Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Kardinal Prospero Grech Birgu 24 ta Diċembru 1925 Ruma Italja 30 ta Diċembru 2019 imwieled Stanley Grech kien it tien

Prospero Grech

  • Paġna Ewlenija
  • Prospero Grech
Prospero Grech
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Kardinal Prospero Grech (Birgu, 24 ta' Diċembru, 1925 - Ruma, Italja, 30 ta' Diċembru, 2019), imwieled Stanley Grech, kien it-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja Kattolika.

Prospero Grech
kardinal

18 Frar 2012 -
Arċisqof Kattoliku

8 Frar 2012 -
arċisqof titulari

18 Jannar 2012 -
Dioceses: San Leone titular see (en)
Ħajja
Twelid Birgu, 24 Diċembru 1925
Nazzjonalità Malta
Mewt Ruma, 30 Diċembru 2019
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Edukazzjoni
Alma mater Pontifical Gregorian University (en)
Pontifical Biblical Institute (en)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni
Impjegaturi Pontifical Gregorian University (en)
Università Pontificia Lateranense

Bin Vincenzo Grech u Amelia mwielda Gatt. Ir-Reġistru tal-Magħmudija tal-parroċċa ta’ San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa jgħid li Patri Prospero kien mgħammed jumejn wara li twieled, jiġifieri fis-26 ta’ Diċembru, mill-Arċipriet ta’ dak iż-żmien, il-Kan Joseph Maria Farrugia. Hu ngħata l-isem ta’ Stanley. Ingħata wkoll ħames ismijiet oħra: David, John, Arthur, Lawrence u Joseph. Il-parrinijiet tiegħu tal-magħmudija kienu John u Sophia Craig.

Studji

Studja l-Liċeo u serva bħala gunner fil-Home Guard tal-Università fi żmien il-Gwerra. Wara li għamel tliet xhur fl-Army, beda l-kors tal-mediċina fl-Università ta’ Malta, iżda wara sena daħal mal-Patrijiet Agostinjani fl-1943. Il-professjoni solenni tiegħu għamilha fi ħdan dan l-Ordni fis-26 ta’ Ottubru 1947. Ħa l-isem reliġjuż ta’ Prospero. Kien ordnat subdjaknu f’Ruma fit-3 ta’ Lulju 1949 u ordnat presbiteru fil-Bażilika ta’ San Giovanni Laterano f’Ruma fil-25 ta’ Marzu 1950.

Patri Prospero Grech studja l-filosofija fil-Monasteru ta’ San Mark, ir-Rabat, Malta, u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ Santa Monika f’Ruma. Huwa kiseb Dottorat fit-Teoloġija mill-Università Gregorjana ta’ Ruma (1953), Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa mill-Istitut Pontifiċju Bibliku ta’ Ruma (1954) u Diploma fil-Psikoloġija Edukattiva minn Freibourg, l-Iżvizzera (1951). Patri Prospero Grech irriċerka l-lingwi Semitiċi fl-Università ta’ Oxford (1957-58) wara li kien akkwista ‘scholarship’ tal-British Council u f’dik ta’ Cambridge (1958-59). Fl-1958, il-Professur Arberry tal-Istudji Orjentali fl-Università ta’ Cambridge, ried skular Malti ħalli jgħinu f’xogħol li kien qed jagħmel. Il-Professur Ġużè Aquilina kien irrakkomanda lill-Professur Prospero Grech għal dan ix-xogħol. Il-Professur Prospero Grech għen lill-Professur Arberry fil-ktieb “A Maltese Anthology” ta’ poeżija u proża Maltija maqluba bl-Ingliż u fi ktieb ieħor bl-isem “Dun Karm – Poet of Malta” maħruġ minn Arberry u Grech minn Cambridge University Press.

Artiklu ppubblikat fil-Catholic Herald jikkwota lill-kittieb u l-kritiku Nigel Dennis jgħid li Patri Prospero huwa possibilment l-iktar persuna intelliġenti li teżisti. Din l-allegata stqarrija ta' Dennis għaddiet mingħand l-armla ta' Dennis għal għand il-kittieb tal-artiklu, Patri Alexander Lucie-Smith.

Karigi u Unuri

Fost id-diversi karigi li okkupa fl-Ordni Agostinjan, fl-1971 inħatar l-ewwel President tal-Istitut Patristiku Augustinianum tal-Ordni ta' Santu Wistin. Barra minn hekk Patri Prospero ħadem f'diversi universitajiet barra minn Malta u f'Kummissjonijiet Pontifiċji. Kien ukoll Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi.

Fit-13 ta’ Diċembru 2011, Jum ir-Repubblika, Patri Prospero Grech kien onorat mill-President ta’ Malta, Dr George Abela, bħala Kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.

Medjatur fil-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża tas-Sittinjiet

Waqt konferenza li kienet saret fl-2010, intitolata Revisiting Labour's History, il-Professur Godfrey Pirotta kien qal li fis-snin sittin Patri Prospero kien ghamilha ta' medjatur bejn il-Partit Laburista u l-Vatikan fuq il-kwistjoni tas-sitt punti. Ftit huma dawk li jafu b'dan is-sehem ta' medjatur li kellu Patri Prospero, u dan proprju ghax din il-medjazzjoni ma kinitx giet imxandra. Fl-1963 kienet saret laqgħa sigrieta bejn Dom Mintoff u Patri Prospero gewwa Ruma, fejn iktar tard Patri Prospero kien ressaq l-argumenti tal-Mexxej Laburista quddiem il-Vatikan. Dan kollu kien qed isir bhala parti mill-isforz tal-Partit Laburista biex il-kwistjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja jissolvew darba ghal dejjem.

Is-sitt punti li Mintoff kien qed jinsisti fuqhom biex jintlahaq qbil bejn iz-zewg nahat kienu jinkludu: is-separazzjoni bejn Stat u l-Knisja; l-ugwaljanza bejn religjonijiet differenti; ir-rikon-oxximent legali taz-zwieg civili u anki d-divorzju ghal min kien jemmen fih; it-taghlim tar-religjon fl-iskejjel tal-Istat li jinghata biss lil min jixtiequ; li l-iskejjel privati jghaddu min process ta' spezzjoni qabel jikkwalifikaw ghall-fondi mill-Gvern; is-servizzi socjali jinghataw lil kulhadd minghajr diskriminazzjoni (anki lil tfal imwielda barra z-zwieg); li l-Knisja taghti kontribut finanzjarju u l-privilegum fori jkun ristrett; ic-censura fuq l-arti tkun hielsa mill-influwenza tal-Knisja; u li l-Knisja ma tindahalx fl-affarijiet tal-Istat.

Skont il-ġurnal Laburista Kullħadd, Patri Prospero kien wieħed minn żewġ patrijiet, li kienu ġew indikati minn Ruma li setgħu jieħdu post l-Isqof Emmanuel Gerada. Imma allegatament Monsinjur Mikiel Gonzi kien instema' jgħid li f'din il-kariga ried jaħtar qassis, u mhux patri. L-istess sorsi jispekulaw ukoll jekk din kinitx verament ir-raguni li ghalfejn Gonzi kien oggezzjona li Patri Prospero jinhatar f'din kariga, u dan fid-dawl tal-fatt li Patri Prospero kellu parentela ma' familja b'konnotazzjonijiet Laburisti qawwija.

Skont il-ġurnalista Anton Cassar, Grech jiġi t-tifel ta’ oħt Mosè Gatt li serva fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Laburista sal-isplit fil-partit. Fr Prospero Grech kien imsemmi biex isir isqof iżda billi kien jiġi mil-Laburista Mosè Gatt, il-Gvern ta’ Borg Olivier ma approvax in-nomina tiegħu.

Ħatra ta' Isqof u Kardinal

Kien is-Sibt 6 ta’ Jannar 2012, festa tal-Epifanija f’Ruma, li l-Papa Benedittu XVI, wara l-Angelus ta’ nofsinhar, ħabbar li kien se jlaqqa’ Konċistorju biex jinnomina 22 membru ġdid tal-Kulleġġ tal-Kardinali fosthom lil Grech. Il-Papa dakinhar iddeskriva lil Patri Prospero Grech OSA bħala “professur emeritu ta’ għadd ta’ universitajiet Rumani u Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi”. Patri Prospero huwa t-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja, wara li fis-seklu dsatax Malta kellha Kardinal ieħor, Fabrizio Sceberras Testaferrata, li kien nominat Kardinal mill-Papa Piju VII, kważi 200 sena qabel, fil-Konċistorju tas-6 t’April 1818.

Patri Prospero Grech inħatar Isqof ta' San Leone fit-8 ta' Frar 2012 fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Fit-18 ta' Frar inħatar Kardinal mill-Papa Benedittu XVI. Il-Provinċja Agostinjana Maltija ferħet lil Patri Prospero ghan-nomina li rcieva bhala Kardinal. "Minbarra li huwa unur fuq livell personali, huwa wkoll unur ghall-Ordni ta' Santu Wistin li fin-nomina tieghu jara r-rikonoxximent tal-Knisja Universali ghas-servizz lejn l-Evangelju".

Patri Prospero ngħata t-titlu personali ta' Arċisqof Titulari ta' San Leone fil-Basilicata, titlu li qablu ġarru l-Kardinal Stanislaw Dziwisz, bl-arma tiegħu, li tirrappreżenta s-salib ta' Malta u l-arma tal-Agostinjani bil-baklu u s-salib. Interessanti ċ-ċurkett tad-deheb li ngħata mill-Kurja Arċiveskovili Maltija lill-Isqof Prospero Grech, maħdum kollu Malta u li juri lil San Pawl bis-salib, ħuġġieġa u l-lifgħa.

Ħoloq Esterni

  • L-Aħbar li Prospero Grech se jinħatar Kardinal
  • Patri Grech fuq Catholic-Hierarchy
  • Biografija ta' Prospero Grech

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 13 Ġun, 2025 / 02:08

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Prospero Grech, X'inhi Prospero Grech? Xi tfisser Prospero Grech?

Il Kardinal Prospero Grech Birgu 24 ta Diċembru 1925 Ruma Italja 30 ta Diċembru 2019 imwieled Stanley Grech kien it tieni Kardinal Malti fl istorja tal Knisja Kattolika Prospero Grechkardinal 18 Frar 2012 Arċisqof Kattoliku 8 Frar 2012 arċisqof titulari 18 Jannar 2012 Dioceses San Leone titular see en ĦajjaTwelid Birgu 24 Diċembru 1925Nazzjonalita MaltaMewt Ruma 30 Diċembru 2019Kawza tal mewt kawzi naturaliEdukazzjoniAlma mater Pontifical Gregorian University en Pontifical Biblical Institute en OkkupazzjoniOkkupazzjoniImpjegaturi Pontifical Gregorian University en Universita Pontificia Lateranense Bin Vincenzo Grech u Amelia mwielda Gatt Ir Reġistru tal Magħmudija tal parroċċa ta San Lawrenz tal Belt Vittoriosa jgħid li Patri Prospero kien mgħammed jumejn wara li twieled jiġifieri fis 26 ta Diċembru mill Arċipriet ta dak iz zmien il Kan Joseph Maria Farrugia Hu ngħata l isem ta Stanley Ingħata wkoll ħames ismijiet oħra David John Arthur Lawrence u Joseph Il parrinijiet tiegħu tal magħmudija kienu John u Sophia Craig StudjiStudja l Liċeo u serva bħala gunner fil Home Guard tal Universita fi zmien il Gwerra Wara li għamel tliet xhur fl Army beda l kors tal mediċina fl Universita ta Malta izda wara sena daħal mal Patrijiet Agostinjani fl 1943 Il professjoni solenni tiegħu għamilha fi ħdan dan l Ordni fis 26 ta Ottubru 1947 Ħa l isem reliġjuz ta Prospero Kien ordnat subdjaknu f Ruma fit 3 ta Lulju 1949 u ordnat presbiteru fil Bazilika ta San Giovanni Laterano f Ruma fil 25 ta Marzu 1950 Patri Prospero Grech studja l filosofija fil Monasteru ta San Mark ir Rabat Malta u t Teoloġija fil Kulleġġ ta Santa Monika f Ruma Huwa kiseb Dottorat fit Teoloġija mill Universita Gregorjana ta Ruma 1953 Liċenzjat fl Iskrittura Mqaddsa mill Istitut Pontifiċju Bibliku ta Ruma 1954 u Diploma fil Psikoloġija Edukattiva minn Freibourg l Izvizzera 1951 Patri Prospero Grech irriċerka l lingwi Semitiċi fl Universita ta Oxford 1957 58 wara li kien akkwista scholarship tal British Council u f dik ta Cambridge 1958 59 Fl 1958 il Professur Arberry tal Istudji Orjentali fl Universita ta Cambridge ried skular Malti ħalli jgħinu f xogħol li kien qed jagħmel Il Professur Ġuze Aquilina kien irrakkomanda lill Professur Prospero Grech għal dan ix xogħol Il Professur Prospero Grech għen lill Professur Arberry fil ktieb A Maltese Anthology ta poezija u proza Maltija maqluba bl Ingliz u fi ktieb ieħor bl isem Dun Karm Poet of Malta maħruġ minn Arberry u Grech minn Cambridge University Press Artiklu ppubblikat fil Catholic Herald jikkwota lill kittieb u l kritiku Nigel Dennis jgħid li Patri Prospero huwa possibilment l iktar persuna intelliġenti li tezisti Din l allegata stqarrija ta Dennis għaddiet mingħand l armla ta Dennis għal għand il kittieb tal artiklu Patri Alexander Lucie Smith Karigi u UnuriFost id diversi karigi li okkupa fl Ordni Agostinjan fl 1971 inħatar l ewwel President tal Istitut Patristiku Augustinianum tal Ordni ta Santu Wistin Barra minn hekk Patri Prospero ħadem f diversi universitajiet barra minn Malta u f Kummissjonijiet Pontifiċji Kien ukoll Konsultur tal Kongregazzjoni tad Duttrina tal Fidi Fit 13 ta Diċembru 2011 Jum ir Repubblika Patri Prospero Grech kien onorat mill President ta Malta Dr George Abela bħala Kumpann tal Ordni Nazzjonali tal Meritu Medjatur fil Kwistjoni Politiko Reliġjuza tas SittinjietWaqt konferenza li kienet saret fl 2010 intitolata Revisiting Labour s History il Professur Godfrey Pirotta kien qal li fis snin sittin Patri Prospero kien ghamilha ta medjatur bejn il Partit Laburista u l Vatikan fuq il kwistjoni tas sitt punti Ftit huma dawk li jafu b dan is sehem ta medjatur li kellu Patri Prospero u dan proprju ghax din il medjazzjoni ma kinitx giet imxandra Fl 1963 kienet saret laqgħa sigrieta bejn Dom Mintoff u Patri Prospero gewwa Ruma fejn iktar tard Patri Prospero kien ressaq l argumenti tal Mexxej Laburista quddiem il Vatikan Dan kollu kien qed isir bhala parti mill isforz tal Partit Laburista biex il kwistjonijiet bejn l Istat u l Knisja jissolvew darba ghal dejjem Is sitt punti li Mintoff kien qed jinsisti fuqhom biex jintlahaq qbil bejn iz zewg nahat kienu jinkludu is separazzjoni bejn Stat u l Knisja l ugwaljanza bejn religjonijiet differenti ir rikon oxximent legali taz zwieg civili u anki d divorzju ghal min kien jemmen fih it taghlim tar religjon fl iskejjel tal Istat li jinghata biss lil min jixtiequ li l iskejjel privati jghaddu min process ta spezzjoni qabel jikkwalifikaw ghall fondi mill Gvern is servizzi socjali jinghataw lil kulhadd minghajr diskriminazzjoni anki lil tfal imwielda barra z zwieg li l Knisja taghti kontribut finanzjarju u l privilegum fori jkun ristrett ic censura fuq l arti tkun hielsa mill influwenza tal Knisja u li l Knisja ma tindahalx fl affarijiet tal Istat Skont il ġurnal Laburista Kullħadd Patri Prospero kien wieħed minn zewġ patrijiet li kienu ġew indikati minn Ruma li setgħu jieħdu post l Isqof Emmanuel Gerada Imma allegatament Monsinjur Mikiel Gonzi kien instema jgħid li f din il kariga ried jaħtar qassis u mhux patri L istess sorsi jispekulaw ukoll jekk din kinitx verament ir raguni li ghalfejn Gonzi kien oggezzjona li Patri Prospero jinhatar f din kariga u dan fid dawl tal fatt li Patri Prospero kellu parentela ma familja b konnotazzjonijiet Laburisti qawwija Skont il ġurnalista Anton Cassar Grech jiġi t tifel ta oħt Mose Gatt li serva fil Kumitat Ezekuttiv tal Partit Laburista sal isplit fil partit Fr Prospero Grech kien imsemmi biex isir isqof izda billi kien jiġi mil Laburista Mose Gatt il Gvern ta Borg Olivier ma approvax in nomina tiegħu Ħatra ta Isqof u KardinalKien is Sibt 6 ta Jannar 2012 festa tal Epifanija f Ruma li l Papa Benedittu XVI wara l Angelus ta nofsinhar ħabbar li kien se jlaqqa Konċistorju biex jinnomina 22 membru ġdid tal Kulleġġ tal Kardinali fosthom lil Grech Il Papa dakinhar iddeskriva lil Patri Prospero Grech OSA bħala professur emeritu ta għadd ta universitajiet Rumani u Konsultur tal Kongregazzjoni tad Duttrina tal Fidi Patri Prospero huwa t tieni Kardinal Malti fl istorja tal Knisja wara li fis seklu dsatax Malta kellha Kardinal ieħor Fabrizio Sceberras Testaferrata li kien nominat Kardinal mill Papa Piju VII kwazi 200 sena qabel fil Konċistorju tas 6 t April 1818 Patri Prospero Grech inħatar Isqof ta San Leone fit 8 ta Frar 2012 fil Konkatidral ta San Ġwann il Belt Valletta Fit 18 ta Frar inħatar Kardinal mill Papa Benedittu XVI Il Provinċja Agostinjana Maltija ferħet lil Patri Prospero ghan nomina li rcieva bhala Kardinal Minbarra li huwa unur fuq livell personali huwa wkoll unur ghall Ordni ta Santu Wistin li fin nomina tieghu jara r rikonoxximent tal Knisja Universali ghas servizz lejn l Evangelju Patri Prospero ngħata t titlu personali ta Arċisqof Titulari ta San Leone fil Basilicata titlu li qablu ġarru l Kardinal Stanislaw Dziwisz bl arma tiegħu li tirrapprezenta s salib ta Malta u l arma tal Agostinjani bil baklu u s salib Interessanti ċ ċurkett tad deheb li ngħata mill Kurja Arċiveskovili Maltija lill Isqof Prospero Grech maħdum kollu Malta u li juri lil San Pawl bis salib ħuġġieġa u l lifgħa Ħoloq EsterniL Aħbar li Prospero Grech se jinħatar Kardinal Patri Grech fuq Catholic Hierarchy Biografija ta Prospero Grech

L-aħħar artikli
  • Ġunju 13, 2025

    Semitiku

  • Ġunju 07, 2025

    Seklu XVII

  • Ġunju 11, 2025

    Seba’ Għeġubijiet Ġodda tad-Dinja

  • Ġunju 08, 2025

    Sebastian Brant

  • Ġunju 09, 2025

    Seychelles

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq