Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Papahānaumokuākea pronunzjat pɑːpɑːˈhɑːnaʊmoʊkuˌɑːkeɪ ə magħruf formalment bħala l Monument Nazzjonali tal Baħar ta Papa

Papahānaumokuākea

  • Paġna Ewlenija
  • Papahānaumokuākea
Papahānaumokuākea
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Papahānaumokuākea (pronunzjat: /pɑːpɑːˈhɑːnaʊmoʊkuˌɑːkeɪ.ə/), magħruf formalment bħala l-Monument Nazzjonali tal-Baħar ta' Papahānaumokuākea (bl-Ingliż: Papahānaumokuākea Marine National Monument; PMNM) huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u monument nazzjonali tal-Istati Uniti, li jinkludi 583,000 mil kwadru (1,510,000 km2) ta' ilmijiet oċeaniċi, inkluż għaxar gżejjer u skolli tal-qroll tal-Gżejjer tal-Majjistral ta' . Inħoloq f'Ġunju 2006 b'140,000 mil kwadru (360,000 km2) u tkabbar f'Awwissu 2016 billi l-konfini tiegħu tressqu sal-limitu taż-żona ekonomika esklużiva, u b'hekk sar waħda mill-ikbar żoni protetti fid-dinja. Is-sit huwa magħruf b'mod internazzjonali għall-valuri kulturali u naturali tiegħu kif ġej:

Is-sit fih importanza kożmoloġika u tradizzjonali profonda għall-kultura ħajja tal-poplu nattiv ta' Hawaii, bħala ambjent anċestrali, bħala rappreżentanza tal-kunċett ta' fratellanza f'Hawaii bejn il-bniedem u d-dinja naturali, u bħala l-post fejn hemm it-twemmin li l-ħajja toriġina minn hemm u terġa' tispiċċa hemmhekk wara l-mewt. Fuq tnejn mill-gżejjer, Nihoa u Mokumanamana, hemm fdalijiet arkeoloġiċi marbuta mal-insedjament u mal-użu pre-Ewropew. Il-biċċa l-kbira tal-monument huwa magħmul minn ħabitats pelaġiċi u tal-ilma fond, b'karatteristiċi notevoli bħal muntanji tal-baħar u xtut taħt l-ilma, skolli estensivi tal-qroll u laguni.

Deskrizzjoni

Il-monument isostni 7,000 speċi u kwart minnhom huma endemiċi. Fost l-ispeċijiet prominenti hemm il-fekruna tal-baħar Eretmochelys imbricata fil-periklu ta' estinzjoni, il-fekruna tal-baħar mhedda Chelonia mydas, il-bumarin mhedded ta' Hawaii, l-isponsuni ta' Laysan u ta' Nihoa, il-pespus ta' Nihoa, il-papra ta' Laysan, għasafar tal-baħar bħall-albatross ta' Laysan, bosta speċijiet ta' pjanti inkluż il-palm Pritchardia, u bosta speċijiet ta' artropodi. Skont il-Fondi Fiduċjarji tal-Karità ta' Pew, il-popolazzjonijiet tal-awwisti ma rkuprawx mill-ħsad estensiv li sar fis-snin 80 u 90 tas-seklu 20, li issa huwa pprojbit; ir-riżorsi tas-sajd li għad fadal jiġu mistada żżejjed, għalkemm is-sajd kummerċjali huwa pprojbit.

Is-Servizz Nazzjonali tas-Sajd fil-Baħar (NMFS) irrapporta fl-2008 li bosta popolazzjonijiet ta' speċijiet ma rkuprawx għalkollox mill-bidla fuq skala kbira li seħħet fl-ekosistema oċeanika u li affettwat it-Tramuntana tal-Paċifiku lejn l-aħħar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20. Din il-bidla naqqset il-popolazzjonijiet ta' speċijiet importanti bħall-awwista xewkija, l-għasafar tal-baħar u l-bumarin ta' Hawaii. Il-monument jingħata protezzjoni ta' konservazzjoni stretta, b'eċċezzjonijiet għal użi tradizzjonali tal-poplu nattiv ta' Hawaii u turiżmu limitat.

Il-monument ikopri bejn wieħed u ieħor 583,000 mil kwadru (1,510,000 km2) ta' skolli, gżejjer ta' skolli tal-qroll u baħar baxx u fond (sa 200 mil (320 km) lil hinn mill-kosta) fl-Oċean Paċifiku – ikbar mill-parks nazzjonali kollha tal-Istati Uniti f'daqqa. Fih madwar 10 fil-mija tal-ħabitat tropikali tal-iskolli tal-qroll tal-baħar baxx (jiġifieri sa fond ta' 180 metru) fit-territorju Amerikan. Huwa kemxejn ikbar mill-Iskoll il-Kbir tal-Qroll tal-Awstralja, fih bejn wieħed u ieħor daqs il-Ġermanja, u huwa daqsxejn iżgħar mill-.

Il-gżejjer inklużi fil-monument kollha kemm huma jagħmlu parti mill-Istat ta' Hawaii, għajr il-Gżejjer tal-Iskoll tal-Qroll ta' Midway, li jagħmlu parti miż-żona tal-gżejjer periferiċi minuri tal-Istati Uniti. Il-Mitjar ta' Henderson, fil-Gżejjer tal-Iskoll tal-Qroll ta' Midway, jipprovdi aċċess bl-ajru għall-monument.

Madwar 132,000 mil kwadru (340,000 km2) tal-monument jagħmlu parti mir-Riżerva tal-Ekosistema tal-Iskoll tal-Qroll tal-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii, li ġiet iddeżinjata fis-sena 2000. Il-monument jinkludi wkoll ir-Refuġju Nazzjonali tan-Natura Selvaġġa tal-Gżejjer tal-Iskolli tal-Qroll ta' Midway (590,991.50 akru (2,391.7 km2)) u l-Mafkar Nazzjonali tal-Battalja ta' Midway, is-Santwarju tal-Għasafar tal-Baħar tal-Istat ta' Hawaii fil-Gżejjer tal-Iskolli tal-Qroll ta' Kure, u r-Refuġju tal-Baħar Statali tal-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii.

Bħala sit imħallat b'riżorsi naturali u kulturali, l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) ikkummentat fuq il-karatteristiċi naturali tal-monument, u l-Kunsill Internazzjonali tal-Monumenti u s-Siti (ICOMOS) ivvalutat l-aspetti kulturali tas-sit.

Amministrazzjoni

Iż-żona oċeanika tal-monument tiġi amministrata mill-Amministrazzjoni Oċeanika u Atmosferika Nazzjonali (NOAA). Din tinkludi refuġji, santwarji u riżervi ddeżinjati ta' Hawaii u tal-Istati Uniti, kif ukoll imfakar b'amministrazzjoni separata.

Ir-Refuġju Nazzjonali tan-Natura Selvaġġa tal-Gżejjer ta' Hawaii, b'erja ta' 254,418.1 akru (397.53 mil kwadru; 1,029.6 km2) jiġi amministrat mis-Servizz tal-Ħut u tal-Organiżmi Selvaġġi tal-Istati Uniti (FWS).

Storja

Il-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii (bl-Ingliż: Northwestern Hawaiian Islands; NWHI) ġew protetti għall-ewwel darba fit-3 ta' Frar 1909, meta l-President tal-Istati Uniti ħoloq ir-Riżerva tal-Għasafar tal-Gżejjer ta' Hawaii permezz tal-Ordni Eżekuttiv Nru 1019, bħala rispons għall-qtil eċċessiv tal-għasafar tal-baħar, u bħala rikonoxximent tal-importanza tal-NWHI bħala siti fejn ibejtu l-għasafar tal-baħar. Il-President Franklin D. Roosevelt ikkonvertiha fir-Refuġju Nazzjonali tan-Natura Selvaġġa tal-Gżejjer ta' Hawaii fl-1940. Wara dan il-perjodu kien hemm sensiela ta' tkabbir inkrementali tal-protezzjoni, li wasslet għall-istabbiliment ta' Refuġju Nazzjonali tan-Natura Selvaġġa tal-Gżejjer tal-Iskolli tal-Qroll ta' Midway fl-1988, tas-Santwarju tan-Natura Selvaġġ tal-Gżejjer tal-Iskolli tal-Qroll ta' Kure fl-1993, u tar-Riżerva tal-Ekosistema tal-Iskolli tal-Qroll tal-NWHI fis-sena 2000.

Il-President stabbilixxa r-Riżerva tal-Ekosistema tal-Iskolli tal-Qroll tal-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii fl-4 ta' Diċembru 2000 permezz tal-Ordni Eżekuttiv Nru 13178. L-Ordni Eżekuttiv ta' Clinton beda proċess ta' deżinjazzjoni tal-NWHI bħala Santwarju Nazzjonali tal-Baħar. Fl-2002 kien hemm perjodu miftuħ għall-kummenti tal-pubbliku. Fl-2005, il-Gvernatur ta' Hawaii ddikjarat partijiet mill-monument bħala refuġju statali tal-baħar.

F'April 2006, il-President George W. Bush u martu raw il-film dokumentarju Voyage to Kure fid- flimkien mar-reġista tiegħu, . Mistagħġeb bl-eżemplari ta' flora u ta' fawna li ra fil-film, Bush minnufih ħadem biex iżid il-protezzjoni.

Fil-15 ta' Ġunju 2006, Bush iffirma l-Proklamazzjoni Nru 8031, sabiex l-ilmijiet tal-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii jiġu ddeżinjati bħala monument nazzjonali skont l-Att dwar l-Antikitajiet tal-1906. Permezz tal-użu tal-Att dwar l-Antikitajiet, ġie evitat il-perjodu normali ta' sena ta' konsultazzjonijiet u rażżan il-proċess ta' input mill-pubbliku eżatt qabel ma ġie ppubblikat l-abbozz ta' stqarrija dwar l-impatt ambjentali għas-Santwarju Nazzjonali tal-Baħar propost tal-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii. Dan kien it-tieni użu li Bush għamel tal-Att dwar l-Antikitajiet, wara d-dikjarazzjoni tal-Monument Nazzjonali tal-Art tad-Dfin tal-Afrikani f'Manhattan fi Frar 2006. Il-proċess illeġiżlat għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-ippjanar u fil-ġestjoni ta' żona tal-baħar protetta diġà kien dam ħames snin, iżda l-istabbiliment ħesrem tal-NWHI bħala Monument Nazzjonali, minflok Santwarju, ipprovda protezzjoni iktar immedjata u reżiljenti. Il-protezzjoni hija revokabbli biss permezz ta' leġiżlazzjoni.

ipproklama l-importanza tad-deżinjazzjoni fil-pront, billi qal:

L-istatus ta' monument huwa iktar veloċi u iktar komprensiv; u huwa iktar permanenti. Att tal-Kungress biss jista' jirrevoka deżinjazzjoni ta' monument. Il-proċess ta' santwarju jdum iktar u jinvolvi iktar input mill-Kungress, iktar dibattitu pubbliku, iktar smigħ u iktar laqgħat. U hu [George W. Bush] ovvjament illum ħa d-deċiżjoni li jagħmel pass qalbieni biex jinħoloq xi ħaġa immedjata, sabiex il-liġi tapplika minnufih għal dan il-post.

L-NWHI fl-imgħoddi kienu jirrappreżentaw kważi nofs il-ħatt lokali tal-ħut tal-qiegħ f'Hawaii. Is-sajd tal-ħut tal-qiegħ tal-NWHI kien limitat ħafna, bi tmien bastimenti tas-sajd, li kienu ristretti għal tul ta' 60 pied (18-il metru). , li dak iż-żmien kien il-President tal-Kunsill tal-Ġestjoni tas-Sajd Reġjonali fil-Punent tal-Paċifiku stqarr:

Aħna sodisfatti li l-President jirrikonoxxi l-qagħda kważi mhux mittiefsa tal-ilmijiet tal-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii. Nemmnu li l-abbundanza u l-bijodiversità taż-żona jixhdu il-ġestjoni ta' suċċess tas-sajd tal-NWHI mill-Kunsill fl-aħħar 30 sena u jindikaw li s-sajd regolat b'mod xieraq jista' jsir fl-NWHI mingħajr ma jkollu impatt fuq l-ekosistema. L-ammont żgħir ta' sajd tal-ħut tal-qiegħ tal-NWHI ma xekkilx u mhux se jxekkel il-protezzjoni tal-NWHI li l-President Bush jixtieq jikseb permezz tad-deżinjazzjoni taż-żona bħala monument nazzjonali.

Is-Servizz Nazzjonali tas-Sajd fil-Baħar ippubblika rapporti dwar is-saħħa tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ. Ġie rrakkomandat li s-sajd kummerċjali u rikreattiv tal-ħut tal-qiegħ u tal-ħut pelaġiku jitkompla skont abbozz tal-2004 ta' protezzjonijiet tal-NOAA.

Fis-27 ta' Frar 2007, il-President Bush emenda l-Proklamazzjoni Nru 8031, il-monument ingħata l-isem ta' "Papahānaumokuākea", ispirat mill-ismijiet tad-divinità ħallieqa femminili ta' Hawaii, Papahānaumoku, u r-raġel tagħha Wākea.

Fil-15 ta' Mejju 2007, il-President Bush ħabbar li kien beħsiebu jippreżenta l-monument għall-għoti ta' status ta' Żona Partikolarment Sensittiva tal-Baħar (PSSA), biex b'hekk "il-baħħara jiġu allertati biex ikunu kawti fiż-żona sensittiva u ekoloġikament importanti li jkunu deħlin fiha". F'Ottubru 2007, il-Kumitat tal-Protezzjoni Ambjentali tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ddeżinja l-monument bħala PSSA. Is-sajd kummerċjali ntemm fl-2010.

Il-Panel ta' bejn l-Aġenziji Federali għas-Siti ta' Wirt Dinji ddeżinja l-monument bħala sit indikattiv f'Novembru 2008. Il-monument nazzjonali tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2010 bħala "Papahānaumokuākea", fl-34 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji fi Brażilja.

Spedizzjoni tal-2010 fl-iskolli tal-qroll ta' Kure bagħtet bugħaddasa sa fond ta' 250 pied (76 metru) u ġew żvelati speċijiet ġodda ta' qroll u annimali oħra. L-Akkwarju ta' Waikiki ħa ħsieb il-kultivazzjoni ta' dawn l-ispeċijiet ġodda ta' qroll.

Fit-3 ta' Awwissu 2015, xi bugħaddasa sabu r-relitt tal-Mission San Miguel (T-AO-129) tal-Flotta Navali tal-Istati Uniti fi ħdan il-monument. Il-bastiment kien għereq hemmhekk fit-8 ta' Ottubru 1957, meta bis-saborra mimlija ħabat b'veloċità kbira ma' sikka fl-Iskoll tal-Qroll ta' Maro. Ir-riċerkaturi mmappjaw u studjaw ir-relitt fil-post.

F'Awwissu 2016, il-President Barack Obama kabbar l-erja tal-monument bi kważi erba' darbiet, sal-limiti taż-żona ekonomika esklużiva. Dak iż-żmien kienet l-ikbar żona tal-baħar protetta fid-dinja.

Fil-21 ta' Ottubru 2019, ir-relitt tal-bastiment li jġorr l-inġenji tal-ajru tal-Flotta Navali Imperjali Ġappuniża, Akagi, li għereq matul it-Tieni Gwerra Dinjija fil-Battalja ta' Midway fl-4 ta' Ġunju 1942, instab fi ħdan il-monument mill-bastiment tar-riċerka Petrel.

Fl-2020 ġiet skoperta speċi ta' alka li kienet qed toqtol irqajja' kbar ta' qroll.

Fl-2022, studju rrapporta li ż-żona tal-baħar protetta kienet qed isservi bħala żona tat-tkabbir tat-tonn. Qrib ir-riżerva, il-qabdiet tat-tonn tal-pinna safra (Thunnus albacares) żdiedu b'54 % bejn l-2016 u l-2019, u l-qabdiet tat-tonn għajnu kbira jew obeż (Thunnus obesus) żdiedu bi 12 %. Il-qabdiet żdiedu l-iktar bejn 115-il mil sa 230 mil mill-konfini taż-żona.

Sit ta' Wirt Dinji

Papahānaumokuākea ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju"; il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".

Gallerija

  • Hawaiian spinner dolphin (Stenella longirostris longirostris)

Referenzi

  1. ^ a b ċ d "Papahānaumokuākea". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-08.
  2. ^ "Hawaii Is Now Home to an Ocean Reserve Twice the Size of Texas". web.archive.org. 2018-11-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-11-16. Miġbur 2024-07-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ a b "Bush creates new marine sanctuary" (bl-Ingliż). 2006-06-15. Miġbur 2024-07-08.
  4. ^ "Lobster fishery remains battered | The Honolulu Advertiser | Hawaii's Newspaper". the.honoluluadvertiser.com. Miġbur 2024-07-08.
  5. ^ Polovina, Jeffrey J. (2005). "Climate variation, regime shifts, and implications for sustainable fisheries". Bulletin of Marine Science. 76 (2). Virginia Key, Miami, Florida: Rosenstiel School of Marine, Atmospheric, and Earth Science, University of Miami: 233–244. ISSN 0007-4977
  6. ^ Reichert, Joshua S.; Iv, Theodore Roosevelt (2006-06-15). "Opinion | Treasure Islands" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-08.
  7. ^ Rohmann, S. O.; J. J. Hayes; R. C. Newhall; M. E. Monaco; R. W. Grigg (November 2005). "The area of potential shallow-water tropical and subtropical coral ecosystems in the United States". Coral Reefs. 24 (3). Berlin: Springer: 370–383.
  8. ^ "Designation". web.archive.org. 2008-07-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-06. Miġbur 2024-07-08.
  9. ^ "President Bush Establishes Northwestern Hawaiian Islands National Monument". georgewbush-whitehouse.archives.gov. Miġbur 2024-07-08.
  10. ^ Angeles, Kenneth Weiss in Los (2006-06-16). "Turnaround as Bush creates huge aquatic Eden". The Sydney Morning Herald (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-08.
  11. ^ "Jean-Michel Cousteau : Ocean Adventures . Voyage to Kure | PBS". www.pbs.org. Miġbur 2024-07-08.
  12. ^ Revkin, Andrew C. (2006-06-15). "Bush Plans Vast Protected Sea Area in Hawaii" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-08.
  13. ^ "Jim Connaughton hosts Ask the White House". georgewbush-whitehouse.archives.gov. Miġbur 2024-07-08.
  14. ^ "National Marine Fisheries Service - Pacific Islands Regional Office". web.archive.org. 2010-05-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-05-27. Miġbur 2024-07-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "Papahanaumokuakea Marine National Monument". www.papahanaumokuakea.gov. Miġbur 2024-07-08.
  16. ^ "President's Statement on Advancing U.S. Interests in the World's Oceans". georgewbush-whitehouse.archives.gov. Miġbur 2024-07-08.
  17. ^ "Inscription on the WH list". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-08.
  18. ^ "Coral Programs" (bl-Ingliż). 2013-11-12. Miġbur 2024-07-08.
  19. ^ Eagle, Nathan (2016-08-26). "Obama Creates World's Largest Protected Marine Area Off Hawaii". Honolulu Civil Beat (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-08.
  20. ^ "Fact Sheet: President Obama to Create the World's Largest Marine Protected Area". whitehouse.gov (bl-Ingliż). 2016-08-26. Miġbur 2024-07-08.
  21. ^ Magazine, ARGunners (2019-10-21). "RV Petrel discovers the IJN Flagship AKAGI and Aircraft Carrier KAGA | Argunners Magazine" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-05-24. Miġbur 2024-07-08.
  22. ^ independent, Associated Press The Associated Press is an; City, not-for-profit news cooperative headquartered in New York (2020-07-08). "Aggressive new seaweed is killing coral reefs in remote Hawaiian island chain". Los Angeles Times (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-08.
  23. ^ Koop, Fermin (2022-10-21). "Protecting marine areas helps both fish and fishermen". ZME Science (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-08.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Lul, 2025 / 14:54

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Papahānaumokuākea, X'inhi Papahānaumokuākea? Xi tfisser Papahānaumokuākea?

Papahanaumokuakea pronunzjat pɑːpɑːˈhɑːnaʊmoʊkuˌɑːkeɪ e magħruf formalment bħala l Monument Nazzjonali tal Baħar ta Papahanaumokuakea bl Ingliz Papahanaumokuakea Marine National Monument PMNM huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO u monument nazzjonali tal Istati Uniti li jinkludi 583 000 mil kwadru 1 510 000 km2 ta ilmijiet oċeaniċi inkluz għaxar gzejjer u skolli tal qroll tal Gzejjer tal Majjistral ta Inħoloq f Ġunju 2006 b 140 000 mil kwadru 360 000 km2 u tkabbar f Awwissu 2016 billi l konfini tiegħu tressqu sal limitu taz zona ekonomika eskluziva u b hekk sar waħda mill ikbar zoni protetti fid dinja Is sit huwa magħruf b mod internazzjonali għall valuri kulturali u naturali tiegħu kif ġej Mappa ta Papahanaumokuakea Is sit fih importanza kozmoloġika u tradizzjonali profonda għall kultura ħajja tal poplu nattiv ta Hawaii bħala ambjent anċestrali bħala rapprezentanza tal kunċett ta fratellanza f Hawaii bejn il bniedem u d dinja naturali u bħala l post fejn hemm it twemmin li l ħajja toriġina minn hemm u terġa tispiċċa hemmhekk wara l mewt Fuq tnejn mill gzejjer Nihoa u Mokumanamana hemm fdalijiet arkeoloġiċi marbuta mal insedjament u mal uzu pre Ewropew Il biċċa l kbira tal monument huwa magħmul minn ħabitats pelaġiċi u tal ilma fond b karatteristiċi notevoli bħal muntanji tal baħar u xtut taħt l ilma skolli estensivi tal qroll u laguni DeskrizzjoniRizza ħamra ta Papahanaumokuakea Il monument isostni 7 000 speċi u kwart minnhom huma endemiċi Fost l ispeċijiet prominenti hemm il fekruna tal baħar Eretmochelys imbricata fil periklu ta estinzjoni il fekruna tal baħar mhedda Chelonia mydas il bumarin mhedded ta Hawaii l isponsuni ta Laysan u ta Nihoa il pespus ta Nihoa il papra ta Laysan għasafar tal baħar bħall albatross ta Laysan bosta speċijiet ta pjanti inkluz il palm Pritchardia u bosta speċijiet ta artropodi Skont il Fondi Fiduċjarji tal Karita ta Pew il popolazzjonijiet tal awwisti ma rkuprawx mill ħsad estensiv li sar fis snin 80 u 90 tas seklu 20 li issa huwa pprojbit ir rizorsi tas sajd li għad fadal jiġu mistada zzejjed għalkemm is sajd kummerċjali huwa pprojbit Is Servizz Nazzjonali tas Sajd fil Baħar NMFS irrapporta fl 2008 li bosta popolazzjonijiet ta speċijiet ma rkuprawx għalkollox mill bidla fuq skala kbira li seħħet fl ekosistema oċeanika u li affettwat it Tramuntana tal Paċifiku lejn l aħħar tas snin 80 u l bidu tas snin 90 tas seklu 20 Din il bidla naqqset il popolazzjonijiet ta speċijiet importanti bħall awwista xewkija l għasafar tal baħar u l bumarin ta Hawaii Il monument jingħata protezzjoni ta konservazzjoni stretta b eċċezzjonijiet għal uzi tradizzjonali tal poplu nattiv ta Hawaii u turizmu limitat Il monument ikopri bejn wieħed u ieħor 583 000 mil kwadru 1 510 000 km2 ta skolli gzejjer ta skolli tal qroll u baħar baxx u fond sa 200 mil 320 km lil hinn mill kosta fl Oċean Paċifiku ikbar mill parks nazzjonali kollha tal Istati Uniti f daqqa Fih madwar 10 fil mija tal ħabitat tropikali tal iskolli tal qroll tal baħar baxx jiġifieri sa fond ta 180 metru fit territorju Amerikan Huwa kemxejn ikbar mill Iskoll il Kbir tal Qroll tal Awstralja fih bejn wieħed u ieħor daqs il Ġermanja u huwa daqsxejn izgħar mill Il gzejjer inkluzi fil monument kollha kemm huma jagħmlu parti mill Istat ta Hawaii għajr il Gzejjer tal Iskoll tal Qroll ta Midway li jagħmlu parti miz zona tal gzejjer periferiċi minuri tal Istati Uniti Il Mitjar ta Henderson fil Gzejjer tal Iskoll tal Qroll ta Midway jipprovdi aċċess bl ajru għall monument Madwar 132 000 mil kwadru 340 000 km2 tal monument jagħmlu parti mir Rizerva tal Ekosistema tal Iskoll tal Qroll tal Gzejjer tal Majjistral ta Hawaii li ġiet iddezinjata fis sena 2000 Il monument jinkludi wkoll ir Refuġju Nazzjonali tan Natura Selvaġġa tal Gzejjer tal Iskolli tal Qroll ta Midway 590 991 50 akru 2 391 7 km2 u l Mafkar Nazzjonali tal Battalja ta Midway is Santwarju tal Għasafar tal Baħar tal Istat ta Hawaii fil Gzejjer tal Iskolli tal Qroll ta Kure u r Refuġju tal Baħar Statali tal Gzejjer tal Majjistral ta Hawaii Bħala sit imħallat b rizorsi naturali u kulturali l Unjoni Internazzjonali għall Konservazzjoni tan Natura IUCN ikkummentat fuq il karatteristiċi naturali tal monument u l Kunsill Internazzjonali tal Monumenti u s Siti ICOMOS ivvalutat l aspetti kulturali tas sit AmministrazzjoniMappa tal pozizzjoni globali tas siti kollha fis sistema nazzjonali ta santwarji tal baħar tal Istati Uniti Iz zona oċeanika tal monument tiġi amministrata mill Amministrazzjoni Oċeanika u Atmosferika Nazzjonali NOAA Din tinkludi refuġji santwarji u rizervi ddezinjati ta Hawaii u tal Istati Uniti kif ukoll imfakar b amministrazzjoni separata Ir Refuġju Nazzjonali tan Natura Selvaġġa tal Gzejjer ta Hawaii b erja ta 254 418 1 akru 397 53 mil kwadru 1 029 6 km2 jiġi amministrat mis Servizz tal Ħut u tal Organizmi Selvaġġi tal Istati Uniti FWS StorjaIl Gzejjer tal Majjistral ta Hawaii bl Ingliz Northwestern Hawaiian Islands NWHI ġew protetti għall ewwel darba fit 3 ta Frar 1909 meta l President tal Istati Uniti ħoloq ir Rizerva tal Għasafar tal Gzejjer ta Hawaii permezz tal Ordni Ezekuttiv Nru 1019 bħala rispons għall qtil eċċessiv tal għasafar tal baħar u bħala rikonoxximent tal importanza tal NWHI bħala siti fejn ibejtu l għasafar tal baħar Il President Franklin D Roosevelt ikkonvertiha fir Refuġju Nazzjonali tan Natura Selvaġġa tal Gzejjer ta Hawaii fl 1940 Wara dan il perjodu kien hemm sensiela ta tkabbir inkrementali tal protezzjoni li wasslet għall istabbiliment ta Refuġju Nazzjonali tan Natura Selvaġġa tal Gzejjer tal Iskolli tal Qroll ta Midway fl 1988 tas Santwarju tan Natura Selvaġġ tal Gzejjer tal Iskolli tal Qroll ta Kure fl 1993 u tar Rizerva tal Ekosistema tal Iskolli tal Qroll tal NWHI fis sena 2000 Albatrosses ta Laysan u ta denbhom qasir f Papahanaumokuakea Il President stabbilixxa r Rizerva tal Ekosistema tal Iskolli tal Qroll tal Gzejjer tal Majjistral ta Hawaii fl 4 ta Diċembru 2000 permezz tal Ordni Ezekuttiv Nru 13178 L Ordni Ezekuttiv ta Clinton beda proċess ta dezinjazzjoni tal NWHI bħala Santwarju Nazzjonali tal Baħar Fl 2002 kien hemm perjodu miftuħ għall kummenti tal pubbliku Fl 2005 il Gvernatur ta Hawaii ddikjarat partijiet mill monument bħala refuġju statali tal baħar F April 2006 il President George W Bush u martu raw il film dokumentarju Voyage to Kure fid flimkien mar reġista tiegħu Mistagħġeb bl ezemplari ta flora u ta fawna li ra fil film Bush minnufih ħadem biex izid il protezzjoni Bumarin ta Hawaii Fil 15 ta Ġunju 2006 Bush iffirma l Proklamazzjoni Nru 8031 sabiex l ilmijiet tal Gzejjer tal Majjistral ta Hawaii jiġu ddezinjati bħala monument nazzjonali skont l Att dwar l Antikitajiet tal 1906 Permezz tal uzu tal Att dwar l Antikitajiet ġie evitat il perjodu normali ta sena ta konsultazzjonijiet u razzan il proċess ta input mill pubbliku ezatt qabel ma ġie ppubblikat l abbozz ta stqarrija dwar l impatt ambjentali għas Santwarju Nazzjonali tal Baħar propost tal Gzejjer tal Majjistral ta Hawaii Dan kien it tieni uzu li Bush għamel tal Att dwar l Antikitajiet wara d dikjarazzjoni tal Monument Nazzjonali tal Art tad Dfin tal Afrikani f Manhattan fi Frar 2006 Il proċess illeġizlat għall involviment tal partijiet ikkonċernati fl ippjanar u fil ġestjoni ta zona tal baħar protetta diġa kien dam ħames snin izda l istabbiliment ħesrem tal NWHI bħala Monument Nazzjonali minflok Santwarju ipprovda protezzjoni iktar immedjata u reziljenti Il protezzjoni hija revokabbli biss permezz ta leġizlazzjoni ipproklama l importanza tad dezinjazzjoni fil pront billi qal L istatus ta monument huwa iktar veloċi u iktar komprensiv u huwa iktar permanenti Att tal Kungress biss jista jirrevoka dezinjazzjoni ta monument Il proċess ta santwarju jdum iktar u jinvolvi iktar input mill Kungress iktar dibattitu pubbliku iktar smigħ u iktar laqgħat U hu George W Bush ovvjament illum ħa d deċizjoni li jagħmel pass qalbieni biex jinħoloq xi ħaġa immedjata sabiex il liġi tapplika minnufih għal dan il post Dniefel jgħumu f Papahanaumokuakea L NWHI fl imgħoddi kienu jirrapprezentaw kwazi nofs il ħatt lokali tal ħut tal qiegħ f Hawaii Is sajd tal ħut tal qiegħ tal NWHI kien limitat ħafna bi tmien bastimenti tas sajd li kienu ristretti għal tul ta 60 pied 18 il metru li dak iz zmien kien il President tal Kunsill tal Ġestjoni tas Sajd Reġjonali fil Punent tal Paċifiku stqarr Aħna sodisfatti li l President jirrikonoxxi l qagħda kwazi mhux mittiefsa tal ilmijiet tal Gzejjer tal Majjistral ta Hawaii Nemmnu li l abbundanza u l bijodiversita taz zona jixhdu il ġestjoni ta suċċess tas sajd tal NWHI mill Kunsill fl aħħar 30 sena u jindikaw li s sajd regolat b mod xieraq jista jsir fl NWHI mingħajr ma jkollu impatt fuq l ekosistema L ammont zgħir ta sajd tal ħut tal qiegħ tal NWHI ma xekkilx u mhux se jxekkel il protezzjoni tal NWHI li l President Bush jixtieq jikseb permezz tad dezinjazzjoni taz zona bħala monument nazzjonali Is Servizz Nazzjonali tas Sajd fil Baħar ippubblika rapporti dwar is saħħa tal istokkijiet tal ħut tal qiegħ Ġie rrakkomandat li s sajd kummerċjali u rikreattiv tal ħut tal qiegħ u tal ħut pelaġiku jitkompla skont abbozz tal 2004 ta protezzjonijiet tal NOAA George W Bush jiffirma l proklamazzjoni għall istabbiliment tal monument fil 15 ta Ġunju 2006 Fis 27 ta Frar 2007 il President Bush emenda l Proklamazzjoni Nru 8031 il monument ingħata l isem ta Papahanaumokuakea ispirat mill ismijiet tad divinita ħallieqa femminili ta Hawaii Papahanaumoku u r raġel tagħha Wakea Fil 15 ta Mejju 2007 il President Bush ħabbar li kien beħsiebu jipprezenta l monument għall għoti ta status ta Zona Partikolarment Sensittiva tal Baħar PSSA biex b hekk il baħħara jiġu allertati biex ikunu kawti fiz zona sensittiva u ekoloġikament importanti li jkunu deħlin fiha F Ottubru 2007 il Kumitat tal Protezzjoni Ambjentali tal Baħar tal Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ddezinja l monument bħala PSSA Is sajd kummerċjali ntemm fl 2010 Il Panel ta bejn l Aġenziji Federali għas Siti ta Wirt Dinji ddezinja l monument bħala sit indikattiv f Novembru 2008 Il monument nazzjonali tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO f Lulju 2010 bħala Papahanaumokuakea fl 34 sessjoni tal Kumitat tal Wirt Dinji fi Brazilja Ġlieba ħut aħmar f Papahanaumokuakea Spedizzjoni tal 2010 fl iskolli tal qroll ta Kure bagħtet bugħaddasa sa fond ta 250 pied 76 metru u ġew zvelati speċijiet ġodda ta qroll u annimali oħra L Akkwarju ta Waikiki ħa ħsieb il kultivazzjoni ta dawn l ispeċijiet ġodda ta qroll Fit 3 ta Awwissu 2015 xi bugħaddasa sabu r relitt tal Mission San Miguel T AO 129 tal Flotta Navali tal Istati Uniti fi ħdan il monument Il bastiment kien għereq hemmhekk fit 8 ta Ottubru 1957 meta bis saborra mimlija ħabat b veloċita kbira ma sikka fl Iskoll tal Qroll ta Maro Ir riċerkaturi mmappjaw u studjaw ir relitt fil post F Awwissu 2016 il President Barack Obama kabbar l erja tal monument bi kwazi erba darbiet sal limiti taz zona ekonomika eskluziva Dak iz zmien kienet l ikbar zona tal baħar protetta fid dinja Matul jum annwali tat tindif li sar fl 2015 tneħħew 705 xkupilji tas sniem u oġġetti tal iġjene personali mix xtut ta Papahanaumokuakea Fil 21 ta Ottubru 2019 ir relitt tal bastiment li jġorr l inġenji tal ajru tal Flotta Navali Imperjali Ġappuniza Akagi li għereq matul it Tieni Gwerra Dinjija fil Battalja ta Midway fl 4 ta Ġunju 1942 instab fi ħdan il monument mill bastiment tar riċerka Petrel Fl 2020 ġiet skoperta speċi ta alka li kienet qed toqtol irqajja kbar ta qroll Fl 2022 studju rrapporta li z zona tal baħar protetta kienet qed isservi bħala zona tat tkabbir tat tonn Qrib ir rizerva il qabdiet tat tonn tal pinna safra Thunnus albacares zdiedu b 54 bejn l 2016 u l 2019 u l qabdiet tat tonn għajnu kbira jew obez Thunnus obesus zdiedu bi 12 Il qabdiet zdiedu l iktar bejn 115 il mil sa 230 mil mill konfini taz zona Sit ta Wirt DinjiPapahanaumokuakea ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2010 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta ħames kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju il kriterju viii Ezempju straordinarju li jirrapprezenta stadji importanti tal istorja tad dinja inkluz it trapass tal ħajja il proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl izvilupp tat tipi differenti ta art jew il karatteristiċi ġeomorfiċi jew fizjografiċi sinifikanti il kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni Gallerija source source source source source Hawaiian spinner dolphin Stenella longirostris longirostris Referenzi a b ċ d Papahanaumokuakea whc unesco org Miġbur 2024 07 08 Hawaii Is Now Home to an Ocean Reserve Twice the Size of Texas web archive org 2018 11 16 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 11 16 Miġbur 2024 07 08 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b Bush creates new marine sanctuary bl Ingliz 2006 06 15 Miġbur 2024 07 08 Lobster fishery remains battered The Honolulu Advertiser Hawaii s Newspaper the honoluluadvertiser com Miġbur 2024 07 08 Polovina Jeffrey J 2005 Climate variation regime shifts and implications for sustainable fisheries Bulletin of Marine Science 76 2 Virginia Key Miami Florida Rosenstiel School of Marine Atmospheric and Earth Science University of Miami 233 244 ISSN 0007 4977 Reichert Joshua S Iv Theodore Roosevelt 2006 06 15 Opinion Treasure Islands bl Ingliz Miġbur 2024 07 08 Rohmann S O J J Hayes R C Newhall M E Monaco R W Grigg November 2005 The area of potential shallow water tropical and subtropical coral ecosystems in the United States Coral Reefs 24 3 Berlin Springer 370 383 Designation web archive org 2008 07 06 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 07 06 Miġbur 2024 07 08 President Bush Establishes Northwestern Hawaiian Islands National Monument georgewbush whitehouse archives gov Miġbur 2024 07 08 Angeles Kenneth Weiss in Los 2006 06 16 Turnaround as Bush creates huge aquatic Eden The Sydney Morning Herald bl Ingliz Miġbur 2024 07 08 Jean Michel Cousteau Ocean Adventures Voyage to Kure PBS www pbs org Miġbur 2024 07 08 Revkin Andrew C 2006 06 15 Bush Plans Vast Protected Sea Area in Hawaii bl Ingliz Miġbur 2024 07 08 Jim Connaughton hosts Ask the White House georgewbush whitehouse archives gov Miġbur 2024 07 08 National Marine Fisheries Service Pacific Islands Regional Office web archive org 2010 05 27 Arkivjat mill oriġinal fl 2010 05 27 Miġbur 2024 07 08 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Papahanaumokuakea Marine National Monument www papahanaumokuakea gov Miġbur 2024 07 08 President s Statement on Advancing U S Interests in the World s Oceans georgewbush whitehouse archives gov Miġbur 2024 07 08 Inscription on the WH list whc unesco org Miġbur 2024 07 08 Coral Programs bl Ingliz 2013 11 12 Miġbur 2024 07 08 Eagle Nathan 2016 08 26 Obama Creates World s Largest Protected Marine Area Off Hawaii Honolulu Civil Beat bl Ingliz Miġbur 2024 07 08 Fact Sheet President Obama to Create the World s Largest Marine Protected Area whitehouse gov bl Ingliz 2016 08 26 Miġbur 2024 07 08 Magazine ARGunners 2019 10 21 RV Petrel discovers the IJN Flagship AKAGI and Aircraft Carrier KAGA Argunners Magazine bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2024 05 24 Miġbur 2024 07 08 independent Associated Press The Associated Press is an City not for profit news cooperative headquartered in New York 2020 07 08 Aggressive new seaweed is killing coral reefs in remote Hawaiian island chain Los Angeles Times bl Ingliz Miġbur 2024 07 08 Koop Fermin 2022 10 21 Protecting marine areas helps both fish and fishermen ZME Science bl Ingliz Miġbur 2024 07 08

L-aħħar artikli
  • Lulju 10, 2025

    Kandy

  • Lulju 10, 2025

    Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2017

  • Lulju 11, 2025

    Konso

  • Lulju 10, 2025

    Knisja Parrokkjali tat-Twelid tal-Verġni Marija, Mellieħa

  • Lulju 09, 2025

    Koħort

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq