schonbrunn il Palmenhaus il Wustenhaus il Wagenburg u l Kunċerti li saru fil Palazz laqgħu iktar minn ħames miljun vizitatur fl 2009 Fis sit web uffiċjali tal palazz wieħed jista jixtri l biljetti għal zjarat iggwidati fuq ġewwa Barra minn hekk bosta kunċerti tal muzika klassika ta Mozart u ta muziċisti kontemporanji tiegħu jiġu organizzati kull sena u wieħed jista jitpaxxa bil veduti tal palazz u tal ġonna tiegħu iktar fit tul Kull sena fis sajf isir kunċert billejl fil ġonna tal Palazz ta Schonbrunn Kunċerti tal Palazz ta Schonbrunn Il Kunċerti tal Palazz ta Schonbrunn jiġu organizzati mill Orkestra tal Palazz ta Schonbrunn L orkestra ġiet stabbilita fl 1997 u hija mmexxija mis surmast ewlieni tal opri l Maestro mill 1998 Huwa stabbilixxa wkoll l Opra tal Palazz ta Schonbrunn fis sensiela ta Kunċerti tal Palazz ta Schonbrunn Fi Vjenna kuljum isiru kunċerti fil post oriġinali tal isfida famuza mad dinja kollha bejn Mozart u 1786 L orkestra għandha esperjenza kbira ta ħidma ma bosta kantanti u zeffiena taz zfin klassiku L orkestra jkollha tours dinjin regolari biex iddoqq fiċ Ċina fil Ġappun f Singapore fir Russja fl Izvezja fid Danimarka fin Norveġja fil Finlandja fl Izlanda fl Estonja fil Ġermanja fl Izvizzera fir Repubblika Ċeka u fil Brazil Produzzjonijiet televizivi u tal films Il ġonna u l palazz intuzaw għal bosta produzzjonijiet televizivi u tal films fosthom il produzzjoni tat triloġija ta Sissi fis snin 50 tas seklu 20 A Breath of Scandal b Sophia Loren bħala protagonista u ftit anke f The Living Daylights tas sensiela ta Il kummiedja The Great Race nġibdet hawn fl 1965 ġibed xi xeni għal Armour of God fil ġonna tal palazz Iktar reċentement inġibed ukoll id dramm televiziv The Crown Prince b bħala l Prinċep tal Kuruna Rudolf u bħala l Kaiser Franz Josef Il labirint tal ġonna tal Palazz ta Schonbrunn Is sensiela televiziva Awstrijaka Kommissar Rex kellha diversi episodji li nġibdu hawnhekk Fl episodju 2 ta Kuroshitsuji il maġġordom Omnipotent jgħid lill imgħallem tiegħu li kien mistieden fis serati tal Palazz ta Schonbrunn qabel il kuntratt tiegħu ngħalaq ma Ciel filwaqt li jgħallem lill imgħallem iz zgħir tiegħu jizfen Il vjolinista Olandiz Andre Rieu u l Orkestra ta Johann Strauss flimkien mal Opera Babes uzaw il palazz bħala sfond għal verzjoni tal Innu Ewropew fl 2003 It tielet rawnd ta The Amazing Race 4 il palazz ospita l kompitu ta Fast Forward fejn tim kellu jġorr gabarrejiet tat tazzi tax xampanja minn naħa għall oħra ta sala tal ballu fejn xi koppji kienu qed jizfnu l waltz Fis sitt rawnd ta The Amazing Race 23 it timijiet kellhom jikkompetu f tellieqa fil labirint tal palazz u jfittxu l pit stop li kien jinsab fejn l istruttura tal Gloriette Is sensiela animata televiziva tad Disney Little Einsteins ġiet ambjentata fil Palazz ta Schonbrunn fit Tieni Staġun fl episodju msejjaħ The Glass Slipper Ball fejn dehret ukoll pittura b ħuta oranġjo ta u ndaqqet il muzika The Blue Danube Waltz ta Johann Strauss II ibbazata fuq il film animat tal 1950 tad Disney u l ktieb Cinderella ta li ġiet imxandra għall ewwel darba f Jannar 2007 Munita tal fidda tal Palazz ta SchonbrunnIl palazz intgħazel bħala l motiv ewlieni ta munita kommemorattiva ta valur għoli il munita Awstrijaka tal fidda ta 10 ewro tal Palazz ta Schonbrunn li ġiet izzekkata fit 8 ta Ottubru 2003 In naħa ta wara tal munita turi l parti ċentrali tal faċċata tal palazz wara l funtani l kbar fil beraħ Referenzi Betriebsges m b H Schloss Schonbrunn Kultur und Schloss Schonbrunn www schoenbrunn at bil Ġermaniz Miġbur 2021 04 30 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Palace and Gardens of Schonbrunn UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 Betriebsges m b H Schloss Schonbrunn Kultur und History www schoenbrunn at bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 Betriebsges m b H Schloss Schonbrunn Kultur und The Palace www schoenbrunn at bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 The history of Schonbrunn Palace www visitingvienna com Miġbur 2021 04 30 Schonbrunn Palace Wien Austria bl Ingliz 2018 07 06 Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 04 30 Miġbur 2021 04 30 Landtmann s Jausen Station www landtmann jausenstation at bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 Betriebsges m b H Schloss Schonbrunn Kultur und The Gardens www schoenbrunn at bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 The Roman Ruins at Schonbrunn Palace www visitingvienna com Miġbur 2021 04 30 Wien Besucherzahlen Bundesmuseen vermelden neuen Besucherrekord bil Ġermaniz Miġbur 2021 04 30 Klassische Konzerte mit Musik von Mozart und Strauss in Wien www imagevienna com Miġbur 2021 04 30 Um 11 51 04 08 2010 2010 08 04 Schonbrunn ist Wiens beliebteste Sehenswurdigkeit Die Presse bil Ġermaniz Miġbur 2021 04 30 Manutenzjoni CS1 ismijiet bħala numri authors list link Rolex and the Arts Rolex bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 05 06 Miġbur 2021 04 30 Schoenbrunn Palace Orchestra www schoenbrunnorchester com Miġbur 2021 04 30 The Living Daylights 1987 imdb com The Great Race 1965 imdb com Die Tote von Schonbrunn imdb com Game Show NewsNet www gameshownewsnet com Miġbur 2021 04 30 The Amazing Race recap Choir Boy at Heart EW com bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 10 Euro Austria en numista com bl Ingliz Miġbur 2021 04 30