Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Ruggiero jew Ruggero Leoncavallo rudˈdʒɛːro leˌoŋkaˈvallo twieled fit 23 ta April 1857 miet fid 9 ta Awwissu 1919 kien k

Ruggiero Leoncavallo

  • Paġna Ewlenija
  • Ruggiero Leoncavallo
Ruggiero Leoncavallo
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Ruggiero (jew Ruggero) Leoncavallo ([rudˈdʒɛːro leˌoŋkaˈvallo]; twieled fit-23 ta' April 1857 – miet fid-9 ta' Awwissu 1919) kien kompożitur u librettist tal-opri Taljan. Minkejja li pproduċa bosta opri u kanzunetti oħra matul il-karriera tiegħu, hija l-opra tiegħu Pagliacci (1892) l-iktar li baqgħet magħrufa fit-tul, minkejja t-tentattivi biex ma jibqax fid-dell tal-ikbar suċċess tiegħu.

Ruggiero Leoncavallo
Ħajja
Twelid Napli, 23 April 1857
Nazzjonalità
Mewt , 9 Awwissu 1919
Post tad-dfin
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Bologna 1878)
Konservatorju ta' San Pietro a Majella f'Napli
Lingwi Taljan
Għalliema Giosuè Carducci
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni
kompożitur

Xogħlijiet importanti
Moviment artistiku
Strument/i tal-mużika

Illum baqa' magħruf l-iktar għal Pagliacci, waħda mill-iktar opri popolari u li titwettaq spiss fir-repertorju tal-opri. Il-kompożizzjonijiet l-oħra tiegħu jinkludu l-kanzunetta "Mattinata", li saret popolari bis-saħħa ta' , u l-poema sinfonika La Nuit de mai.

Bijografija

Iben , maġistrat u mħallef tal-pulizija, Leoncavallo twieled f'Napli fit-23 ta' April 1857. Fi tfulitu, huwa mar jgħix ma' missieru fir-raħal ta' Montalto Uffugo fil-, fejn Leoncavallo għex sa l-adolexxenza tiegħu. Iktar 'il quddiem huwa reġa' lura Napli u rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Konservatorju ta' San Pietro a Majella fil-belt u mbagħad fl-Università ta' Bologna fejn studja l-letteratura taħt il-poeta famuż Giosuè Carducci.

Fl-1879, iz-ziju ta' Leoncavallo Giuseppe, id-direttur tad-dipartiment tal-istampa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-Eġittu, issuġġerixxa li n-neputi żagħżugħ tiegħu jmur il-Kajr biex juri l-ħiliet tiegħu fid-daqq tal-pjanu. Wara li wasal ftit wara t-tneħħija tal-Khedive Ismail, Leoncavallo eventwalment sab xogħol bħala għalliem tal-pjanu u pjanist għal ħu l-Khedive l-ġdid . Il-permanenza tiegħu fl-Eġittu ġiet konkluża ħesrem fl-1882 wara rvelli f' u fil-Kajr immexxija minn Urabi, meta l-kompożitur qabad u telaq malajr lejn Franza. F'Pariġi, Leoncavallo sab fejn joqgħod f'.

Aġent f'Rue du Faubourg-Saint-Denis sab impjieg għal Leoncavallo bħala akkumpanjatur u surmast għall-artisti li kien iwettqu spettakli fil-kunċerti ta' nhar ta' Ħadd, l-iktar fil-kafetteriji. Matul dan iż-żmien, huwa ltaqa' ma' (1869-1926) li kienet "studenta ppreferita" tiegħu, li saret martu fl-1895. Kulma jmur kien ispirat mir-romantiċi Franċiżi, b'mod partikolari . Leoncavallo beda jaħdem fuq poema sinfonika bbażata fuq il-poeżija ta' Musset intitolata La nuit de mai. Ix-xogħol tlesta f'Pariġi fl-1886 u deher għall-ewwel darba f'April 1887 fejn kiseb fama kritika. Permezz ta' dan is-suċċess u b'biżżejjed flus imġemmgħin, Leoncavallo u Rambaud marru Milan fejn Leoncavallo beda l-karriera tiegħu bħala kompożitur tal-opri.

Lura fl-Italja, Leoncavallo qatta' xi snin jgħallem u jipprova mingħajr ma jirnexxilu jikseb il-produzzjoni ta' iktar minn opra waħda, b'mod partikolari Chatterton. Fl-1890 huwa ra s-suċċess enormi tal-Cavalleria rusticana ta' Pietro Mascagni u ma damx ma beda jipproduċi x-xogħol tiegħu tal-Veriżmu, Pagliacci. Skont Leoncavallo, it-trama tax-xogħol tiegħu kellha oriġini fil-ħajja reali: huwa sostna li oriġinat minn proċess għal qtil f'Montalto Uffugo, li kien ippresieda missieru.

Pagliacci ġiet imtella' f'Milan fl-1892 b'suċċess immedjat; illum hija l-unika biċċa xogħol ta' Leoncavallo fir-repertorju standard tal-opri. L-arja l-iktar famuża tagħha "Vesti la giubba" ("Ilbes il-kostum") ġiet irreġistrata minn Enrico Caruso u jingħad li kienet l-ewwel opra jew kanzunetta rreġistrata fid-dinja li bigħet miljun kopja (għalkemm x'aktarx li dan huwa t-total tal-verżjonijiet preċedenti tagħha ta' Caruso li saru fl-1902, fl-1904 u fl-1907).

Is-sena ta' wara pproduċa I Medici f'Milan ukoll, iżda la hi u lanqas Chatterton (li ġiet prodotta fl-1896)—it-tnejn li huma xogħlijiet bikrin—ma kisbu suċċess dejjiemi. Madankollu, ħafna minn Chatterton ġiet irreġistrata mill-Gramophone Company (iktar 'il quddiem HMV) saħansitra fl-1908, u rreġistrata mill-ġdid fuq CD kważi 100 sena wara minn Marston Records. Leoncavallo nnifsu jidderieġi l-ispettaklu jew mill-inqas jissorvelja l-produzzjoni.

It-talent ta' Leoncavallo kiseb konferma pubblika meta La bohème ttellgħet fl-1897 f'Venezja. Madankollu, l-opra ta' bl-istess isem fl-1896 ibbrillat u tiegħu malajr intesiet. Żewġ arji tat-tenuri mill-verżjoni ta' Leoncavallo xi kultant għadhom isiru, speċjalment fl-Italja.

Opri sussegwenti ta' Leoncavallo ġew prodotti fl-ewwel deċennju tas-seklu 20: Zazà (l-opra tal-ispettaklu aħħari famuż fl-1922 ta' fil-Metropolitan Opera), u Der Roland von Berlin fl-1904. Fl-1906, il-kompożitur ġab kantanti u mużiċisti tal-orkestra minn għal kunċerti tal-mużika tiegħu fil-Belt ta' New York, kif ukoll għal tour estensiv tal-Istati Uniti. Kollox ma' kollox, it-tour kien suċċess ikkwalifikat. Huwa kellu suċċess qasir b'Zingari li ttellgħet għall-ewwel darba bit-Taljan f'Londra fl-1912, u għal żmien twil fil-Hippodrome Theatre. Zingari waslet ukoll fl-Istati Uniti iżda ftit wara għebet mir-repertorju.

Wara serje ta' operetti, Leoncavallo milli jidher għamel ħiltu bi sforz serju aħħari b'Edipo re. Dejjem kien jingħad li Leoncavallo kien temm ix-xogħol iżda miet qabel ma lesta l-orkestrazzjoni, li tlestiet minn . Madankollu, bil-pubblikazzjoni tal-bijografija ta' Leoncavallo magħmula minn ġie żvelat li Leoncavallo jaf ma kiteb xejn mix-xogħol wara kollox (għalkemm ċertament fiha temi ta' Leoncavallo). Reċensjoni tal-istudju ta' Dryden tinnota li: "Edipo re ... lanqas biss kienet komposta minn [Leoncavallo]. Meta romlot, martu ħallset kompożitur ieħor biex jagħmel opra oħra u juża l-mużika ta' Der Roland von Berlin. Dryden ma sabx min kien fil-korrispondenza ta' Leoncavallo u lanqas ma sab nota waħda tiegħu fil-librett miktub bl-idejn". Pennacchio x'aktarx jew sawwar l-opra hu jew inkella kellu jagħmel tajjeb sew għan-nuqqasijiet fix-xogħol mhux komplut ta' Leoncavallo billi juża mużika preċedenti ta' Leoncavallo.

Mewt u legat

Leoncavallo miet f', it-Toskana, fid-9 ta' Awwissu 1919. Il-funeral tiegħu sar jumejn wara, fejn attendew mijiet ta' nies, fosthom il-kompożitur Pietro Mascagni u r-rivali dejjiemi tiegħu Giacomo Puccini. Huwa ġie midfun fiċ-Cimitero delle Porte Sante f'Firenze.

70 sena wara mewtu, ġiet imnedija kampanja biex minflok f'Firenze jiġi midfun f', l-Iżvizzera, wara għajdut li nstabet xi ittra miktuba minn Leoncavallo fejn jingħad li l-kompożitur xtaq jindifen hemm oriġinarjament, iżda din l-ittra qatt ma nstabet. Leoncavallo sar ċittadin onorarju ta' Brissago u kien sid ta' residenza lussuża tas-sajf hemmhekk imsejħa Villa Myriam. Fl-1904, il-kompożitur kien semma f'diskors li ma kienx jiddejjaq jindifen fiċ-ċimiterju Madonna di Porte tar-raħal, iżda din ix-xewqa qatt ma tniżżlet fit-testment tiegħu. Xorta waħda, il-kampanja biex Leoncavallo jiġi midfun hemmhekk kompliet u l-approvazzjoni uffiċjali ngħatat minn , l-aħħar dixxendent li kien għad fadal tal-kompożitur. Leoncavallo ġie midfun hemmhekk flimkien ma' martu Berthe, li mietet fl-1926.

Il-Mużew ta' Leoncavallo ġie stabbilit fl-2002 fi Brissago biex il-kompożitur jiġi mfakkar. Jinkludi wirja ta' oġġetti personali u manuskritti oriġinali, kif ukoll statwi li jirrappreżentaw il-karattri mill-opri l-oħra tiegħu Zazà u Der Roland von Berlin.

Kważi xejn mill-opri l-oħra ta' Leoncavallo ma jinstemgħu llum il-ġurnata, iżda l-arji għall-baritoni minn Zazà kienu l-favuriti fost il-baritoni għal kunċerti u reġistrazzjonijiet kbar u Zazà kif ukoll La bohème tiegħu ġieli jittellgħu. L-arji tat-tenuri minn La bohème għadhom favuriti għar-reġistrazzjonijiet.

Leoncavallo kkompona wkoll kanzunetti, u l-iktar waħda famuża kienet "Mattinata", li huwa kiteb għall-Gramophone Company (li mbagħad saret HMV) bil-vuċi unika ta' Caruso f'moħħu. Fit-8 ta' April 1904, Leoncavallo akkumpanja lil Caruso fuq il-pjanu f'reġistrazzjoni tal-kanzunetta. Fit-8 ta' Diċembru 1905, huwa rreġistra ħames biċċiet mużikali tiegħu għall-pjanu tar-riproduzzjoni Welte-Mignon.

Leoncavallo kien il-librettist għall-biċċa l-kbira tal-opri tiegħu stess. Ħafna kienu jikkunsidrawh bħala l-ikbar librettist Taljan ta' żmienu wara . Fost il-libretti ta' Leoncavallo għal kompożituri oħra hemm il-kontribut tiegħu fil-librett ta' Manon Lescaut ta' Puccini.

Opri

  • Pagliacci – il-21 ta' Mejju 1892, Teatro Dal Verme, Milan.
  • I Medici – id-9 ta' Novembru 1893, Teatro Dal Verme, Milan). (L-ewwel parti tat-triloġija mhux kompluta, Crepusculum).
  • Chatterton – l-10 ta' Marzu 1896, Teatro Argentina, Ruma. (Reviżjoni ta' opra miktuba fl-1876).
  • La bohème – is-6 ta' Mejju 1897, Teatro La Fenice, Venezja.
  • Zazà – l-10 ta' Novembru 1900, Teatro Lirico, Milan.
  • Der Roland von Berlin – it-13 ta' Diċembru 1904, Königliches Opernhaus, Berlin.
  • Maïa – il-15 ta' Jannar 1910, Teatro Costanzi, Ruma.
  • Zingari – is-16 ta' Settembru 1912, Hippodrome, Londra.
  • Mimi Pinson – 1913, Teatro Massimo, Palermo. (Reviżjoni ta' La bohème).
  • Mameli – is-27 ta' April 1916, Teatro Carlo Felice, . (Il-Fondazione Leoncavallo tikklassifikaha bħala opra u mhux operetta).
  • Edipo re – it-13 ta' Diċembru 1920, Chicago Opera. (Prodotta wara mewt il-kompożitur, mill-inqas orkestrazzjoni mhux ta' Leoncavallo, ikkompletata jekk mhux komposta għalkollox minn ).

Operetti

  • La jeunesse de Figaro – 1906, l-Istati Uniti.
  • Malbrouck – id-19 ta' Jannar 1910, Teatro Nazionale, Ruma.
  • La reginetta delle rose – l-24 ta' Ġunju 1912, Teatro Costanzi, Ruma.
  • Are You There? – l-1 ta' Novembru 1913, Prince of Wales Theatre, Londra.
  • La candidata – is-6 ta' Frar 1915, Teatro Nazionale, Ruma.
  • Prestami tua moglie – it-2 ta' Settembru 1916, Casino delle Terme, Montecatini.
  • Goffredo Mameli – is-27 ta' April 1916, Teatro Carlo Felice, Genova.
  • A chi la giarrettiera? – is-16 ta' Ottubru 1919, Teatro Adriano, Ruma. Prodotta wara mewt il-kompożitur.
  • Il primo bacio – id-29 ta' April 1923, Salone di cura, Montecatini. Prodotta wara mewt il-kompożitur.
  • La maschera nuda – is-26 ta' Ġunju 1925, Teatro Politeama, Napli. Prodotta wara mewt il-kompożitur.

Xogħlijiet oħra

  • La nuit de mai – poème symphonique għal tenur u l-orkestra wara , Pariġi 1886 (li twettqet u ġiet irreġistrata wkoll fl-1990, u fl-2010 ma' )
  • Séraphitus Séraphita – Poema Sinfonico wara , Teatro alla Scala, Milan 1894

Biblijografija

  • Dryden, Konrad (2007). Leoncavallo: Life and Works, Scarecrow Press. ISBN 0-8108-5880-0
  • Jürgen Maehder/Lorenza Guiot (eds.), Ruggero Leoncavallo nel suo tempo. Atti del I° Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1991, Milan (Sonzogno) 1993.
  • Jürgen Maehder/Lorenza Guiot (eds.), Letteratura, musica e teatro al tempo di Ruggero Leoncavallo. Atti del II° Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1993, Milan (Sonzogno) 1995.
  • Jürgen Maehder/Lorenza Guiot (eds.), Nazionalismo e cosmopolitismo nell'opera tra '800 e '900. Atti del III° Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1995, Milan (Sonzogno) 1998.
  • Jürgen Maehder/Lorenza Guiot (eds.), Tendenze della musica teatrale italiana all'inizio del Novecento. Atti del IV° Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1998, Milan (Sonzogno) 2005.
  • Rosenthal, H. and Warrack, J. (eds.) (1979). "Leoncavallo, Ruggero", The Concise Oxford Dictionary of Opera, 2nd Edition, pp. 278–279. Oxford University Press. ISBN 0-19-311321-X
  • Sadie, Stanley and Bashford, Christina (eds.) (1992). "Leoncavallo, Ruggero [Ruggiero]", The New Grove Dictionary of Opera, pp. 1148–1149. Macmillan. ISBN 0-935859-92-6

Referenzi

  1. ^ "LEONCAVALLO, RUGGIERO | Definition of LEONCAVALLO, RUGGIERO by Oxford Dictionary on Lexico.com also meaning of LEONCAVALLO, RUGGIERO". Lexico Dictionaries | English (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-08-09. Miġbur 2021-08-09.
  2. ^ The New Grove Dictionary of Opera (1992), p. 1148.
  3. ^ Stanley Sadie u Christina Bashford (eds.), 1992, p. 1148.
  4. ^ "Marston Records - Leoncavallo's Chatterton and Pagliacci". web.archive.org. 2009-01-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-01-15. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ James Greening-Valenzuela (2011) Ruggero Leoncavallo in New York and other American cities: 1906 and 1913.
  6. ^ Dryden, Konrad (2007). Leoncavallo: Life and Works, Scarecrow Press. ISBN 0-8108-5880-0.
  7. ^ "Untitled Document". www.operanostalgia.be. Miġbur 2021-08-09.
  8. ^ "Just a moment..." www.carmelochillemi.it. Miġbur 2021-08-09.
  9. ^ Gerhard Dangel u Hans-W. Schmitz: Welte-Mignon Reproductions. Complete Library Of Recordings For The Welte-Mignon Reproducing Piano 1905–1932. Stuttgart 2006. ISBN 3-00-017110-X. pp. 49, 518.
  10. ^ "TACET Musikproduktion - english". www.tacet.de. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-08-09. Miġbur 2021-08-09.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ruggiero Leoncavallo (Ruggero Leoncavallo)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 29 Ġun, 2025 / 22:58

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ruggiero Leoncavallo, X'inhi Ruggiero Leoncavallo? Xi tfisser Ruggiero Leoncavallo?

Ruggiero jew Ruggero Leoncavallo rudˈdʒɛːro leˌoŋkaˈvallo twieled fit 23 ta April 1857 miet fid 9 ta Awwissu 1919 kien kompozitur u librettist tal opri Taljan Minkejja li pproduċa bosta opri u kanzunetti oħra matul il karriera tiegħu hija l opra tiegħu Pagliacci 1892 l iktar li baqgħet magħrufa fit tul minkejja t tentattivi biex ma jibqax fid dell tal ikbar suċċess tiegħu Ruggiero LeoncavalloĦajjaTwelid Napli 23 April 1857NazzjonalitaMewt 9 Awwissu 1919Post tad dfinEdukazzjoniAlma mater Universita ta Bologna 1878 Konservatorju ta San Pietro a Majella f NapliLingwi TaljanGħalliema Giosue CarducciOkkupazzjoniOkkupazzjoni kompoziturXogħlijiet importantiMoviment artistikuStrument i tal muzika Illum baqa magħruf l iktar għal Pagliacci waħda mill iktar opri popolari u li titwettaq spiss fir repertorju tal opri Il kompozizzjonijiet l oħra tiegħu jinkludu l kanzunetta Mattinata li saret popolari bis saħħa ta u l poema sinfonika La Nuit de mai BijografijaKartolina ta Leoncavallo fl 1910 Iben maġistrat u mħallef tal pulizija Leoncavallo twieled f Napli fit 23 ta April 1857 Fi tfulitu huwa mar jgħix ma missieru fir raħal ta Montalto Uffugo fil fejn Leoncavallo għex sa l adolexxenza tiegħu Iktar il quddiem huwa reġa lura Napli u rċieva l edukazzjoni tiegħu fil Konservatorju ta San Pietro a Majella fil belt u mbagħad fl Universita ta Bologna fejn studja l letteratura taħt il poeta famuz Giosue Carducci Fl 1879 iz ziju ta Leoncavallo Giuseppe id direttur tad dipartiment tal istampa tal Ministeru għall Affarijiet Barranin fl Eġittu issuġġerixxa li n neputi zagħzugħ tiegħu jmur il Kajr biex juri l ħiliet tiegħu fid daqq tal pjanu Wara li wasal ftit wara t tneħħija tal Khedive Ismail Leoncavallo eventwalment sab xogħol bħala għalliem tal pjanu u pjanist għal ħu l Khedive l ġdid Il permanenza tiegħu fl Eġittu ġiet konkluza ħesrem fl 1882 wara rvelli f u fil Kajr immexxija minn Urabi meta l kompozitur qabad u telaq malajr lejn Franza F Pariġi Leoncavallo sab fejn joqgħod f Aġent f Rue du Faubourg Saint Denis sab impjieg għal Leoncavallo bħala akkumpanjatur u surmast għall artisti li kien iwettqu spettakli fil kunċerti ta nhar ta Ħadd l iktar fil kafetteriji Matul dan iz zmien huwa ltaqa ma 1869 1926 li kienet studenta ppreferita tiegħu li saret martu fl 1895 Kulma jmur kien ispirat mir romantiċi Franċizi b mod partikolari Leoncavallo beda jaħdem fuq poema sinfonika bbazata fuq il poezija ta Musset intitolata La nuit de mai Ix xogħol tlesta f Pariġi fl 1886 u deher għall ewwel darba f April 1887 fejn kiseb fama kritika Permezz ta dan is suċċess u b bizzejjed flus imġemmgħin Leoncavallo u Rambaud marru Milan fejn Leoncavallo beda l karriera tiegħu bħala kompozitur tal opri Lura fl Italja Leoncavallo qatta xi snin jgħallem u jipprova mingħajr ma jirnexxilu jikseb il produzzjoni ta iktar minn opra waħda b mod partikolari Chatterton Fl 1890 huwa ra s suċċess enormi tal Cavalleria rusticana ta Pietro Mascagni u ma damx ma beda jipproduċi x xogħol tiegħu tal Verizmu Pagliacci Skont Leoncavallo it trama tax xogħol tiegħu kellha oriġini fil ħajja reali huwa sostna li oriġinat minn proċess għal qtil f Montalto Uffugo li kien ippresieda missieru Pagliacci ġiet imtella f Milan fl 1892 b suċċess immedjat illum hija l unika biċċa xogħol ta Leoncavallo fir repertorju standard tal opri L arja l iktar famuza tagħha Vesti la giubba Ilbes il kostum ġiet irreġistrata minn Enrico Caruso u jingħad li kienet l ewwel opra jew kanzunetta rreġistrata fid dinja li bigħet miljun kopja għalkemm x aktarx li dan huwa t total tal verzjonijiet preċedenti tagħha ta Caruso li saru fl 1902 fl 1904 u fl 1907 Is sena ta wara pproduċa I Medici f Milan ukoll izda la hi u lanqas Chatterton li ġiet prodotta fl 1896 it tnejn li huma xogħlijiet bikrin ma kisbu suċċess dejjiemi Madankollu ħafna minn Chatterton ġiet irreġistrata mill Gramophone Company iktar il quddiem HMV saħansitra fl 1908 u rreġistrata mill ġdid fuq CD kwazi 100 sena wara minn Marston Records Leoncavallo nnifsu jidderieġi l ispettaklu jew mill inqas jissorvelja l produzzjoni It talent ta Leoncavallo kiseb konferma pubblika meta La boheme ttellgħet fl 1897 f Venezja Madankollu l opra ta bl istess isem fl 1896 ibbrillat u tiegħu malajr intesiet Zewġ arji tat tenuri mill verzjoni ta Leoncavallo xi kultant għadhom isiru speċjalment fl Italja Opri sussegwenti ta Leoncavallo ġew prodotti fl ewwel deċennju tas seklu 20 Zaza l opra tal ispettaklu aħħari famuz fl 1922 ta fil Metropolitan Opera u Der Roland von Berlin fl 1904 Fl 1906 il kompozitur ġab kantanti u muziċisti tal orkestra minn għal kunċerti tal muzika tiegħu fil Belt ta New York kif ukoll għal tour estensiv tal Istati Uniti Kollox ma kollox it tour kien suċċess ikkwalifikat Huwa kellu suċċess qasir b Zingari li ttellgħet għall ewwel darba bit Taljan f Londra fl 1912 u għal zmien twil fil Hippodrome Theatre Zingari waslet ukoll fl Istati Uniti izda ftit wara għebet mir repertorju Wara serje ta operetti Leoncavallo milli jidher għamel ħiltu bi sforz serju aħħari b Edipo re Dejjem kien jingħad li Leoncavallo kien temm ix xogħol izda miet qabel ma lesta l orkestrazzjoni li tlestiet minn Madankollu bil pubblikazzjoni tal bijografija ta Leoncavallo magħmula minn ġie zvelat li Leoncavallo jaf ma kiteb xejn mix xogħol wara kollox għalkemm ċertament fiha temi ta Leoncavallo Reċensjoni tal istudju ta Dryden tinnota li Edipo re lanqas biss kienet komposta minn Leoncavallo Meta romlot martu ħallset kompozitur ieħor biex jagħmel opra oħra u juza l muzika ta Der Roland von Berlin Dryden ma sabx min kien fil korrispondenza ta Leoncavallo u lanqas ma sab nota waħda tiegħu fil librett miktub bl idejn Pennacchio x aktarx jew sawwar l opra hu jew inkella kellu jagħmel tajjeb sew għan nuqqasijiet fix xogħol mhux komplut ta Leoncavallo billi juza muzika preċedenti ta Leoncavallo Mewt u legat Leoncavallo miet f it Toskana fid 9 ta Awwissu 1919 Il funeral tiegħu sar jumejn wara fejn attendew mijiet ta nies fosthom il kompozitur Pietro Mascagni u r rivali dejjiemi tiegħu Giacomo Puccini Huwa ġie midfun fiċ Cimitero delle Porte Sante f Firenze Id dar ta Leoncavallo f Montecatini Terme l Italja 70 sena wara mewtu ġiet imnedija kampanja biex minflok f Firenze jiġi midfun f l Izvizzera wara għajdut li nstabet xi ittra miktuba minn Leoncavallo fejn jingħad li l kompozitur xtaq jindifen hemm oriġinarjament izda din l ittra qatt ma nstabet Leoncavallo sar ċittadin onorarju ta Brissago u kien sid ta residenza lussuza tas sajf hemmhekk imsejħa Villa Myriam Fl 1904 il kompozitur kien semma f diskors li ma kienx jiddejjaq jindifen fiċ ċimiterju Madonna di Porte tar raħal izda din ix xewqa qatt ma tnizzlet fit testment tiegħu Xorta waħda il kampanja biex Leoncavallo jiġi midfun hemmhekk kompliet u l approvazzjoni uffiċjali ngħatat minn l aħħar dixxendent li kien għad fadal tal kompozitur Leoncavallo ġie midfun hemmhekk flimkien ma martu Berthe li mietet fl 1926 Il Muzew ta Leoncavallo ġie stabbilit fl 2002 fi Brissago biex il kompozitur jiġi mfakkar Jinkludi wirja ta oġġetti personali u manuskritti oriġinali kif ukoll statwi li jirrapprezentaw il karattri mill opri l oħra tiegħu Zaza u Der Roland von Berlin Kwazi xejn mill opri l oħra ta Leoncavallo ma jinstemgħu llum il ġurnata izda l arji għall baritoni minn Zaza kienu l favuriti fost il baritoni għal kunċerti u reġistrazzjonijiet kbar u Zaza kif ukoll La boheme tiegħu ġieli jittellgħu L arji tat tenuri minn La boheme għadhom favuriti għar reġistrazzjonijiet Leoncavallo kkompona wkoll kanzunetti u l iktar waħda famuza kienet Mattinata li huwa kiteb għall Gramophone Company li mbagħad saret HMV bil vuċi unika ta Caruso f moħħu Fit 8 ta April 1904 Leoncavallo akkumpanja lil Caruso fuq il pjanu f reġistrazzjoni tal kanzunetta Fit 8 ta Diċembru 1905 huwa rreġistra ħames biċċiet muzikali tiegħu għall pjanu tar riproduzzjoni Welte Mignon Leoncavallo kien il librettist għall biċċa l kbira tal opri tiegħu stess Ħafna kienu jikkunsidrawh bħala l ikbar librettist Taljan ta zmienu wara Fost il libretti ta Leoncavallo għal kompozituri oħra hemm il kontribut tiegħu fil librett ta Manon Lescaut ta Puccini OpriPagliacci il 21 ta Mejju 1892 Teatro Dal Verme Milan I Medici id 9 ta Novembru 1893 Teatro Dal Verme Milan L ewwel parti tat triloġija mhux kompluta Crepusculum Chatterton l 10 ta Marzu 1896 Teatro Argentina Ruma Revizjoni ta opra miktuba fl 1876 La boheme is 6 ta Mejju 1897 Teatro La Fenice Venezja Zaza l 10 ta Novembru 1900 Teatro Lirico Milan Der Roland von Berlin it 13 ta Diċembru 1904 Konigliches Opernhaus Berlin Maia il 15 ta Jannar 1910 Teatro Costanzi Ruma Zingari is 16 ta Settembru 1912 Hippodrome Londra Mimi Pinson 1913 Teatro Massimo Palermo Revizjoni ta La boheme Mameli is 27 ta April 1916 Teatro Carlo Felice Il Fondazione Leoncavallo tikklassifikaha bħala opra u mhux operetta Edipo re it 13 ta Diċembru 1920 Chicago Opera Prodotta wara mewt il kompozitur mill inqas orkestrazzjoni mhux ta Leoncavallo ikkompletata jekk mhux komposta għalkollox minn OperettiLa jeunesse de Figaro 1906 l Istati Uniti Malbrouck id 19 ta Jannar 1910 Teatro Nazionale Ruma La reginetta delle rose l 24 ta Ġunju 1912 Teatro Costanzi Ruma Are You There l 1 ta Novembru 1913 Prince of Wales Theatre Londra La candidata is 6 ta Frar 1915 Teatro Nazionale Ruma Prestami tua moglie it 2 ta Settembru 1916 Casino delle Terme Montecatini Goffredo Mameli is 27 ta April 1916 Teatro Carlo Felice Genova A chi la giarrettiera is 16 ta Ottubru 1919 Teatro Adriano Ruma Prodotta wara mewt il kompozitur Il primo bacio id 29 ta April 1923 Salone di cura Montecatini Prodotta wara mewt il kompozitur La maschera nuda is 26 ta Ġunju 1925 Teatro Politeama Napli Prodotta wara mewt il kompozitur Xogħlijiet oħraLa nuit de mai poeme symphonique għal tenur u l orkestra wara Pariġi 1886 li twettqet u ġiet irreġistrata wkoll fl 1990 u fl 2010 ma Seraphitus Seraphita Poema Sinfonico wara Teatro alla Scala Milan 1894BiblijografijaDryden Konrad 2007 Leoncavallo Life and Works Scarecrow Press ISBN 0 8108 5880 0 Jurgen Maehder Lorenza Guiot eds Ruggero Leoncavallo nel suo tempo Atti del I Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1991 Milan Sonzogno 1993 Jurgen Maehder Lorenza Guiot eds Letteratura musica e teatro al tempo di Ruggero Leoncavallo Atti del II Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1993 Milan Sonzogno 1995 Jurgen Maehder Lorenza Guiot eds Nazionalismo e cosmopolitismo nell opera tra 800 e 900 Atti del III Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1995 Milan Sonzogno 1998 Jurgen Maehder Lorenza Guiot eds Tendenze della musica teatrale italiana all inizio del Novecento Atti del IV Convegno Internazionale di Studi su Leoncavallo a Locarno 1998 Milan Sonzogno 2005 Rosenthal H and Warrack J eds 1979 Leoncavallo Ruggero The Concise Oxford Dictionary of Opera 2nd Edition pp 278 279 Oxford University Press ISBN 0 19 311321 X Sadie Stanley and Bashford Christina eds 1992 Leoncavallo Ruggero Ruggiero The New Grove Dictionary of Opera pp 1148 1149 Macmillan ISBN 0 935859 92 6Referenzi LEONCAVALLO RUGGIERO Definition of LEONCAVALLO RUGGIERO by Oxford Dictionary on Lexico com also meaning of LEONCAVALLO RUGGIERO Lexico Dictionaries English bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 08 09 Miġbur 2021 08 09 The New Grove Dictionary of Opera 1992 p 1148 Stanley Sadie u Christina Bashford eds 1992 p 1148 Marston Records Leoncavallo s Chatterton and Pagliacci web archive org 2009 01 15 Arkivjat mill oriġinal fl 2009 01 15 Miġbur 2021 08 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link James Greening Valenzuela 2011 Ruggero Leoncavallo in New York and other American cities 1906 and 1913 Dryden Konrad 2007 Leoncavallo Life and Works Scarecrow Press ISBN 0 8108 5880 0 Untitled Document www operanostalgia be Miġbur 2021 08 09 Just a moment www carmelochillemi it Miġbur 2021 08 09 Gerhard Dangel u Hans W Schmitz Welte Mignon Reproductions Complete Library Of Recordings For The Welte Mignon Reproducing Piano 1905 1932 Stuttgart 2006 ISBN 3 00 017110 X pp 49 518 TACET Musikproduktion english www tacet de Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 08 09 Miġbur 2021 08 09 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Ruggiero Leoncavallo Ruggero Leoncavallo

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Charles de Foucauld

  • Ġunju 28, 2025

    Charles Mangion

  • Ġunju 19, 2025

    Charles J. Scicluna

  • Ġunju 11, 2025

    Charles Dickens

  • Ġunju 06, 2025

    Charles Darwin

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq